Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Kengrexal (cangrelor) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - B01

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaKengrexal
Kodiċi ATCB01
Sustanzacangrelor
ManifatturChiesi Farmaceutici S.p.A.

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas- saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Kengrexal 50 mg, trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-injezzjoni/infużjoni.

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett fih cangrelor tetrasodium li jikkorrispondi għal 50 mg ta’ cangrelor. Wara r- rikostituzzjoni, 1 mL ta’ konċentrat ikun fih 10 mg ta’ cangrelor. Wara d-dilwizzjoni, 1 mL ta’ soluzzjoni jkun fih 200 mikrogramma ta’ cangrelor.

Eċċipjenti b’effett magħruf

Kull kunjett fih 52.2 mg ta’ sorbitol

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-injezzjoni/infużjoni.

Trab ta’ lewn abjad jew abjad jagħti fil-griż, lajofilizzat.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1.Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kengrexal, mogħti flimkien ma’ acetylsalicylic acid (ASA), hu indikat għat-tnaqqis ta’ avvenimenti kardjovaskulari trombotiċi f’pazjenti adulti b’mard tal-arterji koronarji li jkollhom intervent koronarju perkutaneju (PCI - percutaneous coronary intervention) li ma jkunux irċivew inibitur ta’ P2Y12 orali qabel il-proċedura PCI u li għalihom, terapija orali b’inibituri ta’ b’P2Y12 ma tkunx possibbli jew mixtieqa.

4.2.Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Kengrexal għandu jingħata minn tabib b’esperjenza jew f’kura koronarja akuta jew fi proċeduri ta’ intervent koronarju u hu intenzjonat għal użu speċjalizzat f’ambitu akut u ta’ sptar.

Pożoloġija

Id-doża rakkomandata ta’ Kengrexal għal pazjenti li tkun qed issirilhom PCI hija ta’ 30 mikrogramma/kg bolus ġol-vini segwit immedjatament minn infużjoni ġol-vini ta’

4 mikrogramma/kg/min. Il-bolus u l-infużjoni għandhom jinbdew qabel il-proċedura u jitkomplew għal mill-inqas sagħtejn jew għal kemm iddum il-proċedura, liema minnhom ikun l-itwal. Fid- diskrezzjoni tat-tabib, l-infużjoni tista’ titkompla għal tul ta’ żmien totali ta’ erba’ sigħat (ara sezzjoni 5.1).

Il-pazjenti għandhom jinqalbu għal terapija b’P2Y12 orali għal kura kronika. Għal transizzjoni, doża għolja tal-bidu ta’ terapija orali P2Y12 (clopidogrel, ticagrelor jew prasugrel) għandha tingħata immedjatament wara t-twaqqif tal-infużjoni b’cangrelor. Alternattivament, doża għolja tal-bidu ta’ ticagrelor jew prasugrel, iżda mhux clopidogrel, tista’ tingħata sa 30 minuta qabel it-tmiem tal- infużjoni, ara sezzjoni 4.5.

L-użu ma’ sustanzi oħrajn kontra l-koagulazzjoni

F’pazjenti li tkun qed issirilhom PCI, terapija addizzjonali standard proċedurali għandha tiġi implimentata (ara sezzjoni 5.1).

Anzjani

-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ f’pazjenti anzjani (≥75 sena).

Indeboliment tal-kliewi

L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ għal pazjenti b’insuffiċjenza ħafifa, moderata jew severa tal-kliewi (ara sezzjoni 4.4 u sezzjoni 5.2).

Indeboliment tal-fwied

L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ (ara sezzjoni 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ cangrelor fit-tfal taħt it-18-il sena ma ġewx determinati s’issa. Dejta mhux disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Kengrexal hu intenzjonat għal għoti għal ġol-vini biss wara r-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni.

Kengrexal għandu jingħata permezz ta’ linja ġol-vini. Il-volum tal-bolus għandu jingħata malajr (<1 minuta), mill-borża dilwita permezz ta’ push ġol-vini jew pompa. Aċċerta ruħek li l-bolus ikun ingħata kompletament qabel il-bidu tal-PCI. Ibda l-infużjoni immedjatament wara l-għoti tal-bolus.

Għal struzzjonijiet fuq ir-rikostituzzjoni u id-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali qabel l- amministrazzjoni, ara (sezzjoni 6.6).

4.3.Kontraindikazzjonijiet

Ħruġ ta’ demm attiv jew żieda fir-riskju ta’ ħruġ ta’ demm, minħabba indeboliment fl-emostasi u/jew disturbi irriversibbli tal-koagulazzjoni jew minħabba operazzjoni maġġuri/trawma riċenti jew pressjoni għolja severa mhux ikkontrollata.

Kwalunkwe storja medika ta’ puplesija jew attakk iskemiku transitorju (TIA - transient ischaemic attack).

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

4.4.Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Riskju ta’ ħruġ ta’ demm

Il-kura b’Kengrexal tista’ żżid ir-riskju ta’ ħruġ ta’ demm.

Fi studji importanti ħafna li twettqu f’pazjenti li kienet qed issirilhom PCI, GUSTO (Global Use of Strategies to Open Occluded Arteries), avvenimenti ta’ ħruġ ta’ demm moderat u ħafif kienu aktar komuni f’pazjenti kkurati b’cangrelor milli f’pazjenti kkurati bi clopidogrel, ara sezzjoni 4.8.

Għalkemm il-biċċa l-kbira ta’ ħruġ ta’ demm assoċjat mal-użu ta’ cangrelor iseħħ fis-sit tat-titqiba arterjali, emorraġija tista’ sseħħ fi kwalunkwe sit. Kull waqgħa inspjegabbli fil-pressjoni tad-demm jew fl-ematokrit għandha twassal għall-konsiderazzjoni serja ta’ avveniment emorraġiku u t-twaqqif tal-għoti ta’ cangrelor. Cangrelor għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti bi stati ta’ mard assoċjati ma’ żieda fir-riskju ta’ ħruġ ta’ demm. Cangrelor għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti li jkunu qed jieħdu mediċini li jistgħu jżidu r-riskju ta’ ħruġ ta’ demm.

Cangrelor għandu half-life ta’ minn tlieta sa sitt minuti. Il-funzjoni tal-plejtlits tiġi lura għan-normal fi żmien 60 minuta mit-twaqqif tal-infużjoni.

Emorraġija intrakranjali

Il-kura b’Kengrexal tista’ żżid ir-riskju ta’ ħruġ ta’ emorraġija intrakranjali. Fi studji importanti ħafna li saru f’pazjenti li kienet qed issirilhom PCI, kien hemm iktar ħruġ ta’ demm intrakranjali wara

30 jum b’cangrelor (0.07%) milli bi clopidogrel (0.02%), li minnhom, 4 emorraġiji b’cangrelor u emorraġija waħda bi clopidogrel, kienu fatali. Cangrelor hu kontraindikat f’pazjenti bi kwalunkwe storja medika ta’ puplesija/TIA, (ara sezzjoni 4.3 u sezzjoni 4.8).

Għafis tal-qalb

Il-kura b’Kengrexal tista’ żżid ir-riskju ta’ għafis tal-qalb. Fi studji importanti ħafna li saru f’pazjenti li kienet qed issirilhom PCI, kien hemm iktar għafis tal-qalb wara 30 jum b’cangrelor (0.12%) milli bi clopidogrel (0.02%), (ara sezzjoni 4.8).

Effetti fuq il-funzjoni tal-kliewi

Fi studji importanti ħafna li saru f’pazjenti li kienet qed issirilhom PCI, avvenimenti ta’ insuffiċjenza akuta tal-kliewi (0.1%), insuffiċjenza tal-kliewi (0.1%) u żieda tal-kreatinina fis-serum (0.2%) ġew irrappurtati li jseħħu wara l-għoti ta’ cangrelor fil-provi kliniċi. Ara sezzjoni 4.8. F’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi (tneħħija tal-kreatinina ta’ 15-30 mL/min), rata ogħla ta’ aggravament fil-funzjoni tal-kliewi (3.2%) ġiet irrappurtata fil-grupp ta’ cangrelor grupp meta mqabbla ma’ clopidogrel (1.4%). Barra minn hekk, rata ogħla ta’ ħruġ ta’ demm moderat GUSTO ġiet irrappurtata fil-grupp ta’ cangrelor (6.7%) meta mqabbla ma’ clopidogrel (1.4%). Cangrelor għandu jintuża b’kawtela f’dawn il-pazjenti.

Sensittività eċċessiva

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva jistgħu jseħħu wara l-kura b’Kengrexal. Rata ogħla ta’ każijiet serji ta’ sensittività eċċessiva ġiet irrekordjata b’cangrelor (0.05%) milli bil-kontroll (0.007%). Dawn kienu jinkludu każijiet ta’ reazzjonijiet anafilattiċi/xokk u anġjoedema, (ara sezzjoni 4.8).

Riskju ta’ qtugħ ta’ nifs

Il-kura b’Kengrexal tista’ żżid ir-riskju ta’ qtugħ ta’ nifs. Fi studji importanti ħafna li saru f’pazjenti li kienet qed issirilhom PCI, qtugħ ta’ nifs (li jinkludi qtugħ ta’ nifs minħabba l-istrapazz) seħħ iktar b’mod komuni f’pazjenti kkurati b’cangrelor (1.3%) milli bi clopidogrel (0.4%). Il-biċċa l-kbira tal- avvenimenti ta’ qtugħ ta’ nifs kienu ħfief jew moderati fis-severità, u l-medjan tat-tul ta’ żmien tal- qtugħ ta’ nifs kien ta’ sagħtejn f’pazjenti li kienu qed jirċievu cangrelor, (ara sezzjoni 4.8).

Intolleranza għal fructose

Dan il-prodott mediċinali fih sorbitol (E420). Pazjenti li għandhom problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għall-fructose, m’għandhomx jieħdu din il-mediċina.

Sodium

Kengrexal fih anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull kunjett (jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis- sodium’).

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Studji ta’ interazzjoni twettqu biss f’adulti.

Mediċini P2Y12 orali (clopidogrel, prasugrel, ticagrelor)

Meta clopidogrel jingħata matul infużjoni ta’ cangrelor, l-effett inibitorju mistenni ta’ clopidogrel fuq il-plejtlits ma jinkisibx. L-għoti ta’ 600 mg ta’ clopidogrel immedjatament wara t-twaqqif tal-infużjoni ta’ cangrelor jirriżulta fl-effett farmakodinamiku sħiħ antiċipat. L-ebda interruzzjoni klinikament rilevanti ta’ inibizzjoni ta’ P2Y12 ma ġiet osservata fl-istudji ta’ fażi III meta 600 mg ta’ clopidogrel ingħata immedjatament wara t-twaqqif tal-infużjoni ta’ cangrelor.

Twettaq studju dwar interazzjonijiet farmakodinamiċi b’cangrelor u prasugrel, li wera li cangrelor u prasugrel jistgħu jingħataw fl-istess ħin. Il-pazjenti jistgħu jinqalbu minn cangrelor għal prasugrel meta prasugrel jingħata immedjatament wara t-twaqqif tal-infużjoni ta’ cangrelor jew sa siegħa qabel, l-aħjar 30 minuta qabel it-tmiem tal-infużjoni ta’ cangrelor biex tillimita l-irkupru tar-reattività tal- plejtlits.

Twettaq ukoll studju dwar interazzjonijiet farmakodinamiċi b’cangrelor u ticagrelor. Ma ġiet osservata l-ebda interazzjoni fuq cangrelor. Il-pazjenti jistgħu jinqalbu minn cangrelor għal ticagrelor mingħajr interruzzjoni tal-effett kontra l-plejtlits.

Effetti farmakodinamiċi

Cangrelor juri inibizzjoni ta’ attivazzjoni u aggregazzjoni tal-plejtlits kif muri minn aggregometrija (trasmissjoni u impedenza tad-dawl), assaġġi tal-punt ta’ kura, bħat-test VerifyNow P2Y12™, VASP-

P u ċitometrija tal-fluss.

Wara l-għoti ta’ bolus ta’ 30 mikrogramma/kg segwit minn infużjoni ta’ 4 mikrogrammi/kg/min (id- doża ta’ PCI), l-inibizzjoni tal-plejtlits tiġi osservata fi żmien żewġ minuti. L-effett farmakokinetiku/farmakodinamiku (PK/PD) ta’ cangrelor jinżamm b’mod konsistenti għat-tul taż-

żmien tal-infużjoni.

Irrispettivament mid-doża, wara t-twaqqif tal-infużjoni, il-livelli ta’ cangrelor fid-demm jonqsu malajr u l-funzjoni tal-plejtlits terġa’ lura għan-normal fi żmien siegħa.

Acetylsalicylic acid (ASA), Eparina, Nitrogycerin

Ma ġiet osservata l-ebda interazzjoni farmakokinetika jew farmakodinamika b’cangrelor fi studju dwar l-interazzjonijiet bl-aspirina, eparina, jew nitroglycerin.

Bivalirudin, eparina ta’ piż molekulari baxx, fondaparinux, u inibituri ta’ GP IIb/IIIa Fl-istudji kliniċi, cangrelor ingħata flimkien ma’ bivalirudin, eparina ta’ piż molekulari baxx,

fondaparinux, u inibituri ta’ GP IIb/IIIa (abciximab, eptifibatide, tirofiban) bla ebda effett apparenti fuq il-farmakokinetika jew il-farmakodinamika ta’ cangrelor.

Ċitokrom P450 (CYP)

Il-metaboliżmu ta’ cangrelor mhuwiex dipendenti fuq CYPs u l-isoenzimi ta’ CYP mhumiex inibiti mill-konċentrazzjonijiet terapewtiċi ta’ cangrelor jew il-metaboliti maġġuri tiegħu.

Proteina ta’ reżistenza għall-kanċer tas-sider (BCRP - breast cancer resistance protein)

Ġiet osservata inibizzjoni in vitro ta’ BCRP mill-metabolit ARC-69712XX f’konċentrazzjonijiet klinikament rilevanti. Implikazzjonijiet possibbli għas-sitwazzjoni in vivo ma ġewx investigati, iżda l- kawtela hi rakkomandata meta cangrelor jiġi kkombinat ma’ substrat ta’ BCRP.

4.5.Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta jew hemm dejta limitata dwar l-użu ta’ Kengrexal f’nisa tqal. Studji f’annimali urew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3).

Kengrexal m’għandux jingħata waqt it-tqala.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk Kengrexal jiġix eliminat mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Ir-riskju gћat-tarbija li tkun qed terda’ mhux eskluż.

Fertilità

Ma ġew osservati l-ebda effetti fuq il-parametri tal-fertilità tan-nisa fi studji ta’ Kengrexal fuq l- annimali. Effett riversibbli fuq il-fertilità ġie osservat f’firien irġiel ikkurati b’Kengrexal (ara sezzjoni 5.3).

4.6.Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Kengrexal m’għandu l-ebda effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

4.7.Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Is-sigurtà ta’ cangrelor ġiet evalwata fuq iktar minn 12,700 pazjent ikkurati li kienet qed issirilhom PCI. L-iktar reazzjonijiet avversi komuni b’cangrelor jinkludu ħruġ ta’ demm ħafif u moderat u qtugħ ta’ nifs. Reazzjonijiet avversi serji assoċjati ma’ cangrelor f’pazjenti b’mard tal-arterji koronarji jinkludu ħruġ ta’ demm sever/ta’ theddida għall-ħajja u sensittività eċċessiva.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

turi reazzjonijiet avversi li ġew identifikati skont il-ġbir ta’ dejta kombinata mill-istudji CHAMPION kollha. Ir-reazzjonijiet avversi huma kklassifikati skont il-frekwenza u s-Sistema tal-Klassifika tal- Organi. Il-kategoriji ta’ frekwenza huma definiti skont il-konvenzjonijiet li ġejjin: Komuni ħafna (≥1/10), Komuni (≥1/100 sa <1/10), Mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100), Rari (≥1/10,000 sa

<1/1,000), Rari ħafna (<1/10,000), Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

Tabella 1: Reazzjonijiet avversi għal cangrelor fl-istudji miġbura CHAMPION fi żmien 48 siegħa

Sistema tal-

Komuni (≥1/100

Mhux komuni

Rari (≥1/10,000

Rari ħafna

klassifika tal-

sa <1/10)

(≥1/1,000 sa

sa <1/1,000)

(<1/10,000)

organi

 

<1/100)

 

 

Infezzjonijiet u

 

 

 

Infezzjoni ta’

infestazzjonijiet

 

 

 

ematoma

Neoplażmi

 

 

 

Ħruġ ta’ demm

beninni, malinni

 

 

 

minn neoplażmu

u dawk mhux

 

 

 

tal-ġilda

speċifikati

 

 

 

 

(inklużi ċesti u

 

 

 

 

polipi)

 

 

 

 

Disturbi tad-

 

 

Anemija,

 

demm u tas-

 

 

Thromboċitopenij

 

sistema limfatika

 

 

a

 

Disturbi fis-

 

 

Reazzjoni

 

sistema immuni

 

 

Anafilattika

 

 

 

 

(Xokk

 

 

 

 

anafilattiku),

 

 

 

 

Sensittività

 

 

 

 

eċċessiva

 

Disturbi fis-

 

 

Emorraġija

 

sistema nervuża

 

 

intrakranjali d *

 

Disturbi fl-

 

 

Emorraġija fl-

 

għajnejn

 

 

għajnejn

 

Disturbi fil-

 

 

 

Emorraġija fil-

widnejn u fis-

 

 

 

widnejn

sistema

 

 

 

 

labirintika

 

 

 

 

Sistema tal-

Komuni (≥1/100

Mhux komuni

Rari (≥1/10,000

Rari ħafna

klassifika tal-

sa <1/10)

(≥1/1,000 sa

sa <1/1,000)

(<1/10,000)

organi

 

<1/100)

 

 

Disturbi fil-qalb

 

Għafis tal-qalb

 

 

 

 

(emorraġija

 

 

 

 

perikardjali)

 

 

Disturbi vaskulari

Ematoma ta’

Instabilità

Emorraġija minn

 

 

<5 ċm,

emodinamika,

ferita

 

 

Emorraġija

 

Psewdoanewriżm

 

 

 

 

u vaskulari

 

Disturbi

Qtugħ ta’ nifs

Epistassi,

Emorraġija

 

respiratorji,

(Qtugħ ta’ nifs

Emoptisi,

pulmonari

 

toraċiċi u

minħabba l-

 

 

 

medjastinali

istrapazz)

 

 

 

Disturbi gastro-

 

Emorraġija

 

 

intestinali

 

retroperitonali,*

 

 

 

 

Ematoma

 

 

 

 

peritoneali,

 

 

 

 

Emorraġija

 

 

 

 

gastrointestinali a

 

 

Disturbi fil-ġilda

Ekkimożi (Tikek

Raxx, Ħakk,

Anġjoedema

 

u fit-tessuti ta’

żgħar vjola fuq il-

Urtikarja f

 

 

taħt il-ġilda

ġilda, Purpura)

 

 

 

Disturbi fil-kliewi

 

Emorraġija fil-

 

 

u fis-sistema

 

passaġġ tal-

 

 

urinarja

 

awrina, e

 

 

 

 

Insuffiċjenza

 

 

 

 

akuta tal-kliewi

 

 

 

 

(insuffiċjenza tal-

 

 

 

 

kliewi)

 

 

Disturbi fis-

 

 

Emorraġija

Menorraġija,

sistema

 

 

pelvika

Emorraġija mill-

riproduttiva u fis-

 

 

 

pene

sider

 

 

 

 

Disturbi ġenerali

Tnixxija ta’

Ematoma tal-

 

 

u kondizzjonijiet

likwidu mill-

vina/arterja fis-sit

 

 

ta’ mnejn

vina/arterja fis-sit

tat-titqibab

 

 

jingħata

tat-titqiba

 

 

 

Investigazzjonijie

Tnaqqis fl-

Żieda tal-

Tnaqqis fl-għadd

 

t

ematokrit,

kreatinina

tal-plejtlits,

 

 

Tnaqqis fl-

fid-demm

Tnaqqis fl-għadd

 

 

emoglobina**

 

taċ-ċelluli ħomor

 

 

 

 

tad-demm, Żieda

 

 

 

 

fil-proporzjon

 

 

 

 

normalizzat

 

 

 

 

internazzjonali ċ

 

Korriment u

Ematoma >5 ċm

 

Kontużjonijiet

Ematoma

avvelenament u

 

 

 

periorbitali,

komplikazzjonijie

 

 

 

Ematoma taħt il-

t ta’ xi proċedura

 

 

 

ġilda

Termini multipli ta’ reazzjonijiet avversi relatati ġew miġbura flimkien fi gruppi fit-tabella u jinkludu termini mediċi kif deskritt hawn taħt:

a.Emorraġija gastrointestinali fin-naħa ta’ fuq, Emorraġija mill-ħalq, Ħruġ ta’ demm ġinġivali, Emorraġija esofagali, Emorraġija minn ulċera duwodenali, Ematemesi, Emorraġija gastrointestinali fil-parti t’isfel, Emorraġija fir-rektum, Emorraġija fil-murliti, Ematokeżija

b.Ħruġ ta’ demm fis-sit tal-applikazzjoni, Emorraġija jew ematoma fis-sit tal-kateter, Emorraġija jew ematoma fis-sit tal-infużjoni

c.Ħin anormali tal-koagulazzjoni, Titwil fil-ħin tal-prothrombin

d.Emorraġija ċerebrali, inċident ċerebrovaskulari

e.Ematurija, Demm fl-awrina, Emorraġija uretrali

f.Eritema, Raxx eritematuż, Raxx pruritiku

*Jinkludi avvenimenti b’riżultat fatali

**It-trasfużjoni kienet mhux komuni 101/12565 (0.8%)

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

L-iskala ta’ ħruġ ta’ demm GUSTO tkejlet fil-provi kliniċi CHAMPION (PHOENIX, PLATFORM, u PCI). Analiżi ta’ ħruġ ta’ demm mhux relatat ma’ CABG qed tiġi ppreżentata f’Tabella 2.

Meta mogħti fl-isfond PCI, cangrelor ġie assoċjat ma’ inċidenza akbar ta’ ħruġ ta’ demm ħafif GUSTO meta mqabbel ma’ clopidogrel. Analiżi addizzjonali ta’ ħruġ ta’ demm ħafif GUSTO żvelat li proporzjon kbir ta’ avvenimenti ta’ ħruġ ta’ demm ħafif kienu ekkimożi, tnixxija bil-mod u ematoma ta’ <5 cm. Ir-rati ta’ trasfużjoni u ta’ ħruġ ta’ demm sever/ta’ theddida għall-ħajja GUSTO kienu simili. Fil-popolazzjoni miġbura tas-sigurtà mill-provi CHAMPION, l-inċidenza ta’ ħruġ ta’ demm fatali fi żmien 30 jum mid-dożaġġ kienet baxxa u simili f’pazjenti li rċivew cangrelor meta mqabbla ma’ clopidogrel (8 [0.1%] vs. 9 [0.1%]).

L-ebda fattur demografiku fil-linja bażi ma bidel ir-riskju relattiv ta’ ħruġ ta’ demm b’cangrelor.

Tabella 2: Ħruġ ta’ demm mhux relatat ma’ CABG

Ħruġ ta’ demm GUSTO, n (%)

CHAMPION miġbura

Cangrelor

Clopidogrel

(N=12565)

(N=12542)

 

Kwalunkwe ħruġ ta’ demm GUSTO

2196 (17.5)

1696 (13.5)

 

 

 

Sever/ta’ theddida għall-ħajja

28 (0.2)

23 (0.2)

 

 

 

Moderat

76 (0.6)

56 (0.4)

 

 

 

 

Ħafif a

(16.8)

1627 (13.0)

Ħafif w/o ekkimożi, tnixxija u ematoma ta’ <5 ċm

(5.6)

515 (4.1)

 

 

 

Pazjenti bi kwalunkwe trasfużjoni

90 (0.7)

70 (0.6)

 

 

 

CHAMPION PHOENIX

Cangrelor

Clopidogrel

(N=5529)

(N=5527)

 

Kwalunkwe ħruġ ta’ demm GUSTO

(3.2)

107 (1.9)

 

 

 

Sever/ta’ theddida għall-ħajja

9 (0.2)

6 (0.1)

 

 

 

Moderat

22 (0.4)

13 (0.2)

 

 

 

 

Ħafif b

(2.7)

88 (1.6)

Ħafif w/o ekkimożi, tnixxija u ematoma ta’ <5 ċm

98 (1.8)

51 (0.9)

 

 

 

Pazjenti bi kwalunkwe trasfużjoni

25 (0.5)

16 (0.3)

CABG: Coronary Artery Bypass Graft Surgery; GUSTO: Global Use of Strategies to Open Coronary Arteries; w/o: mingħajr

aFl-analiżi miġbura CHAMPION, GUSTO ħafif ġie definit bħala ħruġ ta’ demm ieħor li ma kienx jeħtieġ trasfużjoni tad-demm jew li jikkawża kompromess emodinamiku

bF’CHAMPION PHOENIX, GUSTO ħafif ġie definit bħala ħruġ ta’ demm ieħor li kien jeħtieġ intervent iżda li ma kienx jeħtieġ trasfużjoni tad-demm jew li jikkawża kompromess emodinamiku

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.8.Doża eċċessiva

Fl-istudji kliniċi, voluntiera b’saħħithom irċivew sa darbtejn tad-doża ta’ kuljum proposta. Fil-provi kliniċi, id-doża eċċessiva massima aċċidentali kienet 10 darbiet (bolus) jew 3.5 darbiet tad-doża tal- infużjoni li tingħata normalmen, u l-ħruġ ta’ demm kien l-iktar avveniment avvers li ġie osservat b’mod frekwenti.

Il-ħruġ ta’ demm hu l-iktar effett farmakoloġiku probabbli ta’ doża eċċessiva. Jekk iseħħ ħruġ ta’ demm, għandhom jittieħdu miżuri adattati ta’ sapport, li jistgħu jinkludu t-twaqqif tal-prodott mediċinali biex b’hekk il-funzjoni tal-plejtlits tkun tista’ tirritorna.

M’hemm l-ebda antidot għal Kengrexal, madankollu, il-half-life farmakokinetika ta’ Kengrexal hi minn tlieta sa sitt minuti. Il-funzjoni tal-plejtlits tiġi lura għan-normal fi żmien 60 minuta mit-twaqqif tal-infużjoni.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1.Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Inibituri tal-aggregazzjoni plejtlits minbarra eparina, Kodiċi ATC:

B01AC25.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Kengrexal fih cangrelor, antagonist tar-riċetturi tal-plejtlits dirett ta’ P2Y12 li jimblokka l-attivazzjoni u l-aggregazzjoni tal-plejtlits indotta minn adenosine diphosphate (ADP) in vitro u ex vivo. Cangrelor jeħel b’mod selettiv u b’mod riversibbli mar-riċettur ta’ P2Y12 biex jimpedixxi senjalazzjoni u attivazzjoni tal-plejtlits addizzjonali.

Effetti farmakodinamiċi

Cangrelor juri inibizzjoni ta’ attivazzjoni u aggregazzjoni tal-plejtlits kif muri minn aggregometrija (trasmissjoni u impedenza tad-dawl), assaġġi tal-punt ta’ kura, bħat-test VerifyNow P2Y12™, VASP- P u ċitometrija tal-fluss. Il-bidu tal-inibizzjoni ta’ P2Y12 iseħħ malajr mal-għoti ta’ cangrelor.

Wara l-għoti ta’ bolus ta’ 30 mikrogramma/kg segwit minn infużjoni ta’ 4 mikrogramm/kg/min, l- inibizzjoni tal-plejtlits tiġi osservata fi żmien żewġ minuti. L-effett farmakokinetiku/farmakodinamiku (PK/PD) ta’ cangrelor jinżamm b’mod konsistenti għat-tul taż-żmien tal-infużjoni.

Irrispettivament mid-doża, wara t-twaqqif tal-infużjoni, il-livelli fid-demm jonqsu malajr u l-funzjoni tal-plejtlits terġa’ lura għan-normal fi żmien siegħa.

Effikaċja klinika u sigurtà

L-evidenza klinika primarja għall-effikaċja ta’ cangrelor hi derivata minn CHAMPION PHOENIX, studju li fih il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, double-blind, li qabbel cangrelor (n=5472) ma’ clopidogrel (n=5470), li t-tnejn ingħataw flimkien ma’ aspirina u terapija oħra standard, li tinkludi eparina mhux frazzjonata (78%), bivalirudin (23%), LMWH (14%) jew fondaparinux (2.7%). Il- medjan tat-tul ta’ żmien tal-infużjoni ta’ cangrelor kien ta’ 129 minuta. Inibituri ta’ GPIIb/IIIa kienu permessi għal użu bailout biss u ntużaw fi 2.9% tal-pazjenti. Pazjenti b’aterosklerożi koronarja ġew inklużi, li kienu jeħtieġu PCI għal anġina stabbli (58%), sindrome koronarju akut b’żieda tas-segment

mhux ST (NSTE-ACS - non-ST-segment elevation acute coronary syndrome) (26%), infart mijokardijaku b’żieda fl-ST (STEMI - ST-elevation myocardial infraction) (16%).

Dejta mill-popolazzjoni miġbura ta’ CHAMPION fuq iktar minn 25,000 pazjent b’PCI tipprovdi sapport kliniku addizzjonali għas-sigurtà.

F’CHAMPION PHOENIX, cangrelor naqqas b’mod sinifikanti (tnaqqis tar-riskju relattiv 22%; tnaqqis tar-riskju assolut 1.2%) il-punt aħħari tal-kompost primarju tal-mortalità mill-kawżi kollha, MI, IDR, u ST meta mqabbla ma’ clopidogrel wara 48 siegħa (Tabella 3).

Tabella 3: Avvenimenti trombotiċi wara 48 siegħa f’CHAMPION PHOENIX (popolazzjoni mITT)

 

 

Cangrelor vs. Clopidogrel

 

 

 

 

 

 

 

Cangrelor

Clopidogrel

 

 

n (%)

N=5470

N=5469

OR (95% CI)

Valur p

Punt Aħħari Primarju

257 (4.7)

322 (5.9)

0.78 (0.66,0.93)

0.005

Mewt/MI/IDR/STa

 

 

 

 

Punt Aħħari Sekondarju

 

 

 

 

Ewlieni

 

 

 

 

Trombożi tal-istent

46 (0.8)

74 (1.4)

0.62 (0.43, 0.90)

0.010

 

 

 

 

 

 

Mewt

18 (0.3)

18 (0.3)

1.00 (0.52, 1.92)

>0.999

 

 

 

 

 

MI

207 (3.8)

255 (4.7)

0.80 (0.67, 0.97)

0.022

 

 

 

 

 

IDR

28 (0.5)

38 (0.7)

0.74 (0.45, 1.20)

0.217

a Punt aħħari primarju minn rigressjoni loġistika aġġustata għad-doża għolja tal-bidu u l-istat tal- pazjent. valuri p għall-punti aħħarin sekondarji bbażat fuq test Chi-squared.

OR (odds ratio) = proporzjon ta’ probabbiltajiet; CI (confidence interval) = intervall ta’ kunfidenza; IDR (ischaemia-driven revascularisation) = vaskularizzazzjoni mill-ġdid xprunata minn iskemija; MI (myocardial infarction) = infart mijokardijaku; mITT (modified intent-to-treat) = modifikat b’intenzjoni li jikkura; ST (stent thrombosis) = trombożi tal-istent.

Tnaqqis sinifikanti f’mewt/MI/IDR/ST u ST osservat fil-grupp ta’ cangrelor wara 48 siegħa nżamm wara 30 jum (Tabella 4).

Tabella 4: Avvenimenti trombotiċi wara 30 jum f’CHAMPION PHOENIX (popolazzjoni mITT)

 

 

Cangrelor vs. Clopidogrel

 

 

 

 

 

 

 

Cangrelor

Clopidogrel

 

 

n (%)

N=5462

N=5457

OR (95% CI)

Valur pa

Punt Aħħari Primarju

326 (6.0)

380 (7.0)

0.85 (0.73, 0.99)

0.035

Mewt/MI/IDR/ST

 

 

 

 

Punt Aħħari Sekondarju

 

 

 

 

Ewlieni

 

 

 

 

Trombożi tal-istent

71 (1.3)

104 (1.9)

0.68 (0.50, 0.92)

0.012

 

 

 

 

 

Mewt

60 (1.1)

55 (1.0)

1.09 (0.76, 1.58)

0.643

 

 

 

 

 

MI

225 (4.1)

272 (5.0)

0.82 (0.68, 0.98)

0.030

 

 

 

 

 

IDR

56 (1.0)

66 (1.2)

0.85 (0.59, 1.21)

0.360

a valuri p ibbażati fuq test Chi-squared.

OR (odds ratio) = proporzjon ta’ probabbiltajiet; CI (confidence interval) = intervall ta’ kunfidenza; IDR (ischaemia-driven revascularisation) = vaskularizzazzjoni mill-ġdid xprunata minn iskemija; MI

(myocardial infarction) = infart mijokardijaku; mITT (modified intent-to-treat) = modifikat b’intenzjoni li jikkura; ST (stent thrombosis) = trombożi tal-istent.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini iddifferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b’Kengrexal f’wieħed jew iktar settijiet tal-popolazzjoni pedjatrika fil-prevenzjoni ta’ emboliżmu u trombożi mhux speċifiċi għas-sit, għall-kura ta’ trombożi f’pazjenti pedjatriċi li jkunu għaddejjin minn proċeduri vaskulari perkutaneji dijanjostiċi u/jew terapewtiċi. Ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku.

5.2.Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

il-bijodisponibilità ta’ cangrelor hi sħiħa u immedjata. Cangrelor jiġi ddistribwit malajr u jilħaq is- Cmax fi żmien żewġ minuti wara l-għoti ta’ bolus ġol-vini segwit minn infużjoni. Il-medja tal- konċentrazzjoni fl-istat fiss ta’ cangrelor matul infużjoni kostanti ġol-vini ta’ 4 mikrogrammi/kg/min hi ta’ 488 ng/mL.

Distribuzzjoni

Cangrelor għandu volum ta’ distribuzzjoni ta’ 3.9 L/kg. Cangrelor jeħel f’ammont ta’ 97-98% mal- proteini tal-plażma.

Bijotrasformazzjoni

Cangrelor jiġi ddiżattivat malajr fil-plażma permezz ta’ defosforilazzjoni biex jifforma l-metabolit primarju tiegħu, li hu nucleoside. Il-metaboliżmu ta’ cangrelor hu indipendenti mill-funzjoni tal-organi u ma tinterferixxix ma’ mediċini oħrajn li jiġu metabolizzati minn enzimi tal-fwied.

Eliminazzjoni

Il-half-life ta’ Kengrexal hu minn tlieta sa sitt minuti, u hi indipendenti mid-doża. Wara l-għoti ġol- vini ta’ infużjoni ta’ 2 mikrogrammi/kg/min ta’ [3H] ta’ cangrelor lil irġiel voluntiera b’saħħithom,

93% tar-radjuattività totali ġiet irkuprata. Mill-materjal irkuprat, 58% instab fi awrina, u l-35% li kien fadal instab fl-ippurgar, preżumibilment wara tneħħija biljari. It-tneħħija inizjali kienet mgħaġġla, b’tali mod li madwar 50% tar-radjuattività mogħtija ġiet irkuprata fl-ewwel 24 siegħa, u 75% ġiet irkuprata wara 48 siegħa. Il-medja tat-tneħħija kienet ta’ madwar 43.2 L/kg.

Linearità/nuqqas ta’ linearità

II-propjetajiet farmakokinetiċi ta’ cangrelor ġew evalwati u nstabu li kienu lineari f’pazjenti u voluntiera b’saħħithom.

Relazzjoni(jiet) farmakokinetika(ċi)/farmakodinamika(ċi)

Popolazzjonijiet speċjali

Il-farmakokinetika ta’ cangrelor ma tiġix affettwata mis-sess tal-persuna, l-età, jew l-istat tal-kliewi jew tal-fwied. L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ għal dawn il-popolazzjonijiet.

Popolazzjoni pedjatrika

Cangrelor ma ġiex evalwat fil-popolazzjoni pedjatrika (ara sezzjoni 4.2 u sezzjoni 5.1).

5.3.Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, mutaġeniċità u potenzjal klastoġeniku, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

Ma sarux studji dwar il-karċinoġeneċità.

L-effetti avversi primarji ta’ cangrelor fil-firien u l-klieb seħħew fil-parti ta’ fuq tal-passaġġ tal-awrina u kienu jikkonsistu minn ħsara fit-tubuli tal-kliewi, pelvis tal-kliewi, u l-ureter. Tibdil anatomiku kien jikkorrela ma’ żieda tal-kreatinina u urea fil-plażma, u żieda tal-albumina u ċelluli tad-demm fl- awrina. Il-ħsara lill-passaġġ tal-awrina kienet riversibbli wara t-twaqqif tad-dożaġġ fi studju investigattiv fil-firien.

Tossiċità riproduttiva

Cangrelor ipproduċa dewmien fit-tkabbir tal-fetu marbut mad-doża, ikkaratterizzat minn żieda fl- inċidenzi ta’ ossifikazzjoni inkompleta u metatarsals mhux ossifikati tar-riġlejn ta’ wara fil-firien. Fil- fniek, cangrelor ġie assoċjat ma’ żieda fl-inċidenzi ta’ abort u telf ġol-utru, kif ukoll dewmien fit- tkabbir tal-fetu f’dożi ogħla, li setgħu kienu dovuti b’mod sekondarju għal tossiċità materna. Cangrelor ma pproduċiex malformazzjonijiet la fil-firien u lanqas fil-fniek fl-istudji dwar ir- riproduttività.

Indeboliment tal-Fertilità

Ġew osservati effetti fuq il-fertilità, il-ħila tal-produzzjoni ta’ tqala ma’ sieħba nisa, il-morfoloġija tal- isperma u l-moviment tal-isperma, fi studju dwar il-fertilità f’firien irġiel, meta cangrelor ingħata f’dożi umani ekwivalenti, ugwali għal 1.8 darba tad-doża PCI rakkomandata. Dawn l-effetti ma kinux apparenti f’dożi iktar baxxi u kienu riversibbli wara t-twaqqif tad-dożaġġ. F’dan l-istudju, l-analiżi tas- semen twettqet wara 8 ġimgħat ta’ kura kontinwa.

Il-fertilità tan-nisa ma ġietx affettwata fi kwalunkwe doża.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1.Lista ta’ eċċipjenti

Mannitol

Sorbitol

Sodium hydroxide (għal aġġustament tal-pH)

6.2.Inkompatibbiltajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3.Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

It-trab għandu jiġi rikostitwit immedjatament qabel id-dilwizzjoni u l-użu. Tagħmlux fil-friġġ. Mill-aspett mikrobijoloġiku, ħlief jekk il-metodu tar-rikostituzzjoni/dilwizzjoni jipprekludi r-riskju ta’ kontaminazzjoni mikrobjali, il-prodott għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament, iż-żmien tal-ħażna waqt l-użu u l-kundizzjonijiet ta’ qabel l-użu huma r- responsabbiltà tal-utent.

6.4.Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali. Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara r- rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5.In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Trab f’kunjetti tal-ħġieġ (Tip 1) ta’ 10 mL, magħluqin b’tapp tal-lastku butyl miksi Flurotec u ssiġillati b’siġill ippjegat tal-aluminju.

Kengrexal hu disponibbli f’pakketti ta’ 10 kunjetti.

6.6.Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Istruzzjonijiet għall-preparazzjoni

Proċeduri asettiċi għandhom jintużaw għall-preparazzjoni ta’ Kengrexal.

Il-kunjett għandu jiġi rikostitwit immedjatament qabel id-dilwizzjoni u l-użu. Għal kull 50 mg/kunjett, irrikostitwixxi billi żżid 5 mL ta’ ilma sterili għall-injezzjoni. Dawwar bil-mod sakemm il-materjal kollu jinħall. Evita taħlit bis-saħħa. Ħalli kwalunkwe ragħwa toqgħod. Aċċerta ruħek li l-kontenut tal- kunjett ikun inħall b’mod sħiħ u li l-materjal rikostitwit ikun soluzzjoni ċara, bla kulur sa isfar ċar.

Tużax mingħajr dilwizzjoni. Qabel kull għoti, kull kunjett rikostitwit irid jiġi dilwit b’mod addizzjonali b’250 mL ta’ sodium chloride 9 mg/mL (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni jew glucose

(5%) soluzzjoni għall-injezzjoni.

Il-prodott mediċinali għandu jiġi eżaminat viżwalment għal frak wara r-rikostituzzjoni.

Kengrexal jingħata bħala kors ibbażat fuq il-piż tal-persuna li jikkonsisti minn bolus inizjali ġol-vini segwit minn infużjoni ġol-vini. Il-bolus u l-infużjoni għandhom jingħataw mis-soluzzjoni tal- infużjoni.

Iġbed 5 mL minn kunjett rikostitwit wieħed u ddilwi b’mod addizzjonali billi żżid ma’ 250 mL ta’ sodium chloride 9 mg/mL (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni jew glucose (5%) soluzzjoni għall- injezzjoni. Ħallat il-borża bir-reqqa. Din id-dilwizzjoni se toħloq konċentrazzjoni ta’

200 mikrogramma/mL u għandha tkun biżżejjed għal mill-inqas sagħtejn ta’ dożaġġ skont il-ħtieġa. Pazjenti li jiżnu 100 kg u aktar se jkollhom bżonn mill-inqas żewġ boroż.

Rimi

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Chiesi Farmaceutici SpA.

Via Palermo, 26/A

43122 Parma

L-Italja

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/15/994/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 23 ta’ Marzu 2015

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati