Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Kinzalmono (Telmisartan Boehringer Ingelheim Pharma KG) (telmisartan) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - C09CA07

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaKinzalmono (Telmisartan Boehringer Ingelheim Pharma KG)
Kodiċi ATCC09CA07
Sustanzatelmisartan
ManifatturBayer Pharma AG

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Kinzalmono 20 mg pilloli

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola fiha 20 mg telmisartan.

Eċċipjenti b’effett magħruf:

Kull pillola fiha 84 mg ta’ sorbitol (E420).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola

Pilloli bojod tondi ta’ 2.5 mm li fuqhom hemm imnaqqax in-numru tal-kodiċi ‘50H’ fuq naħa waħda u l-logo tal-kumpanija fuq in-naħa l-oħra.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Pressjoni għolja

Il-kura ta’ pressjoni tad-demm għolja essenzjali fl-adulti.

Prevenzjoni kardjovaskulari

Tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari f’adulti bi:

mard kardjovaskulari aterotrombotiku sintomatiku (storja medika ta’ mard koronarju tal-qalb, puplesija, jew mard arterjali periferali) jew

dijabete mellitus ta’ tip 2 bi ħsara dokumentata tal-organu fil-mira

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Kura ta’ pressjoni tad-demm għolja essenzjali

Id-doża effettiva normalment hi ta’ 40 mg darba kuljum. Xi pazjenti jistgħu jibbenefikaw anke b’doża ta’ 20 mg kuljum. F’każijiet fejn il-pressjoni ta’ demm fil-mira ma tintlaħaqx, id-doża ta’ telmisartan tista’ tiżdied għal massimu ta’ 80 mg darba kuljum. Inkella, telmisartan jista’ jintuża flimkien ma’ tipi ta’ dijuretiċi tat-tip thiazide, bħal hydrochlorothiazide, li ntwera li għandu effett addizzjonali li jnaqqas il-pressjoni tad-demm b’telmisartan. Meta wieħed jikkunsidra li jżid id-doża, irid iżomm f’moħħu li l- effett anti-ipertensiv ġeneralament jintlaħaq wara minn erba’ sa tmien ġimgħat mill-bidu tal-kura (ara sezzjoni 5.1).

Prevenzjoni kardjovaskulari

Id-doża rakkomandata hi ta’ 80 mg darba kuljum. Mhux magħruf jekk dożi ta’ inqas minn 80 mg ta’ telmisartan humiex effettivi biex inaqqsu l-morbożità kardjovaskulari.

Meta tinbeda terapija b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari, hu rakkomandat li jsir monitoraġġ mill-qrib tal-pressjoni tad-demm, u jekk ikun xieraq, jista’ jkun hemm bżonn ta’ aġġustament tal-mediċini li jnaqqsu l-pressjoni tad-demm.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi

Hemm esperjenza limitata disponibbli f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi li qegħdin fuq emodijalisi. Doża tal-bidu aktar baxxa ta’ 20 mg hi rakkomandata f’dawn il-pazjenti (ara sezzjoni 4.4). M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fil-pożoloġija għal pazjenti li għandhom indeboliment renali minn ħafif sa moderat.

Pazjenti b’indeboliment tal-fwied

Kinzalmono hu kontraindikat f’pazjenti b’indeboliment serju tal-fwied (ara sezzjoni 4.3). F’pazjenti b’indeboliment epatiku minn ħafif sa moderat, il-pożoloġija m’għandhiex taqbeż 40 mg darba kuljum (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti anzjani

L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ għal pazjenti anzjani.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Kinzalmono fi tfal u adolexxenti li għandhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa.

Dejta disponibbli attwalment hi deskritta fis-sezzjonijiet 5.1 u 5.2 imma l-ebda rakkomandazzjoni dwar il-pożoloġija ma tista’ tingħata.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-pilloli telmisartan huma biex jingħataw darba kuljum mill-ħalq u għandhom jittieħdu flimkien ma’ likwidu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu qabel tmiss il-prodott mediċinali jew qabel tamministra l-prodott mediċinali

Telmisartan għandu jinżamm fil-folja ssiġillata minħabba l-karatteristika igroskopika tal-pilloli. Il-pilloli għandhom jinħarġu mill-folja ftit qabel l-għoti (ara sezzjoni 6.6).

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1

It-tieni u t-tielet trimestru tat-tqala (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.6)

Disturbi ostruttivi biljari

Indeboliment sever epatiku

L-użu fl-istess ħin ta’ Kinzalmono flimkien ma’ prodotti li fihom aliskiren huwa kontraindikat f’pazjenti b’dijabete mellitus jew b’indeboliment tal-kliewi (GFR < 60 ml/min/1.73 m2) (ara sezzjonijiet 4.5, u 5.1).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Tqala

Antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jinbdew waqt it-tqala. Ħlief jekk it-tkomplija tal-kura bl-antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II tkun ikkunsidrata li hi essenzjali, il-pazjenti li jkunu qed jippjanaw li joħorġu tqal għandha tinbidlilhom il-kura għal waħda b’kura alternattiva b’mediċini kontra l-pressjoni għolja li għandhom profil tas-sigurtà stabbilit għall-użu fit-tqala. Meta t- tqala tkun iddijanjostikata, il-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II għandha titwaqqaf immedjatament, u, jekk ikun xieraq, għandha tinbeda kura alternattiva (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.6).

Indeboliment epatiku

Kinzalmono m’għandux jingħata lil pazjenti b’kolestasi, b’disturbi ostruttivi tal-marrara jew li għandhom indeboliment sever epatiku (ara sezzjoni 4.3), għax telmisartan huwa eliminat fil-biċċa l- kbira tiegħu mal-bili. Jista’ jkun mistenni li dawn il-pazjenti jkollhom rata ta’ tneħħija epatika mnaqqsa għal telmisartan. Kinzalmono għandu jintuża biss bl-attenzjoni f’pazjenti li għandhom indeboliment epatiku minn ħafif sa moderat.

Pressjoni għolja renovaskulari

Hemm riskju miżjud ta’ pressjoni baxxa ħafna severa u insuffiċjenza renali meta pazjenti bi stenosi bilaterali fl-arterja renali jew bi stenosi ta’ l-arterja għal kilwa waħda li tkun taħdem, ikunu kkurati bi prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin-aldosterone.

Indeboliment renali u trapjant renali

Meta Kinzalmono jintuża f’pazjenti li għandhom indeboliment fil-funzjoni renali, monitoraġġ perjodiku tal-livelli tal-potassium u tal-krejatinina tas-serum hu rakkomandat. M’hemmx esperjenza dwar l-għoti ta’ Kinzalmono f’pazjenti bi trapjant renali riċenti.

Ipovolemija intravaskulari

Pressjoni baxxa ħafna sintomatika, speċjalment wara l-ewwel doża ta’ Kinzalmono, tista’ sseħħ f’pazjenti li għandhom volum u/jew sodium li jkun tnaqqas minn terapija dijuretika vigoruża, restrizzjoni tal-melħ fid-dieta, dijarea jew rimettar. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu kkoreġuti qabel l-għoti ta’ Kinzalmono. It-tnaqqis tal-volum u/jew tas-sodium għandu jiġi kkoreġut qabel l-għoti ta’ Kinzalmono.

Imblokk doppju tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (RAAS)

Hemm evidenza li l-użu fl-istess ħin ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren iżid ir-riskju ta’ pressjoni baxxa, iperkalemija u tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi (li jinkludi insuffiċjenza renali akuta). Imblokk doppju ta’ RAAS permezz tal-użu kombinat ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren għalhekk mhuwiex rakkomandat (ara sezzjonijiet 4.5 u 5.1).

Jekk terapija ta’ imblokk doppju tiġi kkunsidrata li hi assolutament meħtieġa, din għandha ssir biss taħt superviżjoni ta’ speċjalista u tkun suġġetta għal monitoraġġ mill-qrib u frekwenti tal-funzjoni tal- kliewi, elettroliti u l-pressjoni tad-demm.

Inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jintużaw fl-istess ħin f’pazjenti b’nefropatija dijabetika.

Kundizzjonijiet oħrajn bl-istimulazzjoni tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone

F’pazjenti fejn it-ton vaskulari u l-funzjoni renali jiddependu b’mod predominanti mill-attività tas- sistema renin-angiotensin-aldosterone (eż. pazjenti b’insuffiċjenza konġestiva severa tal-qalb jew li għandhom mard prinċipali renali, li jinkludi stenosi ta’ l-arterja renali), il-kura bi prodotti mediċinali

oħrajn li jaffettwaw din is-sistema bħal telmisartan, kienet assoċjata ma’ pressjoni baxxa ħafna akuta, iperażotemija, oligurja, jew b’mod rari ma’ insuffiċjenza renali akuta (ara sezzjoni 4.8).

Aldosteroniżmu primarju

Pazjenti b’aldosteroniżmu primarju ġeneralment mhux ser jirrispondu għal prodotti mediċinali kontra l-pressjoni għolja li jaġixxu permezz ta’ l-inibizzjoni tas-sistema renin-angiotensin. Għalhekk, l-użu ta’ telmisartan mhuwiex rakkomandat.

Stenosi tal-valv mitrali u aortiku, kardjomijopatija ipertropika ostruttiva

Bħal fil-każ ta’ mediċini oħrajn li jwessgħu l-arterji/vini, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil pazjenti li jbatu minn stenosi mitrali jew aortika, jew kardjomijopatija ipertropika ostruttiva.

Pazjenti dijabetiċi kkurati bl-insulina jew mediċini kontra d-dijabete

F’dawn pazjenti tista’ sseħħ ipogliċemija bil-kura b’telmisartan. Għalhekk, f’dawn il-pazjenti għandu jiġi kkunsidrat monitoraġġ adattat tal-glucose fid-demm; aġġustament fid-doża tal-insulina jew tal- mediċini kontra d-dijabete jista’ jkun meħtieġ, meta indikat.

Iperkalemija

L-użu ta’ prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin-aldosterone, jista’ jikkawża l- iperkalemija.

Fl-anzjani, f’pazjenti b’insuffiċjenza renali, f’pazjenti dijabetiċi, f’pazjenti li jkunu kkurati fl-istess ħin bi prodotti mediċinali oħrajn li jistgħu jżidu l-livelli tal-potassium, u/jew f’pazjenti b’avvenimenti interkurrenti, l-iperkalemija tista’ tkun fatali.

Qabel tikkunsidra l-użu fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin- aldosterone, il-proporzjon tal-benefiċċju/riskju għandu jkun evalwat.

Il-fatturi ewlenin tar-riskju għall-iperkalemija li għandhom ikunu kkunsidrati huma:

-Dijabete mellitus, indeboliment renali, età (>70 sena)

-Kumbinazzjoni ma’ prodott mediċinali wieħed jew aktar li jaffettwaw is-sistema renin- angiotensin-aldosterone u/jew is-supplimenti tal-potassium. Prodotti mediċinali jew klassijiet terapewtiċi ta’ prodotti mediċinali li jistgħu jikkawżaw l-iperkalemija huma sostituti tal-melħ li fihom il-potassium, dijuretiċi li ma jneħħux potassium, inibituri ta’ ACE, antagonisti tar-riċettur ta’ angiotensin II, prodotti mediċinali mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni (NSAIDs, li jinkludu inibituri COX-2 selettivi), eparina, immunosoppressuri (cyclosporin jew tacrolimus), u trimethoprim.

-Avvenimenti interkurrenti, b’mod partikulari d-deidrazzjoni, dikumpensazzjoni akuta kardijaka, aċidożi metabolika, funzjoni renali li tmur għall-agħar, kundizzjoni renali li tmur għall-agħar għal għarrieda (eż. mard infettiv), lisi ċellulari (eż. iskemija akuta fir-riġlejn jew fid-dirgħajn, rabdomijolosi, estensjoni tat-trawma).

Monitoraġġ mill-qrib tal-potassium fis-serum f’pazjenti li qegħdin f’riskju hu rakkomandat (ara sezzjoni 4.5).

Sorbitol

Dan il-prodott mediċinali fih is-sorbitol (E420). Pazjenti li għandhom problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għall-fructose m’għandhomx jieħdu Kinzalmono.

Differenzi etniċi

Bħal fil-każ ta’ inibituri ta’ l-enzimi li jibdlu angiotensin, telmisartan u l-antagonisti l-oħrajn tar- riċettur ta’ angiotensin II, jidher li huma anqas effettivi li jbaxxu l-pressjoni tad-demm f’nies suwed

milli f’nies li mhumiex suwed, possibbilment minħabba l-prevalenza ogħla ta’ livelli baxxi ta’ renin fil-popolazzjoni sewda bi pressjoni għolja.

Oħrajn

Bħal kull mediċina kontra l-pressjoni għolja, it-tnaqqis eċċessiv fil-pressjoni tad-demm f’pazjenti b’kardjopatija iskemika jew b’mard karjovaskulari iskemiku, jista’ jirriżulta f’infart mijokardijaku jew puplesija.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Digoxin

Meta telmisartan kien mogħti flimkien ma’ digoxin, ġew osservati żidiet medji fl-ogħla konċentrazzjonijiet fil-plażma (49%) u fil-konċentrazzjonijiet l-aktar baxxi (20%) ta’ digoxin. Meta jinbeda, jiġi aġġustat u jiġi mwaqqaf telmisartan, il-livelli ta’ digoxin għandhom jiġu mmonitorjati sabiex jinżammu l-livelli fil-medda terapewtika.

Bħal prodotti mediċinali oħrajn li jaġixxu fuq is-sistema renin-angiotensin-aldosterone, telmisartan jista’ jikkawża l-iperkalemija (ara sezzjoni 4.4). Ir-riskju jista’ jiżdied f’każ li l-kura tingħata flimkien ma’ prodotti mediċinali oħra li jistgħu jikkawżaw ukoll l-iperkalemija (sostituti tal-melħ li fihom il- potassium, dijuretiċi li ma jneħħux potassium, inibituri ta’ ACE, antagonisti tar-riċettur ta’ angiotensin II, prodotti mediċinali mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni (NSAIDs, li jinkludu inibituri COX-2 selettivi), eparina, immunosoppressuri (cyclosporin jew tacrolimus), u trimethoprim).

L-okkorrenza ta’ l-iperkalemija tiddependi fuq fatturi marbuta mar-riskju. Ir-riskju jiżdied f’każ tal- kumbinazzjonijiet tal-kura msemmija hawn fuq. Ir-riskju hu partikularment għoli flimkien ma’ dijuretiċi li ma jneħħux potassium, u meta jkunu kombinati ma’ sostituti tal-melħ li fihom il- potassium. Kumbinazzjoni ma’ inibituri ta’ ACE jew NSAIDs, pereżempju, tirriżulta f’anqas riskju, bil-patt li l-prekawzjonijiet għall-użu jkunu segwiti b’mod strett.

L-użu fl-istess ħin mhuwiex rakkomandat

Dijuretiċi li ma jneħħux potassium jew supplimenti tal-potassium

Telf ta’ potassium ikkaġunat minn dijuretiċi huwa attenwat mill-antagonisti tar-riċettur ta’ angiotensin II bħal telmisartan. Dijuretiċi li ma jneħħux potassium, eż. spirinolactone, eplerenone, triamterene, jew amiloride, supplimenti tal-potassium, jew sostituti tal-melħ li fihom il-potassium jistgħu jwasslu għal żieda sinifikanti fil-potassium fis-serum. Jekk l-użu fl-istess ħin ikun indikat minħabba li jkun hemm ipokalemija dokumentata, dawn għandhom jintużaw bl-attenzjoni u b’monitoraġġ frekwenti tal- potassium fis-serum.

Lithium

Żidiet riversibbli fil-konċentrazzjonijiet tal-lithium fis-serum u t-tossiċità kienu rrappurtati waqt l- għoti fl-istess ħin ta’ lithium ma’ inibituri ta’ l-enzimi li jibdlu l-angiotensin, u, mal-antagonisti tar- riċettur ta’ angiotensin II, li jinkludu telmisartan. Jekk l-użu ta’ din il-kumbinazzjoni jkun meħtieġ, monitoraġġ bl-attenzjoni tal-livelli tal-lithium fis-serum hu rakkomandat.

L-użu fl-istess ħin li jeħtieġ l-attenzjoni

Prodotti mediċinali mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni

NSAIDs (i.e. acetylsalicylic acid f’korsijiet tad-dożaġġ kontra l-infjammazzjoni, inibituri COX-2 u NSAIDs mhux selettivi) jistgħu jnaqqsu l-effett kontra l-pressjoni għolja ta’ l-antagonisti tar-riċettur ta’ angiotensin II. F’xi pazjenti li għandhom il-funzjoni renali kompromessa (eż. pazjenti deidratati jew pazjenti anzjani b’funzjoni renali kompromessa), l-għoti flimkien ta’ antagonisti tar-riċettur ta’

angiotensin II u mediċini li jinibixxu cyclo-oxygenase, jista’ jirriżulta f’deterjorament addizzjonali tal- funzjoni renali, li jinkludi l-possibbiltà ta’ insuffiċjenza akuta renali, li normalment tkun riversibbli. Għalhekk, din il-kumbinazzjoni ta’ mediċini għandha tingħata bl-attenzjoni, speċjalment lil persuni anzjani. Il-pazjenti għandhom jingħataw l-ilma b’mod adegwat u għandha tingħata konsiderazzjoni lill-monitoraġġ tal-funzjoni renali wara l-bidu ta’ terapija fl-istess ħin u perjodikament wara dan.

Fi studju wieħed, l-għoti flimkien ta’ telmisartan u ramipril wassal għal żieda ta’ sa 2.5 darbiet fl- AUC0-24 u s-Cmax ta’ ramipril u ramiprilat. Ir-rilevanza klinika ta’ din l-osservazzjoni mhijiex magħrufa.

Dijuretiċi (thiazide jew dijuretiċi loop)

Il-kura fil-passat b’dożi qawwija ta’ dijuretiċi bħal furosemide (dijuretiku loop) u hydrochlorothiazide (dijuretiku thiazide) tista’ tirriżulta fi tnaqqis tal-volum u f’riskju ta’ pressjoni tad-demm baxxa ħafna meta tibda t-terapija b’telmisartan.

Biex jiġi kkunsidrat mal-użu fl-istess ħin

Mediċini oħrajn kontra l-pressjoni għolja

L-effett ta’ telmisartan li jbaxxi l-pressjoni tad-demm jista’ jiżdied bl-użu fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali oħrajn kontra l-pressjoni għolja.

Dejta mill-provi kliniċi wriet li imblokk doppju tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (RAAS) permezz tal-użu kombinat ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren hu assoċjat ma’ frekwenza ogħla ta’ avvenimenti avversi bħal pressjoni baxxa, iperkalemija u tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi (li tinkludi insuffiċjenza akuta tal-kliewi) meta mqabbla mal-użu ta’ mediċina waħda li taġixxi fuq RAAS (ara sezzjonijiet 4.3, 4.4 u 5.1).

Ibbażat fuq il-proprjetajiet farmakoloġiċi tagħhom, jista’ jkun mistenni li l-prodotti mediċinali li ġejjin jistgħu jżidu l-effetti ipotensivi tal-mediċini kollha kontra l-pressjoni għolja, li jinkludu telmisartan: Baclofen, amifostine. Flimkien ma’ dan, pressjoni tad-demm baxxa ħafna meta wieħed ikun bilwieqfa tista’ tiggrava permezz ta’ l-alkoħol, barbiturates, mediċini narkotiċi jew anti-dipressanti.

Kortikosterojdi (rotta sistemika)

Tnaqqis ta’ l-effett kontra l-pressjoni għolja.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

L-użu ta’ antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II mhuwiex rakkomandat matul l-ewwel trimestru tat- tqala (ara sezzjoni 4.4). L-użu ta’ antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II hu kontra-indikat matul it- tieni u t-tielet trimestru tat-tqala (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

M’hemmx tagħrif dwar l-użu ta’ Kinzalmono f’nisa tqal. Studji f’annimali wrew effett tossiku fuq is- sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3).

Evidenza epidemjoloġika dwar ir-riskju ta’ teratoġeniċità wara espożizzjoni għal inibituri ACE matul l-ewwel trimestru tat-tqala ma kinitx konklussiva; madankollu, żieda żgħira fir-riskju ma tistax tiġi eskluża. Filwaqt li m’hemm l-ebda dejta epidemjoloġika kkontrollata fuq ir-riskju b’antagonisti tar- riċetturi ta’ angiotensin II, riskji simili jistgħu jkunu jeżistu għal din il-klassi ta’ mediċini. Ħlief jekk it-tkomplija tal-kura bl-antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II tkun ikkunsidrata li hi essenzjali, il- pazjenti li jkunu qed jippjanaw li joħorġu tqal għandha tinbidlilhom il-kura għal waħda b’kura alternattiva b’mediċini kontra l-pressjoni għolja li għandhom profil tas-sigurtà stabbilit għall-użu fit-

tqala. Meta t-tqala tkun iddijanjostikata, il-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II għandha titwaqqaf immedjatament, u, jekk ikun xieraq, għandha tinbeda kura alternattiva.

Espożizzjoni għall-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II matul it-tieni u t-tielet trimestri hu magħruf li jinduċi fetotossiċità (tnaqqis fil-funzjoni renali, oligoidramnios, ittardjar fl-ossifikazzjoni tal-kranju) u tossiċità fit-trabi tat-twelid (insuffiċjenza renali, pressjoni baxxa, iperkalemija). (Ara sezzjoni 5.3).

Jekk tkun seħħet espożizzjoni għal antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II mit-tieni trimestru tat- tqala, hu rakkomandat li jsir kontroll bl-ultrasound tal-funzjoni renali u tal-kranju.

Trabi li ommijiethom ikunu ħadu antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, għandhom ikunu taħt osservazzjoni mill-qrib għal pressjoni baxxa (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

Treddigħ

Minħabba li m’hemm l-ebda informazzjoni disponibbli dwar l-użu ta’ telmisartan waqt il-perjodu ta’ treddigħ, telmisartan mhuwiex rakkomandat u kuri alternattivi li għandhom profili tas-sigurtà stabbiliti aħjar waqt it-treddigħ huma preferibbli, speċjalment meta omm tkun tredda’ tarbija tat-twelid jew tarbija li twieldet qabel iż-żmien.

Fertilità

Fi studji ta’ qabel l-użu kliniku, ma kienu osservati l-ebda effetti ta’ Kinzalmono fuq il-fertilità tal-irġiel u tan-nisa.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni. Madankollu, meta ssuq il- vetturi jew tħaddem il-makkinarju, għandek tikkunsidra l-fatt li l-isturdament jew in-ngħas jistgħu xi kultant iseħħu meta wieħed ikun qed jieħu terapija kontra l-pressjoni għolja.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Reazzjonijiet avversi serji tal-mediċina jinkludu reazzjoni anafilattika u anġjoedema li tista’ sseħħ rarament (≥1/10,000 sa <1/1,000), u insuffiċjenza akuta tal-kliewi.

L-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi rrappurtati kienet ġeneralment komparabbli mal-plaċebo (41.4% vs 43.9%) fil-provi kkontrollati f’pazjenti kkurati għal pressjoni għolja. L-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi ma kinitx marbuta mad-doża u ma wriet l-ebda korrelazzjoni mas-sess, ma’ l-età, jew mar- razza tal-pazjenti. Il-profil tas-sigurtà ta’ telmisartan f’pazjenti kkurati għal tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari kien konsistenti ma’ dak miksub f’pazjenti bi pressjoni għolja.

Ir-reazzjonijiet avversi għall-mediċina elenkati hawn taħt inġabru minn provi kliniċi kkontrollati f’pazjenti kkurati għal pressjoni għolja u minn rapporti ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Il-lista tikkunsidra wkoll reazzjonijiet avversi serji u reazzjonijiet avversi li jwasslu għal twaqqif tal-mediċina rrappurtat fi tliet studji kliniċi fit-tul li kienu jinkludu 21642 pazjent ikkurati b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari għal sa sitt snin.

Sommarju tabulat ta’ reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi ġew ikklassifikati skond kategoriji ta’ frekwenza bl-użu tal-konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000), rari ħafna (<1/10,000).

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa għandhom jitniżżlu skond is-serjetà tagħhom. L- effetti li huma l-aktar serji għandhom jitniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji.

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

 

Mhux komuni:

Infezzjoni fl-apparat tal-awrina li tinkludi ċistite, infezzjoni fl-

 

apparat respiratorju ta’ fuq li tinkludi farinġite u sinusite

Rari:

Sepsis li tinkludi riżultat fatali1

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

Mhux komuni:

Anemija

Rari:

Eosinofilija, tromboċitopenija

Disturbi fis-sistema immuni

 

Rari:

Reazzjoni anafilattika, sensittività eċċessiva

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Mhux komuni:

Iperkalemija

Rari:

Ipogliċemija (f’pazjenti dijabetiċi)

Disturbi psikjatriċi

 

Mhux komuni:

Nuqqas ta’ rqad, dipressjoni

Rari:

Ansjetà

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Mhux komuni:

Sinkope

Rari:

Ngħas

Disturbi fl-għajnejn

 

Rari:

Disturbi tal-vista

Disturbi fil-widnejn u fis-

 

sistema labirintika

 

Mhux komuni:

Sturdament

Disturbi fil-qalb

 

Mhux komuni:

Bradikardija

Rari:

Takikardija

Disturbi vaskulari

Pressjoni baxxa2, pressjoni baxxa meta wieħed iqum bilwieqfa

Mhux komuni:

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

Mhux komuni:

Dispnea, sogħla

Rari ħafna:

Mard interstizjali tal-pulmun4

Disturbi gastro-intestinali

 

Mhux komuni:

Uġigħ addominali, dijarea, dispepsja, gass, rimettar

Rari:

Ħalq xott, skonfort fl-istonku, tibdil fis-sens tat-togħma

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Funzjoni epatika anormali/disturb fil-fwied3

Rari:

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Mhux komuni:

Ħakk, iperidrosi, raxx

Rari:

Anġjoedema (ukoll b’riżultat fatali), ekżema, eritema, urtikarja,

 

eruzzjoni minħabba l-mediċina, eruzzjoni tossika tal-ġilda

Disturbi skeletriċi u tat-tessuti konnettivi

Mhux komuni:

Uġigħ fid-dahar (eż. xjatika), spażmi tal-muskoli, mijalġja

Rari:

Artralġja, uġigħ fl-estremitajiet, uġigħ fit-tendini (sintomi qishom

 

tendinite)

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema

 

urinarja

 

Mhux komuni:

Indeboliment renali li jinkludi insuffiċjenza renali akuta

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata

Mhux komuni:

Uġigħ fis-sider, astenja (dgħufija)

Rari:

Mard li jixbah l-influwenza

Investigazzjonijiet

 

Mhux komuni:

Żieda fil-krejatinina tad-demm

Rari:

Tnaqqis fl-emoglobina, żieda fil-uric acid fid-demm, żieda fl-

 

enzimi epatiċi, żieda fil-creatine phosphokinase fid-demm

1,2,3,4: għal deskrizzjonijiet addizzjonali, jekk jogħġbok ara sottosezzjoni “Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula”

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Sepsis

Fil-prova PRoFESS, kienet osservata żieda fl-inċidenza ta’ sepsis b’telmisartan meta mqabbel mal- plaċebo. L-avveniment jista’ jkun sejba b’kumbinazzjoni jew hu marbut ma’ mekkaniżmu li bħalissa mhuwiex magħruf (ara wkoll sezzjoni 5.1).

Pressjoni baxxa

Din ir-reazzjoni avversa kienet irrappurtata bħala komuni f’pazjenti bi pressjoni tad-demm ikkontrollata li kienu kkurati b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari flimkien ma’ kura standard.

Funzjoni anormali tal-fwied/disturb fil-fwied

Il-biċċa l-kbira ta’ każijiet ta’ funzjoni anormali tal-fwied/disturb tal-fwied minn esperjenza ta’ wara t- tqegħid fis-suq, seħħew f’pazjenti Ġappuniżi. Hemm aktar ċans li pazjenti Ġappuniżi jkollhom dawn ir-reazzjonijiet avversi.

Mard interstizjali tal-pulmun

Każijiet ta’ mard interstizjali tal-pulmun ġew irrappurtati minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq f’assoċjazzjoni temporali mat-teħid ta’ telmisartan. Madankollu, assoċjazzjoni kawżali ma ġietx stabbilita.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Hemm informazzjoni limitata disponibbli fir-rigward ta’ doża eċċessiva fil-bnedmin.

Sintomi: L-iktar manifestazzjonijiet prominenti ta’ doża eċċessiva ta’ telmisartan kienu pressjoni tad- demm baxxa ħafna u takikardja; il-bradikardija, sturdament, żieda fil-livell tal-krejatinina fis-serum u insuffiċjenza renali akuta kienu osservati wkoll.

Kura: Telmisartan ma jitneħħiex permezz tal-emodijalisi. Il-pazjent għandu jkun immonitorjat mill- qrib, u l-kura għandha tkun sintomatika u ta’ appoġġ. L-immaniġġjar jiddependi fuq il-ħin minn meta d-doża tkun ittieħdet, u fuq is-severità tas-sintomi. Miżuri ssuġġeriti jinkludu li l-pazjent jiġi mġiegħel jirremetti u/jew il-ħasil ġastriku. Faħam attivat (activated charcoal) jista’ jkun utli fil-kura ta’ doża eċċessiva. Il-livelli ta’ l-elettroliti u tal-krejatinina fis-serum għandhom ikunu mmonitorjati ta’ spiss. Jekk il-pressjoni titbaxxa, il-pazjent għandu jinżamm mimdud fuq dahru, u jingħata malajr sostitut tal- melħ u tal-volum.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Antagonisti ta’ angiotensin II, sempliċi, Kodiċi ATC: C09CA07.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Telmisartan hu antagonist tar-riċettur ta’ angiotensin II (tip AT1) li hu effettiv u speċifiku, u hu oralment attiv. Telmisartan jieħu post angiotensin II b’affinità għolja ħafna mis-sit fejn jeħel fis- sottotip tar-riċettur AT1, li hu responsabbli għall-azzjonijiet magħrufa ta’ angiotensin II. Telmisartan ma jesibixxi l-ebda attività agonista parzjali għar-riċettur AT1. Telmisartan jeħel b’mod selettiv mar- riċettur AT1. It-twaħħil idum ħafna. Telmisartan ma jurix affinità għal riċetturi oħrajn, li jinkludu AT2 u riċetturi AT oħrajn anqas karatterizzati. Il-rwol funzjonali ta’ dawn ir-riċetturi mhuwiex magħruf, kif lanqas hu magħruf l-effett ta’ l-istimulazzjoni żejda possibbli tagħhom minn angiotensin II, li l-livelli tiegħu jiżdiedu permezz ta’ telmisartan. Il-livelli ta’ aldosterone fil-plażma jitnaqqsu minn telmisartan. Telmisartan ma jinibixxix ir-renina fil-plażma umana jew jimblokka l-kanali tal-joni. Telmisartan ma jinibixxix l-enzima li tibdel angiotensin (kininase II), l-enzima li tiddegrada wkoll bradykinin. Għalhekk mhux mistenni li ssaħħaħ l-effetti avversi medjati minn bradykinin.

Fil-bniedem, doża ta’ 80 mg ta’ telmisartan kważi tinibixxi kompletament iż-żieda fil-pressjoni tad- demm ikkawżata minn angiotensin II. Dan l-effett inibitorju jinżamm għal 24 siegħa u jista’ jibqa’ jitkejjel sa 48 siegħa.

Effikaċja klinika u sigurtà

Kura ta’ pressjoni tad-demm għolja essenzjali

Wara l-ewwel doża ta’ telmisartan, l-attività kontra l-pressjoni għolja ssir evidenti gradwalment fi żmien 3 sigħat. It-tnaqqis massimu fil-pressjoni tad-demm ġeneralment jinkiseb wara 4 sa 8 ġimgħat mill-bidu tal-kura, u jinżamm matul terapija fit-tul.

L-effett kontra l-pressjoni tad-demm jippersisti l-ħin kollu għal 24 siegħa wara d-dożaġġ, u jinkludi l- aħħar 4 sigħat qabel id-doża li jkun imiss, kif muri mill-kejl tal-pressjoni tad-demm ambulatorja. Dan hu kkonfermat mill-proporzjonijiet bejn il-livelli l-aktar baxxi imqabbla ma’ l-ogħla livelli, li kienu aktar minn 80% b’mod konsistenti, osservati wara li ngħataw dożi ta’ 40 u 80 mg ta’ telmisartan fi provi kliniċi b’telmisartan ikkontrollati bi plaċebo. Hemm tendenza apparenti għal relazzjoni bejn doża u l-ħin ta’ l-irkupru tal-linja bażi tal-pressjoni sistolika tad-demm (SBP). F’dan ir-rigward, id- dejta dwar il-pressjoni dijastolika tad-demm (DBP) hi inkonsistenti.

F’pazjenti bi pressjoni għolja, telmisartan inaqqas kemm il-pressjoni sistolika u dik dijastolika, mingħajr ma jaffettwa r-rata tal-polz. Il-kontribuzzjoni ta’ l-effett dijuretiku u natrijuretiku tal-prodott mediċinali għall-attività ipotensiva tagħha, għad trid tkun definita. L-effikaċja anti-ipertensiva ta’ telmisartan hi komparabbli ma’ dik ta’ mediċini li jirrappreżentaw kategoriji oħrajn ta’ prodotti mediċinali anti-ipertensivi (dan intwera fi provi kliniċi li qabblu telmisartan ma’ amlodipine, atenolol, enalapril, hydrochlorothiazide, u lisinopril).

Meta l-kura b’telmisartan titwaqqaf ħesrem, il-pressjoni tad-demm terġa’ lura għal kif kienet qabel ma bdiet il-kura, fuq perjodu ta’ diversi ġranet, mingħajr ma’ jkun hemm ħjiel ta’ pressjoni għolja rebound.

L-inċidenza ta’ sogħla xotta kienet anqas b’mod sinifikanti f’pazjenti kkurati b’telmisartan milli f’dawk li ngħataw inibituri ta’ l-enzimi li jibdlu l-angiotensin, fi provi kliniċi li qabblu direttament iż- żewġ kuri kontra l-pressjoni għolja.

Prevenzjoni kardjovaskulari

ONTARGET (ONgoing Telmisartan Alone and in Combination with Ramipril Global Endpoint Trial) qabbel l-effetti ta’ telmisartan, ramipril u t-taħlita ta’ telmisartan u ramipril fuq riżultati kardjovaskulari f’25620 pazjent li kellhom 55 sena jew aktar, ma’ storja medika ta’ mard arterjali koronarju, puplesija, TIA, mard arterjali periferali, jew dijabete mellitus ta’ tip 2 akkompanjat minn evidenza ta’ ħsara fl-organi fil-mira (eż. retinopatija, ipertrofija ventrikulari tax-xellug, makro- jew mikroalbuminurija), li hi popolazzjoni f’riskju għal avvenimenti kardjovaskulari.

Il-pazjenti ntgħażlu b’mod każwali f’wieħed mit-tliet gruppi ta’ kura li ġejjin: telmisartan 80 mg (n = 8542), ramipril 10 mg (n = 8576), jew it-taħlita ta’ telmisartan 80 mg flimkien ma’ ramipril 10 mg (n = 8502), u li kienu segwiti għal medja ta’ żmien ta’ osservazzjoni ta’ 4.5 snin.

Telmisartan wera effett simili bħal ramipril fit-tnaqqis tar-riżultat aħħari kompost primarju ta’ mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, puplesija mhux fatali, jew meta l-pazjent iddaħħal l- isptar minħabba insuffiċjenza konġestiva tal-qalb. L-inċidenza tar-riżultat aħħari primarju kienet simili fil-gruppi ta’ telmisartan (16.7%) u ramipril (16.5%). Il-proporzjon ta’ periklu għal telmisartan vs. ramipril kien ta’ 1.01 (97.5% CI 0.93 - 1.10, p (non-inferjorità) = 0.0019 f’marġni ta’ 1.13). Ir-rata ta’ mortalità mill-kawżi kollha kienet ta’ 11.6% u 11.8% fost il-pazjenti kkurati b’telmisartan u ramipril rispettivament.

Instab li telmisartan kien effettiv bl-istess mod bħal ramipril fir-riżultat aħħari sekondarju speċifikat minn qabel ta’ mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, u puplesija mhux fatali [0.99 (97.5% CI 0.90 - 1.08), p (non-inferjorità) = 0.0004], ir-riżultat aħħari primarju fl-istudju ta’ referenza HOPE (The Heart Outcomes Prevention Evaluation Study), li kien investiga l-effett ta’ ramipril vs. plaċebo.

TRANSCEND għażel b’mod każwali pazjenti li kienu intolleranti għal ACE-I u li mill-bqija kellhom kriterji tal-inklużjoni li kienu simili bħal dawk ta’ ONTARGET għal telmisartan 80 mg (n=2954) jew plaċebo (n=2972), it-tnejn mogħtija b’mod addizzjonali mal-kura standard. Il-medja tat-tul ta’ żmien tal-follow-up kienet ta’ 4 snin u 8 xhur. Ma nstabet l-ebda differenza statistikament sinifikanti fl- inċidenza tar-riżultat aħħari kompost primarju ta’ mewt (mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, puplesija mhux fatali, jew meta l-pazjent iddaħħal l-isptar minħabba insuffiċjenza konġestiva tal-qalb [15.7% fil-grupp ta’ telmisartan u 17.0% fil-grupp tal-plaċebo bi proporzjon ta’ periklu ta’ 0.92 (95% CI 0.81 - 1.05, p = 0.22)]. Kien hemm evidenza ta’ benefiċċju mill-kura b’telmisartan meta mqabbel mal-plaċebo fir-riżultat aħħari kompost sekondarju speċifikat minn qabel, mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, u puplesija mhux fatali [0.87 (95% CI 0.76 - 1.00, p = 0.048)]. Ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ benefiċċju fuq mortalità kardjovaskulari (proporzjon ta’ periklu ta’ 1.03, 95% CI 0.85 - 1.24).

Is-sogħla u l-anġjoedema kienu rrappurtati b’mod inqas frekwenti f’pazjenti kkurati b’telmisartan milli f’pazjenti kkurati b’ramipril, filwaqt li l-pressjoni baxxa kienet irrappurtata b’mod iktar frekwenti b’telmisartan.

Meta telmisartan tħallat ma’ ramipril, dan ma żiedx il-benefiċċju b’mod addizzjonali fuq meta ramipril jew telmisartan ingħataw waħidhom. Il-mortalità CV u l-mortalità mill-kawżi kollha kienu numerikament ogħla meta l-mediċini ngħataw ma’ xulxin. Flimkien ma’ dan, kien hemm inċidenza ogħla b’mod sinifikanti ta’ iperkalemija, insuffiċjenza renali, pressjoni baxxa u sinkope fil-parti tal- istudju fejn ingħatat taħlita ta’ mediċini. Għalhekk, l-użu ta’ taħlita ta’ telmisartan and ramipril mhuwiex rakkomandat f’din il-popolazzjoni.

Fil-prova "Kors ta’ Prevenzjoni Biex Tevita b’Mod Effettiv Puplesiji Oħrajn" (Prevention Regimen For Effectively avoiding Second Strokes - PRoFESS), f’pazjenti li għandhom 50 sena jew aktar, li dan l-aħħar kellhom puplesija, kienet osservata żieda fl-inċidenza ta’ sepsis għal telmisartan meta mqabbel mal-plaċebo, 0.70 % vs. 0.49 % [RR 1.43 (95% intervall ta’ kunfidenza 1.00 - 2.06)]; l-inċidenza ta’ każijiet ta’ sepsis fatali żdiedet għal pazjenti li kienu qed jieħdu telmisartan (0.33 %) vs. pazjenti li kienu qed jieħdu l-plaċebo (0.16 %) [RR 2.07 (95% intervall ta’ kunfidenza 1.14 - 3.76)]. Ir-rata osservata taż-żieda tal-okkorrenza ta’ sepsis assoċjata mal-użu ta’ telmisartan tista’ jew tkun sejba b’kumbinazzjoni jew hi marbuta ma’ mekkaniżmu li bħalissa mhuwiex magħruf. L-effetti ta’ benefiċċju ta’ telmisartan fuq il-mortalità u l-morbożità kardjovaskulari għadhom mhumiex magħrufa.

Żewġ provi kbar ikkontrollati li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, (ONTARGET (ONgoing Telmisartan Alone and in combination with Ramipril Global Endpoint Trial) u VA NEPHRON-D (The Veterans Affairs Nephropathy in Diabetes)) eżaminaw l-użu tal-kombinazzjoni ta’ inibitur ta’ ACE ma’ imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II.

ONTARGET kien studju li twettaq f’pazjenti bi storja medika ta’ mard kardjovaskulari jew mard ċerebrovaskulari, jew dijabete mellitus ta’ tip 2 akkompanjata minn evidenza ta’ ħsara fl-organi aħħarin. Għal iktar informazzjoni dettaljata ara hawn fuq taħt l-intestatura “Prevenzjoni kardjovaskulari”.

VA NEPHRON-D kien studju f’pazjenti b’dijabete mellitus ta’ tip 2 u nefropatija dijabetika. Dawn l-istudji ma wrew l-ebda effett ta’ benefiċċju sinifikanti fuq ir-riżultati tal-kliewi u/jew kardjovaskulari u l-mortalità, filwaqt li ġiet osservata żieda fir-riskju ta’ iperkalemija, ħsara akuta

riversibbli fil-kliewi u/jew pressjoni baxxa meta mqabbla mal-monoterapija. Minħabba l-propjetajiet farmakodinamiċi simili tagħhom, dawn ir-riżultati huma rilevanti wkoll għal inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II oħrajn.

Għalhekk, inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jintużaw fl- istess ħin f’pazjenti b’nefropatija dijabetika.

ALTITUDE (Aliskiren Trial in Type 2 Diabetes Using Cardiovascular and Renal Disease Endpoints) kien studju maħsub biex jittestja l-benefiċċju taż-żieda ta’ aliskiren ma’ terapija standard ta’ inibitur ta’ ACE jew imblokkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin II f’pazjenti b’dijabete mellitus ta’ tip 2 u mard kroniku tal-kliewi, mard kardjovaskulari, jew it-tnejn. L-istudju intemm kmieni minħabba żieda fir- riskju ta’ riżultati avversi. Mewt kardjovaskulari u puplesija kienu t-tnejn numerikament iktar frekwenti fil-grupp ta’ aliskiren milli fil-grupp tal-plaċebo, u avvenimenti avversi u avvenimenti avversi serji ta’ interess (iperkalemija, pressjoni baxxa u disfunzjoni tal-kliewi) ġew irrappurtati b’mod iktar frekwenti fil-grupp ta’ aliskiren milli fil-grupp tal-plaċebo.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Kinzalmonofi tfal u adolexxenti li għandhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa.

L-effetti li jbaxxu l-pressjoni tad-demm taż-żewġ dożi ta’ telmisartan ġew evalwati f’76 pazjenti bi pressjoni għolja, li fil-biċċa l-kbira tagħhom kellhom piż żejjed, li kellhom minn 6 sa < 18-il sena (piż tal-ġisem ta’ ≥ 20 kg u ≤ 120 kg, medja ta’ 74.6 kg), wara li ħadu telmisartan 1 mg/kg (n = 29 ikkurati) jew 2 mg/kg (n = 31 ikkurati) fuq perjodu ta’ kura ta’ erba’ ġimgħat. Bl-inklużjoni il- preżenza ta’ pressjoni għolja sekondarja ma ġietx investigata. F’xi wħud mill-pazjenti investigati, id- dożi użati kienu ogħla minn dawk rakkomandati fil-kura ta’ pressjoni għolja fil-popolazzjoni adulta, u laħqu doża ta’ kuljum komparabbli għal 160 mg, li ġiet ittestjata fl-adulti. Wara aġġustament għall- effetti tal-grupp ta’ età, il-medja ta’ tibdil tal-SBP mil-linja bażi (oġġettiv primarju) kienet ta’ -

14.5 (1.7) mm Hg fil-grupp ta’ telmisartan 2 mg/kg, -9.7 (1.7) mm Hg fil-grupp ta’ telmisartan 1 mg/kg, u -6.0 (2.4) fil-grupp tal-plaċebo. It-tibdil aġġustat fid-DBP mil-linja bażi kienu ta’

-8.4 (1.5) mm Hg, -4.5 (1.6) mm Hg u -3.5 (2.1) mm Hg rispettivament. Il-bidla kienet tiddependi mid-doża. Id-dejta dwar is-sigurtà minn dan l-istudju f’pazjenti li kellhom minn 6 sa < 18-il sena dehret li kienet ġeneralment simili għal dik osservata fl-adulti. Is-sigurtà ta’ kura fit-tul b’telmisartan fit-tfal u fl-adolexxenti ma ġietx evalwata.

Żieda fl-eosinofili rrappurtata f’din il-popolazzjoni ta’ pazjenti ma ġietx osservata fl-adulti. Is-sinifikat u r-rilevanza klinika mhumiex magħrufa.

Din id-dejta klinika ma tippermettix li jsiru konklużjonijiet fuq l-effikaċja u s-sigurtà ta’ telmisartan fil-popolazzjoni pedjatrika bi pressjoni għolja.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

L-assorbiment ta’ telmisartan hu mgħaġġel, għalkemm l-ammont assorbit ivarja. Il-medja tal- biodisponibilità assoluta għal telmisartan hi ta’ madwar 50%. Meta telmisartan jittieħed ma’ l-ikel, it- tnaqqis taż-żona taħt il-kurva tal-konċentrazzjoni tal-plażma-żmien (AUC0-∞) ta’ telmisartan tvarja minn madwar 6% (doża ta’ 40 mg) sa madwar 19% (doża ta’ 160 mg). Sa 3 sigħat wara l-għoti ta’ telmisartan, il-konċentrazzjonijiet fil-plażma huma simili, kemm jekk telmisartan jittieħed ma’ ikel kif ukoll mingħajru.

Linearità/nuqqas ta’ linearità

It-tnaqqis żgħir fl-AUC mhux mistenni li jikkawża tnaqqis fl-effikaċja terapewtika. M’hemm l-ebda relazzjoni lineari bejn id-dożi u l-livelli tal-plażma. Is-Cmax u, fi grad anqas l-AUC, jiżdiedu b’mod sproporzjonat f’dożi ta’ aktar minn 40 mg.

Distribuzzjoni

Telmisartan fil-biċċa l-kbira tiegħu jeħel mal-proteina fil-plażma (>99.5 %), primarjament ma’ l- albumina u alpha-1 acid glycoprotein. Il-medja ta’ l-istat fiss apparenti tal-volum tad-distribuzzjoni (Vdss) hija ta’ madwar 500 l.

Bijotrasformazzjoni

Telmisartan hu metabolat permezz ta’ konjugazzjoni għal glucuronide tal-kompost prinċipali. L-ebda attività farmakoloġika ma ntweriet għall-konjugat.

Eliminazzjoni

Telmisartan hu kkaratterizzat minn farmakokinetiċi b’decay bi-esponenzjali, b’half-life ta’ l- eliminazzjoni terminali ta’ >20 siegħa. L-ogħla konċentrazzjoni fil-plażma (Cmax) u, fi grad anqas, iż- żona taħt il-kurva ta’ konċentrazzjoni fil-plażma-ħin (AUC), jiżdiedu b’mod sproporzjonat mad-doża. M’hemmx evidenza ta’ akkumulazzjoni ta’ telmisartan li hi klinikament rilevanti meta dan jittieħed fid-doża rakkomandata. Il-konċentrazzjonijiet fil-plażma kienu ogħla fin-nisa milli fl-irġiel, mingħajr ma kien hemm influwenza rilevanti fuq l-effikaċja.

Wara teħid mill-ħalq (u minn ġol-vina), telmisartan jiġi kważi eliminat kollu ma’ l-ippurgar, primarjament bħala kompost mhux mibdul. L-eliminazzjoni kumulattiva fl-awrina hi ta’ <1% tad- doża. It-tneħħija totali mill-plażma (Cltot) hi għolja (madwar 1,000 ml/min) meta mqabbla mal-fluss tad-demm epatiku (madwar 1,500 ml/min).

Popolazzjonijiet speċjali

Popolazzjoni pedjatrika

Il-farmakokinetika ta’ żewġ dożi ta’ telmisartan ġiet evalwata bħala objettiv sekondarju f’pazjenti bi pressjoni tad-demm għolja (n = 57) li kellhom minn 6 sa < 18-il sena wara li ħadu telmisartan 1 mg/kg jew 2 mg/kg fuq perjodu ta’ kura ta’ erba’ ġimgħat. L-objettivi farmakokinetiċi kienu jinkludu d-determinazzjoni tal-istat fiss ta’ telmisartan fit-tfal u adolexxenti, u investigazzjoni ta’ differenzi relatati mal-età. Għalkemm l-istudju kien żgħir wisq biex issir evalwazzjoni li tkun ta’ siwi farmakokinetiku fi tfal ta’ inqas minn 12-il sena, ir-riżultati kienu ġeneralment konsistenti mar-riżultati fl-adulti u kkonfermaw in-nonlinearità ta’ telmisartan, partikularment għas-Cmax.

Effetti tas-sess

Differenzi fil-konċentrazzjonijiet fil-plażma kienu osservati, bis-Cmax u l-AUC li kienu madwar 3 darbiet u darbtejn ogħla, rispettivament, fin-nisa meta mqabbla mal-irġiel.

Pazjenti anzjani

Il-farmakokinetiċi ta’ telmisartan ma jvarjawx bejn l-anzjani u dawk li għandhom inqas minn 65 sena.

Indeboliment tal-kliewi

F’pazjenti b’indeboliment renali minn moderat sa sever, l-irduppjar tal-konċentrazzjonijiet fil-plażma kien osservat. Madankollu, konċentrazzjonijiet fil-plażma aktar baxxi kienu ossevati f’pazjenti b’insuffiċjenza renali li kienu qegħdin fuq id-dijalisi. Telmisartan jeħel ħafna mal-proteina fil-plażma f’pazjenti b’insuffiċjenza renali, u ma jkunx jista’ jitneħħa permezz tad-dijalisi. Il-half-life ta’ l- eliminazzjoni ma tinbidilx f’pazjenti b’indeboliment renali.

Indeboliment tal-fwied

Studji farmakokinetiċi f’pazjenti b’indeboliment epatiku juru żieda fil-biodisponibilità assoluta sa kważi 100%. Il-half-life ta’ l-eliminazzjoni ma tinbidilx f’pazjenti b’indeboliment epatiku.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Fi studji dwar is-sigurtà ta’ qabel l-użu kliniku, id-dożi li pproduċew esponiment li kien komparabbli għal dak fil-medda terapewtika klinika, ikkawżaw tnaqqis fil-parametri taċ-ċelluli ħomor tad-demm (eritroċiti, emoglobina, ematokrit), bidliet fl-emodinamiċi renali (żieda fin-nitrogen ta’ l-urea u l- krejatinina fid-demm), kif ukoll żieda fil-potassium fis-serum f’annimali normotensivi. Fil-klieb it- twessiegħ tubulari renali u l-atrofija kienu osservati. Ħsara fil-mukuża gastrika (tgħawwir, ulċeri jew infjammazzjoni) kienu wkoll osservati fil-firien u fil-klieb. Dawn l-effetti mhux mixtieqa, medjati b’mod farmakoloġiku, magħrufa minn studji dwar is-sigurtà ta’ qabel l-użu kliniku, kemm b’inibituri ta’ l-enzimi li jibdlu l-angiotensin kif ukoll b’antagonisti tar-riċettur ta’ angiotensin II, kienu evitati b’teħid ta’ suppliment mielaħ mill-ħalq.

Fiż-żewġ speċi, żieda fl-attività tar-renin fil-plażma u ipertrofija/iperplasija taċ-ċelluli juxtaglomerular kienet osservata. Dawn il-bidliet, u anke l-effett tal-kategorija ta’ l-inibituri ta’ l-enzimi li jibdlu l- angiotensin u antagonisti oħrajn tar-riċettur ta’ angiotensin II, ma jidhirx li għandhom sinifikat kliniku.

Ma ġiet osservata l-ebda evidenza ċara ta’ effett teratoġeniku, madankollu fil-livelli ta’ dożi ta’ telmisartan li kienu tossiċi, ġie osservat effett fuq l-iżvilupp wara t-twelid tal-frieħ, bħal piż baxx tal-ġisem u dewmien biex jinfetħu l-għajnejn.

Ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ mutaġeniċità u ta’ attività klastoġenika rilevanti fi studji in vitro, u l-ebda evidenza ta’ karċinoġeneċità fil-firien u fil-ġrieden.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Povidone (K25)

Meglumine

Sodium hydroxide

Sorbitol (E420)

Magnesium stearate

6.2Inkompatibbilitajiet

Ma jgħoddx f’dan il-każ.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn l-ebda kundizzjoni ta’ temperatura speċjali għall-ħażna. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdita’.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folji tal-aluminju/aluminju (PA/PA/Al/PVC/Al). Folja waħda fiha 7 pilloli. Daqsijiet tal-pakketti: Folja b’14, 28, 56, jew 98 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Telmisartan għandu jinżamm fil-folja ssiġillata minħabba l-propjetà igroskopika tal-pilloli. Il-pilloli għandhom jinħarġu mill-folja ftit qabel l-għoti.

7.ID-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Bayer Pharma AG

13342 Berlin

Il-Ġermanja

8.NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/98/091/009 (14-il pillola)

EU/1/98/091/010 (28 pillola)

EU/1/98/091/011 (56 pillola)

EU/1/98/091/012 (98 pillola)

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 16 ta’ Diċembru, 1998

Data tal-aħħar tiġdid: 16 ta’ Diċembru, 2008

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Kinzalmono 40 mg pilloli

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola fiha 40 mg telmisartan.

Eċċipjenti b’effett magħruf:

Kull pillola fiha 169 mg ta’ sorbitol (E420).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola

Pilloli bojod ta’ 3.8 mm b’forma oblunga li fuqhom hemm imnaqqax in-numru tal-kodiċi ‘51H’ fuq naħa waħda.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Pressjoni għolja

Il-kura ta’ pressjoni tad-demm għolja essenzjali fl-adulti.

Prevenzjoni kardjovaskulari

Tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari f’adulti bi:

mard kardjovaskulari aterotrombotiku sintomatiku (storja medika ta’ mard koronarju tal-qalb, puplesija, jew mard arterjali periferali) jew

dijabete mellitus ta’ tip 2 bi ħsara dokumentata tal-organu fil-mira

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Kura ta’ pressjoni tad-demm għolja essenzjali

Id-doża effettiva normalment hi ta’ 40 mg darba kuljum. Xi pazjenti jistgħu jibbenefikaw anke b’doża ta’ 20 mg kuljum. F’każijiet fejn il-pressjoni ta’ demm fil-mira ma tintlaħaqx, id-doża ta’ telmisartan tista’ tiżdied għal massimu ta’ 80 mg darba kuljum. Inkella, telmisartan jista’ jintuża flimkien ma’ tipi ta’ dijuretiċi tat-tip thiazide, bħal hydrochlorothiazide, li ntwera li għandu effett addizzjonali li jnaqqas il-pressjoni tad-demm b’telmisartan. Meta wieħed jikkunsidra li jżid id-doża, irid iżomm f’moħħu li l- effett anti-ipertensiv ġeneralament jintlaħaq wara minn erba’ sa tmien ġimgħat mill-bidu tal-kura (ara sezzjoni 5.1).

Prevenzjoni kardjovaskulari

Id-doża rakkomandata hi ta’ 80 mg darba kuljum. Mhux magħruf jekk dożi ta’ inqas minn 80 mg ta’ telmisartan humiex effettivi biex inaqqsu l-morbożità kardjovaskulari.

Meta tinbeda terapija b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari, hu rakkomandat li jsir monitoraġġ mill-qrib tal-pressjoni tad-demm, u jekk ikun xieraq, jista’ jkun hemm bżonn ta’ aġġustament tal-mediċini li jnaqqsu l-pressjoni tad-demm.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi

Hemm esperjenza limitata disponibbli f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi li qegħdin fuq emodijalisi. Doża tal-bidu aktar baxxa ta’ 20 mg hi rakkomandata f’dawn il-pazjenti (ara sezzjoni 4.4). M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fil-pożoloġija għal pazjenti li għandhom indeboliment renali minn ħafif sa moderat.

Pazjenti b’indeboliment tal-fwied

Kinzalmono hu kontraindikat f’pazjenti b’indeboliment serju tal-fwied (ara sezzjoni 4.3). F’pazjenti b’indeboliment epatiku minn ħafif sa moderat, il-pożoloġija m’għandhiex taqbeż 40 mg darba kuljum (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti anzjani

L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ għal pazjenti anzjani.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Kinzalmono fi tfal u adolexxenti li għandhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa.

Dejta disponibbli attwalment hi deskritta fis-sezzjonijiet 5.1 u 5.2 imma l-ebda rakkomandazzjoni dwar il-pożoloġija ma tista’ tingħata.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-pilloli telmisartan huma biex jingħataw darba kuljum mill-ħalq u għandhom jittieħdu flimkien ma’ likwidu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu qabel tmiss il-prodott mediċinali jew qabel tamministra l-prodott mediċinali

Telmisartan għandu jinżamm fil-folja ssiġillata minħabba l-karatteristika igroskopika tal-pilloli. Il-pilloli għandhom jinħarġu mill-folja ftit qabel l-għoti (ara sezzjoni 6.6).

4.3 Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1

It-tieni u t-tielet trimestru tat-tqala (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.6)

Disturbi ostruttivi biljari

Indeboliment sever epatiku

L-użu fl-istess ħin ta’ Kinzalmono flimkien ma’ prodotti li fihom aliskiren huwa kontraindikat f’pazjenti b’dijabete mellitus jew b’indeboliment tal-kliewi (GFR < 60 ml/min/1.73 m2) (ara sezzjonijiet 4.5, u 5.1).

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Tqala

Antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jinbdew waqt it-tqala. Ħlief jekk it-tkomplija tal-kura bl-antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II tkun ikkunsidrata li hi essenzjali, il-pazjenti li jkunu qed jippjanaw li joħorġu tqal għandha tinbidlilhom il-kura għal waħda b’kura alternattiva b’mediċini kontra l-pressjoni għolja li għandhom profil tas-sigurtà stabbilit għall-użu fit-tqala. Meta t- tqala tkun iddijanjostikata, il-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II għandha titwaqqaf immedjatament, u, jekk ikun xieraq, għandha tinbeda kura alternattiva (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.6).

Indeboliment epatiku

Kinzalmono m’għandux jingħata lil pazjenti b’kolestasi, b’disturbi ostruttivi tal-marrara jew li għandhom indeboliment sever epatiku (ara sezzjoni 4.3), għax telmisartan huwa eliminat fil-biċċa l- kbira tiegħu mal-bili. Jista’ jkun mistenni li dawn il-pazjenti jkollhom rata ta’ tneħħija epatika mnaqqsa għal telmisartan. Kinzalmono għandu jintuża biss bl-attenzjoni f’pazjenti li għandhom indeboliment epatiku minn ħafif sa moderat.

Pressjoni għolja renovaskulari

Hemm riskju miżjud ta’ pressjoni baxxa ħafna severa u insuffiċjenza renali meta pazjenti bi stenosi bilaterali fl-arterja renali jew bi stenosi ta’ l-arterja għal kilwa waħda li tkun taħdem, ikunu kkurati bi prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin-aldosterone.

Indeboliment renali u trapjant renali

Meta Kinzalmono jintuża f’pazjenti li għandhom indeboliment fil-funzjoni renali, monitoraġġ perjodiku tal-livelli tal-potassium u tal-krejatinina tas-serum hu rakkomandat. M’hemmx esperjenza dwar l-għoti ta’ Kinzalmono f’pazjenti bi trapjant renali riċenti.

Ipovolemija intravaskulari

Pressjoni baxxa ħafna sintomatika, speċjalment wara l-ewwel doża ta’ Kinzalmono, tista’ sseħħ f’pazjenti li għandhom volum u/jew sodium li jkun tnaqqas minn terapija dijuretika vigoruża, restrizzjoni tal-melħ fid-dieta, dijarea jew rimettar. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu kkoreġuti qabel l-għoti ta’ Kinzalmono. It-tnaqqis tal-volum u/jew tas-sodium għandu jiġi kkoreġut qabel l-għoti ta’ Kinzalmono.

Imblokk doppju tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (RAAS)

Hemm evidenza li l-użu fl-istess ħin ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren iżid ir-riskju ta’ pressjoni baxxa, iperkalemija u tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi (li jinkludi insuffiċjenza renali akuta). Imblokk doppju ta’ RAAS permezz tal-użu kombinat ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren għalhekk mhuwiex rakkomandat (ara sezzjonijiet 4.5 u 5.1).

Jekk terapija ta’ imblokk doppju tiġi kkunsidrata li hi assolutament meħtieġa, din għandha ssir biss taħt superviżjoni ta’ speċjalista u tkun suġġetta għal monitoraġġ mill-qrib u frekwenti tal-funzjoni tal- kliewi, elettroliti u l-pressjoni tad-demm.

Inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jintużaw fl-istess ħin f’pazjenti b’nefropatija dijabetika.

Kundizzjonijiet oħrajn bl-istimulazzjoni tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone

F’pazjenti fejn it-ton vaskulari u l-funzjoni renali jiddependu b’mod predominanti mill-attività tas- sistema renin-angiotensin-aldosterone (eż. pazjenti b’insuffiċjenza konġestiva severa tal-qalb jew li għandhom mard prinċipali renali, li jinkludi stenosi ta’ l-arterja renali), il-kura bi prodotti mediċinali

oħrajn li jaffettwaw din is-sistema bħal telmisartan, kienet assoċjata ma’ pressjoni baxxa ħafna akuta, iperażotemija, oligurja, jew b’mod rari ma’ insuffiċjenza renali akuta (ara sezzjoni 4.8).

Aldosteroniżmu primarju

Pazjenti b’aldosteroniżmu primarju ġeneralment mhux ser jirrispondu għal prodotti mediċinali kontra l-pressjoni għolja li jaġixxu permezz ta’ l-inibizzjoni tas-sistema renin-angiotensin. Għalhekk, l-użu ta’ telmisartan mhuwiex rakkomandat.

Stenosi tal-valv mitrali u aortiku, kardjomijopatija ipertropika ostruttiva

Bħal fil-każ ta’ mediċini oħrajn li jwessgħu l-arterji/vini, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil pazjenti li jbatu minn stenosi mitrali jew aortika, jew kardjomijopatija ipertropika ostruttiva.

Pazjenti dijabetiċi kkurati bl-insulina jew mediċini kontra d-dijabete

F’dawn pazjenti tista’ sseħħ ipogliċemija bil-kura b’telmisartan. Għalhekk, f’dawn il-pazjenti għandu jiġi kkunsidrat monitoraġġ adattat tal-glucose fid-demm; aġġustament fid-doża tal-insulina jew tal- mediċini kontra d-dijabete jista’ jkun meħtieġ, meta indikat.

Iperkalemija

L-użu ta’ prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin-aldosterone, jista’ jikkawża l- iperkalemija.

Fl-anzjani, f’pazjenti b’insuffiċjenza renali, f’pazjenti dijabetiċi, f’pazjenti li jkunu kkurati fl-istess ħin bi prodotti mediċinali oħrajn li jistgħu jżidu l-livelli tal-potassium, u/jew f’pazjenti b’avvenimenti interkurrenti, l-iperkalemija tista’ tkun fatali.

Qabel tikkunsidra l-użu fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin- aldosterone, il-proporzjon tal-benefiċċju/riskju għandu jkun evalwat.

Il-fatturi ewlenin tar-riskju għall-iperkalemija li għandhom ikunu kkunsidrati huma:

-Dijabete mellitus, indeboliment renali, età (>70 sena)

-Kumbinazzjoni ma’ prodott mediċinali wieħed jew aktar li jaffettwaw is-sistema renin- angiotensin-aldosterone u/jew is-supplimenti tal-potassium. Prodotti mediċinali jew klassijiet terapewtiċi ta’ prodotti mediċinali li jistgħu jikkawżaw l-iperkalemija huma sostituti tal-melħ li fihom il-potassium, dijuretiċi li ma jneħħux potassium, inibituri ta’ ACE, antagonisti tar-riċettur ta’ angiotensin II, prodotti mediċinali mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni (NSAIDs, li jinkludu inibituri COX-2 selettivi), eparina, immunosoppressuri (cyclosporin jew tacrolimus), u trimethoprim.

-Avvenimenti interkurrenti, b’mod partikulari d-deidrazzjoni, dikumpensazzjoni akuta kardijaka, aċidożi metabolika, funzjoni renali li tmur għall-agħar, kundizzjoni renali li tmur għall-agħar għal għarrieda (eż. mard infettiv), lisi ċellulari (eż. iskemija akuta fir-riġlejn jew fid-dirgħajn, rabdomijolosi, estensjoni tat-trawma).

Monitoraġġ mill-qrib tal-potassium fis-serum f’pazjenti li qegħdin f’riskju hu rakkomandat (ara sezzjoni 4.5).

Sorbitol

Dan il-prodott mediċinali fih is-sorbitol (E420). Pazjenti li għandhom problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għall-fructose m’għandhomx jieħdu Kinzalmono.

Differenzi etniċi

Bħal fil-każ ta’ inibituri ta’ l-enzimi li jibdlu angiotensin, telmisartan u l-antagonisti l-oħrajn tar- riċettur ta’ angiotensin II, jidher li huma anqas effettivi li jbaxxu l-pressjoni tad-demm f’nies suwed

milli f’nies li mhumiex suwed, possibbilment minħabba l-prevalenza ogħla ta’ livelli baxxi ta’ renin fil-popolazzjoni sewda bi pressjoni għolja.

Oħrajn

Bħal kull mediċina kontra l-pressjoni għolja, it-tnaqqis eċċessiv fil-pressjoni tad-demm f’pazjenti b’kardjopatija iskemika jew b’mard karjovaskulari iskemiku, jista’ jirriżulta f’infart mijokardijaku jew puplesija.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Digoxin

Meta telmisartan kien mogħti flimkien ma’ digoxin, ġew osservati żidiet medji fl-ogħla konċentrazzjonijiet fil-plażma (49%) u fil-konċentrazzjonijiet l-aktar baxxi (20%) ta’ digoxin. Meta jinbeda, jiġi aġġustat u jiġi mwaqqaf telmisartan, il-livelli ta’ digoxin għandhom jiġu mmonitorjati sabiex jinżammu l-livelli fil-medda terapewtika.

Bħal prodotti mediċinali oħrajn li jaġixxu fuq is-sistema renin-angiotensin-aldosterone, telmisartan jista’ jikkawża l-iperkalemija (ara sezzjoni 4.4). Ir-riskju jista’ jiżdied f’każ li l-kura tingħata flimkien ma’ prodotti mediċinali oħra li jistgħu jikkawżaw ukoll l-iperkalemija (sostituti tal-melħ li fihom il- potassium, dijuretiċi li ma jneħħux potassium, inibituri ta’ ACE, antagonisti tar-riċettur ta’ angiotensin II, prodotti mediċinali mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni (NSAIDs, li jinkludu inibituri COX-2 selettivi), eparina, immunosoppressuri (cyclosporin jew tacrolimus), u trimethoprim).

L-okkorrenza ta’ l-iperkalemija tiddependi fuq fatturi marbuta mar-riskju. Ir-riskju jiżdied f’każ tal- kumbinazzjonijiet tal-kura msemmija hawn fuq. Ir-riskju hu partikularment għoli flimkien ma’ dijuretiċi li ma jneħħux potassium, u meta jkunu kombinati ma’ sostituti tal-melħ li fihom il- potassium. Kumbinazzjoni ma’ inibituri ta’ ACE jew NSAIDs, pereżempju, tirriżulta f’anqas riskju, bil-patt li l-prekawzjonijiet għall-użu jkunu segwiti b’mod strett.

L-użu fl-istess ħin mhuwiex rakkomandat

Dijuretiċi li ma jneħħux potassium jew supplimenti tal-potassium

Telf ta’ potassium ikkaġunat minn dijuretiċi huwa attenwat mill-antagonisti tar-riċettur ta’ angiotensin II bħal telmisartan. Dijuretiċi li ma jneħħux potassium, eż. spirinolactone, eplerenone, triamterene, jew amiloride, supplimenti tal-potassium, jew sostituti tal-melħ li fihom il-potassium jistgħu jwasslu għal żieda sinifikanti fil-potassium fis-serum. Jekk l-użu fl-istess ħin ikun indikat minħabba li jkun hemm ipokalemija dokumentata, dawn għandhom jintużaw bl-attenzjoni u b’monitoraġġ frekwenti tal- potassium fis-serum.

Lithium

Żidiet riversibbli fil-konċentrazzjonijiet tal-lithium fis-serum u t-tossiċità kienu rrappurtati waqt l- għoti fl-istess ħin ta’ lithium ma’ inibituri ta’ l-enzimi li jibdlu l-angiotensin, u, mal-antagonisti tar- riċettur ta’ angiotensin II, li jinkludu telmisartan. Jekk l-użu ta’ din il-kumbinazzjoni jkun meħtieġ, monitoraġġ bl-attenzjoni tal-livelli tal-lithium fis-serum hu rakkomandat.

L-użu fl-istess ħin li jeħtieġ l-attenzjoni

Prodotti mediċinali mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni

NSAIDs (i.e. acetylsalicylic acid f’korsijiet tad-dożaġġ kontra l-infjammazzjoni, inibituri COX-2 u NSAIDs mhux selettivi) jistgħu jnaqqsu l-effett kontra l-pressjoni għolja ta’ l-antagonisti tar-riċettur ta’ angiotensin II. F’xi pazjenti li għandhom il-funzjoni renali kompromessa (eż. pazjenti deidratati jew pazjenti anzjani b’funzjoni renali kompromessa), l-għoti flimkien ta’ antagonisti tar-riċettur ta’

angiotensin II u mediċini li jinibixxu cyclo-oxygenase, jista’ jirriżulta f’deterjorament addizzjonali tal- funzjoni renali, li jinkludi l-possibbiltà ta’ insuffiċjenza akuta renali, li normalment tkun riversibbli. Għalhekk, din il-kumbinazzjoni ta’ mediċini għandha tingħata bl-attenzjoni, speċjalment lil persuni anzjani. Il-pazjenti għandhom jingħataw l-ilma b’mod adegwat u għandha tingħata konsiderazzjoni lill-monitoraġġ tal-funzjoni renali wara l-bidu ta’ terapija fl-istess ħin u perjodikament wara dan.

Fi studju wieħed, l-għoti flimkien ta’ telmisartan u ramipril wassal għal żieda ta’ sa 2.5 darbiet fl- AUC0-24 u s-Cmax ta’ ramipril u ramiprilat. Ir-rilevanza klinika ta’ din l-osservazzjoni mhijiex magħrufa.

Dijuretiċi (thiazide jew dijuretiċi loop)

Il-kura fil-passat b’dożi qawwija ta’ dijuretiċi bħal furosemide (dijuretiku loop) u hydrochlorothiazide (dijuretiku thiazide) tista’ tirriżulta fi tnaqqis tal-volum u f’riskju ta’ pressjoni tad-demm baxxa ħafna meta tibda t-terapija b’telmisartan.

Biex jiġi kkunsidrat mal-użu fl-istess ħin

Mediċini oħrajn kontra l-pressjoni għolja

L-effett ta’ telmisartan li jbaxxi l-pressjoni tad-demm jista’ jiżdied bl-użu fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali oħrajn kontra l-pressjoni għolja.

Dejta mill-provi kliniċi wriet li imblokk doppju tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (RAAS) permezz tal-użu kombinat ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren hu assoċjat ma’ frekwenza ogħla ta’ avvenimenti avversi bħal pressjoni baxxa, iperkalemija u tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi (li tinkludi insuffiċjenza akuta tal-kliewi) meta mqabbla mal-użu ta’ mediċina waħda li taġixxi fuq RAAS (ara sezzjonijiet 4.3, 4.4 u 5.1).

Ibbażat fuq il-proprjetajiet farmakoloġiċi tagħhom, jista’ jkun mistenni li l-prodotti mediċinali li ġejjin jistgħu jżidu l-effetti ipotensivi tal-mediċini kollha kontra l-pressjoni għolja, li jinkludu telmisartan: Baclofen, amifostine. Flimkien ma’ dan, pressjoni tad-demm baxxa ħafna meta wieħed ikun bilwieqfa tista’ tiggrava permezz ta’ l-alkoħol, barbiturates, mediċini narkotiċi jew anti-dipressanti.

Kortikosterojdi (rotta sistemika)

Tnaqqis ta’ l-effett kontra l-pressjoni għolja.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

L-użu ta’ antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II mhuwiex rakkomandat matul l-ewwel trimestru tat- tqala (ara sezzjoni 4.4). L-użu ta’ antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II hu kontra-indikat matul it- tieni u t-tielet trimestru tat-tqala (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

M’hemmx tagħrif dwar l-użu ta’ Kinzalmono f’nisa tqal. Studji f’annimali wrew effett tossiku fuq is- sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3).

Evidenza epidemjoloġika dwar ir-riskju ta’ teratoġeniċità wara espożizzjoni għal inibituri ACE matul l-ewwel trimestru tat-tqala ma kinitx konklussiva; madankollu, żieda żgħira fir-riskju ma tistax tiġi eskluża. Filwaqt li m’hemm l-ebda dejta epidemjoloġika kkontrollata fuq ir-riskju b’antagonisti tar- riċetturi ta’ angiotensin II, riskji simili jistgħu jkunu jeżistu għal din il-klassi ta’ mediċini. Ħlief jekk it-tkomplija tal-kura bl-antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II tkun ikkunsidrata li hi essenzjali, il- pazjenti li jkunu qed jippjanaw li joħorġu tqal għandha tinbidlilhom il-kura għal waħda b’kura alternattiva b’mediċini kontra l-pressjoni għolja li għandhom profil tas-sigurtà stabbilit għall-użu fit-

tqala. Meta t-tqala tkun iddijanjostikata, il-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II għandha titwaqqaf immedjatament, u, jekk ikun xieraq, għandha tinbeda kura alternattiva.

Espożizzjoni għall-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II matul it-tieni u t-tielet trimestri hu magħruf li jinduċi fetotossiċità (tnaqqis fil-funzjoni renali, oligoidramnios, ittardjar fl-ossifikazzjoni tal-kranju) u tossiċità fit-trabi tat-twelid (insuffiċjenza renali, pressjoni baxxa, iperkalemija). (Ara sezzjoni 5.3).

Jekk tkun seħħet espożizzjoni għal antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II mit-tieni trimestru tat- tqala, hu rakkomandat li jsir kontroll bl-ultrasound tal-funzjoni renali u tal-kranju.

Trabi li ommijiethom ikunu ħadu antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, għandhom ikunu taħt osservazzjoni mill-qrib għal pressjoni baxxa (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

Treddigħ

Minħabba li m’hemm l-ebda informazzjoni disponibbli dwar l-użu ta’ telmisartan waqt il-perjodu ta’ treddigħ, telmisartan mhuwiex rakkomandat u kuri alternattivi li għandhom profili tas-sigurtà stabbiliti aħjar waqt it-treddigħ huma preferibbli, speċjalment meta omm tkun tredda’ tarbija tat-twelid jew tarbija li twieldet qabel iż-żmien.

Fertilità

Fi studji ta’ qabel l-użu kliniku, ma kienu osservati l-ebda effetti ta’ Kinzalmono fuq il-fertilità tal-irġiel u tan-nisa.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni. Madankollu, meta ssuq il- vetturi jew tħaddem il-makkinarju, għandek tikkunsidra l-fatt li l-isturdament jew in-ngħas jistgħu xi kultant iseħħu meta wieħed ikun qed jieħu terapija kontra l-pressjoni għolja.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Reazzjonijiet avversi serji tal-mediċina jinkludu reazzjoni anafilattika u anġjoedema li tista’ sseħħ rarament (≥1/10,000 sa <1/1,000), u insuffiċjenza akuta tal-kliewi.

L-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi rrappurtati kienet ġeneralment komparabbli mal-plaċebo (41.4% vs 43.9%) fil-provi kkontrollati f’pazjenti kkurati għal pressjoni għolja. L-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi ma kinitx marbuta mad-doża u ma wriet l-ebda korrelazzjoni mas-sess, ma’ l-età, jew mar- razza tal-pazjenti. Il-profil tas-sigurtà ta’ telmisartan f’pazjenti kkurati għal tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari kien konsistenti ma’ dak miksub f’pazjenti bi pressjoni għolja.

Ir-reazzjonijiet avversi għall-mediċina elenkati hawn taħt inġabru minn provi kliniċi kkontrollati f’pazjenti kkurati għal pressjoni għolja u minn rapporti ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Il-lista tikkunsidra wkoll reazzjonijiet avversi serji u reazzjonijiet avversi li jwasslu għal twaqqif tal-mediċina rrappurtat fi tliet studji kliniċi fit-tul li kienu jinkludu 21642 pazjent ikkurati b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari għal sa sitt snin.

Sommarju tabulat ta’ reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi ġew ikklassifikati skond kategoriji ta’ frekwenza bl-użu tal-konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000), rari ħafna (<1/10,000).

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa għandhom jitniżżlu skond is-serjetà tagħhom. L-effetti li huma l-aktar serji għandhom jitniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji.

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

 

Mhux komuni:

Infezzjoni fl-apparat tal-awrina li tinkludi ċistite, infezzjoni

 

fl-apparat respiratorju ta’ fuq li tinkludi farinġite u sinusite

Rari:

Sepsis li tinkludi riżultat fatali1

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

Mhux komuni:

Anemija

Rari:

Eosinofilija, trromboċitopenija

Disturbi fis-sistema immuni

 

Rari:

Reazzjoni anafilattika, sensittività eċċessiva

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Mhux komuni:

Iperkalemija

Rari:

Ipogliċemija (f’pazjenti dijabetiċi)

Disturbi psikjatriċi

 

Mhux komuni:

Nuqqas ta’ rqad, dipressjoni

Rari:

Ansjetà

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Mhux komuni:

Sinkope

Rari:

Ngħas

Disturbi fl-għajnejn

 

Rari:

Disturbi tal-vista

Disturbi fil-widnejn u fis-

 

sistema labirintika

 

Mhux komuni:

Sturdament

Disturbi fil-qalb

 

Mhux komuni:

Bradikardija

Rari:

Takikardija

Disturbi vaskulari

Pressjoni baxxa2, pressjoni baxxa meta wieħed iqum bilwieqfa

Mhux komuni:

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

Mhux komuni:

Dispnea, sogħla

Rari ħafna:

Mard interstizjali tal-pulmun4

Disturbi gastro-intestinali

 

Mhux komuni:

Uġigħ addominali, dijarea, dispepsja, gass, rimettar

Rari:

Ħalq xott, skonfort fl-istonku, tibdil fis-sens tat-togħma

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Funzjoni epatika anormali/disturb fil-fwied3

Rari:

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Mhux komuni:

Ħakk, iperidrosi, raxx

Rari:

Anġjoedema (ukoll b’riżultat fatali), ekżema, eritema, urtikarja,

 

eruzzjoni minħabba l-mediċina, eruzzjoni tossika tal-ġilda

Disturbi skeletriċi u tat-tessuti konnettivi

Mhux komuni:

Uġigħ fid-dahar (eż. xjatika), spażmi tal-muskoli, mijalġja

Rari:

Artralġja, fl-estremitajiet, uġigħ fit-tendini (sintomi qishom

 

tendinite)

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema

 

urinarja

 

Mhux komuni:

Indeboliment renali li jinkludi insuffiċjenza renali akuta

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata

Mhux komuni:

Uġigħ fis-sider, astenja (dgħufija)

Rari:

Mard li jixbah l-influwenza

Investigazzjonijiet

 

Mhux komuni:

Żieda fil-krejatinina tad-demm

Rari:

Tnaqqis fl-emoglobina, żieda fil-uric acid fid-demm, żieda fl-

 

enzimi epatiċi, żieda fil-creatine phosphokinase fid-demm

1,2,3,4: għal deskrizzjonijiet addizzjonali, jekk jogħġbok ara sottosezzjoni “Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula”

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Sepsis

Fil-prova PRoFESS, kienet osservata żieda fl-inċidenza ta’ sepsis b’telmisartan meta mqabbel mal-plaċebo. L-avveniment jista’ jkun sejba b’kumbinazzjoni jew hu marbut ma’ mekkaniżmu li bħalissa mhuwiex magħruf (ara wkoll sezzjoni 5.1).

Pressjoni baxxa

Din ir-reazzjoni avversa kienet irrappurtata bħala komuni f’pazjenti bi pressjoni tad-demm ikkontrollata li kienu kkurati b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari flimkien ma’ kura standard.

Funzjoni anormali tal-fwied/disturb fil-fwied

Il-biċċa l-kbira ta’ każijiet ta’ funzjoni anormali tal-fwied/disturb tal-fwied minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, seħħew f’pazjenti Ġappuniżi. Hemm aktar ċans li pazjenti Ġappuniżi jkollhom dawn ir-reazzjonijiet avversi.

Mard interstizjali tal-pulmun

Każijiet ta’ mard interstizjali tal-pulmun ġew irrappurtati minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq f’assoċjazzjoni temporali mat-teħid ta’ telmisartan. Madankollu, assoċjazzjoni kawżali ma ġietx stabbilita.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Hemm informazzjoni limitata disponibbli fir-rigward ta’ doża eċċessiva fil-bnedmin.

Sintomi: L-iktar manifestazzjonijiet prominenti ta’ doża eċċessiva ta’ telmisartan kienu pressjoni tad- demm baxxa ħafna u takikardja; il-bradikardija, sturdament, żieda fil-livell tal-krejatinina fis-serum u insuffiċjenza renali akuta kienu osservati wkoll.

Kura: Telmisartan ma jitneħħiex permezz tal-emodijalisi. Il-pazjent għandu jkun immonitorjat mill- qrib, u l-kura għandha tkun sintomatika u ta’ appoġġ. L-immaniġġjar jiddependi fuq il-ħin minn meta d-doża tkun ittieħdet, u fuq is-severità tas-sintomi. Miżuri ssuġġeriti jinkludu li l-pazjent jiġi mġiegħel jirremetti u/jew il-ħasil ġastriku. Faħam attivat (activated charcoal) jista’ jkun utli fil-kura ta’ doża eċċessiva. Il-livelli ta’ l-elettroliti u tal-krejatinina fis-serum għandhom ikunu mmonitorjati ta’ spiss. Jekk il-pressjoni titbaxxa, il-pazjent għandu jinżamm mimdud fuq dahru, u jingħata malajr sostitut tal- melħ u tal-volum.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Antagonisti ta’ angiotensin II, sempliċi, Kodiċi ATC: C09CA07.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Telmisartan hu antagonist tar-riċettur ta’ angiotensin II (tip AT1) li hu effettiv u speċifiku, u hu oralment attiv. Telmisartan jieħu post angiotensin II b’affinità għolja ħafna mis-sit fejn jeħel fis- sottotip tar-riċettur AT1, li hu responsabbli għall-azzjonijiet magħrufa ta’ angiotensin II. Telmisartan ma jesibixxi l-ebda attività agonista parzjali għar-riċettur AT1. Telmisartan jeħel b’mod selettiv mar- riċettur AT1. It-twaħħil idum ħafna. Telmisartan ma jurix affinità għal riċetturi oħrajn, li jinkludu AT2 u riċetturi AT oħrajn anqas karatterizzati. Il-rwol funzjonali ta’ dawn ir-riċetturi mhuwiex magħruf, kif lanqas hu magħruf l-effett ta’ l-istimulazzjoni żejda possibbli tagħhom minn angiotensin II, li l-livelli tiegħu jiżdiedu permezz ta’ telmisartan. Il-livelli ta’ aldosterone fil-plażma jitnaqqsu minn telmisartan. Telmisartan ma jinibixxix ir-renina fil-plażma umana jew jimblokka l-kanali tal-joni. Telmisartan ma jinibixxix l-enzima li tibdel angiotensin (kininase II), l-enzima li tiddegrada wkoll bradykinin. Għalhekk mhux mistenni li ssaħħaħ l-effetti avversi medjati minn bradykinin.

Fil-bniedem, doża ta’ 80 mg ta’ telmisartan kważi tinibixxi kompletament iż-żieda fil-pressjoni tad- demm ikkawżata minn angiotensin II. Dan l-effett inibitorju jinżamm għal 24 siegħa u jista’ jibqa’ jitkejjel sa 48 siegħa.

Effikaċja klinika u sigurtà

Kura ta’ pressjoni tad-demm għolja essenzjali

Wara l-ewwel doża ta’ telmisartan, l-attività kontra l-pressjoni għolja ssir evidenti gradwalment fi żmien 3 sigħat. It-tnaqqis massimu fil-pressjoni tad-demm ġeneralment jinkiseb wara 4 sa 8 ġimgħat mill-bidu tal-kura, u jinżamm matul terapija fit-tul.

L-effett kontra l-pressjoni tad-demm jippersisti l-ħin kollu għal 24 siegħa wara d-dożaġġ, u jinkludi l- aħħar 4 sigħat qabel id-doża li jkun imiss, kif muri mill-kejl tal-pressjoni tad-demm ambulatorja. Dan hu kkonfermat mill-proporzjonijiet bejn il-livelli l-aktar baxxi imqabbla ma’ l-ogħla livelli, li kienu aktar minn 80% b’mod konsistenti, osservati wara li ngħataw dożi ta’ 40 u 80 mg ta’ telmisartan fi provi kliniċi b’telmisartan ikkontrollati bi plaċebo. Hemm tendenza apparenti għal relazzjoni bejn doża u l-ħin ta’ l-irkupru tal-linja bażi tal-pressjoni sistolika tad-demm (SBP). F’dan ir-rigward, id- dejta dwar il-pressjoni dijastolika tad-demm (DBP) hi inkonsistenti.

F’pazjenti bi pressjoni għolja, telmisartan inaqqas kemm il-pressjoni sistolika u dik dijastolika, mingħajr ma jaffettwa r-rata tal-polz. Il-kontribuzzjoni ta’ l-effett dijuretiku u natrijuretiku tal-prodott mediċinali għall-attività ipotensiva tagħha, għad trid tkun definita. L-effikaċja anti-ipertensiva ta’ telmisartan hi komparabbli ma’ dik ta’ mediċini li jirrappreżentaw kategoriji oħrajn ta’ prodotti mediċinali anti-ipertensivi (dan intwera fi provi kliniċi li qabblu telmisartan ma’ amlodipine, atenolol, enalapril, hydrochlorothiazide, u lisinopril).

Meta l-kura b’telmisartan titwaqqaf ħesrem, il-pressjoni tad-demm terġa’ lura għal kif kienet qabel ma bdiet il-kura, fuq perjodu ta’ diversi ġranet, mingħajr ma’ jkun hemm ħjiel ta’ pressjoni għolja rebound.

L-inċidenza ta’ sogħla xotta kienet anqas b’mod sinifikanti f’pazjenti kkurati b’telmisartan milli f’dawk li ngħataw inibituri ta’ l-enzimi li jibdlu l-angiotensin, fi provi kliniċi li qabblu direttament iż- żewġ kuri kontra l-pressjoni għolja.

Prevenzjoni kardjovaskulari

ONTARGET (ONgoing Telmisartan Alone and in Combination with Ramipril Global Endpoint Trial) qabbel l-effetti ta’ telmisartan, ramipril u t-taħlita ta’ telmisartan u ramipril fuq riżultati kardjovaskulari f’25620 pazjent li kellhom 55 sena jew aktar, ma’ storja medika ta’ mard arterjali koronarju, puplesija, TIA, mard arterjali periferali, jew dijabete mellitus ta’ tip 2 akkompanjat minn evidenza ta’ ħsara fl-organi fil-mira (eż. retinopatija, ipertrofija ventrikulari tax-xellug, makro- jew mikroalbuminurija), li hi popolazzjoni f’riskju għal avvenimenti kardjovaskulari.

Il-pazjenti ntgħażlu b’mod każwali f’wieħed mit-tliet gruppi ta’ kura li ġejjin: telmisartan 80 mg (n = 8542), ramipril 10 mg (n = 8576), jew it-taħlita ta’ telmisartan 80 mg flimkien ma’ ramipril 10 mg (n = 8502), u li kienu segwiti għal medja ta’ żmien ta’ osservazzjoni ta’ 4.5 snin.

Telmisartan wera effett simili bħal ramipril fit-tnaqqis tar-riżultat aħħari kompost primarju ta’ mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, puplesija mhux fatali, jew meta l-pazjent iddaħħal l- isptar minħabba insuffiċjenza konġestiva tal-qalb. L-inċidenza tar-riżultat aħħari primarju kienet simili fil-gruppi ta’ telmisartan (16.7%) u ramipril (16.5%). Il-proporzjon ta’ periklu għal telmisartan vs. ramipril kien ta’ 1.01 (97.5% CI 0.93 - 1.10, p (non-inferjorità) = 0.0019 f’marġni ta’ 1.13). Ir-rata ta’ mortalità mill-kawżi kollha kienet ta’ 11.6% u 11.8% fost il-pazjenti kkurati b’telmisartan u ramipril rispettivament.

Instab li telmisartan kien effettiv bl-istess mod bħal ramipril fir-riżultat aħħari sekondarju speċifikat minn qabel ta’ mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, u puplesija mhux fatali [0.99 (97.5% CI 0.90 - 1.08), p (non-inferjorità) = 0.0004], ir-riżultat aħħari primarju fl-istudju ta’ referenza HOPE (The Heart Outcomes Prevention Evaluation Study), li kien investiga l-effett ta’ ramipril vs. plaċebo.

TRANSCEND għażel b’mod każwali pazjenti li kienu intolleranti għal ACE-I u li mill-bqija kellhom kriterji tal-inklużjoni li kienu simili bħal dawk ta’ ONTARGET għal telmisartan 80 mg (n=2954) jew plaċebo (n=2972), it-tnejn mogħtija b’mod addizzjonali mal-kura standard. Il-medja tat-tul ta’ żmien tal-follow-up kienet ta’ 4 snin u 8 xhur. Ma nstabet l-ebda differenza statistikament sinifikanti fl- inċidenza tar-riżultat aħħari kompost primarju ta’ mewt (mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, puplesija mhux fatali, jew meta l-pazjent iddaħħal l-isptar minħabba insuffiċjenza konġestiva tal-qalb [15.7% fil-grupp ta’ telmisartan u 17.0% fil-grupp tal-plaċebo bi proporzjon ta’ periklu ta’ 0.92 (95% CI 0.81 - 1.05, p = 0.22)]. Kien hemm evidenza ta’ benefiċċju mill-kura b’telmisartan meta mqabbel mal-plaċebo fir-riżultat aħħari kompost sekondarju speċifikat minn qabel, mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, u puplesija mhux fatali [0.87 (95% CI 0.76 - 1.00, p = 0.048)]. Ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ benefiċċju fuq mortalità kardjovaskulari (proporzjon ta’ periklu ta’ 1.03, 95% CI 0.85 - 1.24).

Is-sogħla u l-anġjoedema kienu rrappurtati b’mod inqas frekwenti f’pazjenti kkurati b’telmisartan milli f’pazjenti kkurati b’ramipril, filwaqt li l-pressjoni baxxa kienet irrappurtata b’mod iktar frekwenti b’telmisartan.

Meta telmisartan tħallat ma’ ramipril, dan ma żiedx il-benefiċċju b’mod addizzjonali fuq meta ramipril jew telmisartan ingħataw waħidhom. Il-mortalità CV u l-mortalità mill-kawżi kollha kienu numerikament ogħla meta l-mediċini ngħataw ma’ xulxin. Flimkien ma’ dan, kien hemm inċidenza ogħla b’mod sinifikanti ta’ iperkalemija, insuffiċjenza renali, pressjoni baxxa u sinkope fil-parti tal- istudju fejn ingħatat taħlita ta’ mediċini. Għalhekk, l-użu ta’ taħlita ta’ telmisartan and ramipril mhuwiex rakkomandat f’din il-popolazzjoni.

Fil-prova "Kors ta’ Prevenzjoni Biex Tevita b’Mod Effettiv Puplesiji Oħrajn" (Prevention Regimen For Effectively avoiding Second Strokes - PRoFESS), f’pazjenti li għandhom 50 sena jew aktar, li dan l-aħħar kellhom puplesija, kienet osservata żieda fl-inċidenza ta’ sepsis għal telmisartan meta mqabbel mal-plaċebo, 0.70 % vs. 0.49 % [RR 1.43 (95% intervall ta’ kunfidenza 1.00 - 2.06)]; l-inċidenza ta’ każijiet ta’ sepsis fatali żdiedet għal pazjenti li kienu qed jieħdu telmisartan (0.33 %) vs. pazjenti li kienu qed jieħdu l-plaċebo (0.16 %) [RR 2.07 (95% intervall ta’ kunfidenza 1.14 - 3.76)]. Ir-rata osservata taż-żieda tal-okkorrenza ta’ sepsis assoċjata mal-użu ta’ telmisartan tista’ jew tkun sejba b’kumbinazzjoni jew hi marbuta ma’ mekkaniżmu li bħalissa mhuwiex magħruf. L-effetti ta’ benefiċċju ta’ telmisartan fuq il-mortalità u l-morbożità kardjovaskulari għadhom mhumiex magħrufa.

Żewġ provi kbar ikkontrollati li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, (ONTARGET (ONgoing Telmisartan Alone and in combination with Ramipril Global Endpoint Trial) u VA NEPHRON-D (The Veterans Affairs Nephropathy in Diabetes)) eżaminaw l-użu tal-kombinazzjoni ta’ inibitur ta’ ACE ma’ imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II.

ONTARGET kien studju li twettaq f’pazjenti bi storja medika ta’ mard kardjovaskulari jew mard ċerebrovaskulari, jew dijabete mellitus ta’ tip 2 akkompanjata minn evidenza ta’ ħsara fl-organi aħħarin. Għal iktar informazzjoni dettaljata ara hawn fuq taħt l-intestatura “Prevenzjoni kardjovaskulari”.

VA NEPHRON-D kien studju f’pazjenti b’dijabete mellitus ta’ tip 2 u nefropatija dijabetika. Dawn l-istudji ma wrew l-ebda effett ta’ benefiċċju sinifikanti fuq ir-riżultati tal-kliewi u/jew kardjovaskulari u l-mortalità, filwaqt li ġiet osservata żieda fir-riskju ta’ iperkalemija, ħsara akuta

riversibbli fil-kliewi u/jew pressjoni baxxa meta mqabbla mal-monoterapija. Minħabba l-propjetajiet farmakodinamiċi simili tagħhom, dawn ir-riżultati huma rilevanti wkoll għal inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II oħrajn.

Għalhekk, inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jintużaw fl- istess ħin f’pazjenti b’nefropatija dijabetika.

ALTITUDE (Aliskiren Trial in Type 2 Diabetes Using Cardiovascular and Renal Disease Endpoints) kien studju maħsub biex jittestja l-benefiċċju taż-żieda ta’ aliskiren ma’ terapija standard ta’ inibitur ta’ ACE jew imblokkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin II f’pazjenti b’dijabete mellitus ta’ tip 2 u mard kroniku tal-kliewi, mard kardjovaskulari, jew it-tnejn. L-istudju intemm kmieni minħabba żieda fir- riskju ta’ riżultati avversi. Mewt kardjovaskulari u puplesija kienu t-tnejn numerikament iktar frekwenti fil-grupp ta’ aliskiren milli fil-grupp tal-plaċebo, u avvenimenti avversi u avvenimenti avversi serji ta’ interess (iperkalemija, pressjoni baxxa u disfunzjoni tal-kliewi) ġew irrappurtati b’mod iktar frekwenti fil-grupp ta’ aliskiren milli fil-grupp tal-plaċebo.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Kinzalmono fi tfal u adolexxenti li għandhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa.

L-effetti li jbaxxu l-pressjoni tad-demm taż-żewġ dożi ta’ telmisartan ġew evalwati f’76 pazjenti bi pressjoni għolja, li fil-biċċa l-kbira tagħhom kellhom piż żejjed, li kellhom minn 6 sa < 18-il sena (piż tal-ġisem ta’ ≥ 20 kg u ≤ 120 kg, medja ta’ 74.6 kg), wara li ħadu telmisartan 1 mg/kg (n = 29 ikkurati) jew 2 mg/kg (n = 31 ikkurati) fuq perjodu ta’ kura ta’ erba’ ġimgħat. Bl-inklużjoni il- preżenza ta’ pressjoni għolja sekondarja ma ġietx investigata. F’xi wħud mill-pazjenti investigati, id- dożi użati kienu ogħla minn dawk rakkomandati fil-kura ta’ pressjoni għolja fil-popolazzjoni adulta, u laħqu doża ta’ kuljum komparabbli għal 160 mg, li ġiet ittestjata fl-adulti. Wara aġġustament għall- effetti tal-grupp ta’ età, il-medja ta’ tibdil tal-SBP mil-linja bażi (oġġettiv primarju) kienet ta’ -

14.5 (1.7) mm Hg fil-grupp ta’ telmisartan 2 mg/kg, -9.7 (1.7) mm Hg fil-grupp ta’ telmisartan 1 mg/kg, u -6.0 (2.4) fil-grupp tal-plaċebo. It-tibdil aġġustat fid-DBP mil-linja bażi kienu ta’

-8.4 (1.5) mm Hg, -4.5 (1.6) mm Hg u -3.5 (2.1) mm Hg rispettivament. Il-bidla kienet tiddependi mid-doża. Id-dejta dwar is-sigurtà minn dan l-istudju f’pazjenti li kellhom minn 6 sa < 18-il sena dehret li kienet ġeneralment simili għal dik osservata fl-adulti. Is-sigurtà ta’ kura fit-tul b’telmisartan fit-tfal u fl-adolexxenti ma ġietx evalwata.

Żieda fl-eosinofili rrappurtata f’din il-popolazzjoni ta’ pazjenti ma ġietx osservata fl-adulti. Is-sinifikat u r-rilevanza klinika mhumiex magħrufa.

Din id-dejta klinika ma tippermettix li jsiru konklużjonijiet fuq l-effikaċja u s-sigurtà ta’ telmisartan fil-popolazzjoni pedjatrika bi pressjoni għolja.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

L-assorbiment ta’ telmisartan hu mgħaġġel, għalkemm l-ammont assorbit ivarja. Il-medja tal- biodisponibilità assoluta għal telmisartan hi ta’ madwar 50%. Meta telmisartan jittieħed ma’ l-ikel, it- tnaqqis taż-żona taħt il-kurva tal-konċentrazzjoni tal-plażma-żmien (AUC0- ) tvarja minn madwar 6% (doża ta’ 40 mg) sa madwar 19% (doża ta’ 160 mg). Sa 3 sigħat wara l-għoti ta’ telmisartan, il- konċentrazzjonijiet fil-plażma huma simili, kemm jekk telmisartan jittieħed ma’ ikel kif ukoll mingħajru.

Linearità/nuqqas ta’ linearità

It-tnaqqis żgħir fl-AUC mhux mistenni li jikkawża tnaqqis fl-effikaċja terapewtika. M’hemm l-ebda relazzjoni lineari bejn id-dożi u l-livelli tal-plażma. Is-Cmax u, fi grad anqas l-AUC, jiżdiedu b’mod sproporzjonat f’dożi ta’ aktar minn 40 mg.

Distribuzzjoni

Telmisartan fil-biċċa l-kbira tiegħu jeħel mal-proteina fil-plażma (>99.5 %), primarjament ma’ l- albumina u alpha-1 acid glycoprotein. Il-medja ta’ l-istat fiss apparenti tal-volum tad-distribuzzjoni (Vdss) hija ta’ madwar 500 l.

Bijotrasformazzjoni

Telmisartan hu metabolat permezz ta’ konjugazzjoni għal glucuronide tal-kompost prinċipali. L-ebda attività farmakoloġika ma ntweriet għall-konjugat.

Eliminazzjoni

Telmisartan hu kkaratterizzat minn farmakokinetiċi b’decay bi-esponenzjali, b’half-life ta’ l- eliminazzjoni terminali ta’ >20 siegħa. L-ogħla konċentrazzjoni fil-plażma (Cmax) u, fi grad anqas, iż- żona taħt il-kurva ta’ konċentrazzjoni fil-plażma-ħin (AUC), jiżdiedu b’mod sproporzjonat mad-doża. M’hemmx evidenza ta’ akkumulazzjoni ta’ telmisartan li hi klinikament rilevanti meta dan jittieħed fid-doża rakkomandata. Il-konċentrazzjonijiet fil-plażma kienu ogħla fin-nisa milli fl-irġiel, mingħajr ma kien hemm influwenza rilevanti fuq l-effikaċja.

Wara teħid mill-ħalq (u minn ġol-vina), telmisartan jiġi kważi eliminat kollu ma’ l-ippurgar, primarjament bħala kompost mhux mibdul. L-eliminazzjoni kumulattiva fl-awrina hi ta’ <1% tad- doża. It-tneħħija totali mill-plażma (Cltot) hi għolja (madwar 1,000 ml/min) meta mqabbla mal-fluss tad-demm epatiku (madwar 1,500 ml/min).

Popolazzjonijiet speċjali

Popolazzjoni pedjatrika

Il-farmakokinetika ta’ żewġ dożi ta’ telmisartan ġiet evalwata bħala objettiv sekondarju f’pazjenti bi pressjoni tad-demm għolja (n = 57) li kellhom minn 6 sa < 18-il sena wara li ħadu telmisartan 1 mg/kg jew 2 mg/kg fuq perjodu ta’ kura ta’ erba’ ġimgħat. L-objettivi farmakokinetiċi kienu jinkludu d-determinazzjoni tal-istat fiss ta’ telmisartan fit-tfal u adolexxenti, u investigazzjoni ta’ differenzi relatati mal-età. Għalkemm l-istudju kien żgħir wisq biex issir evalwazzjoni li tkun ta’ siwi farmakokinetiku fi tfal ta’ inqas minn 12-il sena, ir-riżultati kienu ġeneralment konsistenti mar-riżultati fl-adulti u kkonfermaw in-nonlinearità ta’ telmisartan, partikularment għas-Cmax.

Effetti tas-sess

Differenzi fil-konċentrazzjonijiet fil-plażma kienu osservati, bis-Cmax u l-AUC li kienu madwar 3 darbiet u darbtejn ogħla, rispettivament, fin-nisa meta mqabbla mal-irġiel.

Pazjenti anzjani

Il-farmakokinetiċi ta’ telmisartan ma jvarjawx bejn l-anzjani u dawk li għandhom inqas minn 65 sena.

Indeboliment tal-kliewi

F’pazjenti b’indeboliment renali minn moderat sa sever, l-irduppjar tal-konċentrazzjonijiet fil-plażma kien osservat. Madankollu, konċentrazzjonijiet fil-plażma aktar baxxi kienu ossevati f’pazjenti b’insuffiċjenza renali li kienu qegħdin fuq id-dijalisi. Telmisartan jeħel ħafna mal-proteina fil-plażma f’pazjenti b’insuffiċjenza renali, u ma jkunx jista’ jitneħħa permezz tad-dijalisi. Il-half-life ta’ l- eliminazzjoni ma tinbidilx f’pazjenti b’indeboliment renali.

Indeboliment tal-fwied

Studji farmakokinetiċi f’pazjenti b’indeboliment epatiku juru żieda fil-biodisponibilità assoluta sa kważi 100%. Il-half-life ta’ l-eliminazzjoni ma tinbidilx f’pazjenti b’indeboliment epatiku.

5.3 Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Fi studji dwar is-sigurtà ta’ qabel l-użu kliniku, id-dożi li pproduċew esponiment li kien komparabbli għal dak fil-medda terapewtika klinika, ikkawżaw tnaqqis fil-parametri taċ-ċelluli ħomor tad-demm (eritroċiti, emoglobina, ematokrit), bidliet fl-emodinamiċi renali (żieda fin-nitrogen ta’ l-urea u l- krejatinina fid-demm), kif ukoll żieda fil-potassium fis-serum f’annimali normotensivi. Fil-klieb it- twessiegħ tubulari renali u l-atrofija kienu osservati. Ħsara fil-mukuża gastrika (tgħawwir, ulċeri jew infjammazzjoni) kienu wkoll osservati fil-firien u fil-klieb. Dawn l-effetti mhux mixtieqa, medjati b’mod farmakoloġiku, magħrufa minn studji dwar is-sigurtà ta’ qabel l-użu kliniku, kemm b’inibituri ta’ l-enzimi li jibdlu l-angiotensin kif ukoll b’antagonisti tar-riċettur ta’ angiotensin II, kienu evitati b’teħid ta’ suppliment mielaħ mill-ħalq.

Fiż-żewġ speċi, żieda fl-attività tar-renin fil-plażma u ipertrofija/iperplasija taċ-ċelluli juxtaglomerular kienet osservata. Dawn il-bidliet, u anke l-effett tal-kategorija ta’ l-inibituri ta’ l-enzimi li jibdlu l- angiotensin u antagonisti oħrajn tar-riċettur ta’ angiotensin II, ma jidhirx li għandhom sinifikat kliniku.

Ma ġiet osservata l-ebda evidenza ċara ta’ effett teratoġeniku, madankollu fil-livelli ta’ dożi ta’ telmisartan li kienu tossiċi, ġie osservat effett fuq l-iżvilupp wara t-twelid tal-frieħ, bħal piż baxx tal-ġisem u dewmien biex jinfetħu l-għajnejn.

Ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ mutaġeniċità u ta’ attività klastoġenika rilevanti fi studji in vitro, u l-ebda evidenza ta’ karċinoġeneċità fil-firien u fil-ġrieden.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Povidone (K25)

Meglumine

Sodium hydroxide

Sorbitol (E420)

Magnesium stearate

6.2 Inkompatibbilitajiet

Ma jgħoddx f’dan il-każ.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

4 snin

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn l-ebda kundizzjoni ta’ temperatura speċjali għall-ħażna. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdita’.

6.5 In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folji tal-aluminju/aluminju (PA/PA/Al/PVC/Al). Folja waħda fiha 7 pilloli.

Daqsijiet tal-pakketti: Folja b’14, 28, 56, jew 98 pillola jew folji perforati b’doża waħda bi 28 x 1 pilloli.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Telmisartan għandu jinżamm fil-folja ssiġillata minħabba l-propjetà igroskopika tal-pilloli. Il-pilloli għandhom jinħarġu mill-folja ftit qabel l-għoti.

7. ID-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Bayer Pharma AG

13342 Berlin

Il-Ġermanja

8. NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/98/091/001 (14-il pillola)

EU/1/98/091/002 (28 pillola)

EU/1/98/091/003 (56 pillola)

EU/1/98/091/004 (98 pillola)

EU/1/98/091/013 (28 x 1 pillola)

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 16 ta’ Diċembru, 1998

Data tal-aħħar tiġdid: 16 ta’ Diċembru, 2008

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Kinzalmono 80 mg pilloli

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola fiha 80 mg telmisartan.

Eċċipjenti b’effett magħruf:

Kull pillola fiha 338 mg ta’ sorbitol (E420).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola

Pilloli bojod ta’ 4.6 mm b’forma oblunga li fuqhom hemm imnaqqax in-numru tal-kodiċi ‘52H’ fuq naħa waħda.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Pressjoni għolja

Il-kura ta’ pressjoni tad-demm għolja essenzjali fl-adulti.

Prevenzjoni kardjovaskulari

Tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari f’adulti bi:

mard kardjovaskulari aterotrombotiku sintomatiku (storja medika ta’ mard koronarju tal-qalb, puplesija, jew mard arterjali periferali) jew

dijabete mellitus ta’ tip 2 bi ħsara dokumentata tal-organu fil-mira

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Kura ta’ pressjoni tad-demm għolja essenzjali

Id-doża effettiva normalment hi ta’ 40 mg darba kuljum. Xi pazjenti jistgħu jibbenefikaw anke b’doża ta’ 20 mg kuljum. F’każijiet fejn il-pressjoni ta’ demm fil-mira ma tintlaħaqx, id-doża ta’ telmisartan tista’ tiżdied għal massimu ta’ 80 mg darba kuljum. Inkella, telmisartan jista’ jintuża flimkien ma’ tipi ta’ dijuretiċi tat-tip thiazide, bħal hydrochlorothiazide, li ntwera li għandu effett addizzjonali li jnaqqas il-pressjoni tad-demm b’telmisartan. Meta wieħed jikkunsidra li jżid id-doża, irid iżomm f’moħħu li l- effett anti-ipertensiv ġeneralament jintlaħaq wara minn erba’ sa tmien ġimgħat mill-bidu tal-kura (ara sezzjoni 5.1).

Prevenzjoni kardjovaskulari

Id-doża rakkomandata hi ta’ 80 mg darba kuljum. Mhux magħruf jekk dożi ta’ inqas minn 80 mg ta’ telmisartan humiex effettivi biex inaqqsu l-morbożità kardjovaskulari.

Meta tinbeda terapija b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari, hu rakkomandat li jsir monitoraġġ mill-qrib tal-pressjoni tad-demm, u jekk ikun xieraq, jista’ jkun hemm bżonn ta’ aġġustament tal-mediċini li jnaqqsu l-pressjoni tad-demm.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi

Hemm esperjenza limitata disponibbli f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi li qegħdin fuq emodijalisi. Doża tal-bidu aktar baxxa ta’ 20 mg hi rakkomandata f’dawn il-pazjenti (ara sezzjoni 4.4). M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fil-pożoloġija għal pazjenti li għandhom indeboliment renali minn ħafif sa moderat.

Pazjenti b’indeboliment tal-fwied

Kinzalmono hu kontraindikat f’pazjenti b’indeboliment serju tal-fwied (ara sezzjoni 4.3). F’pazjenti b’indeboliment epatiku minn ħafif sa moderat, il-pożoloġija m’għandhiex taqbeż 40 mg darba kuljum (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti anzjani

L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ għal pazjenti anzjani.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Kinzalmono fi tfal u adolexxenti li għandhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa.

Dejta disponibbli attwalment hi deskritta fis-sezzjonijiet 5.1 u 5.2 imma l-ebda rakkomandazzjoni dwar il-pożoloġija ma tista’ tingħata.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-pilloli telmisartan huma biex jingħataw darba kuljum mill-ħalq u għandhom jittieħdu flimkien ma’ likwidu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu qabel tmiss il-prodott mediċinali jew qabel tamministra l-prodott mediċinali

Telmisartan għandu jinżamm fil-folja ssiġillata minħabba l-karatteristika igroskopika tal-pilloli. Il- pilloli għandhom jinħarġu mill-folja ftit qabel l-għoti (ara sezzjoni 6.6).

4.3 Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1

It-tieni u t-tielet trimestru tat-tqala (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.6)

Disturbi ostruttivi biljari

Indeboliment sever epatiku

L-użu fl-istess ħin ta’ Kinzalmono flimkien ma’ prodotti li fihom aliskiren huwa kontraindikat f’pazjenti b’dijabete mellitus jew b’indeboliment tal-kliewi (GFR < 60 ml/min/1.73 m2) (ara sezzjonijiet 4.5, u 5.1).

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Tqala

Antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jinbdew waqt it-tqala. Ħlief jekk it-tkomplija tal-kura bl-antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II tkun ikkunsidrata li hi essenzjali, il-pazjenti li jkunu qed jippjanaw li joħorġu tqal għandha tinbidlilhom il-kura għal waħda b’kura alternattiva b’mediċini kontra l-pressjoni għolja li għandhom profil tas-sigurtà stabbilit għall-użu fit-tqala. Meta t- tqala tkun iddijanjostikata, il-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II għandha titwaqqaf immedjatament, u, jekk ikun xieraq, għandha tinbeda kura alternattiva (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.6).

Indeboliment epatiku

Kinzalmono m’għandux jingħata lil pazjenti b’kolestasi, b’disturbi ostruttivi tal-marrara jew li għandhom indeboliment sever epatiku (ara sezzjoni 4.3), għax telmisartan huwa eliminat fil-biċċa l- kbira tiegħu mal-bili. Jista’ jkun mistenni li dawn il-pazjenti jkollhom rata ta’ tneħħija epatika mnaqqsa għal telmisartan. Kinzalmono għandu jintuża biss bl-attenzjoni f’pazjenti li għandhom indeboliment epatiku minn ħafif sa moderat.

Pressjoni għolja renovaskulari

Hemm riskju miżjud ta’ pressjoni baxxa ħafna severa u insuffiċjenza renali meta pazjenti bi stenosi bilaterali fl-arterja renali jew bi stenosi ta’ l-arterja għal kilwa waħda li tkun taħdem, ikunu kkurati bi prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin-aldosterone.

Indeboliment renali u trapjant renali

Meta Kinzalmono jintuża f’pazjenti li għandhom indeboliment fil-funzjoni renali, monitoraġġ perjodiku tal-livelli tal-potassium u tal-krejatinina tas-serum hu rakkomandat. M’hemmx esperjenza dwar l-għoti ta’ Kinzalmono f’pazjenti bi trapjant renali riċenti.

Ipovolemija intravaskulari

Pressjoni baxxa ħafna sintomatika, speċjalment wara l-ewwel doża ta’ Kinzalmono, tista’ sseħħ f’pazjenti li għandhom volum u/jew sodium li jkun tnaqqas minn terapija dijuretika vigoruża, restrizzjoni tal-melħ fid-dieta, dijarea jew rimettar. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu kkoreġuti qabel l-għoti ta’ Kinzalmono. It-tnaqqis tal-volum u/jew tas-sodium għandu jiġi kkoreġut qabel l-għoti ta’ Kinzalmono.

Imblokk doppju tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (RAAS)

Hemm evidenza li l-użu fl-istess ħin ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren iżid ir-riskju ta’ pressjoni baxxa, iperkalemija u tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi (li jinkludi insuffiċjenza renali akuta). Imblokk doppju ta’ RAAS permezz tal-użu kombinat ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren għalhekk mhuwiex rakkomandat (ara sezzjonijiet 4.5 u 5.1).

Jekk terapija ta’ imblokk doppju tiġi kkunsidrata li hi assolutament meħtieġa, din għandha ssir biss taħt superviżjoni ta’ speċjalista u tkun suġġetta għal monitoraġġ mill-qrib u frekwenti tal-funzjoni tal- kliewi, elettroliti u l-pressjoni tad-demm.

Inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jintużaw fl-istess ħin f’pazjenti b’nefropatija dijabetika.

Kundizzjonijiet oħrajn bl-istimulazzjoni tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone

F’pazjenti fejn it-ton vaskulari u l-funzjoni renali jiddependu b’mod predominanti mill-attività tas- sistema renin-angiotensin-aldosterone (eż. pazjenti b’insuffiċjenza konġestiva severa tal-qalb jew li għandhom mard prinċipali renali, li jinkludi stenosi ta’ l-arterja renali), il-kura bi prodotti mediċinali

oħrajn li jaffettwaw din is-sistema bħal telmisartan, kienet assoċjata ma’ pressjoni baxxa ħafna akuta, iperażotemija, oligurja, jew b’mod rari ma’ insuffiċjenza renali akuta (ara sezzjoni 4.8).

Aldosteroniżmu primarju

Pazjenti b’aldosteroniżmu primarju ġeneralment mhux ser jirrispondu għal prodotti mediċinali kontra l-pressjoni għolja li jaġixxu permezz ta’ l-inibizzjoni tas-sistema renin-angiotensin. Għalhekk, l-użu ta’ telmisartan mhuwiex rakkomandat.

Stenosi tal-valv mitrali u aortiku, kardjomijopatija ipertropika ostruttiva

Bħal fil-każ ta’ mediċini oħrajn li jwessgħu l-arterji/vini, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil pazjenti li jbatu minn stenosi mitrali jew aortika, jew kardjomijopatija ipertropika ostruttiva.

Pazjenti dijabetiċi kkurati bl-insulina jew mediċini kontra d-dijabete

F’dawn pazjenti tista’ sseħħ ipogliċemija bil-kura b’telmisartan. Għalhekk, f’dawn il-pazjenti għandu jiġi kkunsidrat monitoraġġ adattat tal-glucose fid-demm; aġġustament fid-doża tal-insulina jew tal- mediċini kontra d-dijabete jista’ jkun meħtieġ, meta indikat.

Iperkalemija

L-użu ta’ prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin-aldosterone, jista’ jikkawża l- iperkalemija.

Fl-anzjani, f’pazjenti b’insuffiċjenza renali, f’pazjenti dijabetiċi, f’pazjenti li jkunu kkurati fl-istess ħin bi prodotti mediċinali oħrajn li jistgħu jżidu l-livelli tal-potassium, u/jew f’pazjenti b’avvenimenti interkurrenti, l-iperkalemija tista’ tkun fatali.

Qabel tikkunsidra l-użu fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin- aldosterone, il-proporzjon tal-benefiċċju/riskju għandu jkun evalwat.

Il-fatturi ewlenin tar-riskju għall-iperkalemija li għandhom ikunu kkunsidrati huma:

-Dijabete mellitus, indeboliment renali, età (> 70 sena)

-Kumbinazzjoni ma’ prodott mediċinali wieħed jew aktar li jaffettwaw is-sistema renin- angiotensin-aldosterone u/jew is-supplimenti tal-potassium. Prodotti mediċinali jew klassijiet terapewtiċi ta’ prodotti mediċinali li jistgħu jikkawżaw l-iperkalemija huma sostituti tal-melħ li fihom il-potassium, dijuretiċi li ma jneħħux potassium, inibituri ta’ ACE, antagonisti tar-riċettur ta’ angiotensin II, prodotti mediċinali mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni (NSAIDs, li jinkludu inibituri COX-2 selettivi), eparina, immunosoppressuri (cyclosporin jew tacrolimus), u trimethoprim.

-Avvenimenti interkurrenti, b’mod partikulari d-deidrazzjoni, dikumpensazzjoni akuta kardijaka, aċidożi metabolika, funzjoni renali li tmur għall-agħar, kundizzjoni renali li tmur għall-agħar għal għarrieda (eż. mard infettiv), lisi ċellulari (eż. iskemija akuta fir-riġlejn jew fid-dirgħajn, rabdomijolosi, estensjoni tat-trawma).

Monitoraġġ mill-qrib tal-potassium fis-serum f’pazjenti li qegħdin f’riskju hu rakkomandat (ara sezzjoni 4.5).

Sorbitol

Dan il-prodott mediċinali fih is-sorbitol (E420). Pazjenti li għandhom problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għall-fructose m’għandhomx jieħdu Kinzalmono.

Differenzi etniċi

Bħal fil-każ ta’ inibituri ta’ l-enzimi li jibdlu angiotensin, telmisartan u l-antagonisti l-oħrajn tar- riċettur ta’ angiotensin II, jidher li huma anqas effettivi li jbaxxu l-pressjoni tad-demm f’nies suwed

milli f’nies li mhumiex suwed, possibbilment minħabba l-prevalenza ogħla ta’ livelli baxxi ta’ renin fil-popolazzjoni sewda bi pressjoni għolja.

Oħrajn

Bħal kull mediċina kontra l-pressjoni għolja, it-tnaqqis eċċessiv fil-pressjoni tad-demm f’pazjenti b’kardjopatija iskemika jew b’mard karjovaskulari iskemiku, jista’ jirriżulta f’infart mijokardijaku jew puplesija.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Digoxin

Meta telmisartan kien mogħti flimkien ma’ digoxin, ġew osservati żidiet medji fl-ogħla konċentrazzjonijiet fil-plażma (49%) u fil-konċentrazzjonijiet l-aktar baxxi (20%) ta’ digoxin. Meta jinbeda, jiġi aġġustat u jiġi mwaqqaf telmisartan, il-livelli ta’ digoxin għandhom jiġu mmonitorjati sabiex jinżammu l-livelli fil-medda terapewtika.

Bħal prodotti mediċinali oħrajn li jaġixxu fuq is-sistema renin-angiotensin-aldosterone, telmisartan jista’ jikkawża l-iperkalemija (ara sezzjoni 4.4). Ir-riskju jista’ jiżdied f’każ li l-kura tingħata flimkien ma’ prodotti mediċinali oħra li jistgħu jikkawżaw ukoll l-iperkalemija (sostituti tal-melħ li fihom il- potassium, dijuretiċi li ma jneħħux potassium, inibituri ta’ ACE, antagonisti tar-riċettur ta’ angiotensin II, prodotti mediċinali mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni (NSAIDs, li jinkludu inibituri COX-2 selettivi), eparina, immunosoppressuri (cyclosporin jew tacrolimus), u trimethoprim).

L-okkorrenza ta’ l-iperkalemija tiddependi fuq fatturi marbuta mar-riskju. Ir-riskju jiżdied f’każ tal- kumbinazzjonijiet tal-kura msemmija hawn fuq. Ir-riskju hu partikularment għoli flimkien ma’ dijuretiċi li ma jneħħux potassium, u meta jkunu kombinati ma’ sostituti tal-melħ li fihom il- potassium. Kumbinazzjoni ma’ inibituri ta’ ACE jew NSAIDs, pereżempju, tirriżulta f’anqas riskju, bil-patt li l-prekawzjonijiet għall-użu jkunu segwiti b’mod strett.

L-użu fl-istess ħin mhuwiex rakkomandat

Dijuretiċi li ma jneħħux potassium jew supplimenti tal-potassium

Telf ta’ potassium ikkaġunat minn dijuretiċi huwa attenwat mill-antagonisti tar-riċettur ta’ angiotensin II bħal telmisartan. Dijuretiċi li ma jneħħux potassium, eż. spirinolactone, eplerenone, triamterene, jew amiloride, supplimenti tal-potassium, jew sostituti tal-melħ li fihom il-potassium jistgħu jwasslu għal żieda sinifikanti fil-potassium fis-serum. Jekk l-użu fl-istess ħin ikun indikat minħabba li jkun hemm ipokalemija dokumentata, dawn għandhom jintużaw bl-attenzjoni u b’monitoraġġ frekwenti tal- potassium fis-serum.

Lithium

Żidiet riversibbli fil-konċentrazzjonijiet tal-lithium fis-serum u t-tossiċità kienu rrappurtati waqt l- għoti fl-istess ħin ta’ lithium ma’ inibituri ta’ l-enzimi li jibdlu l-angiotensin, u, mal-antagonisti tar- riċettur ta’ angiotensin II, li jinkludu telmisartan. Jekk l-użu ta’ din il-kumbinazzjoni jkun meħtieġ, monitoraġġ bl-attenzjoni tal-livelli tal-lithium fis-serum hu rakkomandat.

L-użu fl-istess ħin li jeħtieġ l-attenzjoni

Prodotti mediċinali mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni

NSAIDs (i.e. acetylsalicylic acid f’korsijiet tad-dożaġġ kontra l-infjammazzjoni, inibituri COX-2 u NSAIDs mhux selettivi) jistgħu jnaqqsu l-effett kontra l-pressjoni għolja ta’ l-antagonisti tar-riċettur ta’ angiotensin II. F’xi pazjenti li għandhom il-funzjoni renali kompromessa (eż. pazjenti deidratati jew pazjenti anzjani b’funzjoni renali kompromessa), l-għoti flimkien ta’ antagonisti tar-riċettur ta’

angiotensin II u mediċini li jinibixxu cyclo-oxygenase, jista’ jirriżulta f’deterjorament addizzjonali tal- funzjoni renali, li jinkludi l-possibbiltà ta’ insuffiċjenza akuta renali, li normalment tkun riversibbli. Għalhekk, din il-kumbinazzjoni ta’ mediċini għandha tingħata bl-attenzjoni, speċjalment lil persuni anzjani. Il-pazjenti għandhom jingħataw l-ilma b’mod adegwat u għandha tingħata konsiderazzjoni lill-monitoraġġ tal-funzjoni renali wara l-bidu ta’ terapija fl-istess ħin u perjodikament wara dan.

Fi studju wieħed, l-għoti flimkien ta’ telmisartan u ramipril wassal għal żieda ta’ sa 2.5 darbiet fl- AUC0-24 u s-Cmax ta’ ramipril u ramiprilat. Ir-rilevanza klinika ta’ din l-osservazzjoni mhijiex magħrufa.

Dijuretiċi (thiazide jew dijuretiċi loop)

Il-kura fil-passat b’dożi qawwija ta’ dijuretiċi bħal furosemide (dijuretiku loop) u hydrochlorothiazide (dijuretiku thiazide) tista’ tirriżulta fi tnaqqis tal-volum u f’riskju ta’ pressjoni tad-demm baxxa ħafna meta tibda t-terapija b’telmisartan.

Biex jiġi kkunsidrat mal-użu fl-istess ħin

Mediċini oħrajn kontra l-pressjoni għolja

L-effett ta’ telmisartan li jbaxxi l-pressjoni tad-demm jista’ jiżdied bl-użu fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali oħrajn kontra l-pressjoni għolja.

Dejta mill-provi kliniċi wriet li imblokk doppju tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (RAAS) permezz tal-użu kombinat ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren hu assoċjat ma’ frekwenza ogħla ta’ avvenimenti avversi bħal pressjoni baxxa, iperkalemija u tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi (li tinkludi insuffiċjenza akuta tal-kliewi) meta mqabbla mal-użu ta’ mediċina waħda li taġixxi fuq RAAS (ara sezzjonijiet 4.3, 4.4 u 5.1).

Ibbażat fuq il-proprjetajiet farmakoloġiċi tagħhom, jista’ jkun mistenni li l-prodotti mediċinali li ġejjin jistgħu jżidu l-effetti ipotensivi tal-mediċini kollha kontra l-pressjoni għolja, li jinkludu telmisartan: Baclofen, amifostine.

Flimkien ma’ dan, pressjoni tad-demm baxxa ħafna meta wieħed ikun bilwieqfa tista’ tiggrava permezz ta’ l-alkoħol, barbiturates, mediċini narkotiċi jew anti-dipressanti.

Kortikosterojdi (rotta sistemika)

Tnaqqis ta’ l-effett kontra l-pressjoni għolja.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

L-użu ta’ antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II mhuwiex rakkomandat matul l-ewwel trimestru tat- tqala (ara sezzjoni 4.4). L-użu ta’ antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II hu kontra-indikat matul it- tieni u t-tielet trimestru tat-tqala (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

M’hemmx tagħrif dwar l-użu ta’ Kinzalmono f’nisa tqal. Studji f’annimali wrew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3).

Evidenza epidemjoloġika dwar ir-riskju ta’ teratoġeniċità wara espożizzjoni għal inibituri ACE matul l-ewwel trimestru tat-tqala ma kinitx konklussiva; madankollu, żieda żgħira fir-riskju ma tistax tiġi eskluża. Filwaqt li m’hemm l-ebda dejta epidemjoloġika kkontrollata fuq ir-riskju b’antagonisti tar- riċetturi ta’ angiotensin II, riskji simili jistgħu jkunu jeżistu għal din il-klassi ta’ mediċini. Ħlief jekk it-tkomplija tal-kura bl-antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II tkun ikkunsidrata li hi essenzjali, il- pazjenti li jkunu qed jippjanaw li joħorġu tqal għandha tinbidlilhom il-kura għal waħda b’kura alternattiva b’mediċini kontra l-pressjoni għolja li għandhom profil tas-sigurtà stabbilit għall-użu fit-

tqala. Meta t-tqala tkun iddijanjostikata, il-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II għandha titwaqqaf immedjatament, u, jekk ikun xieraq, għandha tinbeda kura alternattiva.

Espożizzjoni għall-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II matul it-tieni u t-tielet trimestri hu magħruf li jinduċi fetotossiċità (tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi, oligoidramnios, ittardjar fl- ossifikazzjoni tal-kranju) u tossiċità fit-trabi tat-twelid (insuffiċjenza renali, pressjoni baxxa, iperkalemija). (Ara sezzjoni 5.3).

Jekk tkun seħħet espożizzjoni għal antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II mit-tieni trimestru tat- tqala, hu rakkomandat li jsir kontroll bl-ultrasound tal-funzjoni renali u tal-kranju.

Trabi li ommijiethom ikunu ħadu antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, għandhom ikunu taħt osservazzjoni mill-qrib għal pressjoni baxxa (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

Treddigħ

Minħabba li m’hemm l-ebda informazzjoni disponibbli dwar l-użu ta’ telmisartan waqt il-perjodu ta’ treddigħ, telmisartan mhuwiex rakkomandat u kuri alternattivi li għandhom profili tas-sigurtà stabbiliti aħjar waqt it-treddigħ huma preferibbli, speċjalment meta omm tkun tredda’ tarbija tat-twelid jew tarbija li twieldet qabel iż-żmien.

Fertilità

Fi studji ta’ qabel l-użu kliniku, ma kienu osservati l-ebda effetti ta’ Kinzalmono fuq il-fertilità tal-irġiel u tan-nisa.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni. Madankollu, meta ssuq il- vetturi jew tħaddem il-makkinarju, għandek tikkunsidra l-fatt li l-isturdament jew in-ngħas jistgħu xi kultant iseħħu meta wieħed ikun qed jieħu terapija kontra l-pressjoni għolja.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Reazzjonijiet avversi serji tal-mediċina jinkludu reazzjoni anafilattika u anġjoedema li tista’ sseħħ rarament (≥1/10,000 sa <1/1,000), u insuffiċjenza akuta tal-kliewi.

L-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi rrappurtati kienet ġeneralment komparabbli mal-plaċebo (41.4% vs 43.9%) fil-provi kkontrollati f’pazjenti kkurati għal pressjoni għolja. L-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi ma kinitx marbuta mad-doża u ma wriet l-ebda korrelazzjoni mas-sess, ma’ l-età, jew mar- razza tal-pazjenti. Il-profil tas-sigurtà ta’ telmisartan f’pazjenti kkurati għal tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari kien konsistenti ma’ dak miksub f’pazjenti bi pressjoni għolja.

Ir-reazzjonijiet avversi għall-mediċina elenkati hawn taħt inġabru minn provi kliniċi kkontrollati f’pazjenti kkurati għal pressjoni għolja u minn rapporti ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Il-lista tikkunsidra wkoll reazzjonijiet avversi serji u reazzjonijiet avversi li jwasslu għal twaqqif tal-mediċina rrappurtat fi tliet studji kliniċi fit-tul li kienu jinkludu 21642 pazjent ikkurati b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari għal sa sitt snin.

Sommarju tabulat ta’ reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi ġew ikklassifikati skond kategoriji ta’ frekwenza bl-użu tal-konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000), rari ħafna (<1/10,000).

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa għandhom jitniżżlu skond is-serjetà tagħhom. L- effetti li huma l-aktar serji għandhom jitniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji.

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

 

Mhux komuni:

Infezzjoni fl-apparat tal-awrina li tinkludi ċistite, infezzjoni

 

fl-apparat respiratorju ta’ fuq li tinkludi farinġite u sinusite

Rari:

Sepsis li tinkludi riżultat fatali1

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

Mhux komuni:

Anemija

Rari:

Eosinofilija, tromboċitopenija

Disturbi fis-sistema immuni

 

Rari:

Reazzjoni anafilattika, sensittività eċċessiva

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Mhux komuni:

Iperkalemija

Rari:

Ipogliċemija (f’pazjenti dijabetiċi)

Disturbi psikjatriċi

 

Mhux komuni:

Nuqqas ta’ rqad, dipressjoni

Rari:

Ansjetà

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Mhux komuni:

Sinkope

Rari:

Ngħas

Disturbi fl-għajnejn

 

Rari:

Disturbi tal-vista

Disturbi fil-widnejn u fis-

 

sistema labirintika

 

Mhux komuni:

Sturdament

Disturbi fil-qalb

 

Mhux komuni:

Bradikardija

Rari:

Takikardija

Disturbi vaskulari

Pressjoni baxxa2, pressjoni baxxa meta wieħed iqum bilwieqfa

Mhux komuni:

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

Mhux komuni:

Dispnea, sogħla

Rari ħafna:

Mard interstizjali tal-pulmun4

Disturbi gastro-intestinali

 

Mhux komuni:

Uġigħ addominali, dijarea, dispepsja, gass, rimettar

Rari:

Ħalq xott, skonfort fl-istonku, tibdil fis-sens tat-togħma

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Funzjoni epatika anormali/disturb fil-fwied3

Rari:

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Mhux komuni:

Ħakk, iperidrosi, raxx

Rari:

Anġjoedema (ukoll b’riżultat fatali), ekżema, eritema, urtikarja,

 

eruzzjoni minħabba l-mediċina, eruzzjoni tossika tal-ġilda,

 

ekżema

Disturbi skeletriċi u tat-tessuti konnettivi

Mhux komuni:

Uġigħ fid-dahar (eż. xjatika), spażmi tal-muskoli, mijalġja

Rari:

Artralġja, uġigħ fl-estremitajiet, uġigħ fit-tendini (sintomi qishom

 

tendinite)

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema

 

urinarja

 

Mhux komuni:

Indeboliment renali li jinkludi insuffiċjenza renali akuta

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata

Mhux komuni:

Uġigħ fis-sider, astenja (dgħufija)

Rari:

Mard li jixbah l-influwenza

Investigazzjonijiet

 

Mhux komuni:

Żieda fil-krejatinina tad-demm

Rari:

Tnaqqis fl-emoglobina, żieda fil-uric acid fid-demm, żieda fl-

 

enzimi epatiċi, żieda fil-creatine phosphokinase fid-demm

1,2,3,4: għal deskrizzjonijiet addizzjonali, jekk jogħġbok ara sottosezzjoni “Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula”

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Sepsis

Fil-prova PRoFESS, kienet osservata żieda fl-inċidenza ta’ sepsis b’telmisartan meta mqabbel mal-plaċebo. L-avveniment jista’ jkun sejba b’kumbinazzjoni jew hu marbut ma’ mekkaniżmu li bħalissa mhuwiex magħruf (ara wkoll sezzjoni 5.1).

Pressjoni baxxa

Din ir-reazzjoni avversa kienet irrappurtata bħala komuni f’pazjenti bi pressjoni tad-demm ikkontrollata li kienu kkurati b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari flimkien ma’ kura standard.

Funzjoni anormali tal-fwied/disturb fil-fwied

Il-biċċa l-kbira ta’ każijiet ta’ funzjoni anormali tal-fwied/disturb tal-fwied minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, seħħew f’pazjenti Ġappuniżi. Hemm aktar ċans li pazjenti Ġappuniżi jkollhom dawn ir-reazzjonijiet avversi.

Mard interstizjali tal-pulmun

Każijiet ta’ mard interstizjali tal-pulmun ġew irrappurtati minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq f’assoċjazzjoni temporali mat-teħid ta’ telmisartan. Madankollu, assoċjazzjoni kawżali ma ġietx stabbilita.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Hemm informazzjoni limitata disponibbli fir-rigward ta’ doża eċċessiva fil-bnedmin.

Sintomi: L-iktar manifestazzjonijiet prominenti ta’ doża eċċessiva ta’ telmisartan kienu pressjoni tad-demm baxxa ħafna u takikardja; il-bradikardija, sturdament, żieda fil-livell tal-krejatinina fis-serum u insuffiċjenza renali akuta kienu osservati wkoll.

Kura: Telmisartan ma jitneħħiex permezz tal-emodijalisi. Il-pazjent għandu jkun immonitorjat mill-qrib, u l-kura għandha tkun sintomatika u ta’ appoġġ. L-immaniġġjar jiddependi fuq il-ħin minn meta d-doża tkun ittieħdet, u fuq is-severità tas-sintomi. Miżuri ssuġġeriti jinkludu li l-pazjent jiġi mġiegħel jirremetti u/jew il-ħasil ġastriku. Faħam attivat (activated charcoal) jista’ jkun utli fil-kura ta’ doża eċċessiva. Il-livelli ta’ l-elettroliti u tal-krejatinina fis-serum għandhom ikunu mmonitorjati ta’ spiss. Jekk il-pressjoni titbaxxa, il-pazjent għandu jinżamm mimdud fuq dahru, u jingħata malajr sostitut tal-melħ u tal-volum.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Antagonisti ta’ angiotensin II, sempliċi, Kodiċi ATC: C09CA07.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Telmisartan hu antagonist tar-riċettur ta’ angiotensin II (tip AT1) li hu effettiv u speċifiku, u hu oralment attiv. Telmisartan jieħu post angiotensin II b’affinità għolja ħafna mis-sit fejn jeħel fis-sottotip tar-riċettur AT1, li hu responsabbli għall-azzjonijiet magħrufa ta’ angiotensin II. Telmisartan ma jesibixxi l-ebda attività agonista parzjali għar-riċettur AT1. Telmisartan jeħel b’mod selettiv mar-riċettur AT1. It-twaħħil idum ħafna. Telmisartan ma jurix affinità għal riċetturi oħrajn, li jinkludu AT2 u riċetturi AT oħrajn anqas karatterizzati. Il-rwol funzjonali ta’ dawn ir-riċetturi mhuwiex magħruf, kif lanqas hu magħruf l-effett ta’ l-istimulazzjoni żejda possibbli tagħhom minn angiotensin II, li l-livelli tiegħu jiżdiedu permezz ta’ telmisartan. Il-livelli ta’ aldosterone fil-plażma jitnaqqsu minn telmisartan. Telmisartan ma jinibixxix ir-renina fil-plażma umana jew jimblokka l-kanali tal-joni. Telmisartan ma jinibixxix l-enzima li tibdel angiotensin (kininase II), l-enzima li tiddegrada wkoll bradykinin. Għalhekk mhux mistenni li ssaħħaħ l-effetti avversi medjati minn bradykinin.

Fil-bniedem, doża ta’ 80 mg ta’ telmisartan kważi tinibixxi kompletament iż-żieda fil-pressjoni tad-demm ikkawżata minn angiotensin II. Dan l-effett inibitorju jinżamm għal 24 siegħa u jista’ jibqa’ jitkejjel sa 48 siegħa.

Effikaċja klinika u sigurtà

Kura ta’ pressjoni tad-demm għolja essenzjali

Wara l-ewwel doża ta’ telmisartan, l-attività kontra l-pressjoni għolja ssir evidenti gradwalment fi żmien 3 sigħat. It-tnaqqis massimu fil-pressjoni tad-demm ġeneralment jinkiseb wara 4 sa 8 ġimgħat mill-bidu tal-kura, u jinżamm matul terapija fit-tul.

L-effett kontra l-pressjoni tad-demm jippersisti l-ħin kollu għal 24 siegħa wara d-dożaġġ, u jinkludi l-aħħar 4 sigħat qabel id-doża li jkun imiss, kif muri mill-kejl tal-pressjoni tad-demm ambulatorja. Dan hu kkonfermat mill-proporzjonijiet bejn il-livelli l-aktar baxxi imqabbla ma’ l-ogħla livelli, li kienu aktar minn 80% b’mod konsistenti, osservati wara li ngħataw dożi ta’ 40 u 80 mg ta’ telmisartan fi provi kliniċi b’telmisartan ikkontrollati bi plaċebo. Hemm tendenza apparenti għal relazzjoni bejn doża u l-ħin ta’ l-irkupru tal-linja bażi tal-pressjoni sistolika tad-demm (SBP). F’dan ir-rigward, id-dejta dwar il-pressjoni dijastolika tad-demm (DBP) hi inkonsistenti.

F’pazjenti bi pressjoni għolja, telmisartan inaqqas kemm il-pressjoni sistolika u dik dijastolika, mingħajr ma jaffettwa r-rata tal-polz. Il-kontribuzzjoni ta’ l-effett dijuretiku u natrijuretiku tal-prodott mediċinali għall-attività ipotensiva tagħha, għad trid tkun definita. L-effikaċja anti-ipertensiva ta’ telmisartan hi komparabbli ma’ dik ta’ mediċini li jirrappreżentaw kategoriji oħrajn ta’ prodotti mediċinali anti-ipertensivi (dan intwera fi provi kliniċi li qabblu telmisartan ma’ amlodipine, atenolol, enalapril, hydrochlorothiazide, u lisinopril).

Meta l-kura b’telmisartan titwaqqaf ħesrem, il-pressjoni tad-demm terġa’ lura għal kif kienet qabel ma bdiet il-kura, fuq perjodu ta’ diversi ġranet, mingħajr ma’ jkun hemm ħjiel ta’ pressjoni għolja rebound.

L-inċidenza ta’ sogħla xotta kienet anqas b’mod sinifikanti f’pazjenti kkurati b’telmisartan milli f’dawk li ngħataw inibituri ta’ l-enzimi li jibdlu l-angiotensin, fi provi kliniċi li qabblu direttament iż- żewġ kuri kontra l-pressjoni għolja.

Prevenzjoni kardjovaskulari

ONTARGET (ONgoing Telmisartan Alone and in Combination with Ramipril Global Endpoint Trial) qabbel l-effetti ta’ telmisartan, ramipril u t-taħlita ta’ telmisartan u ramipril fuq riżultati kardjovaskulari f’25620 pazjent li kellhom 55 sena jew aktar, ma’ storja medika ta’ mard arterjali koronarju, puplesija, TIA, mard arterjali periferali, jew dijabete mellitus ta’ tip 2 akkompanjat minn evidenza ta’ ħsara fl-organi fil-mira (eż. retinopatija, ipertrofija ventrikulari tax-xellug, makro- jew mikroalbuminurija), li hi popolazzjoni f’riskju għal avvenimenti kardjovaskulari.

Il-pazjenti ntgħażlu b’mod każwali f’wieħed mit-tliet gruppi ta’ kura li ġejjin: telmisartan 80 mg (n = 8542), ramipril 10 mg (n = 8576), jew it-taħlita ta’ telmisartan 80 mg flimkien ma’ ramipril 10 mg (n = 8502), u li kienu segwiti għal medja ta’ żmien ta’ osservazzjoni ta’ 4.5 snin.

Telmisartan wera effett simili bħal ramipril fit-tnaqqis tar-riżultat aħħari kompost primarju ta’ mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, puplesija mhux fatali, jew meta l-pazjent iddaħħal l- isptar minħabba insuffiċjenza konġestiva tal-qalb. L-inċidenza tar-riżultat aħħari primarju kienet simili fil-gruppi ta’ telmisartan (16.7%) u ramipril (16.5%). Il-proporzjon ta’ periklu għal telmisartan vs. ramipril kien ta’ 1.01 (97.5% CI 0.93 - 1.10, p (non-inferjorità) = 0.0019 f’marġni ta’ 1.13). Ir-rata ta’ mortalità mill-kawżi kollha kienet ta’ 11.6% u 11.8% fost il-pazjenti kkurati b’telmisartan u ramipril rispettivament.

Instab li telmisartan kien effettiv bl-istess mod bħal ramipril fir-riżultat aħħari sekondarju speċifikat minn qabel ta’ mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, u puplesija mhux fatali [0.99 (97.5% CI 0.90 - 1.08), p (non-inferjorità) = 0.0004], ir-riżultat aħħari primarju fl-istudju ta’ referenza HOPE (The Heart Outcomes Prevention Evaluation Study), li kien investiga l-effett ta’ ramipril vs. plaċebo.

TRANSCEND għażel b’mod każwali pazjenti li kienu intolleranti għal ACE-I u li mill-bqija kellhom kriterji tal-inklużjoni li kienu simili bħal dawk ta’ ONTARGET għal telmisartan 80 mg (n=2954) jew plaċebo (n=2972), it-tnejn mogħtija b’mod addizzjonali mal-kura standard. Il-medja tat-tul ta’ żmien tal-follow-up kienet ta’ 4 snin u 8 xhur. Ma nstabet l-ebda differenza statistikament sinifikanti fl- inċidenza tar-riżultat aħħari kompost primarju ta’ mewt (mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, puplesija mhux fatali, jew meta l-pazjent iddaħħal l-isptar minħabba insuffiċjenza konġestiva tal-qalb [15.7% fil-grupp ta’ telmisartan u 17.0% fil-grupp tal-plaċebo bi proporzjon ta’ periklu ta’ 0.92 (95% CI 0.81 - 1.05, p = 0.22)]. Kien hemm evidenza ta’ benefiċċju mill-kura b’telmisartan meta mqabbel mal-plaċebo fir-riżultat aħħari kompost sekondarju speċifikat minn qabel, mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, u puplesija mhux fatali [0.87 (95% CI 0.76 - 1.00, p = 0.048)]. Ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ benefiċċju fuq mortalità kardjovaskulari (proporzjon ta’ periklu ta’ 1.03, 95% CI 0.85 - 1.24).

Is-sogħla u l-anġjoedema kienu rrappurtati b’mod inqas frekwenti f’pazjenti kkurati b’telmisartan milli f’pazjenti kkurati b’ramipril, filwaqt li l-pressjoni baxxa kienet irrappurtata b’mod iktar frekwenti b’telmisartan.

Meta telmisartan tħallat ma’ ramipril, dan ma żiedx il-benefiċċju b’mod addizzjonali fuq meta ramipril jew telmisartan ingħataw waħidhom. Il-mortalità CV u l-mortalità mill-kawżi kollha kienu numerikament ogħla meta l-mediċini ngħataw ma’ xulxin. Flimkien ma’ dan, kien hemm inċidenza ogħla b’mod sinifikanti ta’ iperkalemija, insuffiċjenza renali, pressjoni baxxa u sinkope fil-parti tal- istudju fejn ingħatat taħlita ta’ mediċini. Għalhekk, l-użu ta’ taħlita ta’ telmisartan and ramipril mhuwiex rakkomandat f’din il-popolazzjoni.

Fil-prova "Kors ta’ Prevenzjoni Biex Tevita b’Mod Effettiv Puplesiji Oħrajn" (Prevention Regimen For Effectively avoiding Second Strokes - PRoFESS), f’pazjenti li għandhom 50 sena jew aktar, li dan l-aħħar kellhom puplesija, kienet osservata żieda fl-inċidenza ta’ sepsis għal telmisartan meta mqabbel mal-plaċebo, 0.70 % vs. 0.49 % [RR 1.43 (95% intervall ta’ kunfidenza 1.00 - 2.06)]; l-inċidenza ta’ każijiet ta’ sepsis fatali żdiedet għal pazjenti li kienu qed jieħdu telmisartan (0.33 %) vs. pazjenti li kienu qed jieħdu l-plaċebo (0.16 %) [RR 2.07 (95% intervall ta’ kunfidenza 1.14 - 3.76)]. Ir-rata osservata taż-żieda tal-okkorrenza ta’ sepsis assoċjata mal-użu ta’ telmisartan tista’ jew tkun sejba b’kumbinazzjoni jew hi marbuta ma’ mekkaniżmu li bħalissa mhuwiex magħruf. L-effetti ta’ benefiċċju ta’ telmisartan fuq il-mortalità u l-morbożità kardjovaskulari għadhom mhumiex magħrufa.

Żewġ provi kbar ikkontrollati li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, (ONTARGET (ONgoing Telmisartan Alone and in combination with Ramipril Global Endpoint Trial) u VA NEPHRON-D (The Veterans Affairs Nephropathy in Diabetes)) eżaminaw l-użu tal-kombinazzjoni ta’ inibitur ta’ ACE ma’ imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II.

ONTARGET kien studju li twettaq f’pazjenti bi storja medika ta’ mard kardjovaskulari jew mard ċerebrovaskulari, jew dijabete mellitus ta’ tip 2 akkompanjata minn evidenza ta’ ħsara fl-organi aħħarin. Għal iktar informazzjoni dettaljata ara hawn fuq taħt l-intestatura “Prevenzjoni kardjovaskulari”.

VA NEPHRON-D kien studju f’pazjenti b’dijabete mellitus ta’ tip 2 u nefropatija dijabetika. Dawn l-istudji ma wrew l-ebda effett ta’ benefiċċju sinifikanti fuq ir-riżultati tal-kliewi u/jew kardjovaskulari u l-mortalità, filwaqt li ġiet osservata żieda fir-riskju ta’ iperkalemija, ħsara akuta

riversibbli fil-kliewi u/jew pressjoni baxxa meta mqabbla mal-monoterapija. Minħabba l-propjetajiet farmakodinamiċi simili tagħhom, dawn ir-riżultati huma rilevanti wkoll għal inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II oħrajn.

Għalhekk, inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jintużaw fl- istess ħin f’pazjenti b’nefropatija dijabetika.

ALTITUDE (Aliskiren Trial in Type 2 Diabetes Using Cardiovascular and Renal Disease Endpoints) kien studju maħsub biex jittestja l-benefiċċju taż-żieda ta’ aliskiren ma’ terapija standard ta’ inibitur ta’ ACE jew imblokkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin II f’pazjenti b’dijabete mellitus ta’ tip 2 u mard kroniku tal-kliewi, mard kardjovaskulari, jew it-tnejn. L-istudju intemm kmieni minħabba żieda fir- riskju ta’ riżultati avversi. Mewt kardjovaskulari u puplesija kienu t-tnejn numerikament iktar frekwenti fil-grupp ta’ aliskiren milli fil-grupp tal-plaċebo, u avvenimenti avversi u avvenimenti avversi serji ta’ interess (iperkalemija, pressjoni baxxa u disfunzjoni tal-kliewi) ġew irrappurtati b’mod iktar frekwenti fil-grupp ta’ aliskiren milli fil-grupp tal-plaċebo.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Konzalmono fi tfal u adolexxenti li għandhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa.

L-effetti li jbaxxu l-pressjoni tad-demm taż-żewġ dożi ta’ telmisartan ġew evalwati f’76 pazjenti bi pressjoni għolja, li fil-biċċa l-kbira tagħhom kellhom piż żejjed, li kellhom minn 6 sa < 18-il sena (piż tal-ġisem ta’ ≥ 20 kg u ≤ 120 kg, medja ta’ 74.6 kg), wara li ħadu telmisartan 1 mg/kg (n = 29 ikkurati) jew 2 mg/kg (n = 31 ikkurati) fuq perjodu ta’ kura ta’ erba’ ġimgħat. Bl-inklużjoni il- preżenza ta’ pressjoni għolja sekondarja ma ġietx investigata. F’xi wħud mill-pazjenti investigati, id- dożi użati kienu ogħla minn dawk rakkomandati fil-kura ta’ pressjoni għolja fil-popolazzjoni adulta, u laħqu doża ta’ kuljum komparabbli għal 160 mg, li ġiet ittestjata fl-adulti. Wara aġġustament għall- effetti tal-grupp ta’ età, il-medja ta’ tibdil tal-SBP mil-linja bażi (oġġettiv primarju) kienet ta’ -

14.5 (1.7) mm Hg fil-grupp ta’ telmisartan 2 mg/kg, -9.7 (1.7) mm Hg fil-grupp ta’ telmisartan 1 mg/kg, u -6.0 (2.4) fil-grupp tal-plaċebo. It-tibdil aġġustat fid-DBP mil-linja bażi kienu ta’

-8.4 (1.5) mm Hg, -4.5 (1.6) mm Hg u -3.5 (2.1) mm Hg rispettivament. Il-bidla kienet tiddependi mid-doża. Id-dejta dwar is-sigurtà minn dan l-istudju f’pazjenti li kellhom minn 6 sa < 18-il sena dehret li kienet ġeneralment simili għal dik osservata fl-adulti. Is-sigurtà ta’ kura fit-tul b’telmisartan fit-tfal u fl-adolexxenti ma ġietx evalwata.

Żieda fl-eosinofili rrappurtata f’din il-popolazzjoni ta’ pazjenti ma ġietx osservata fl-adulti. Is-sinifikat u r-rilevanza klinika mhumiex magħrufa.

Din id-dejta klinika ma tippermettix li jsiru konklużjonijiet fuq l-effikaċja u s-sigurtà ta’ telmisartan fil-popolazzjoni pedjatrika bi pressjoni għolja.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

L-assorbiment ta’ telmisartan hu mgħaġġel, għalkemm l-ammont assorbit ivarja. Il-medja tal- biodisponibilità assoluta għal telmisartan hi ta’ madwar 50%. Meta telmisartan jittieħed ma’ l-ikel, it- tnaqqis taż-żona taħt il-kurva tal-konċentrazzjoni tal-plażma-żmien (AUC0- ) tvarja minn madwar 6% (doża ta’ 40 mg) sa madwar 19% (doża ta’ 160 mg). Sa 3 sigħat wara l-għoti ta’ telmisartan, il- konċentrazzjonijiet fil-plażma huma simili, kemm jekk telmisartan jittieħed ma’ ikel kif ukoll mingħajru.

Linearità/nuqqas ta’ linearità

It-tnaqqis żgħir fl-AUC mhux mistenni li jikkawża tnaqqis fl-effikaċja terapewtika. M’hemm l-ebda relazzjoni lineari bejn id-dożi u l-livelli tal-plażma. Is-Cmax u, fi grad anqas l-AUC, jiżdiedu b’mod sproporzjonat f’dożi ta’ aktar minn 40 mg.

Distribuzzjoni

Telmisartan fil-biċċa l-kbira tiegħu jeħel mal-proteina fil-plażma (>99.5 %), primarjament ma’ l- albumina u alpha-1 acid glycoprotein. Il-medja ta’ l-istat fiss apparenti tal-volum tad-distribuzzjoni (Vdss) hija ta’ madwar 500 l.

Bijotrasformazzjoni

Telmisartan hu metabolat permezz ta’ konjugazzjoni għal glucuronide tal-kompost prinċipali. L-ebda attività farmakoloġika ma ntweriet għall-konjugat.

Eliminazzjoni

Telmisartan hu kkaratterizzat minn farmakokinetiċi b’decay bi-esponenzjali, b’half-life ta’ l- eliminazzjoni terminali ta’ >20 siegħa. L-ogħla konċentrazzjoni fil-plażma (Cmax) u, fi grad anqas, iż- żona taħt il-kurva ta’ konċentrazzjoni fil-plażma-ħin (AUC), jiżdiedu b’mod sproporzjonat mad-doża. M’hemmx evidenza ta’ akkumulazzjoni ta’ telmisartan li hi klinikament rilevanti meta dan jittieħed fid-doża rakkomandata. Il-konċentrazzjonijiet fil-plażma kienu ogħla fin-nisa milli fl-irġiel, mingħajr ma kien hemm influwenza rilevanti fuq l-effikaċja.

Wara teħid mill-ħalq (u minn ġol-vina), telmisartan jiġi kważi eliminat kollu ma’ l-ippurgar, primarjament bħala kompost mhux mibdul. L-eliminazzjoni kumulattiva fl-awrina hi ta’ <1% tad- doża. It-tneħħija totali mill-plażma (Cltot) hi għolja (madwar 1,000 ml/min) meta mqabbla mal-fluss tad-demm epatiku (madwar 1,500 ml/min).

Popolazzjonijiet speċjali

Popolazzjoni pedjatrika

Il-farmakokinetika ta’ żewġ dożi ta’ telmisartan ġiet evalwata bħala objettiv sekondarju f’pazjenti bi pressjoni tad-demm għolja (n = 57) li kellhom minn 6 sa < 18-il sena wara li ħadu telmisartan 1 mg/kg jew 2 mg/kg fuq perjodu ta’ kura ta’ erba’ ġimgħat. L-objettivi farmakokinetiċi kienu jinkludu d-determinazzjoni tal-istat fiss ta’ telmisartan fit-tfal u adolexxenti, u investigazzjoni ta’ differenzi relatati mal-età. Għalkemm l-istudju kien żgħir wisq biex issir evalwazzjoni li tkun ta’ siwi farmakokinetiku fi tfal ta’ inqas minn 12-il sena, ir-riżultati kienu ġeneralment konsistenti mar-riżultati fl-adulti u kkonfermaw in-nonlinearità ta’ telmisartan, partikularment għas-Cmax.

Effetti tas-sess

Differenzi fil-konċentrazzjonijiet fil-plażma kienu osservati, bis-Cmax u l-AUC li kienu madwar 3 darbiet u darbtejn ogħla, rispettivament, fin-nisa meta mqabbla mal-irġiel.

Pazjenti anzjani

Il-farmakokinetiċi ta’ telmisartan ma jvarjawx bejn l-anzjani u dawk li għandhom inqas minn 65 sena.

Indeboliment tal-kliewi

F’pazjenti b’indeboliment renali minn moderat sa sever, l-irduppjar tal-konċentrazzjonijiet fil-plażma kien osservat. Madankollu, konċentrazzjonijiet fil-plażma aktar baxxi kienu ossevati f’pazjenti b’insuffiċjenza renali li kienu qegħdin fuq id-dijalisi. Telmisartan jeħel ħafna mal-proteina fil-plażma f’pazjenti b’insuffiċjenza renali, u ma jkunx jista’ jitneħħa permezz tad-dijalisi. Il-half-life ta’ l- eliminazzjoni ma tinbidilx f’pazjenti b’indeboliment renali.

Indeboliment tal-fwied

Studji farmakokinetiċi f’pazjenti b’indeboliment epatiku juru żieda fil-biodisponibilità assoluta sa kważi 100%. Il-half-life ta’ l-eliminazzjoni ma tinbidilx f’pazjenti b’indeboliment epatiku.

5.3 Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Fi studji dwar is-sigurtà ta’ qabel l-użu kliniku, id-dożi li pproduċew esponiment li kien komparabbli għal dak fil-medda terapewtika klinika, ikkawżaw tnaqqis fil-parametri taċ-ċelluli ħomor tad-demm (eritroċiti, emoglobina, ematokrit), bidliet fl-emodinamiċi renali (żieda fin-nitrogen ta’ l-urea u l- krejatinina fid-demm), kif ukoll żieda fil-potassium fis-serum f’annimali normotensivi. Fil-klieb it- twessiegħ tubulari renali u l-atrofija kienu osservati. Ħsara fil-mukuża gastrika (tgħawwir, ulċeri jew infjammazzjoni) kienu wkoll osservati fil-firien u fil-klieb. Dawn l-effetti mhux mixtieqa, medjati b’mod farmakoloġiku, magħrufa minn studji dwar is-sigurtà ta’ qabel l-użu kliniku, kemm b’inibituri ta’ l-enzimi li jibdlu l-angiotensin kif ukoll b’antagonisti tar-riċettur ta’ angiotensin II, kienu evitati b’teħid ta’ suppliment mielaħ mill-ħalq.

Fiż-żewġ speċi, żieda fl-attività tar-renin fil-plażma u ipertrofija/iperplasija taċ-ċelluli juxtaglomerular kienet osservata. Dawn il-bidliet, u anke l-effett tal-kategorija ta’ l-inibituri ta’ l-enzimi li jibdlu l- angiotensin u antagonisti oħrajn tar-riċettur ta’ angiotensin II, ma jidhirx li għandhom sinifikat kliniku.

Ma ġiet osservata l-ebda evidenza ċara ta’ effett teratoġeniku, madankollu fil-livelli ta’ dożi ta’ telmisartan li kienu tossiċi, ġie osservat effett fuq l-iżvilupp wara t-twelid tal-frieħ, bħal piż baxx tal-ġisem u dewmien biex jinfetħu l-għajnejn.

Ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ mutaġeniċità u ta’ attività klastoġenika rilevanti fi studji in vitro, u l-ebda evidenza ta’ karċinoġeneċità fil-firien u fil-ġrieden.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Povidone (K25)

Meglumine

Sodium hydroxide

Sorbitol (E420)

Magnesium stearate

6.2 Inkompatibbilitajiet

Ma jgħoddx f’dan il-każ.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

4 snin

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn l-ebda kundizzjoni ta’ temperatura speċjali għall-ħażna. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdita’.

6.5 In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folji tal-aluminju/aluminju (PA/PA/Al/PVC/Al). Folja waħda fiha 7 pilloli.

Daqsijiet tal-pakketti: Folja b’14, 28, 56, jew 98 pillola jew folji perforati b’doża waħda bi 28 x 1 pilloli.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Telmisartan għandu jinżamm fil-folja ssiġillata minħabba l-propjetà igroskopika tal-pilloli. Il-pilloli għandhom jinħarġu mill-folja ftit qabel l-għoti.

7. ID-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Bayer Pharma AG

13342 Berlin

Il-Ġermanja

8. NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/98/091/005 (14-il pillola)

EU/1/98/091/006 (28 pillola)

EU/1/98/091/007 (56 pillola)

EU/1/98/091/008 (98 pillola)

EU/1/98/091/014 (28 x 1 pillola)

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 16 ta’ Diċembru, 1998

Data tal-aħħar tiġdid: 16 ta’ Diċembru, 2008

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati