Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Jalra (vildagliptin) – Fuljett ta’ tagħrif - A10BH02

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaJalra
Kodiċi ATCA10BH02
Sustanzavildagliptin
ManifatturNovartis Europharm Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Jalra 50 mg pilloli vildagliptin

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Jalra u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Jalra

3.Kif għandek tieħu Jalra

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Jalra

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Jalra u gћalxiex jintuża

Is-sustanza attiva ta’ Jalra, vildagliptin, tagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu “antidijabetiċi orali”.

Jalra jintuża biex jikkura pazjenti adulti b’dijabete tat-tip 2. Jintuża meta d-dijabete ma tkunx tista’ tiġi kkontrollata bid-dieta u l-eżerċizzju waħidhom. Tgħin biex tikkontrolla l-livell ta’ zokkor fid-demm. It-tabib tiegħek ser jordnalek Jalra waħdu jew flimkien ma’ ċerti mediċini oħra kontra d-dijabete li diġa kont qed tieħu, jekk dawn urew li ma kinux effettivi biżżejjed biex jikkontrollaw id-dijabete.

Id-dijabete tat-tip 2 tiżviluppa jekk il-ġisem ma jkunx qed jgħamel biżżejjed insulina jew jekk l- insulina li jkun qed jgħamel il-ġisem ma jkunx qed jaħdem tajjeb kif suppost. Tista’ tiżviluppa wkoll jekk il-ġisem ikun qed jgħamel wisq glukagon.

L-insulina hija sustanza li tgħin biex tbaxxi l-livell ta’ zokkor fid-demm, l-aktar wara l-ikliet. Glukagon huwa sustanza li tqanqal il-produzzjoni taz-zokkor mill-fwied, li tikkawża żieda fil-livell taz-zokkor fid-demm.Il-marrara tgħamel dawn iż-żewġ sustanzi.

Kif jaħdem Jalra

Jalra jaħdem billi jġiegħel il-marrara tgħamel aktar insulina u anqas glukagon. Dan jgħin biex ikun kontrollat il-livell ta’ zokkor fid-demm. Din il-mediċina ġiet ippruvata li tnaqqas il-livell taz-zokkor fid-demm, li jista' jgħin biex jiġu evitati kumplikazzjonijiet ikkawżati mid-dijabete tiegħek. Anki jekk issa sejjer tibda mediċina għad-dijabete tiegħek, huwa importanti li tkompli issegwi d-dieta u/jew l- eżerċizzju li kien irrikkmandat għalik.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Jalra

Tiħux Jalra:

jekk inti allerġiku għal vildagliptin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6). Jekk taħseb li tista’ tkun allerġiku/a għal vildagliptin jew kwalunkwe sustanza oħra ta’ Jalra, tieħux din il-mediċina u tkellem mat-tabib tiegħek.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu

jekk għandek dijabete tat-tip 1 (i.e. jekk ġismek ma jipproduċix insulina) jew jekk għandek kondizzjoni li tissejjaħ ketoaċidożi dijabetika.

jekk qed tieħu mediċina ta’ kontra d-dijabete magħrufa bħala sulphonylurea (it-tabib tiegħek għandu mnejn ikun irid inaqqas id-doża tiegħek ta’ sulphonyurea meta jittieħed flimkien ma’ Jalra sabiex jiġi evitat livell baxx ta’ glukosju fid-demm [ipogliċemija]).

jekk għandek mard moderat jew serju tal-kliewi (se jkollok bżonn tieħu doża anqas ta’ Jalra).

jekk qiegħed/qiegħda fuq dijalisi.

jekk għandek mard tal-fwied.

jekk għandek insuffiċjenza tal-qalb.

jekk għandek jew kellek marda tal-frixa.

Jekk xi darba ħadt vildagliptin iżda kellek twaqqfu minħabba mard tal-fwied, m’għandekx terġa tieħu din il-mediċina.

Feriti fil-ġilda bid-dijabete huma kumplikazzjoni komuni tad-dijabete. Għandek issegwi r- rakkomandazzjonijiet għall-kura tal-ġilda u tas- saqajn li tingħata mit-tabib jew infermier tiegħek. Għandek ukoll toqgħod attent b’mod partikolari għal bżieżaq jew ulċeri li jitfaċċaw meta tkun qed tieħu Jalra. Jekk dawn iseħħu, għandek tikkonsulta mat-tabib tiegħek minnufih.

Test sabiex tiġi stabbilita l-funzjoni tal-fwied tiegħek se ssir qabel ma tibda l-kura b’Jalra, f’intervalli ta’ tlett xhur fl-ewwel sena u darba kulltant minn hemm ’l quddiem. Dan isir sabiex sinjali ta’ żieda fil-livelli ta’ l-enzimi tal-fwied jintebħu bihom kmieni kemm jista’ jkun.

Tfal u adolexxenti

L-użu ta’ Jalra fi tfal u adolexxenti mhux rakkomandat.

Mediċini oħra u Jalra

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Jista’ jkun li t-tabib tiegħek ikun jixtieq jibdillek id-doża tiegħek ta’ Jalra jekk qed tieħu mediċini oħrajn bħal:

-thiazides jew dijuretiċi oħrajn (imsejħa wkoll pilloli tal-awrina)

-kortikosterojdi (ġeneralment użati biex jikkuraw l-infjammazzjoni)

-mediċini għat-tirojde

-ċerti mediċini li jeffettwaw is-sistema nervuża.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’għandekx tuża Jalra waqt it-tqala. Mhux magħruf jekk Jalra jgħaddix mal-ħalib tas-sider. M’għandekx tuża Galvux jekk qed tredda’ jew qed taħseb biex tredda’.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jekk tħossok sturdut meta tkun qed tieħu Jalra, m’għandekx issuq jew tħaddem magni.

Jalra fih lactose

Jalra fih lactose (zokkor tal-ħalib). Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

3.Kif għandek tieħu Jalra

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kemm għandek tieħu u meta

L-ammont ta’ Jalra li għandhom jieħdu n-nies tvarja skond il-kundizzjoni tagħhom. It-tabib tiegħek sejjer jgħidlek eżattament kemm għandek tieħu pilloli Jalra. Id-doża massima ta’ kuljum hija ta’

100 mg.

Id-doża tas-soltu ta’ Jalra hija jew:

50 mg kuljum li tittieħed bħala doża waħda filgħodu jekk qed tieħu Jalra ma’ mediċina oħra li tissejjaħ sulphonylurea.

100 mg kuljum li tittieħed bħala 50 mg filgħodu u 50 mg filgħaxija jekk qed tieħu Jalra waħdu, ma’ mediċina oħra li tissejjaħ metformin jew xi glitazone, flimkien ma’ metformin u xi sulphonylurea, jew mal-insulina.

50 mg kuljum filgħodu jekk għandek mard moderat jew qawwi tal-kliewi jew jekk inti għaddej bid-dijalisi.

Kif għandek tieħu Jalra

Ibla’ l-pilloli sħaħ bi ftit ilma.

Kemm għandek iddum tieħu Jalra

Ħu Jalra kuljum sakemm jgħidlek it-tabib tiegħek. Jista’ jkollok bżonn tieħu din il-kura fuq perijodu twil ta’ żmien.

It-tabib tiegħek sejjer jimmontora l-kundizzjoni tiegħek sabiex jara li l-kura qed ikollha l-effett mixtieq.

Jekk tieħu Jalra aktar milli suppost

Jekk tieħu wisq pilloli Jalra jew jekk xi ħadd ieħor ħa l-mediċina tiegħek, tkellem mat-tabib tiegħek mill-ewwel. Jista’ jkun hemm bżonn attenzjoni medika. Jekk ikollok bżonn tara tabib jew tmur l- isptar, ħu l-pakkett miegħek.

Jekk tinsa tieħu Jalra

Jekk tinsa tieħu doża ta’ din il-mediċina, ħudha malli tiftakar. Imbagħad ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas-soltu. Jekk ikun kważi sar il-ħin tad-doża li jmissek, aqbeż id-doża li nsejt. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Jalra

Tiqafx tieħu Jalra sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel hekk. Jekk għandek mistoqsijiet dwar kemm għandek iddum tieħu din il-mediċina, tkellem mat-tabib tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Xi sintomi jista’ jkollhom bżonn attenzjoni medika immedjata:

Għandek tieqaf tieħu Jalra u tara t-tabib tiegħek immedjatament jekk qed tħoss l-effetti sekondarji li

ġejjin:

Anġjoedema (rari: tista’ taffettwa sa persuna waħda minn kull 1,000): Sintomi jinkludu wiċċ, ilsien jew grieżem minfuħin, tbatija biex tibla’, tbatija biex tieħu n-nifs, raxx jew ħorriqija li titfaċċa f’daqqa, li tista’ tindika reazzjoni msejjħa “anġjoedema”.

Mard tal-fwied (epatite) (rari). Sintomi jinkludu ġilda u għajnejn sofor, tqalligħ, telf ta’ l-aptit jew awrina skura, li jista’ jindika mard tal-fwied (epatite).

Infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite) (frekwenza mhux magħrufa): Sintomi jinkludu uġigħ sever u persistenti fl-addome (iż-żona tal-istonku), li jista’ jilħaq lil dahrek, kif ukoll dardir u rimettar.

Effetti sekondarji oħrajn

Xi pazjenti kellhom dawn l-effetti sekondarji waqt li kienu qed jieħdu Jalra u metformin:

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10): Tregħid, uġigħ ta’ ras, sturdament, tqalligħ, zokkor fid-demm baxx

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100): Għeja

Xi pazjenti kellhom dawn l-effetti sekondarji waqt li kienu qed jieħdu Jalra u sulphonylurea:

Komuni: Tregħid, uġigħ ta’ ras, sturdament, dgħjufija, zokkor fid-demm baxx

Mhux komuni: Stitikezza

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000): Grieżem misluħin, imnieħer inixxi

Xi pazjenti kellhom dawn l-effetti sekondarji waqt li kienu qed jieħdu Jalra u glitazone:

Komuni: Żieda fil-piż, nefħa ta’ l-idejn, għaksa jew saqajn (edema)

Mhux komuni: Uġigħ ta’ ras, dgħjufija, zokkor fid-demm baxx

Xi pazjenti kellhom l-effetti sekondarji li ġejjin meta ħadu Jalra waħdu:

Komuni: Sturdament

Mhux komuni: Uġigħ ta’ ras, stitikezza, idejn, għaksa jew saqajn minfuħin (edema), uġigħ fil-

ġogi, zokkor fid-demm baxx

Rari ħafna: Grieżem misluħin, imnieħer inixxi, deni

Xi pazjenti kellhom l-effetti sekondarji li ġejjin waqt li kienu qed jieħdu Jalra, metformin u sulphonylurea:

Komuni: Sturdament, rogħda, dgħufija, glukosju baxx fid-demm, għaraq eċċessiv

Xi pazjenti kellhom l-effetti sekondarji li ġejjin waqt li kienu qed jieħdu Jalra u l-insulina (flimkien ma’ metformin jew mingħajru):

Komuni: Uġigħ ta ras, sirdat, dardir (tħossok ma tiflaħx), glukosju baxx fid-demm, uġigħ fl- istonku

Mhux komuni: Dijarea, gass

Minn mindu dan il-prodott iddaħħal fis-suq, kienu rrappurtati wkoll l-effetti sekondarji li ġejjin:

Frekwenza mhux magħrufa (ma tistax tiġi stabbilita mid-dejta disponibbli): Raxx bil-ħakk, infjammazzjoni tal-frixa, tqaxxir lokalizzat tal-ġilda jew infafet, uġigħ fil-muskoli

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Jalra

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara

"EXP”/”JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

Tuża l-ebda pakkett ta’ Jalra li jkun danneġġjat jew li juri sinjali ta’ tbabis.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Jalra

Is-sustanza attiva hi vildagliptin. Kull pillola fiha 50 mg vildagliptin.

Is-sustanzi l-oħra huma lactose anhydrous, microcrystalline cellulose, sodium starch glycolate (tip A) u magnesium stearat

Kif jidher Jalra u l-kontenut tal-pakkett

Jalra 50 mg pilloli huma tondi, bojod jagħtu fl-isfar ċar u ċatti, b’“NVR” fuq naħa u “FB” fuq l-oħra.

Jalra 50 mg pilloli jiġu f’pakketti li jkun fihom 7, 14, 28, 30, 56, 60, 90, 112, 180 jew 336 pillola u f’pakketti b’ħafna li fihom 3 kartuni, li kull waħda minnhom fiha 112-il pilloli.

Jista’ jkun li mhux id-daqsijiet tal-pakketti kollha jkunu mqegħda fis-suq f’pajjiżek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Novartis Europharm Limited

Frimley Business Park

Camberley GU16 7SR

Ir-Renju Unit

Manifattur

Novartis Pharma GmbH

Roonstraße 25

D-90429 Nürnberg

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Novartis Pharma N.V.

Novartis Pharma Services Inc.

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Tel: +370 5 269 16 50

България

Luxembourg/Luxemburg

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharma N.V.

Тел.: +359 2 489 98 28

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Česká republika

Magyarország

Novartis s.r.o.

Novartis Hungária Kft. Pharma

Tel: +420 225 775 111

Tel.: +36 1 457 65 00

Danmark

Malta

Novartis Healthcare A/S

Novartis Pharma Services Inc.

Tlf: +45 39 16 84 00

Tel: +356 2122 2872

Deutschland

Nederland

Novartis Pharma GmbH

Novartis Pharma B.V.

Tel: +49 911 273 0

Tel: +31 26 37 82 111

Eesti

Norge

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Norge AS

Tel: +372 66 30 810

Tlf: +47 23 05 20 00

Ελλάδα

Österreich

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Novartis Pharma GmbH

Τηλ: +30 210 281 17 12

Tel: +43 1 86 6570

ή

 

WIN MEDICA ΦΑΡΜΑΚΕΥΤΙΚΗ A.E.

 

Tηλ: +30 210 74 88 821

 

España

Polska

Laboratorios Dr. Esteve, S.A.

Novartis Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 93 446 60 00

Tel.: +48 22 375 4888

France

Portugal

Novartis Pharma S.A.S.

Bialport-Produtos Farmacêuticos, S.A.

Tél: +33 1 55 47 66 00

Tel: +351 22 986 61 00

Hrvatska

România

Novartis Hrvatska d.o.o.

Novartis Pharma Services Romania SRL

Tel. +385 1 6274 220

Tel: +40 21 31299 01

Ireland

Slovenija

Novartis Ireland Limited

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +353 1 260 12 55

Tel: +386 1 300 75 50

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Novartis Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 5542 5439

Italia

Suomi/Finland

Novartis Farma S.p.A.

Novartis Finland Oy

Tel: +39 02 96 54 1

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200

Κύπρος

Sverige

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Sverige AB

Τηλ: +357 22 690 690

Tel: +46 8 732 32 00

Latvija

United Kingdom

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd.

Tel: +371 67 887 070

Tel: +44 1276 698370

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati