Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Kineret (anakinra) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L04AA14

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaKineret
Kodiċi ATCL04AA14
Sustanzaanakinra
ManifatturSwedish Orphan Biovitrum AB (publ)

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Kineret 100 mg soluzzjoni għall-injezzjoni ġo siringa mimlija għal-lest

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull siringa mimlija għal-lest fiha 100 mg ta’ anakinra* kull 0.67 ml (150 mg/ml).

*Antagonist tar-riċettur ta’ interleukin-1 uman (r-metHuIL-1ra) magħmul b’teknoloġija tad-DNA rikombinanti f’ċelluli ta’ Escherichia coli.

Għal-lista kompluta ta’ eccipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni (injezzjoni)

Soluzzjoni għall-injezzjoni ċara, mingħajr kulur sa bajda li jista’ jkun fiha xi frak amorfu trasluċidu sa abjad li hu relatat mal-prodott.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kineret hu indikat għall-użu fl-adulti għall-kura tas-sinjali u s-sintomi ta’ Artrite Rewmatojde (RA), flimkien ma’ methotrexate li m’għandhomx rispons adegwat għal methotrexate waħdu.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-kura b’Kineret għandha tinbeda u tiġi ssorveljata minn tobba speċjalizzati b’esperjenza fid-dijanjosi u l-kura ta’ artrite rewmatojde.

Pożoloġija

Id-doża rakkomandata ta’ Kineret hi ta’ 100 mg mogħtija darba kuljum b’injezzjoni taħt il-ġilda. Id-doża għandha tingħata bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin kuljum.

Popolazzjoni anzjana (≥ 65 sena)

Mhu meħtieġ l-ebda tibdil fid-doża. Il-pożoloġija u l-mod ta’ kif jingħata huma l-istess bħal dawk tal-adulti ta’ bejn 18 u 64 sena.

Popolazzjoni pedjatrika (≤ 18-il sena)

L-effikaċja ta’ Kineret fit-tfal b’RA (JIA) minn eta` ta’ 0 sa 18-il sena ma ġietx determinata s’issa.

Indeboliment tal-fwied

Mhu meħtieġ l-ebda tibdil fid-doża għal pazjenti b’indeboliment epatiku moderat (Child Klassi B). Kineret għandu jintuża b’kawtela fuq pazjenti b’indeboliment epatiku sever.

Indeboliment tal-kliewi

Kineret m’għandux jintuża f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi (CLcr < 30 ml/minuta) (ara sezzjoni 4.3). Mhu meħtieġ l-ebda tibdil fid-doża għall-pazjenti b’indeboliment ħafif tal-kliewi (CLcr 50 sa 80 ml/minuta). Fin-nuqqas ta’ tagħrif adegwat, Kineret għandu jintuża b’attenzjoni f’pazjenti b’indeboliment moderat tal-kliewi (CLcr 30 sa 50 ml/ minuta).

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Kineret jingħata permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda.

Kineret jiġi lest għall-użu f’siringa mimlija għal-lest. Is-siringa mimlija għal-lest m’għandhiex titħawwad. L-istruzzjonijiet għall-użu u l-immaniġġjar qegħdin f’sezzjoni 6.6.

Hu rakkomandat li jinbidel il-post tal-injezzjoni sabiex tiġi evitata l-iskumdità fil-post tal-injezzjoni. It-tkessiħ tas-sit tal-injezzjoni, it-tisħin tal-likwidu tal-injezzjoni, l-użu ta’ pakketti kesħin (qabel u wara l-injezzjoni), u l-użu ta’ kortikosterojdi u antistamini topiċi wara l-injezzjoni jistgħu jtaffu s- sinjali u s-sintomi ta’ reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1 jew għall-proteini derivati minn E. coli.

Kineret m’għandux jintuża f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi (CLcr < 30 ml/minuta) (ara sezzjoni 4.2).

Kura b’Kineret m’għandhiex tinbeda f’pazjenti b’newtropenija (ANC <1.5 x 109/l) (ara sezzjoni 4.4).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Reazzjonijiet allerġiċi

Reazzjonijiet allerġiċi, li jinkludu reazzjonijiet anafilattiċi u anġjoedema kienu rrappurtati b’mod mhux komuni. Il-maġġoranza ta’ dawn ir-reazzjonijiet kienu raxx makulari bl-infafet jew raxx ta’ urtikarja. Jekk jkun hemm reazzjoni allerġika qawwija, l-għoti ta’ Kineret għandu jitwaqqaf u tinbeda l-kura xierqa.

Avvenimenti epatiċi

Fi studji kliniċi fuq pazjenti b’RA u CAPS, żidiet temporanji fl-enzimi tal-fwied dehru b’mod mhux komuni. Dawn iż-żidiet ma kinux assoċjati ma’ sinjali jew sintomi ta’ ħsara epatoċellulari. Matul l-użu wara t-tqegħid fis-suq, waslu rapporti iżolati ta’ każijiet li jindikaw epatite mhux infettiva. Avvenimenti epatiċi waqt l-użu wara t-tqegħid fis-suq kienu prinċipalment irrapportati f’pazjenti b’fatturi ta’ predispożizzjoni, eż. storja ta’ żieda fit-transaminażi qabel il-bidu tal-kura b’Kineret. L-effikaċja u s-sigurtà ta’ Kineret fuq pazjenti b’AST/ALT ≥ 1.5 x tal-ogħla livell tan-normal ma

ġewx evalwati.

Infezzjonijiet serji

Kineret kienet assoċjata ma’ inċidenza akbar ta’ infezzjonijiet serji (1.8%) meta mqabbel mal-plaċebo (0.7%). F’numru żgħir ta’ pazjenti bl-ażżma, l-inċidenza ta’ infezzjonijiet serji kienet ogħla f’pazjenti kkurati b’Kineret (4.5%) meta mqabbel ma’ pazjenti li rċivew plaċebo (0%), dawn l-infezzjonijiet kienu prinċipalment relatati mal-passaġġ respiratorju.

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Kineret f’pazjenti b’infezzjonijiet kroniċi għadhom ma ġewx evalwati.

Kura b’Kineret m’għandhiex tinbeda fuq pazjenti b’infezzjonijiet attivi. Kura b’Kineret għandha titwaqqaf f’pazjenti b'RA jekk tiżviluppa infezzjoni severa.

It-tobba għandhom joqogħdu attenti meta jagħtu Kineret lill-pazjenti b’passat ta’ infezzjonijiet rikorrenti jew ta’ kundizzjonijiet li jistgħu jippredisponuhom għall-infezzjonijiet.

Is-sigurtà ta’ Kineret f’individwi b’tuberkulosi latenti mhijiex magħrufa. Kien hemm rapporti ta’ tuberkulosi f'pazjenti li kienu qed jirċievu diversi korsijiet ta’ kura bijoloġiċi kontra l-infjammazzjoni. Il-pazjenti għandhom jiġu eżaminati għal tuberkulożi latenti qabel ma jinbeda Kineret. Il-linji gwida mediċi disponibbli għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.

Terapiji anti-rewmatiċi oħra kienu assoċjati ma’ riattivazzjoni tal-epatite B. Għalhekk, l-iskrining għall-epatite virali għandu jsir skont il-linji gwida ppubblikati wkoll qabel ma tinbeda l-kura b’Kineret.

Newtropenija

Kineret kien komunement assoċjat ma’ newtropenija (ANC < 1.5 x 109/l) fi studji kkontrollati bi plaċebo f’RA.Għal aktar informazzjoni dwar in-newtropenja ara sezzjoni 4.8.

Il-kura b’Kineret m’għandhiex tinbeda f’pazjenti b’newtropenija (ANC < 1.5 x 109/l). Hu rakkomandat li l-għadd ta’ newtrofili jiġi evalwat qabel ma tinbeda kura b’Kineret, u waqt li qed jingħata Kineret, kull xahar għall-ewwel 6 xhur ta’ kura u wara dan kull tliet xhur. F’pazjenti li taqbadhom newtropenija (ANC < 1.5 x 109/l), l-ANC għandu jiġi mmonitorjat mill-qrib u l-kura b’Kineret għandha titwaqqaf. Is-sigurtà u effikaċja ta’ Kineret f’pazjenti b’newtropenja ma ġewx determinati s’issa.

Immunosoppressjoni

L-impatt ta’ kura b’Kineret fuq tumuri malinni diġà eżistenti għadu ma ġiex studajt. Għalhekk mhux rakkomandat l-użu ta’ Kineret f’pazjenti li diġà għandhom tumur malinn.

Tilqim

Fi studju kliniku kkontrollat bil-plaċebo (n = 126), ma ġiet innutata l-ebda differenza fir-rispons tal-antikorpi kontra t-tetnu bejn il-grupp ikkurat b’Kineret u l-grupp li ngħata l-plaċebo meta ngħatat tilqima tat-toxoid tat-tetnu u difterite fl-istess ħin ma’ Kineret. M’hemm l-ebda tagħrif dwar l-effetti ta’ tilqim b’antiġeni inattivi oħra f’pazjenti li jkunu qed jiirċivew Kineret.

M’hemm l-ebda tagħrif dwar l-effetti ta’ tilqim ħaj jew dwar it-tixrid sekondarju ta’ l-infezzjoni minn tilqim ħaj f’pazjenti li jkunu qed jiirċivew Kineret. Għalhekk, tilqim ħaj m’għandux jingħata flimkien ma’ Kineret.

Popolazzjoni anzjana (≥ 65 sena)

Total ta’ 752 pazjent li kellhom ≥ 65 sena, fosthom 163 pazjent li kellhom ≥ 75 sena, ġew studjati waqt studji kliniċi. Ma ġew osservati l-ebda differenzi fis-sigurtà jew l-effikaċja bejn dawn il-pazjenti u pazjenti iżgħar. Minħabba li hemm inċidenza ogħla ta’ infezzjonijiet fil-popolazzjoni anzjana b’mod

ġenerali, il-kura ta’ pazjenti anzjani trid issir b’attenzjoni.

Kura b’Kineret u antagonista ta’ TNF fl-istess ħin

L-għoti ta’ Kineret u etanercept flimkien ġie assoċjat ma’ żieda fir-riskju ta’ infezzjonijiet serji u newtropenija meta mqabbel mal-għoti ta’ etanercept waħdu. Din it-taħlita ta’ kuri ma wrietx żieda fil-benefiċċju kliniku.

L-għoti ta’ Kineret u etanercept flimkien jew flimkien ma’ antagonisti oħrajn ta’ TNF, mhuwiex rakkomandat (ara sezzjoni 4.5).

Dan il-prodott mediċinali fih inqas minn 1 mmol sodium (23 mg) għal kull doża ta’ 100 mg, jiġifieri huwa essenzjalment ‘ħieles mis-sodju’.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom ohra ta’ interazzjoni

L-interazzjonijiet bejn Kineret u prodotti mediċinali oħra ma ġewx investigati fi studji formali.

Fi studji kliniċi, ma ġewx osservati interazzjonijiet bejn Kineret u prodotti mediċinali oħra (inkluż prodotti mediċinali kontra l-infjammazzjoni li mhumiex sterojdi, kortikosterojdi, u DMARDs).

Kura b’Kineret u antagonista ta’ TNF fl-istess ħin

Fi studju kliniku f’pazjenti li kienu diġà qed jieħdu methotrexate, ġie osservat li pazjenti li irċivew Kineret u etanercept kellhom rata ogħla ta’ infezzjonijiet serji (7%) u newtropenija minn dawk il-pazjenti li ngħataw etanercept waħdu, u rata ogħla milli ġie osservat fi studji oħra ta’ qabel fejn intuża Kineret waħdu. Il-kura b’Kineret u etanercept flimkien ma wrietx żieda fil-benefiċċju kliniku.

L-għoti ta’ Kineret u etanercept flimkien jew flimkien ma’ antagonisti oħrajn ta’ TNF, mhuwiex rakkomandat (ara sezzjoni 4.4).

Substrati taċ-ċitokromju P450

Il-formazzjoni ta’ enzimi CYP450 hija mrażżna minn żieda fil-livelli ta’ ċitokini (eż., IL-1) matul infjammazzjoni kronika. Għalhekk, jista’ jkun mistenni li għal antagonista tar-riċettur IL-1, bħal anakinra, il-formazzjoni ta’ enzimi CYP450 tista' tiġi normalizzata waqt il-kura. Dan ikun klinikament rilevanti għal substrati ta’ CYP450 li għandhom indiċi terapewtiku dejjaq (eż. warfarin u phenytoin).

Mal-bidu jew mat-tmiem tal-kura b’Kineret f’pazjenti fuq dawn it-tipi ta’ prodotti mediċinali, jista' jkun rilevanti li wieħed jikkunsidra monitoraġġ terapewtiku tal-effett jew il-konċentrazzjoni ta’ dawn il-prodotti u d-doża individwali tal-prodott mediċinali jista' jkollha bżonn tiġi aġġustata.

Għal tagħrif dwar it-tilqim ara sezzjoni 4.4.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Hemm dejta limitata dwar l-użu ta’ anakinra f’nisa tqal. Madankollu, studji dwar ir-riproduzzjoni saru fuq b’Kineret fuq firien u fniek f’dożi sa 100 darba d-doża tar-RA tal-bniedem u ma żvelaw l-ebda evidenza ta’ indeboliment fil-fertilità jew ħsara lill-fetu.

L-użu ta’ Kineret mhux irrikkmandat waqt it-tqala u fin-nisa li mhumiex jużaw kontraċettivi.

Mhux magħruf jekk anakinra/metaboliti jiġux eliminati mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Ir-riskju gћat-trabi tat-twelid mhux eskluż. It-treddigћ gћandu jieqaf waqt it-trattament b’ Kineret.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Mhux rilevanti.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Fl-istudji kkontrollati bi plaċebo fuq pazjenti b’RA, l-aktar reazzjonijiet avversi rrappurtata ta’ spiss b’Kineret kienu reazzjonijiet fil-post tal-injezzjoni (ISRs) li kienu minn ħfief sa moderati fil-biċċa l-kbira tal-pazjenti. L-aktar raġuni komuni għal waqfien mill-istudju ta’ pazjenti kkurati b’Kineret kienet minħabba reazzjoni fil-post tal-injezzjoni. L-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi serji fil-pazjenti bid-doża rakkomandata ta’ Kineret (100 mg/kuljum) kienet komparabbli ma’ dawk bil-plaċebo (7.1% imqabbel ma’ 6.5% tal-grupp tal-plaċebo). L-inċidenza ta’ infezzjonijiet serji kienet ogħla f’pazjenti kkurati b’Kineret meta mqabbel ma’ pazjenti li ngħataw il-plaċebo (1.8% vs. 0.7%). Tnaqqis fin-newtrofili seħħ aktar spiss f’pazjenti li irċivew Kineret milli f’dawk bil-plaċebo.

Ir-reazzjonijiet avversi huma elenkati skont il-klassi tal-organi tas-sistema MedDRA u l-kategorija ta’ frekwenza. Il-kategoriji ta’ frekwenza huma definiti skond il-konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna

(≥ 1/10); komuni (≥ 1/100 sa < 1/10); mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100); rari (≥ 1/10,000 sa

< 1/1,000); rari ħafna (< 1/10,000); mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma mniżżla skond is-serjetà tagħhom, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel.

Sistema tal-Organi

Frekwenza

Effett Mhux Mixtieq

MedDRA

 

 

Infezzjonijiet u

Komuni (≥ 1/100 sa < 1/10)

Infezzjonijiet serji

infestazzjonijiet

 

 

Disturbi tad-demm u

Komuni (≥ 1/100 sa < 1/10)

Newtropenija

tas-sistema limfatika

 

Tromboċitopenja

Disturbi fis-sistema immuni

Mhux komuni (≥ 1/1,000 sa

Reazzjonijiet allerġiċi, li

 

< 1/100)

jinkludu reazzjonijiet

 

 

anafilattiċi, anġjoedema,

 

 

 

 

urtikarja u ħakk.

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni ħafna (≥ 1/10)

Uġigħ ta’ ras

Disturbi fil-fwied u fil-

Mhux komuni (≥ 1/1,000 sa

Żieda fl-enzimi epatiċi

marrara

< 1/100)

 

 

Mhux magħruf

Epatite mhux infettiva

 

(ma tistax tittieħed stima mid-

 

 

data disponibbli)

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti

Komuni ħafna (≥ 1/10)

Reazzjoni fil-post tal-injezzjoni

ta’ taħt il-ġilda

Mhux komuni (≥ 1/1,000 sa

Raxx

 

< 1/100)

 

Investigazzjonijiet

Komuni ħafna (>1/10)

Żieda fil-kolesterol fid-demm

Infezzjonijiet serji

L-inċidenza ta’ infezzjonijiet serji fl-istudji fuq RA li saru bid-doża rakkomandata (100 mg/kuljum) kienet ta’ 1.8% f’pazjenti kkurati b’Kineret u 0.7% f’pazjenti li ngħataw il-plaċebo.

F’osservazzjonijiet tul perjodu ta’ sa 3 snin, ir-rata ta’ infezzjonijiet serji baqgħet stabbli tul iz-żmien. L-infezzjonijiet osservati kienu kkawżati primarjament minn avvenimenti batterjali bħal ċellulite, pulmonite, u infezzjonijiet fl-għadam u fil-ġogi. Il-biċċa l-kbira tal-pazjenti komplew bil-prodott mediċinali tal-istudju wara li l-infezzjoni fieqet.

Ma kien hemm ebda mewta minħabba infezzjonijiet serji fl-istudji fuq RA.

Fi studji kliniċi u fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, ġew osservati każijiet rari ta’ infezzjonijiet opportunistiċi u dawn kienu jinkludu moffa, mikobatterji, batterji u patoġeni virali. Infezzjonijiet ġew osservati fis-sistemi tal-organi kollha u ġew rrappurtati f’pazjenti li irċivew Kineret waħdu jew flimkien ma’ aġenti immunosoppressivi.

Newtropenija

Fi studji kkontrollati bil-plaċebo, il-kura b’Kineret kienet assoċjata ma’ tnaqqis zgħir fil-valuri medji tal-għadd totali tac-ċelluli bojod u tal-għadd assolut tan-newtrofili (ANC). Newtropenija

(ANC < 1.5 x 109/l) kienet irrappurtata f’2.4% tal-pazjenti li irċivew Kineret meta mqabbel ma’ 0.4% tal-pazjenti li ngħataw plaċebo. L-ebda wieħed minn dawn il-pazjenti ma kellu infezzjonijiet serji assoċjati man-newtropenja.

Tromboċitopenja

Fi studji kliniċi f’pazjenti RA, tromboċitopenja ġiet irrapportata f’1.9% tal-pazjenti kkurati meta mqabbel ma’ 0.3% fil-grupp ta’ plaċebo. It-tromboċitopenji kienu ħfief, jiġifieri l-għadd ta’ plejtlits kienu ta’ >75 x109/L. Ġiet osservata wkoll tromboċitopenja f’pazjenti CAPS.

Matul l-użu ta’ wara t-tqegħid fis-suq ta’ Kineret, ġiet irrapportata tromboċitopenja, inkluż rapporti ta’ każijiet okkażjonali li jindikaw tromboċitopenja severa (jiġifieri għadd ta’ plejtlits ta’ <10 x109/L).

Tumuri malinni

Pazjenti b’RA jista’ jkollhom riskju ogħla (medja ta’ darbtejn sa 3 darbiet aktar) li jiżviluppaw limfoma. Fi studji kliniċi, pazjenti kkurati b’Kineret kellhom inċidenza ogħla ta’ limfoma mir-rata mistennija fil-popolazzjoni ġenerali. Din ir-rata ta’ inċidenza hi konsistenti mar-rati rrappurtati f’pazjenti b’artrite rewmatojde.

Fi studji kliniċi, ir-rata mhux analizzata tal-inċidenza ta’ tumuri malinni kienet l-istess għall-pazjenti kkurati b’Kineret u għall-pazjenti li ngħataw il-plaċebo u ma kinitx differenti minn dik fil-popolazzjoni ġenerali. Barra dan, l-inċidenza ta’ tumuri malinni ma kinitx qed tiżdied tul it-tliet snin ta’ espożizzjoni tal- pazjenti għal Kineret.

Reazzjonijiet allerġiċi

Reazzjonijiet allerġiċi, li jinkludu reazzjonijiet anafilattiċi, anġjoedema, urtikarja, raxx, u ħakk, kienu rrappurtati b’mod mhux komuni b’Kineret. Il-maġġoranza ta’ dawn ir-reazzjonijiet kienu raxx makulopapulari jew b’urtikarja.

Immunogeniċità

Fi studji kliniċi, sa 3% tal-pazjenti adulti rriżultaw seropożittivi mill-anqas darba waqt l-istudju għall-antikorpi li kapaċi jinnewtralizzaw l-effett bijoloġiku ta’ anakinra. Il-preżenza ta’ antikorpi kienet ġeneralment temporanja u ma kinitx assoċjata ma’ reazzjonijiet avversi kliniċi jew fi tnaqqis tal-effikaċja. Barra minn hekk, fi studju kliniku, 6% tal-pazjenti pedjatriċi rriżultaw seropożittivi għal minn tal-inqas darba waqt l-istudju għall-antikorpi li kapaċi jinnewtralizzaw l-effett bioloġiku ta’ anakinra.

Avvenimenti epatiċi

Fi studji kliniċi fuq pazjenti b’RA , żidiet temporanji fl-enzimi tal-fwied dehru b’mod mhux komuni. Dawn iż-żidiet ma kinux assoċjati ma’ sinjali jew sintomi ta’ ħsara epatoċellulari. Matul l-użu wara t- tqegħid fis-suq waslu rapporti iżolati ta’ każijiet li jindikaw epatite mhux infettiva. Avvenimenti epatiċi waqt l-użu wara t-tqegħid fis-suq kienu prinċipalment irrapportata f'pazjenti b’fatturi ta’ predispożizzjoni, eż. storja ta’ żieda fit-transaminażi qabel il-bidu tal-kura b’Kineret.

Reazzjonijiet fil-post tal-injezzjoni

L-aktar reazzjonijiet avversi komuni li kellhom x’jaqsmu ma’ kura b’Kineret, li ġew rrappurtati konsistentement, kienu reazzjonijiet fil-post tal-injezzjoni. Il-biċċa l-kbira (95%) ta’ dawn ir-reazzjonijiet fil-post tal-injezzjoni kienu minn ħfief sa moderati. Dawn kienu tipikament kkaratterizzati minn waħda jew aktar minn dawn: ħmura fil-ġilda, ekkimożi, infjammazzjoni u wġigħ. B’doża ta’ 100 mg/kuljum, 71% tal-pazjenti żviluppaw reazzjoni fil-post tal-injezzjoni meta mqabbel ma’ 28% tal-pazjenti li ngħataw il-plaċebo. Normalment reazzjonijiet fil-post tal-injezzjoni jidhru fl- ewwel ġimagħtejn ta’ terapija u jisparixxu fi żmien 4-6 ġimgħat. L-iżvilupp ta’ reazzjonijiet fil-post tal-injezzjoni f’pazjenti li qatt qabel ma kellhom reazzjoni fil-post tal-injezzjoni ma kienx komuni wara l-ewwel xahar ta’ kura.

Żieda fil-kolesterol fid-demm

Fi studji kliniċi ta’ RA, 775 pazjent ikkurati b’dożi ta’ kuljum ta’ Kineret ta’ 30 mg, 75 mg, 150 mg, 1 mg/kg jew 2 mg/kg, kien hemm żieda ta’ 2.4% sa 5.3% fil-livelli totali tal-kolesterol, ġimagħtejn wara l-bidu tal-kura b’Kineret, mingħajr relazzjoni bejn id-doża u r-rispons. Xejra simili kienet osservata wara 24 ġimgħa ta’ kura b’Kineret. Il-kura bi placebo (n=213) irriżultat f’tnaqqis ta’ madwar

2.2% fil-livelli totali tal-kolesterol fil-ġimgħa 2 u 2.3% fil-ġimgħa 24. L-ebda dejta mhija disponibbli dwar l-kolesterol LDL jew HDL.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Waqt l-istudji kliniċi fuq pazjenti b’RA, ma ġewx osservati tossiċitajiet li jillimitaw id-doża.

Fi studji dwar is-sepsi, 1,015-il pazjent irċivew Kineret f’dożi sa 2 mg/kg/siegħa ġol-vina (~35 darba d-doża rakkomandata f’RA) fuq perjodu ta’ kura ta’ 72 siegħa. Il-profil tal-effetti avversi minn dawn l-istudji ma juri l-ebda differenza minn dak osservat fi studji dwar l-artrite rewmatojde.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Immunosoppressant, inibituri ta’ interleukin, Kodiċi ATC: L04AC03

Anakinra jinnewtralizza l-attività bijoloġika ta’ interleukin-1α (IL-1α) u interleukin-1β (IL-1β) permezz ta’ inibizzjoni kompetittiva tat-twaħħil tagħhom ma’ riċettur tat-tip 1 ta’ interleukin-1

(IL- 1RI). Interleukin-1 (IL-1) hi ċitokina pro-infjammatorja ta’ importanza kbira u hi medjatur f’bosta risponsi ċellulari, fosthom dawk importanti f’infjammazzjoni sinovjali.

IL-1 jinsab fil-plażma u fil-likwidu sinovjali ta’ pazjenti b’artrite rewmatojde, u nstabet korrelazzjoni bejn il-konċentrazzjonijiet ta’ IL-1 fil-plażma u l-attività tal-marda. Anakinra jinibixxi r-rispons ikkawżat minn IL-1 in vitro, inkluż l-induzzjoni ta’ nitric oxide u prostaglandin E2 u/jew il-produzzjoni ta’ collagenase miċ-ċelluli sinovjali, fibroblasts u kondroċiti.

Effikaċja klinika u sigurtà

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ anakinra flimkien ma’ methotrexate intwerew f’1790 pazjent b’RA ≥ 18-il sena bi gradi differenti ta’ gravità tal-marda.

Rispons kliniku għal anakinra deher ġeneralment fi żmien ġimagħtejn mill-bidu tal-kura u nżamm billi anakinra kompla jingħata. Rispons kliniku massimu ġeneralment deher fi żmien 12-il ġimgħa wara li nbdiet il-kura.

Kura b’anakinra u methotrexate flimkien turi tnaqqis statistikament u klinikament sinifikanti fil-qawwa tas-sinjali u s-sintomi ta’ artirite rewmatojde f’pazjenti li kellhom rispons mhux adegwat għal methotrexate waħdu (38% vs. 22% tal-pazjenti li rrispondew, imkejla skont il-kriterju ACR20). Kien osservat titjib sinifikanti fl-uġigħ, fl-għadd ta’ ġogi sensittivi, fil-kapaċità fiżika (punteġġ HAQ), fir-reactants tal-fażi akuta u fl-evalwazzjoni globali mill-pazjent u mit-tabib.

F’wieħed mill-istudji b’anakinra saru eżamijiet permezz ta’ X-rays. Dawn ma wrew l-ebda ħsara fil-qarquċa tal-ġogi.

Sigurtà f’pazjenti pedjatriċi b’RA (JIA)

Kineret ġie studjat fi prova randomizzata, blinded u multiċentrika f’86 pazjent b’kors poliartikulari ta’ Artrite Rewmatika Ġuvenili (JRA; etajiet minn 2-17-il sena) li kienu qed jirċievu doża ta’ 1 mg/kg taħt il-ġilda kuljum, sa doża massima ta’ 100 mg. Il-50 pazjent li kisbu rispons kliniku wara run-in b’tikketta mikxufa ta’ 12-il ġimgħa kienu randomizzati għal Kineret (25 pazjent) jew plaċebo

(25 pazjent), mogħtija kuljum għal 16-il ġimgħa addizzjonali. Subsettt ta’ dawn il-pazjenti komplew il-kura b’tikketta mikxufa b’Kineret sa sena 1 fi studju ta’ estensjoni anċillari. F'dawn l-istudji ġie osservat profil ta’ avvenimenti avversi simili għal dak osservat f'pazjenti adulti b’RA. Din id-dejta tal- istudju hija biżżejjed biex turi l-effikaċja u, għalhekk, Kineret mhuwiex irrakkomandat għall-użu pedjatriku fl-Artrite Rewmatika Ġuvenili.

Immunogeniċità

Ara sezzjoni 4.8.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-bijodisponibiltà assoluta ta’ anakinra wara injezzjoni bolus ta’ 70 mg taħt il-ġilda f’daqqa f’pazjenti b’saħħithom (n = 11) hi ta’ 95%. Il-proċess ta’ assorbiment hu l-fattur li jillimita r-rata ta’ tneħħijja ta’ anakinra mill-plażma wara injezzjoni taħt il-ġilda. F’pazjenti b’artrite rewmatojde, l-ogħla konċentrazzjonijiet fil-plażma seħħew minn 3 sa 7 sigħat wara l-għoti ta’ anakinra taħt il-ġilda f’dożi klinikament rilevanti (1 sa 2 mg/kg; n = 18); Il-konċentrazzjoni tal-plasma naqset mingħajr ebda fażi ta’ distribuzzjoni li tintgħaraf u l-half-life terminali kienet minn 4 sa 6 sigħat. F’pazjenti b’artrite rewmatojde, l-ebda akkumulazzjoni mhux mistennija ta’ anakinra ma ġiet osservata wara dożi ta’ kuljum mogħtija taħt il-ġilda sa perjodu ta’ 24 ġimgħa. Stimi medji (SD) tat-tneħħija (CL/F) u l-volum tad-distribuzzjoni (Vd/F) skont analiżi ta’ popolazzjoni ta’ dejta minn żewġ studji farmakokinetiċi f’35 pazjent b’RA kienu ta’ 105(27) mL/min u ta’ 18.5(11) L, rispettivament. Dejta mill-bnedmin u mill-annimali wriet li l-kliewi huma l-organi prinċipali responsabbli għall-eliminazzjoni ta’ anakinra. It-tneħħija ta’ anakinra f’pazjenti b’RA żdiedet hekk kif it-tneħħija tal-krejatinina żdiedet.

L-influwenza ta’ kovarjanti demografiċi fuq il-farmakokinetika ta’ anakinra ġiet studjata b’analiżi farmakokinetika ta’ popolazzjoni ta’ 341 pazjent li kienu qed jingħataw injezzjoni taħt il-ġilda kuljum ta’ anakinra f’dożi ta’ 30, 75, u 150 mg sa 24 ġimgħa. It-tneħħija stmata ta’ anakinra żdiedet hekk kif

żdiedu t-tneħħija tal-krejatinina u l-piż tal-ġisem. Analiżi farmakokinetika ta’ popolazzjoni wriet li l-valur medju ta’ tneħħija mill-plażma wara injezzjoni taħt il-ġilda kienet bejn wieħed u ieħor 14% ogħla fl-irġiel milli fin-nisa u bejn wieħed u ieħor 10% ogħla f’pazjenti ta’ < 65 sena milli f’pazjenti ta’ ≥ 65 sena. Madankollu, wara aġġustament għat-tneħħija tal-krejatinina u għall-piż tal-ġisem, is-sess u l-età ma kinux fatturi sinifikanti għat-tneħħija medja mill-plażma. L-ebda aġġustament tad- doża ma huwa meħtieġ abbażi tal-età jew is-sess.

Indeboliment tal-fwied

Sar studju li fih ħadu sehem 12-il pazjent b’disfunzjoni epatika (Child-Pugh Klassi B) li ngħataw doża unika ġol-vina ta’ 1 mg/kg. Il-parametri farmakokinetiċi ma kinux sostanzjalment differenti minn voluntiera b’saħħithom, minbarra tnaqqis fit-tneħħija ta’ madwar 30% meta mqabbla ma’ dejta minn studju b’voluntiera b’saħħithom. Tnaqqis korrispondenti fit-tneħħija tal-krejatinina deher fil- popolazzjoni b’insuffiċjenza epatika. Għaldaqstant, it-tnaqqis fit-tneħħija huwa probabbilment spjegat b’indeboliment fil-funzjoni renali f’din il-popolazzjoni. Din id-dejta tappoġġa li l-ebda aġġustament fid-doża ma huwa meħtieġ għal pazjenti b’disfunzjoni epatika ta’ Child-Pugh Klassi B. Ara

sezzjoni 4.2.

Indeboliment tal-kliewi

It-tneħħija medja ta’ Kineret mill-plażma f’individwi b’insuffiċjenza renali ħafifa (tneħħija tal- krejatinina ta’ 50-80 mL/min) u moderata (tneħħija tal-krejatinina ta’ 30-49 mL/min) tnaqqset b’16% u 50%, rispettivament. F’insuffiċjenza renali severa u l-mard tal-kliewi fi stadju finali (tneħħija tal- krejatinina <30 mL/min), il-medja tat-tneħħija mill-plażma naqset b’70% u 75%, rispettivament. Anqas minn 2.5% tad-doża mogħtija ta’ Kineret tneħħiet b’emodijalisi jew b’dijalisi peritoneali ambulatorja kontinwa. Din id-dejta tappoġġa l-fatt li l-ebda aġġustament fid-doża ma huwa meħtieġ għal pazjenti b’indeboliment renali ħafif (CLcr 50 sa 80 ml/minuta). Ara sezzjoni 4.2.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Ma kien osservat l-ebda effett ta’ anakinra fuq il-fertilità, l-iżvilupp bikri, l-iżvilupp embrijofetali, jew l-iżvilupp qabel jew wara t-twelid fil-firien b’dożi sa 100 darba tad-doża umana. Ma ġew osservati l-ebda effetti fuq l-iżvilupp embrijofetali fil-fniek b’dożi sa 100 darba tad-doża umana.

F’sensiela standard ta’ testijiet magħmula biex jiġu identifikati riskji assoċjati fir-rigward tad-DNA, anakinra ma wassalx għal mutazzjonijiet fil-ġeni taċ-ċelluli tal-batterji jew tal-mammiferi. Anakinra ma żiedx l-inċidenza ta’ anormalitajiet fil-kromożomi jew fil-mikronukleji fiċ-ċelluli tal-mudullun tal-ġrieden. Ma sarux studji fit-tul sabiex jiġi evalwat il-potenzjal karċinoġeniku ta’ anakinra. Dejta minn studji fuq il-ġrieden li jipproduċu aktar IL-1ra minn normal u fuq ġrieden IL-1ra mutanti knock-out, ma wrew l-ebda żieda fir-riskju ta’ żvilupp ta’ tumuri.

Studju formali dwar interazzjonijiet tossikoloġiċi u tossikokinetiċi fil-firien ma wera l-ebda evidenza li Kineret jbiddel il-profil tossikoloġiku jew farmakokinetiku ta’ methotrexate.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Citric acid, anidru

Sodium chloride

Disodium edetate dihydrate

Polysorbate 80

Sodium hydroxide

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbiltajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2 °C - 8 °C). Tagħmlux fil-friża.

Żomm fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Għall-użu ambulatorju, Kineret jista’ jitneħħa mill-friġġ għal 12-il siegħa f’temperatura ta’ mhux aktar minn 25°C, mingħajr ma’ tkun għaddiet id-data ta’ meta jiskadi. Fl-aħħar ta’ dan il-perjodu, il-prodott m’għandux jerġa’ jitqiegħed fil-friġġ u jrid jintrema.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

0.67 ml ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ġo siringa (Ħġieġ ta’ Tip I) mimlija għal-lest b’tapp planġer (lastku bromobutyl) u labra ta’ gejġ 29. Is-siringa mimlija għal-lest għandha protezzjoni riġida tal- plastik fuq barra għal-labra mwaħħla ma’ għatu għal-labra fuq ġewwa. Ebda parti mill-komponenti tas-siringa jew tal-protezzjoni għal-labra ma hija magħmula minn latex tal-gomma naturali.

Id-daqsijiet tal-pakketti huma 1, 7 jew 28 (pakkett multiplu li fih 4 pakketti ta’ 7 siringi mimlijin għal- lest) siringa mimlijin għal-lest.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġjar ieħor

Kineret hu soluzzjoni sterilizzati iżda mhux ippreservat. Biex jintuża darba biss.

Iċċaqlaqx bil-qawwi it-taħlita. Ħalli s-siringa mimlija għal-lest tilħaq it-temperatura tal-kamra qabel ma tinjetta.

Qabel l-għoti, eżamina viżwalment s-soluzzjoni għal materja f’sura ta’ partikuli separati u għal tidnis tal-kulur. Għandhom jsiru injezzjonijiet biss ta’ soluzzjoni ċara, mingħajr kulur sa bajda li jista’ jkun fiha xi frak amorfu trasluċidu sa abjad li hu relatat mal-prodott.

Il-preżenza ta’ dan il-frak ma jaffettwax il-kwalità tal-prodott.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Swedish Orphan Biovitrum AB (publ)

SE-112 76 Stockholm

L-Iżvezja

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/02/203/001 – Pakkett ta’ 1

EU/1/02/203/002 – Pakkett ta’ 7

EU/1/02/203/003 – Pakkett ta’ 28

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 8 ta’ Marzu, 2002

Data tal-aħħar tiġdid: 20 ta’ Marzu, 2007

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Kineret 100 mg/0.67 ml soluzzjoni għall-injezzjoni ġo siringa mimlija għal-lest

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull siringa gradwata mimlija għal-lest fiha 100 mg ta’ anakinra* kull 0.67 ml (150 mg/ml).

*Antagonist tar-riċettur ta’ interleukin-1 uman (r-metHuIL-1ra) magħmul b’teknoloġija tad-DNA rikombinanti f’ċelluli ta’ Escherichia coli.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni (injezzjoni).

Soluzzjoni għall-injezzjoni ċara, mingħajr kulur sa bajda li jista’ jkun fiha xi frak amorfu trasluċidu sa abjad li hu relatat mal-prodott.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kineret hu indikat għall-użu fl-adulti għall-kura tas-sinjali u s-sintomi ta’ Artrite Rewmatojde (RA) flimkien ma’ methotrexate, li m’għandhomx rispons adegwat għal methotrexate waħdu.

Kineret hu indikat għall-użu fl-adulti, adolexxenti, tfal u trabi ta’ 8 xhur u aktar, b’piż tal-ġisem ta’ 10 kg u aktar għall-kura ta’ Sindromi Perjodiċi Assoċjati ma’ Cryopyrin (CAPS), li jinkludu:

-Il-Marda ta’ Infjammazzjoni Multisistemika li tibda mit-Twelid (NOMID) / Sindromu Kroniku

Infantili Newroloġiku, tal-Ġilda u Artikulari (CINCA)

-Is-Sindromu ta’ Muckle-Wells (MWS)

-Is-Sindromu Awtoinfjammatorju tal-Kesħa Familjali (FCAS)

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-kura b’Kineret għandha tinbeda u tiġi ssorveljata minn tobba speċjalizzati b’esperjenza fid-dijanjosi u l-kura ta’ artrite rewmatojde u CAPS, rispettivament.

Pożoloġija

RA: Adulti

Id-doża rakkomandata ta’ Kineret hi ta’ 100 mg mogħtija darba kuljum b’injezzjoni taħt il-ġilda. Id- doża għandha tingħata bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin kuljum.

CAPS: Adulti, adolexxenti, tfal u trabi ta’ 8 xhur u aktar, b’piż tal-ġisem ta’ aktar minn 10 kg

Doża tal-bidu:

Id-doża rakkomandata tal-bidu fis-sottotipi kollha ta’ CAPS hija ta’ 1-2 mg/kg/kuljum permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda. Ir-rispons terapewtiku huwa primarjament rifless permezz ta’ tnaqqis fis- sintomi kliniċi bħal deni, raxx, uġigħ fil-ġogi, u uġigħ ta’ ras, iżda wkoll fil-markaturi infjammatorji fis-serum (livelli ta’ CRP/SAA), jew l-okkorrenza ta’ rikaduti.

Doża ta’ manteniment f’CAPS ħfief (FCAS, MWS ħafif):

Il-pazjenti normalment ikunu ikkontrollati tajjeb billi jżommu d-doża rakkomandata tal-bidu (1-2 mg/kg/kuljum).

Doża ta’ manteniment f’CAPS severi (MWS u NOMID/CINCA):

Żidiet fid-dożi jistgħu jkunu meħtieġa fi żmien xahar-xahrejn abbażi tar-rispons terapewtiku. Id-doża ta’ manteniment tas-soltu f’CAPS severi hija ta’ 3-4 mg/kg/kuljum, li tista' tiġi aġġustata għal massimu ta’ 8 mg/kg/kuljum.

Flimkien mal-valutazzjoni tas-sintomi kliniċi u l-markaturi infjammatorji f’CAPS severi, valutazzjonijiet tal-infjammazzjoni tal-CNS, inkluż il-parti ta’ ġewwa tal-widna (MRI jew CT, titqib lumbari, u awdjoloġija) u tal-għajnejn (valutazzjonijiet oftalmoloġiċi) huma rakkomandati wara l-ewwel 3 xhur ta’ kura, u minn hemm ’il quddiem kull 6 xhur, sakemm ikunu ġew identifikati d-dożi effettivi ta’ kura. Meta l-pazjenti jkunu klinikament ikkontrollati tajjeb, il-monitoraġġ tas-CNS u oftalmoloġiċi jista' jsir kull sena.

Persuni anzjani (≥ 65 sena)

Ma huwa meħtieġ l-ebda tibdil fid-doża f’pazjenti b’RA. Il-pożoloġija u l-mod ta’ kif jingħata huma l- istess bħal dawk tal-adulti ta’ bejn 18 u 64 sena.

Id-dejta f'pazjenti anzjani b’CAPS hija limitata. L-ebda aġġustament fid-doża ma huwa mistenni li jkun meħtieġ.

Popolazzjoni pedjatrika (≤ 18-il sena)

RA: L-effikaċja ta’ Kineret fit-tfal b’RA (JIA) minn età ta’ 0 sa 18-il sena ma ġietx determinata s’issa.

CAPS: Il-pożoloġija u l-għoti fit-tfal u t-trabi ta’ aktar minn 8 xhur b’piż tal-ġisem ta’ aktar minn 10 kg huma l-istess bħal għal pazjenti adulti b’CAPS, abbażi tal-piż tal-ġisem. Ma hemm ebda dejta disponibbli fi tfal li għandhom inqas minn 8 xhur.

Indeboliment tal-fwied

Ma huwa meħtieġ l-ebda tibdil fid-doża għal pazjenti b’indeboliment epatiku moderat (Child-Pugh Klassi B). Kineret għandu jintuża b’kawtela fuq pazjenti b’indeboliment epatiku sever.

Indeboliment tal-kliewi

Kineret m’għandux jintuża f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi (CLcr < 30 ml/minuta) (ara sezzjoni 4.3). Ma huwa meħtieġ l-ebda tibdil fid-doża għall-pazjenti b’indeboliment ħafif tal-kliewi (CLcr 50 sa 80 ml/minuta). Fin-nuqqas ta’ tagħrif adegwat, Kineret għandu jintuża b’attenzjoni f’pazjenti b’indeboliment moderat tal-kliewi (CLcr 30 sa 50 ml/ minuta).

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Kineret jingħata permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda.

Kineret jiġi lest għall-użu f’siringa gradwata mimlija għal-lest. Is-siringa gradwata mimlija għal-lest tippermetti dożi bejn 20 u 100 mg. Peress li d-doża minima hija ta’ 20 mg, is-siringa mhijiex xierqa għal pazjenti pedjatriċi b’piż tal-ġisem ta’ anqas minn 10 kg. Is-siringa mimlija għal-lest m’għandhiex titħawwad. L-istruzzjonijiet għall-użu u l-immaniġġjar qegħdin f’sezzjoni 6.6.

Hu rakkomandat li jinbidel il-post tal-injezzjoni sabiex tiġi evitata l-iskumdità fil-post tal-injezzjoni. It-tkessiħ tas-sit tal-injezzjoni, it-tisħin tal-likwidu tal-injezzjoni, l-użu ta’ pakketti kesħin (qabel u wara l-injezzjoni), u l-użu ta’ kortikosterojdi u antistamini topiċi wara l-injezzjoni jistgħu jtaffu s- sinjali u s-sintomi ta’ reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni.

4.3 Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal xi wieħed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1 jew għall-proteini ġejjin minn E. coli.

Kineret m’għandux jintuża f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi (CLcr < 30 ml/minuta) (ara sezzjoni 4.2).

Kura b’Kineret m’għandhiex tinbeda f’pazjenti b’newtropenija (ANC <1.5 x 109/l) (ara sezzjoni 4.4).

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Reazzjonijiet allerġiċi

Reazzjonijiet allerġiċi, li jinkludu reazzjonijiet anafilattiċi u anġjoedema kienu rrappurtati b’mod mhux komuni. Il-maġġoranza ta’ dawn ir-reazzjonijiet kienu raxx makulari bl-infafet jew raxx ta’ urtikarja.

Jekk jkun hemm reazzjoni allerġika qawwija, l-għoti ta’ Kineret għandu jitwaqqaf u tinbeda l-kura xierqa.

Avvenimenti epatiċi

Fi studji kliniċi fuq pazjenti b’RA u CAPS, żidiet temporanji fl-enzimi tal-fwied dehru b’mod mhux komuni. Dawn iż-żidiet ma kinux assoċjati ma’ sinjali jew sintomi ta’ ħsara epatoċellulari. Matul l-użu wara t-tqegħid fis-suq waslu rapporti iżolati ta’ każijiet li jindikaw epatite mhux infettiva. Avvenimenti epatiċi waqt l-użu wara t-tqegħid fis-suq kienu prinċipalment irrapportati f’pazjenti b’fatturi ta’ predispożizzjoni, eż. storja ta’ żieda fit-transaminażi qabel il-bidu tal-kura b’Kineret. L-effikaċja u s-sigurtà ta’ Kineret fuq pazjenti b’AST/ALT ≥ 1.5 x tal-ogħla livell tan-normal ma

ġewx evalwati.

Infezzjonijiet serji

Kineret kien assoċjat ma’ inċidenza akbar ta’ infezzjonijiet serji (1.8%) kontra plaċebo (0.7%) f’pazjenti b’RA. F’numru żgħir ta’ pazjenti bl-ażżma, l-inċidenza ta’ infezzjonijiet serji kienet ogħla f’pazjenti kkurati b’Kineret (4.5%) meta mqabbla ma’ pazjenti li rċevew plaċebo (0%), dawn l- infezzjonijiet kienu prinċipalment relatati mal-passaġġ respiratorju.

Is-sigurtà u l-effikaċja tal-kura b’Kineret f’pazjenti b’infezzjonijiet kroniċi għadhom ma ġewx evalwati.

Kura b’Kineret m’għandhiex tinbeda fuq pazjenti b’infezzjonijiet attivi. Kura b’Kineret għandha titwaqqaf f’pazjenti b'RA jekk tiżviluppa infezzjoni severa. F’pazjenti b’CAPS li qed jirċievu kura b’Kineret, hemm riskju ta’ rikaduti tal-marda meta l-kura b’Kineret titwaqqaf. Dan għandu jitqies meta tittieħed deċiżjoni dwar jekk Kineret jitkompliex matul infezzjoni severa.

It-tobba għandhom joqogħdu attenti meta jagħtu Kineret lill-pazjenti b’passat ta’ infezzjonijiet rikorrenti jew b’kundizzjonijiet li jistgħu jippredisponuhom għall-infezzjonijiet.

Is-sigurtà ta’ Kineret f’individwi b’tuberkulosi latenti mhijiex magħrufa. Kien hemm rapporti ta’ tuberkulosi f'pazjenti li kienu qed jirċievu diversi korsijiet ta’ kura bijoloġiċi kontra l-infjammazzjoni. Il-pazjenti għandhom jiġu eżaminati għal tuberkulożi latenti qabel ma jinbeda Kineret. Il-linji gwida mediċi disponibbli għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.

Terapiji anti-rewmatiċi oħra kienu assoċjati ma’ riattivazzjoni tal-epatite B. Għalhekk, l-iskrining għall-epatite virali għandu jsir skont il-linji gwida ppubblikati wkoll qabel ma tinbeda l-kura b’Kineret.

Newtropenija

Kineret kien komunement assoċjat ma’ newtropenja (ANC < 1.5 x 109/L) fi studji kkontrollati bi plaċebo f’RA u każijiet ta’ newtropenija ġew osservati f’pazjenti b’CAPS. Għal aktar informazzjoni dwar in-newtropenja ara sezzjoni 4.8.

Il-kura b’Kineret m’għandhiex tinbeda f’pazjenti b’newtropenija (ANC < 1.5 x 109/l). Hu rakkomandat li l-għadd tan-newtrofili jiġi evalwat qabel ma tinbeda kura b’Kineret, u waqt li qed jingħata Kineret, kull xahar għall-ewwel 6 xhur ta’ kura u wara dan kull tliet xhur. F’pazjenti li

taqbadhom newtropenija (ANC < 1.5 x 109/l), l-ANC għandu jiġi mmonitorjat mill-qrib u l-kura b’Kineret għandha titwaqqaf. Is-sigurtà u effikaċja ta’ Kineret f’pazjenti b’newtropenja ma ġewx determinati s’issa.

Immunosoppressjoni

L-impatt ta’ kura b’Kineret fuq tumuri malinni diġà eżistenti għadu ma ġiex studjat. Għalhekk mhux rakkomandat l-użu ta’ Kineret f’pazjenti li diġà għandhom tumur malinn.

Tilqim

Fi studju kliniku kkontrollat bil-plaċebo (n = 126), ma ġiet innotata l-ebda differenza fir-rispons tal- antikorpi kontra t-tetnu bejn il-grupp ikkurat b’Kineret u l-grupp li ngħata l-plaċebo meta ngħatat tilqima tat-toxoid tat-tetnu u difterite fl-istess ħin ma’ Kineret. M’hemm l-ebda tagħrif dwar l-effetti ta’ tilqim b’antiġeni inattivi oħra f’pazjenti li jkunu qed jirċievu Kineret.

M’hemm l-ebda tagħrif dwar l-effetti ta’ tilqim ħaj jew dwar it-tixrid sekondarju ta’ l-infezzjoni minn tilqim ħaj f’pazjenti li jkunu qed jirċievu Kineret. Għalhekk, tilqim ħaj m’għandux jingħata flimkien ma’ Kineret.

Persuni akbar fl-età (≥ 65 sena)

Total ta’ 752 pazjent b’RA li kellhom 65 sena, fosthom 163 pazjent li kellhom ≥ 75 sena, ġew studjati waqt studji kliniċi. Ma ġew osservati l-ebda differenzi globali fis-sigurtà jew l-effikaċja bejn dawn il- pazjenti u pazjenti iżgħar. L-esperjenza fil-kura ta’ pazjenti anzjani b’CAPS hija limitata. Minħabba li ġeneralment ikun hemm inċidenza ogħla ta’ infezzjonijiet fil-popolazzjon anzjana, il-kura ta’ pazjenti anzjani trid issir b’attenzjoni.

Kura b’Kineret u antagonista ta’ TNF fl-istess ħin

L-għoti ta’ Kineret u etanercept flimkien ġie assoċjat ma’ żieda fir-riskju ta’ infezzjonijiet serji u newtropenija meta mqabbel mal-għoti ta’ etanercept waħdu f’pazjenti b’RA. Din it-taħlita ta’ kuri ma wrietx żieda fil-benefiċċju kliniku.

L-għoti ta’ Kineret u etanercept flimkien jew flimkien ma’ antagonisti oħrajn ta’ TNF, mhuwiex rakkomandat (ara sezzjoni 4.5)

Dan il-prodott mediċinali fih inqas minn 1 mmol sodium (23 mg) għal kull doża ta’ 100 mg, jiġifieri huwa essenzjalment ‘ħieles mis-sodju’.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom ohra ta’ interazzjoni

L-interazzjonijiet bejn Kineret u prodotti mediċinali oħra ma ġewx investigati fi studji formali. Fi studji kliniċi, ma ġewx osservati interazzjonijiet bejn Kineret u prodotti mediċinali oħra (inkluż prodotti mediċinali kontra l-infjammazzjoni li mhumiex sterojdi, kortikosterojdi, u DMARDs).

Kura b’Kineret u antagonist ta’ TNF fl-istess ħin

Fi studju kliniku f’pazjenti b’RA li kienu diġà qed jieħdu methotrexate, ġie osservat li pazjenti li irċevew Kineret u etanercept kellhom rata ogħla ta’ infezzjonijiet serji (7%) u newtropenija minn dawk il-pazjenti li ngħataw etanercept waħdu, u rata ogħla milli ġie osservat fi studji oħra ta’ qabel fejn intuża Kineret waħdu. Il-kura b’Kineret u etanercept flimkien ma wrietx żieda fil-benefiċċju kliniku.

L-għoti ta’ Kineret u etanercept flimkien jew flimkien ma’ antagonisti oħrajn ta’ TNF, mhuwiex rakkomandat (ara sezzjoni 4.4).

Substrati taċ-ċitokromju P450

Il-formazzjoni ta’ enzimi CYP450 hija mrażżna minn żieda fil-livelli ta’ ċitokini (eż., IL-1) matul infjammazzjoni kronika. Għalhekk, jista’ jkun mistenni li għal antagonista tar-riċettur IL-1, bħal anakinra, il-formazzjoni ta’ enzimi CYP450 tista' tiġi normalizzata waqt il-kura. Dan ikun klinikament rilevanti għal substrati ta’ CYP450 li għandhom indiċi terapewtiku dejjaq (eż. warfarin u phenytoin).

Mal-bidu jew mat-tmiem tal-kura b’Kineret f’pazjenti fuq dawn it-tipi ta’ prodotti mediċinali, jista' jkun rilevanti li wieħed jikkunsidra monitoraġġ terapewtiku tal-effett jew il-konċentrazzjoni ta’ dawn il-prodotti u d-doża individwali tal-prodott mediċinali jista' jkollha bżonn tiġi aġġustata.

Għal tagħrif dwar it-tilqim ara sezzjoni 4.4.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Hemm dejta limitata dwar l-użu ta’ anakinra f’nisa tqal. Madankollu, studji dwar ir-riproduzzjoni saru fuq b’Kineret fuq firien u fniek f’dożi sa 100 darba d-doża tar-RA tal-bniedem u ma żvelaw l-ebda evidenza ta’ indeboliment fil-fertilità jew ħsara lill-fetu.

L-użu ta’ Kineret mhux irrakkomandat waqt it-tqala u fin-nisa li mhumiex jużaw kontraċettivi.

Mhux magħruf jekk anakinra/metaboliti jiġux eliminati mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Ir-riskju gћat- trabi tat-twelid mhux eskluż. It-treddigħ għandu jieqaf waqt it-trattament b’ Kineret.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Mhux rilevanti.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Fl-istudji kkontrollati bi plaċebo fuq pazjenti b’RA, l-aktar reazzjonijiet avversi rrappurtata ta’ spiss b’Kineret kienu reazzjonijiet fil-post tal-injezzjoni (ISRs), li kienu minn ħfief sa moderati fil-biċċa l- kbira tal-pazjenti. L-aktar raġuni komuni għal waqfien mill-istudju ta’ pazjenti b’RA kkurati b’Kineret kienet minħabba reazzjoni fil-post tal-injezzjoni. L-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi serji fi studju

RA fil-pazjenti bid-doża rakkomandata ta’ Kineret (100 mg/kuljum) kienet komparabbli ma’ dawk bil- plaċebo (7.1% imqabbel ma’ 6.5% tal-grupp tal-plaċebo). L-inċidenza ta’ infezzjonijiet serji kienet ogħla f’pazjenti kkurati b’Kineret meta mqabbel ma’ pazjenti li ngħataw il-plaċebo (1.8% vs. 0.7%). Tnaqqis fin-newtrofili seħħ aktar spiss f’pazjenti li rċevew Kineret milli f’dawk bil-plaċebo.

Dejta dwar reazzjonijiet avversi f'pazjenti b’CAPS hija bbażata fuq studju b’tikketta mikxufa ta’

43 pazjent b’NOMID/CINCA li rċevew kura b’Kineret sa massimu ta’ 5 snin, b’espożizzjoni totali ta’

Kineret ta’ 159.8 snin ta’ pazjenti. Matul l-istudju fuq 5 snin, 14-il pazjent (32.6%) irrapportaw 24 każ serju. Ħdax-il avvenimenti serju f’4 (9.3%) pazjenti kienu meqjusa relatati ma’ Kineret. L-ebda pazjent ma rtira mill-kura b’Kineret minħabba reazzjonijiet avversi. Ma hemm l-ebda indikazzjoni, la minn dan l-istudju jew minn rapporti ta’ reazzjonijiet avversi wara t-tqegħid fis-suq li l-profil ġenerali tas-sigurtà f'pazjenti b’CAPS huwa differenti minn dak f’pazjenti b’RA. It-tabella tar-reazzjonijiet avversi hawn taħt għalhekk tapplika għall-kura b’Kineret kemm f’pazjenti b’RA kif ukoll b’CAPS.

Ir-reazzjonijiet avversi huma elenkati skont il-klassi tal-organi tas-sistema MedDRA u l-kategorija ta’ frekwenza. Il-kategoriji ta’ frekwenza huma definiti skond il-konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna

(≥ 1/10); komuni (≥ 1/100 sa < 1/10); mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100); rari (≥ 1/10,000 sa

< 1/1,000); rari ħafna (< 1/10,000); mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma mniżżla skond is-serjetà tagħhom, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel.

Sistema tal-Organi MedDRA

Frekwenza

Effett Mhux Mixtieq

Infezzjonijiet u

Komuni (≥ 1/100 sa < 1/10)

Infezzjonijiet serji

infestazzjonijiet

 

 

Disturbi tad-demm u tas-

Komuni (≥ 1/100 sa < 1/10)

Newtropenija

sistema limfatika

 

Tromboċitopenja

Disturbi fis-sistema immuni

Mhux komuni (≥ 1/1,000 sa

Reazzjonijiet allerġiċi, li

 

< 1/100)

jinkludu reazzjonijiet

 

 

anafilattiċi, anġjoedema,

 

 

urtikarja u ħakk.

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni ħafna (≥ 1/10)

Uġigħ ta’ ras

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Mhux komuni (≥ 1/1,000 sa

Żieda fl-enzimi epatiċi

 

< 1/100)

 

 

Mhux magħruf

Epatite mhux infettiva

 

(ma tistax tittieħed stima mid-

 

 

data disponibbli)

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti

Komuni ħafna (≥ 1/10)

Reazzjoni fil-post tal-

ta’ taħt il-ġilda

 

injezzjoni

 

Mhux komuni (≥ 1/1,000 sa

Raxx

 

< 1/100)

 

Investigazzjonijiet

Komuni ħafna (≥1/10)

Żieda fil-kolesterol fid-demm

Infezzjonijiet serji

L-inċidenza ta’ infezzjonijiet serji fl-istudji fuq RA li saru bid-doża rakkomandata (100 mg/kuljum) kienet ta’ 1.8% f’pazjenti kkurati b’Kineret u ta’ 0.7% f’pazjenti li ngħataw il-plaċebo.

F’osservazzjonijiet tul perjodu sa 3 snin, ir-rata ta’ infezzjonijiet serji baqgħet stabbli tul iż-żmien. L- infezzjonijiet osservati kienu kkawżati primarjament minn avvenimenti batterjali bħal ċellulite, pulmonite, u infezzjonijiet fl-għadam u fil-ġogi. Il-biċċa l-kbira tal-pazjenti komplew bil-prodott mediċinali tal-istudju wara li l-infezzjoni fieqet.

Fit-43 pazjent b’CAPS segwiti sa 5 snin, il-frekwenza ta’ infezzjonijiet serji kienet ta’ 0.1/sena, bl- aktar komuni kienu l-pnewmonja u l-gastroenterite. Kineret twaqqaf temporanjament f'pazjent wieħed, il-pazjenti l-oħra kollha komplew il-kura b’Kineret matul l-infezzjonijiet.

Ma kien hemm ebda mewta minħabba infezzjonijiet serji fl-istudji fuq RA jew CAPS.

Fi studji kliniċi fuq RA u fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, ġew osservati każijiet rari ta’ infezzjonijiet opportunistiċi u dawn kienu jinkludu patoġeni fungali, mikobatterji, batterji u virali. Infezzjonijiet ġew osservati fis-sistemi tal-organi kollha u ġew rrappurtati f’pazjenti li rċevew Kineret waħdu jew flimkien ma’ aġenti immunosuppressivi.

Newtropenija

Fi studji fuq RA kkontrollati bil-plaċebo, il-kura b’Kineret kienet assoċjata ma’ tnaqqis żgħir fil-valuri medji tal-għadd totali taċ-ċelluli bojod u tal-għadd assolut tan-newtrofili (ANC). Newtropenija

(ANC < 1.5 x 109/l) kienet irrapportata f’2.4% tal-pazjenti li rċevew Kineret meta mqabbel ma’ 0.4% tal-pazjenti li ngħataw plaċebo. L-ebda wieħed minn dawn il-pazjenti ma kellu infezzjonijiet serji assoċjati man-newtropenja.

Fit-43 pazjent b’CAPS segwiti sa 5 snin, in-newtropenja kienet irrapportata f’2 pazjenti. Iż-żewġ episodji ta’ newtropenja irriżolvew maż-żmien b’kura kontinwa b’Kineret.

Tromboċitopenja

Fi studji kliniċi f’pazjenti RA, tromboċitopenja ġiet irrapportata f’1.9% tal-pazjenti kkurati meta mqabbel ma’ 0.3% fil-grupp ta’ plaċebo. It-tromboċitopenji kienu ħfief, jiġifieri l-għadd ta’ plejtlits kienu ta’ >75 x109/L. Ġiet osservata wkoll tromboċitopenja f’pazjenti CAPS.

Matul l-użu ta’ wara t-tqegħid fis-suq ta’ Kineret, ġiet irrapportata tromboċitopenja, inkluż rapporti ta’ każijiet okkażjonali li jindikaw tromboċitopenja severa (jiġifieri għadd ta’ plejtlits ta’ <10 x109/L).

Tumuri malinni

Pazjenti b’RA jista’ jkollhom riskju ogħla (medja ta’ darbtejn sa 3 darbiet aktar) li jiżviluppaw limfoma. Fi provi kliniċi, filwaqt li pazjenti kkurati b’Kineret kellhom inċidenza ogħla ta’ limfoma mir-rata mistennija fil-popolazzjoni ġenerali, din ir-rata hi konsistenti mar-rati rrappurtati b’mod

ġenerali għal pazjenti b’RA.

Fi provi kliniċi, ir-rata mhux analizzata tal-inċidenza ta’ tumuri malinni kienet l-istess għall-pazjenti kkurati b’Kineret u għall-pazjenti li ngħataw il-plaċebo u ma kienitx differenti minn dik fil- popolazzjoni ġenerali. Barra dan, l-inċidenza globali ta’ tumuri malinni ma żdidietx tul it-3 snin ta’ espożizzjoni tal-pazjenti għal Kineret.

Reazzjonijiet allerġiċi

Reazzjonijiet allerġiċi, li jinkludu reazzjonijiet anafilattiċi, anġjoedema, urtikarja, raxx, u ħakk, kienu rrappurtati b’mod mhux komuni b’Kineret. Il-maġġoranza ta’ dawn ir-reazzjonijiet kienu raxx makulopapulari jew b’urtikarja.

Fit-43 pazjent b’CAPS segwiti sa 5 snin, l-ebda avveniment allerġiku ma kien serju u l-ebda avveniment ma kien jeħtieġ li l-kura b’Kineret titwaqqaf.

Immunoġeniċità

Fi provi kliniċi f’RA, sa 3% tal-pazjenti adulti rriżultaw seropożittivi mill-anqas darba waqt l-istudju għall-antikorpi li kapaċi jinnewtralizzaw l-effett bijoloġiku ta’ anakinra. Il-preżenza ta’ antikorpi kienet ġeneralment temporanja u ma kienitx assoċjata ma’ reazzjonijiet avversi kliniċi jew fi tnaqqis tal-effikaċja. Barra minn hekk, fi studju kliniku, 6% tal-pazjenti pedjatriċi rriżultaw seropożittivi għal minn tal-inqas darba waqt l-istudju għall-antikorpi li kapaċi jinnewtralizzaw l-effett bioloġiku ta’ anakinra.

Il-maġġoranza tal-pazjenti b’CAPS fl-Istudju 03-AR-0298 żviluppaw antikorpi kontra l-mediċina anakinra. Dan ma kienx assoċjat ma’ xi effetti klinikament sinifikanti fuq il-farmakokinetika, l- effikaċja, jew is-sigurtà.

Avvenimenti epatiċi

Fi studji kliniċi fuq pazjenti b’RA u CAPS, żidiet temporanji fl-enzimi tal-fwied dehru b’mod mhux komuni. Dawn iż-żidiet ma kinux assoċjati ma’ sinjali jew sintomi ta’ ħsara epatoċellulari. Matul l-użu wara t-tqegħid fis-suq waslu rapporti iżolati ta’ każijiet li jindikaw epatite mhux infettiva. Avvenimenti epatiċi waqt l-użu wara t-tqegħid fis-suq kienu prinċipalment irrapportata f'pazjenti b’fatturi ta’ predispożizzjoni, eż. storja ta’ żieda fit-transaminażi qabel il-bidu tal-kura b’Kineret.

Reazzjonijiet fil-post tal-injezzjoni

F’pazjenti b’RA, l-aktar reazzjonijiet avversi komuni li kellhom x’jaqsmu ma’ kura b’Kineret, li ġew rrappurtati konsistentement, kienu reazzjonijiet fil-post tal-injezzjoni. Il-biċċa l-kbira (95%) ta’ dawn ir-reazzjonijiet fil-post tal-injezzjoni kienu minn ħfief sa moderati. Dawn kienu tipikament ikkaratterizzati minn waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: ħmura fil-ġilda, ekkimożi, infjammazzjoni u wġigħ. B’doża ta’ 100 mg/kuljum, 71% tal-pazjenti b’RA żviluppaw reazzjoni fil-post tal-injezzjoni meta mqabbel ma’ 28% tal-pazjenti li ngħataw il-plaċebo. Fit-43 pazjent b’CAPS li kienu segwiti sa 5 snin ma kien hemm l-ebda pazjent li b’mod permanenti jew temporanju waqqaf il-kura b’Kineret minħabba reazzjonijiet fil-post tal-injezzjoni.

Normalment reazzjonijiet fil-post tal-injezzjoni jidhru fl-ewwel ġimagħtejn ta’ terapija u jisparixxu fi żmien 4-6 ġimgħat. L-iżvilupp ta’ reazzjonijiet fil-post tal-injezzjoni f’pazjenti li qatt qabel ma kellhom reazzjoni fil-post tal-injezzjoni ma kienx komuni wara l-ewwel xahar ta’ kura.

Żieda fil-kolesterol fid-demm

Fi studji kliniċi ta’ RA, 775 pazjent ikkurati b’dożi ta’ kuljum ta’ Kineret ta’ 30 mg, 75 mg, 150 mg, 1 mg/kg jew 2 mg/kg, kien hemm żieda ta’ 2.4% sa 5.3% fil-livelli totali tal-kolesterol, ġimagħtejn wara l-bidu tal-kura b’Kineret, mingħajr relazzjoni bejn id-doża u r-rispons. Xejra simili kienet osservata wara 24 ġimgħa ta’ kura b’Kineret. Il-kura bi placebo (n=213) irriżultat f’tnaqqis ta’ madwar

2.2% fil-livelli totali tal-kolesterol fil-ġimgħa 2 u 2.3% fil-ġimgħa 24. L-ebda dejta mhija disponibbli dwar l-kolesterol LDL jew HDL.

Popolazzjoni pedjatrika

Kineret ġie studjat f’36 pazjent b’CAPS minn età ta’ 8 xhur sa <18-il sena, sa 5 snin. Bl-eċċezzjoni ta’ infezzjonijiet u sintomi relatati li kienu rrappurtata aktar ta’ spiss f’pazjenti <sentejn, il-profil tas- sigurtà kien simili fil-gruppi kollha ta' età pedjatriċi. Il-profil tas-sigurtà f'pazjenti pedjatriċi kien simili

għal dak li deher fil-popolazzjonijiet adulti u ma dehru l-ebda reazzjonijiet avversi ġodda li kienu klinikament rilevanti.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Waqt l-istudji kliniċi fuq pazjenti b’RA jew CAPS, ma ġewx osservati tossiċitajiet li jillimitaw id- doża.

Fi studji dwar is-sepsis, 1015-il pazjent irċevew Kineret f’dożi sa 2 mg/kg/siegħa ġol-vina (~35 darba d-doża rakkomandata f’RA) fuq perjodu ta’ kura ta’ 72 siegħa. Il-profil tal-avvenimenti avversi minn dawn l-istudji ma juri l-ebda differenza globali minn dak osservat fi studji dwar l-artrite rewmatojde.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Immunosoppressant, inibituri ta’ interleukin, Kodiċi ATC: L04AC03

Anakinra jinnewtralizza l-attività bijoloġika ta’ interleukin-1α (IL-1α) u interleukin-1β (IL-1β) permezz ta’ inibizzjoni kompetittiva tat-twaħħil tagħhom ma’ riċettur tat-tip 1 ta’ interleukin-1 (IL- 1RI). Interleukin-1 (IL-1) hu ċitokina pro-infjammatorja ta’ importanza kbira u hi medjatur f’bosta risponsi ċellulari, fosthom dawk importanti f’infjammazzjoni sinovjali.

IL-1 jinsab fil-plażma u fil-likwidu sinovjali ta’ pazjenti b’artrite rewmatojde, u nstabet korrelazzjoni bejn il-konċentrazzjonijiet ta’ IL-1 fil-plażma u l-attività tal-marda. Anakinra jinibixxi r-rispons ikkawżat minn IL-1 in vitro, inkluż l-induzzjoni ta’ nitric oxide u prostaglandin E2 u/jew il- produzzjoni ta’ collagenase miċ-ċelluli sinovjali, fibroblasts u kondroċiti.

Mutazzjonijiet spontanji fil-ġene CIAS1/NLRP3 ġew identifikati f’maġġoranza ta’ pazjenti b’CAPS. CIAS1/NLRP3 jikkodifika għal cryopyrin, komponent tal-inflammasome. Ir-riżultati tal- inflammasome attivat iwasslu għal maturazzjoni proteolitika u s-sekrezzjoni ta’ IL-1β, li għandu firxa wiesgħa ta’ effetti fosthom infjammazzjoni sistemika. Pazjenti b’CAPS mhux ittrattat huma kkaraterizzati minn żieda fl-CRP, SAA u IL-6 mqabbla ma’ livelli normali fis-serum. L-għoti ta’ Kineret jwassal għal tnaqqis fis-sustanzi reattivi tal-fażi akuta u ġie osservat tnaqqis fil-livell tal- espressjoni ta’ IL-6. Tnaqqis fil-livelli ta’ proteini fil-fażi akuta ġie nnotat fl-ewwel ġimgħat ta’ kura.

Effikaċja klinika u sigurtà f’RA

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ anakinra flimkien ma’ methotrexate intwerew f’1790 pazjent b’RA ≥ 18-il sena bi gradi differenti ta’ gravità tal-marda.

Rispons kliniku għal anakinra deher ġeneralment fi żmien ġimagħtejn mill-bidu tal-kura u nżamm billi anakinra kompla jingħata. Rispons kliniku massimu ġeneralment deher fi żmien 12-il ġimgħa wara li nbdiet il-kura.

Kura b’anakinra u methotrexate flimkien turi tnaqqis statistikament u klinikament sinifikanti fil- qawwa tas-sinjali u s-sintomi ta’ artrite rewmatojde f’pazjenti li kellhom rispons mhux adegwat għal methotrexate waħdu (38% vs. 22% tal-pazjenti li rrispondew, imkejla skont il-kriterju ACR20). Kien osservat titjib sinifikanti fl-uġigħ, fl-għadd ta’ ġogi sensittivi, fil-kapaċità fiżika (punteġġ HAQ), fir- reactants tal-fażi akuta u fl-evalwazzjoni globali mill-pazjent u mit-tabib.

F’wieħed mill-istudji b’anakinra saru eżamijiet permezz ta’ X-rays. Dawn ma wrew l-ebda ħsara fil- qarquċa tal-ġogi.

Effikaċja klinika u sigurtà f’CAPS

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Kineret intwerew f’pazjenti b’CAPS bi gradi differenti tas-severità tal- marda. Fi studju kliniku li fih ħadu sehem 43 adult u pazjenti pedjatriċi (36 pazjent minn 8 xhur sa <18-il sena) b’CAPS severi (NOMID/CINCA u MWS), rispons kliniku għal anakinra deher fi żmien

10 ijiem wara l-bidu tal-kura fil-pazjenti kollha u kien sostnut sa 5 snin bl-għoti kontinwu ta’ Kineret.

Kura b’Kineret tnaqqas b’mod sinifikanti l-manifestazzjonijiet ta’ CAPS, li jinkludu tnaqqis f’sintomi frekwenti bħal deni, raxx, uġigħ fil-ġogi, uġigħ ta’ ras, għeja, u ħmura fl-għajnejn. Jidher tnaqqis mgħaġġel u sostnut fil-livelli tal-bijomarkaturi infjammatorji; amilojde serum A (SAA), il-proteina reattiva-C (CRP) u r-rata ta’ sedimentazzjoni tal-eritroċiti (ESR), u normalizzazzjoni ta’ bidliet ematoloġiċi infjammatorji. Fil-forma severa ta’ CAPS, kura fit-tul ittejjeb il-manifestazzjonijiet infjammatorji sistemiċi fl-organi tal-għajn, tal-parti ta’ ġewwa tal-widna, u s-CNS. Is-smigħ u l- akutezza fil-vista ma ddeterjorawx aktar matul il-kura b’anakinra.

Analiżi tal-avvenimenti avversi minħabba l-kura kklassifikati mill-preżenza ta’ mutazzjoni CIAS1 wriet li ma kien hemm l-ebda differenza maġġuri bejn il-gruppi ta’ CIAS1 u mhux ta’ CIAS1 fir-rati globali ta’ rapportar ta’ avvenimenti avversi, 7.4 u 9.2, rispettivament. Rati simili inkisbu għall-gruppi fuq il-livell tal-SOC, ħlief għal disturbi fl-għajnejn b’55 avveniment avvers (rata ta’ 0.5), li

minnhom 35 kienu iperimja okulari (li tista wkoll tkun sintomu ta’ CAPS) fil-grupp ta’ CIAS1, u 4 avvenimenti avversi fil-grupp mhux ta’ CIAS1 (rata ta’ 0.1).

Popolazzjoni pedjatrika

B'mod ġenerali, il-profil tal-effikaċja u s-sigurtà ta’ Kineret huwa komparabbli f’pazjenti adulti u pedjatriċi b’CAPS.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’Kineret f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika f’CAPS u RA (JIA) (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

Sigurtà f’pazjenti pedjatriċi b’RA (JIA)

Kineret ġie studjat fi prova randomizzata, blinded u multiċentrika f’86 pazjent b’kors poliartikulari ta’ Artrite Rewmatika Ġuvenili (JRA; etajiet minn 2-17-il sena) li kienu qed jirċievu doża ta’ 1 mg/kg taħt il-ġilda kuljum, sa doża massima ta’ 100 mg. Il-50 pazjent li kisbu rispons kliniku wara run-in b’tikketta mikxufa ta’ 12-il ġimgħa kienu randomizzati għal Kineret (25 pazjent) jew plaċebo

(25 pazjent), mogħtija kuljum għal 16-il ġimgħa addizzjonali. Subsettt ta’ dawn il-pazjenti komplew il-kura b’tikketta mikxufa b’Kineret sa sena 1 fi studju ta’ estensjoni anċillari. F'dawn l-istudji ġie osservat profil ta’ avvenimenti avversi simili għal dak osservat f'pazjenti adulti b’RA. Din id-dejta tal- istudju hija biżżejjed biex turi l-effikaċja u, għalhekk, Kineret mhuwiex irrakkomandat għall-użu pedjatriku fl-Artrite Rewmatika Ġuvenili.

Immunoġeniċità

Ara sezzjoni 4.8.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Il-bijodisponibilità assoluta ta’ anakinra wara injezzjoni bolus ta’ 70 mg taħt il-ġilda f’pazjenti b’saħħithom (n = 11) hi ta’ 95%. Il-proċess ta’ assorbiment hu l-fattur li jillimita r-rata ta’ tneħħija ta’ anakinra mill-plażma wara injezzjoni taħt il-ġilda. F’pazjenti b’RA, l-ogħla konċentrazzjonijiet fil- plażma seħħew minn 3 sa 7 sigħat wara l-għoti ta’ anakinra taħt il-ġilda f’dożi klinikament rilevanti (1 sa 2 mg/kg; n = 18). Il-konċentrazzjoni tal-plasma naqset mingħajr ebda fażi ta’ distribuzzjoni li tintgħaraf u l-half-life terminali kienet minn 4 sa 6 sigħat. F’pazjenti b’RA, l-ebda akkumulazzjoni mhux mistennija ta’ anakinra ma ġiet osservata wara dożi ta’ kuljum mogħtija taħt il-ġilda sa perjodu ta’ 24 ġimgħa. Stimi medji (SD) tat-tneħħija (CL/F) u l-volum tad-distribuzzjoni (Vd/F) skont analiżi ta’ popolazzjoni ta’ dejta minn żewġ studji farmakokinetiċi f’35 pazjent b’RA kienu

ta’ 105(27) mL/min u ta’ 18.5(11) L, rispettivament. Dejta mill-bnedmin u mill-annimali wriet li l- kliewi huma l-organi prinċipali responsabbli għall-eliminazzjoni ta’ anakinra. It-tneħħija ta’ anakinra f’pazjenti b’RA żdiedet hekk kif it-tneħħija tal-krejatinina żdiedet.

L-influwenza ta’ kovarjanti demografiċi fuq il-farmakokinetika ta’ anakinra ġiet studjata permezz ta’ analiżi farmakokinetika ta’ popolazzjoni ta’ 341 pazjent li kienu qed jirċievu injezzjoni taħt il-ġilda kuljum ta’ anakinra f’dożi ta’ 30, 75, u 150 mg sa 24 ġimgħa. It-tneħħija stmata ta’ anakinra żdiedet hekk kif żdiedu t-tneħħija tal-krejatinina u l-piż tal-ġisem. Analiżi farmakokinetika ta’ popolazzjoni wriet li l-valur medju ta’ tneħħija mill-plażma wara injezzjoni taħt il-ġilda kien bejn wieħed u

ieħor 14% ogħla fl-irġiel milli fin-nisa u bejn wieħed u ieħor 10% ogħla f’pazjenti ta’ < 65 sena milli f’pazjenti ta’ ≥ 65 sena. Madankollu, wara aġġustament għat-tneħħija tal-krejatinina u għall-piż tal- ġisem, is-sess u l-età ma kinux fatturi sinifikanti għat-tneħħija medja mill-plażma. L-ebda aġġustament tad-doża ma huwa meħtieġ abbażi tal-età jew is-sess.

B'mod ġenerali l-farmakokinetika f’pazjenti b’CAPS hija simili għal dik f'pazjenti b’RA. F’pazjenti b’CAPS ġiet innotata linearità approssimattiva tad-doża b’tendenza żgħira ogħla miż-żieda proporzjonali. Ma hemmx dejta farmakokinetika fit-tfal <4 snin, iżda l-esperjenza klinika hija disponibbli minn età ta’ 8 xhur, u meta nbeda fid-doża rakkomandata ta’ kuljum ta’ 1-2 mg/kg, ma kien identifikat l-ebda tħassib dwar is-sigurtà. Ma hemm l-ebda dejta farmakokinetika f’pazjenti akbar fl-età b’CAPS. Distribuzzjoni fil-fluwidu ċerebrospinali intweriet.

Indeboliment tal-fwied

Sar studju li fih ħadu sehem 12-il pazjent b’disfunzjoni epatika (Child-Pugh Klassi B) li ngħataw doża unika ġol-vina ta’ 1mg/kg. Il-parametri farmakokinetiċi ma kinux sostanzjalment differenti minn voluntiera b’saħħithom, minbarra tnaqqis fit-tneħħija ta’ madwar 30% meta mqabbla ma’ dejta minn studju b’voluntiera b’saħħithom. Tnaqqis korrispondenti fit-tneħħija tal-krejatinina deher fil- popolazzjoni b’insuffiċjenza epatika. Għaldaqstant, it-tnaqqis fit-tneħħija huwa probabbilment spjegat b’indeboliment fil-funzjoni renali f’din il-popolazzjoni. Din id-dejta tappoġġa li l-ebda aġġustament fid-doża ma huwa meħtieġ għal pazjenti b’disfunzjoni epatika ta’ Child-Pugh Klassi B. Ara

sezzjoni 4.2.

Indeboliment tal-kliewi

It- tneħħija medja ta’ Kineret mill-plażma f’individwi b’insuffiċjenza renali ħafifa (tneħħija tal- krejatinina ta’ 50-80 mL/min) u moderata (tneħħija tal-krejatinina ta’ 30-49 mL/min) tnaqqset b’16% u 50%, rispettivament. F’insuffiċjenza renali severa u l-mard tal-kliewi fi stadju finali (tneħħija tal- krejatinina <30 mL/min), il-medja tat- tneħħija mill-plażma naqset b’70% u 75%, rispettivament. Anqas minn 2.5% tad-doża mogħtija ta’ Kineret tneħħiet b’emodijalisi jew dijalisi peritoneali ambulatorja kontinwa. Din id-dejta tappoġġa l-fatt li l-ebda aġġustament fid-doża ma huwa meħtieġ għal pazjenti b’indeboliment renali ħafif (CLcr 50 sa 80 ml/minuta). Ara sezzjoni 4.2.

5.3 Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Ma kien osservat l-ebda effett ta’ anakinra fuq il-fertilità, l-iżvilupp bikri, l-iżvilupp embrijofetali, jew l-iżvilupp qabel jew wara t-twelid fil-firien b’dożi sa 100 darba tad-doża umana. Ma ġew osservati l- ebda effetti fuq l-iżvilupp embrijofetali fil-fniek b’dożi sa 100 darba tad-doża umana.

F’sensiela standard ta’ testijiet magħmula biex jiġu identifikati riskji assoċjati fir-rigward tad-DNA, anakinra ma wassalx għal mutazzjonijiet fil-ġeni taċ-ċelluli tal-batterji jew tal-mammiferi. Anakinra ma żiedx l-inċidenza ta’ abnormalitajiet fil-kromosomi jew fil-mikronukleji fiċ-ċelluli tal-mudullun tal-ġrieden. Ma sarux studji fit-tul sabiex jiġi evalwat il-potenzjal karċinoġeniku ta’ anakinra. Dejta minn studji fuq il-ġrieden li jipproduċu aktar IL-1ra u fuq ġrieden IL-1ra mutanti knock-out, ma wriet l-ebda żieda fir-riskju ta’ żvilupp ta’ tumuri.

Studju formali dwar interazzjonijiet tossikoloġiċi u tossikokinetiċi fil-firien ma wera l-ebda evidenza li Kineret jbiddel il-profil tossikoloġiku jew farmakokinetiku ta’ methotrexate.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Aċidu ċitriku, anidru

Sodium chloride

Disodium edetate dihydrate

Polysorbate 80

Sodium hydroxide

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2 Inkompatibbiltajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibilità, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2 °C - 8 °C). Tagħmlux fil-friża.

Żomm fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Għall-użu ambulatorju, Kineret jista’ jitneħħa mill-friġġ għal 12-il siegħa f’temperatura ta’ mhux aktar minn 25°C, mingħajr ma’ tkun għaddiet id-data ta’ meta jiskadi. Fl-aħħar ta’ dan il-perjodu, il-prodott m’għandux jerġa’ jitqiegħed fil-friġġ u jrid jintrema.

6.5 In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

0.67 ml ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ġo siringa (Ħġieġ ta’ Tip I) mimlija għal-lest b’tapp planġer (lastku bromobutyl) u labra ta’ gejġ 29. Is-siringa mimlija għal-lest għandha protezzjoni riġida tal- plastik fuq barra għal-labra mwaħħla ma’ għatu għal-labra fuq ġewwa. Ebda parti mill-komponenti tas-siringa jew tal-protezzjoni għal-labra ma hija magħmula minn latex tal-gomma naturali.

Id-daqsijiet tal-pakketti huma 1, 7 jew 28 (pakkett multiplu li fih 4 pakketti ta’ 7 siringi mimlijin għal- lest) siringa mimlija għal-lest.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġjar ieħor

Kineret hu soluzzjoni sterilizzati iżda mhux ippreservat. Biex jintuża darba biss.

Tħawwadx. Ħalli s-siringa mimlija għal-lest tilħaq it-temperatura tal-kamra qabel ma tinjetta.

Qabel l-għoti, eżamina viżwalment s-soluzzjoni għal materja f’sura ta’ partikuli separati u għal tidnis tal-kulur. Għandhom jsiru injezzjonijiet biss ta’ soluzzjoni ċara, mingħajr kulur sa bajda li jista’ jkun fiha xi frak amorfu trasluċidu sa abjad li hu relatat mal-prodott.

Il-preżenza ta’ dan il-frak ma jaffettwax il-kwalità tal-prodott.

Is-siringa mimlija għal-lest hija għall-użu ta’ darba biss. Kull prodott mediċinali li ma jintużax għandu jintrema.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Swedish Orphan Biovitrum AB (publ)

SE-112 76 Stockholm

L-Iżvezja

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/02/203/005 – Pakkett ta’ 1

EU/1/02/203/006 – Pakkett ta’ 7

EU/1/02/203/007 – Pakkett ta’ 28

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 8 ta’ Marzu, 2002

Data tal-aħħar tiġdid: 20 ta’ Marzu, 2007

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati