Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Kivexa (abacavir / lamivudine) – Fuljett ta’ tagħrif - J05AR02

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaKivexa
Kodiċi ATCJ05AR02
Sustanzaabacavir / lamivudine
ManifatturViiV Healthcare UK Limited 

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Kivexa 600 mg/300 mg pilloli miksija b’rita abacavir/lamivudine

Aqra sew dan il-Fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

-

IMPORTANTI — Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva

Kivexa fih abacavir (li huwa wkoll sustanza attiva f’mediċini bħal Trizivir, Triumeq u Ziagen). Xi persuni li jieħdu abacavir jistgħu jiżvilluppaw reazzjoni ta’sensittività eċċessiva (reazzjoni allerġika serja) li tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja jekk ikomplu jieħdu prodotti li fihom abacavir

! Għandek taqra b’attenzjoni t-tagħrif kollu taħt ‘Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva’ fil- kaxxa f’Sezzjoni 4.

Il-pakket ta’ Kivexa jinkludi Alert Card, biex ifakkar lilek u lill-istaff mediku dwar l-effett ta’ sensittività eċċessiva ta’ abacavir. Aqla’ din il-kartuna u żomma miegħek f’kull ħin.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Kivexa u għalxiex jintuża

2.Xgħandek tkun taf qabel ma tieħu Kivexa

3.Kif għandek tieħu Kivexa

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Kivexa

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Kivexa u għalxiex jintuża

Kivexa jintuża għall-kura tal-infezzjoni tal-HIV (virus tal-immunodefiċjenza umana) fl-adulti, adoloxxenti u fi tfal li jiżnu għallinqas 25 kg.

Kivexa fih żewġ sustanzi attivi li jintużaw għall-kura tal-infezzjoni tal-HIV: abacavir u lamivudine.

Dawn jagħmlu parti minn grupp ta’ mediċini antiretrovirali msejħa nucleoside analogue reverse transcriptase inhibitors (NRTIs).

Kivexa ma jfejjaqx għal kollox l-infezzjoni tal-HIV; huwa jnaqqas l-ammont ta’ virus fil-ġisem, u jżommu f’livell baxx. Barra dan iżid l-għadd ta’ ċelluli CD4 fid-demm. Ċelluli CD4 huma tip ta’ ċelluli bojod tad-demm li huma importanti biex jgħinu lill-ġisem tiegħek jiġġieled l-infezzjonijiet.

Mhux kulħadd jirrispondi għall-kura b’Kivexa bl-istess mod. It-tabib tiegħek se jissorvelja l-effettività tal-kura.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Kivexa

Tieħux Kivexa:

jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal abacavir (jew għal xi mediċina oħra li fiha abacavir — (eż. Trizivir, Triumeq jew Ziagen), għal lamivudine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-Sezzjoni 6)

Aqra b’attenzjoni t-tagħrif kollu dwar reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva’ f’Sezzjoni 4. Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk taħseb li dan jgħodd għalik. Tieħux Kivexa.

Oqgħod attent ħafna b’Kivexa

Xi persuni li qed jieħdu Kivexa jew kura kkombinata oħra għall-HIV huma f’riskju akbar ta’ effetti sekondarji serji. Għandek tkun taf dwar riskji akbar:

jekk għandek mard moderat jew sever tal-fwied

jekk qatt kellek mard tal-fwied, inkluż epatite B jew Ċ (jekk għandek infezzjoni ta’ epatite B, twaqqafx Kivexa mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek, għax l-epatite tiegħek tista’ terġa’ toħroġ)

jekk għandek piż żejjed eċċessiv (speċjalment jekk inti mara)

jekk għandek problema bil-kliewi

Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tuża Kivexa jekk xi waħda minn dawn tgħodd għalik.

Jista’ jkollok bżonn aktar viżiti, inkluż testijiet tad-demm, waqt li qed tieħu l-mediċina tiegħek.

Ara Sezzjoni 4 għal aktar tagħrif.

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva għal abacavir

Anke pazjenti li ma għandhomx il-ġene HLA-B*5701, xorta jistgħu żviluppaw reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva (reazzjoni allerġika serja).

Aqra b’attenzjoni t-tagħrif kollu dwar reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva f’Sezzjoni 4 ta’ dan il-fuljett.

Riskju ta’ attakk tal-qalb

Ma jistax jiġi eskluż li abacavir jista’ jżid ir-riskju li jkollok attakk tal-qalb.

Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek problemi fil-qalb, jekk tpejjep, jew jekk għandek mard ieħor li jista’ jżid ir-riskju ta’ xi mard tal-qalb bħal pressjoni tad-demm għolja, jew dijabete. Tieqafx tieħu Kivexa sakemm ma jgħidlekx hekk it-tabib tiegħek.

Oqgħod attent għal sintomi importanti

Xi persuni li jieħdu mediċini għall-infezzjoni tal-HIV jiżviluppaw kundizzjonijiet oħra, li jistgħu jkunu serji. Għandek bżonn tkun taf liema huma s-sinjali u sintomi importanti li għandek toqgħod attent għalihom waqt li qed tieħu Kivexa.

Aqra t-tagħrif ‘Effetti sekondarji possibli oħra ta’ terapija kkombinata għall-HIV’ f’Sezzjoni 4 ta’ dan il-fuljett.

Ipproteġi persuni oħra

Infezzjoni tal-HIV tinxtered permezz ta’ kuntatt sesswali ma’ xi ħadd li għandu l-infezzjoni, jew permezz ta’ trasferiment ta’ demm infettat (per eżempju, billi l-istess labar għall-injezzjoni jintużaw minn persuni differenti). Xorta tista’ tgħaddi l-HIV meta tieħu din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jitnaqqas b’terapija antiretrovirali effikaċi. Kellem lit-tabib tiegħek dwar il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tevita li tinfetta persuni oħra.

Mediċini oħra u Kivexa

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċina oħra, inklużi mediċini mill-ħxejjex jew mediċini oħra li xtrajt mingħajr riċetta.

Ftakar biex tgħid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tibda tieħu mediċina ġdida waqt li qed tieħu

Kivexa.

Dawn il-mediċini m’għandhomx jintużaw ma’ Kivexa:

Emtricitabine, biex tikkura infezzjoni bl-HIV

prodotti mediċinali oħra li fihom lamivudine, li jintużaw biex tikkura infezzjoni bl-HIV jew infezzjoni tal-epatite B

dożi għolja ta’ trimethoprim/sulfamethoxazole, anti-bijotiku

cladribine, użata biex tikkura l-lewkimja taċ-ċelluli ċiljati

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tiġi kkurat b’xi wieħed minn dawn.

Xi mediċini jinteraġixxu ma’ Kivexa

Dawn jinkludu:

phenytoin, għall-kura tal-epilessija.

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu phenytoin. It-tabib tiegħek għandu mnejn ikollu bżonn jissorveljak waqt li tkun qed tieħu Kivexa.

methadone użat bħala sostitut tal-eroina. Abacavir iżid ir-rata li biha methadone jitneħħa mill- ġisem. Jekk qed tieħu methadone, se tiġi ċċekkjat għal xi sintomi ta’ meta twaqqaf xi mediċina. Id-doża tiegħek ta’ methadone għandu mnejn ikollha bżonn tinbidel.

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu methadone.

Tqala

Kivexa mhux irrakkomandat għall-użu waqt it-tqala. Kivexa u mediċini simili jistgħu jikkawżaw effetti sekondarji fi trabi fil-ġuf. Jekk tkun ħadt Kivexa waqt it-tqala tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jitolbok tagħmel testijiet regolari tad-demm u testijiet dijanjostiċi oħra biex jimmonitorja l-iżvilupp tat-tarbija tiegħek. Fi tfal li ommhom tkun ħadet NRTIs waqt it-tqala, il-benefiċċju mill-ħarsien kontra l-HIV kien akbar mir-riskju tal-effetti sekondarji.

Treddigħ

Nisa li huma pożittivi għall-HIV m’għandhomx ireddgħu, għax l-infezzjoni tal-HIV tista’ tgħaddi għat-tarbija mill-ħalib tas-sider. Ammont żgħir tal-ingredjenti f’Kivexa jista’ jgħaddi wkoll fil-ħalib tas-sider tiegħek.

Jekk qed tredda’, jew qed taħseb biex tredda’:

Kellem lit-tabib tiegħek minnufih.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Kivexa jista’ jikkawża effetti sekondarji li jistgħu jaffettwaw il-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni.

Kellem lit-tabib tiegħek dwar il-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni waqt li tkun qiegħed tieħu Kivexa.

Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi l-oħra tal-pilloli Kivexa

Kivexa fih sustanza li tagħti kulur imsejħa sunset yellow (E110), din tista’ tikkawża reazzjonijiet allerġiċi f’xi persuni.

3.Kif għandek tieħu Kivexa

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata ta’ Kivexa għall-adulti, adoloxxenti u għal tfal li jiżnu 25 kg jew aktar hija pillola waħda kuljum.

Ibla’ l-pilloli sħaħ ma’ ftit ilma. Kivexa jista’ jittieħed ma’ l-ikel jew mingħajr ikel.

Ibqa’ f’kuntatt regolari mat-tabib tiegħek

Kivexa jgħin biex jikkontrolla l-kundizzjoni tiegħek. Għandek bżonn tibqa’ tieħdu kuljum biex ma tħallix il-marda tiegħek tmur għall-agħar. Inti xorta tista’ tiżviluppa infezzjonijiet u mard ieħor marbuta ma’ infezzjoni tal-HIV.

Żomm kuntatt mat-tabib tiegħek, u twaqqafx it-teħid ta’ Kivexa mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek.

Jekk tieħu Kivexa aktar milli suppost

Jekk bi żball tieħu aktar Kivexa milli suppost, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek, jew ikkuntattja l- eqreb dipartiment tal-emerġenza ta’ sptar għal aktar parir.

Jekk tinsa tieħu Kivexa

Jekk tinsa tieħu doża, ħudha hekk kif tiftakar. Wara kompli l-kura tiegħek bħal qabel. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Huwa importanti li tieħu Kivexa b’mod regolari, għaliex jekk tieħdu f’intervalli irregolari, tista’ tkun aktar probabbli li jkollok reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva.

Jekk tieqaf tieħu Kivexa

Jekk waqaft tieħu Kivexa għal xi raġuni – speċjalment jekk għax taħseb li qed ikollok effetti sekondarji, jew għax għandek mard ieħor:

Kellem lit-tabib tiegħek qabel terġa’ tibda tieħdu. It-tabib tiegħek se jiċċekkja jekk is-sintomi tiegħek kienux relatati ma’ reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva. Jekk it-tabib jaħseb li setgħu kienu relatati, se jgħidulek biex qatt ma terġa’ tieħu Kivexa, jew xi mediċina oħra li fiha abacavir (eż. Trizivir, Triumeq jew Ziagen). Huwa importanti li ssegwi dan il-parir.

Jekk it-tabib tiegħek jagħtik parir li tista’ terġa’ tibda tieħu Kivexa, tista’ tintalab biex tieħu l-ewwel dożi tiegħek f’post fejn ikollok aċċess faċli għall-kura medika jekk ikollok bżonn.

4.Effetti sekondarji possibbli

Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli tal-lipidi u tal-glukożju fid- demm. Dan huwa parzjalment relatat mas-saħħa u mal-istil ta’ ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant minħabba l-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jagħmillek testijiet għal dawn il-bidliet.

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Meta tkun qed tiġi kkurat għall-HIV, jista’ jkun diffiċli tiddeċiedi jekk sintomu hux effett sekondarju ta’ Kivexa jew ta’ mediċini oħra li qed tieħu, jew effett tal-marda tal-HIV infisha. Għalhekk huwa importanti ħafna li tkellem lit-tabib tiegħek dwar kull bidla fis-saħħa tiegħek.

Anke pazjenti li ma għandhomx il-ġene HLA-B*5701, xorta jistgħu żviluppaw reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva (reazzjoni allerġika serja), deskritta f’dan il-fuljett fil-panel intestat ‘Reazzjonijiet ta’ Sensittività eċċessiva’.

Huwa importanti ħafna li taqra u tifhem l-informazzjoni dwar din ir-reazzjoni serja.

Minbarra l-effetti sekondarji mniżżla hawn taħt għal Kivexa, waqt terapija kkombinata għall-HIV jistgħu jiżviluppaw kundizzjonijiet oħra.

Huwa importanti li taqra l-informazzjoni aktar l-isfel f’din is-sezzjoni taħt ‘Effetti sekondarji possibbli oħra ta’ terapija kkombinata għall-HIV’.

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva

Kivexa fih abacavir (li huwa wkoll is-sustanza attiva f’mediċini bħal Trizivir, Triumeq u

Ziagen). Abacivir jista' jikkawża reazzjoni allerġika serja magħrufa bħala sensittività eċċessiva. Dawn ir-reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva dehru aktar ta’ spiss f’persuni li jkunu qed jieħdu mediċini li fihom abacavir.

Min ikollu dawn ir-reazzjonijiet?

Kull persuna li qed tieħu Kivexa tista’ tiżviluppa reazzjoni ta’ sensittività eċċesiva għal abacavir, li tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja jekk ikomplu jieħdu Kivexa.

Ikun aktar probabbli li tiżviluppa din ir-reazzjoni jekk għandek il-ġene li tissejjaħ HLA- B*5701 (madankollu jista’ jkollok reazzjoni anki jekk m’għandekx din il-ġene). Qabel ġejt preskritt Kivexa suppost kellek tiġi ttestjat għal din il-ġene. Jekk taf li għandek din il-ġene, għid lit-tabib tiegħek qabel tieħu Kivexa.

Madwar 3 sa 4 pazjenti minn kull 100 pazjent ikkurati b’abacavir fi prova klinika li ma kellhomx ġene msejħa HLA-B*5701 żviluppaw reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva (reazzjoni allerġika serja).

X’inhuma s-sintomi?

L-aktar sintomi komuni huma:

• deni (temperatura għolja) u raxx fil-ġilda. Sintomi komuni oħra huma:

tqalligħ (tħossok se tirremetti), rimettar, dijarea, uġigħ ta’ żaqq (fl-istonku), għeja qawwija.

Sintomi oħra jinkludu:

Uġigħ fil-ġogi jew fil-muskoli, nefħa fl-għonq, qtugħ ta’ nifs, uġigħ fil-griżmejn, sogħla, uġigħ ta’ ras ta’ kultant, infjammazzjoni fl-għajnejn (konġuntivite), ulċeri fil-ħalq, pressjoni baxxa tad-demm, tnemnim jew tmewwit tal-idejn jew tas-saqajn.

Meta jseħħu dawn ir-reazzjonijiet?

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva jistgħu jibdew f’kull żmien matul il-kura b’Kivexa, iżda huma aktar probabbli matul l-ewwel 6 ġimgħat ta’ kura.

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih:

1jekk ikollok raxx fil-ġilda, JEW

2jekk ikollok sintomi minn tal-inqas 2 mill-gruppi li ġejjin:

-deni

-qtugħ ta’ nifs, uġigħ fil-griżmejn jew sogħla

-tqalligħ jew rimettar, dijarea jew uġigħ ta’ żaqq

-għeja qawwija jew uġigħ, jew tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali.

It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tieqaf tieħu Kivexa.

Jekk waqaft tieħu Kivexa

Jekk waqaft tieħu Kivexa minħabba reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva, QATT m’għandek terġa tieħu Kivexa, jew xi mediċina oħra li fiha abacavir (eż. Trizivir, Triumeq jew Ziagen). Jekk tagħmel dan, fi ftit sigħat, il-pressjoni tad-demm tista’ titbaxxa għal-livell perikoluż, u dan jista’ jwassal għall-mewt.

Jekk waqaft tieħu Kivexa għal xi raġuni — speċjalment jekk għax taħseb li qed ikollok effetti sekondarji, jew għax għandek mard ieħor:

Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma terġa’ tibda mill-ġdid. It-tabib tiegħek se jiċċekkja jekk is-sintomi tiegħek kienux relatati ma’ reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva. Jekk it-tabib jaħseb li setgħu kienu relatati, se tiġi avżat biex qatt ma terġa’ tieħu Kivexa, jew xi mediċina oħra li fiha abacavir (eż. Trizivir, Triumeq jew Ziagen). Huwa importanti li ssegwi dan il-parir.

Kultant, reazzjonijiet żviluppaw f’persuni li bdew jieħdu abacavir mill-ġdid, u kellhom biss sintomu wieħed fuq l-Alert Card qabel ma waqfu jieħduh.

Rari ħafna, reazzjonijiet żviluppaw f’persuni li bdew jieħdu abacavir mill-ġdid, iżda li ma kellhom l-ebda sintomi qabel ma waqfu jieħduh.

Jekk it-tabib tiegħek jagħtik parir li tista’ terġa’ tibda tieħu Kivexa, tista’ tintalab biex tieħu l- ewwel dożi f’post fejn ikollok aċċess faċli għall-kura medika jekk ikollok bżonnha.

Jekk għandek sensittività eċċessiva għal Kivexa, irritorna l-pilloli kollha mhux użati ta’ Kivexa għal rimi sikur. Staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir.

Il-pakkett ta’ Kivexa jinkludi Alert Card, biex tfakkar lilek u lill-istaff mediku dwar reazzjonijiet ta’ sensittivita’ eċċessiva. Aqla din il-kard u żommha dejjem miegħek.

Effetti sekondarji komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10 persuni:

reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva

uġigħ ta’ ras

tirremetti (rimettar)

tħossok se tirremetti (tqalligħ)

dijarea

uġigħ fl-istonku

telf ta’ aptit

għeja, nuqqas ta’ enerġija

deni (temperatura għolja)

tħossok mhux f’siktek b’mod ġenerali

diffikultà biex torqod (insonnja)

uġigħ u skomdu fil-muskoli

uġigħ fil-ġogi

sogħla

imnieħer irritat jew inixxi

raxx fil-ġilda

telf ta’ xagħar.

Effetti sekondarji mhux komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100 persuna u jistgħu jiġu osservati fit-testijiet tad-demm:

għadd baxx ta’ ċelluli ħomor tad-demm (anemija) jew għadd baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm

(newtropenija)

żjieda fil-livell ta’ enzimi tal-fwied

tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli li jgħinu fit-tagħqid tad-demm (tromboċitopenija).

Effetti sekondarji rari

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1000 persuna:

disturbi fil-fwied, bħal suffejra, fwied kbir jew fwied xaħmi, infjammazzjoni tal-fwied (epatite)

infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite)

ħsara fit-tessut tal-muskoli.

Effetti sekondarji rari li jistgħu jiġu osservati fit-testijiet tad-demm huma:

żjieda ta’ enzima li tissejjaħ amylase

Effetti sekondarji rari ħafna

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000 persuna:

tnemnim, sensazzjoni ta’ tniggiż fil-ġilda (tniggiż)

sensazzjoni ta’ debbulizza fir-riġlejn u fid-dirgħajn

raxx fil-ġilda, li tista’ tifforma bżieżaq u jidhru qishom miri żgħar (tikek skuri fin-nofs imdawwra b’żona aktar pallida, b’ċirku skur madwar it-tarf) (eritema multiforme)

raxx mifrux bi bżieżaq u tqaxxir tal-ġilda, speċjalment madwar il-ħalq, imnieħer, għajnejn u ġenitali (sindrome Stevens-Johnson), u forma aktar severa li tikkawża tqaxxir tal-ġilda f’aktar minn 30% tas-superfiċje tal-ġisem (nekrolisi epidermali tossika)

aċidożi lattika (aċidu lattika żejjed fid-demm).

Jekk tinnota xi sintomi minn dawn ta’ fuq ikkuntattja lit-tabib b’urġenza. Effetti sekondarji rari ħafna li jistgħu jiġu osservati fit-testijiet tad-demm huma:

Il-mudullun tal-għadam ma jipproduċiex ċelluli ħomor tad-demm ġodda (aplasija pura taċ-ċelluli ħomor).

Jekk ikollok effetti sekondarji

Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Effetti sekondarji possibbli oħra ta’ terapija kkombinata għall-HIV

Terapija kkombinata bħal Kivexa tista’ tikkawża l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet oħra waqt kura għall- HIV.

Sintomi ta’ infezzjoni u infjammazzjoni Infezzjonijiet tal-passat jistgħu jerġgħu joħorġu

Persuni b’infezzjoni avanzata tal-HIV (AIDS) għandhom sistema immuni dgħajfa, u huma aktar probabbli li jiżviluppaw infezzjonijiet serji (infezzjonijiet opportunistiċi). Infezzjonijiet bħal dawn jistgħu jkunu “mingħajr sintomi” u mhux skoperti mis-sistema immuni dgħajfa qabel ma tinbeda l- kura. Wara li tinbeda l-kura, is-sistema immuni ssir aktar b’saħħitha, u tista’ tattakka l-infezzjonijiet, li jistgħu jikkawżaw sintomi ta’ infezzjoni jew infjammazzjoni. Is-sintomi normalment jinkludu deni, flimkien ma’ xi wħud dawn li ġejjin:

uġigħ ta’ ras

uġigħ fl-istonku

diffikultà biex tieħu nifs

F'każijiet rari, hekk kif is-sistema immuni ssir aktar b’saħħitha, tista’ wkoll tattakka tessuti tal-ġisem b'saħħithom (disturbi awtoimmuni). Is-sintomi ta’ disturbi awtoimmuni jistgħu jiżviluppaw ħafna xhur wara li tibda tieħu mediċina biex tikkura l-infezzjoni HIV tiegħek. Sintomi jistgħu jinkludu:

palpitazzjonijiet (taħbit tal-qalb mgħaġġel jew irregolari) jew rogħda

iperattività (irrekwitezza u moviment eċċessiv)

dgħjufija li tibda fl-idejn u s-saqajn u li tibqa’ sejra sat-tronk tal-ġisem.

Jekk ikollok xi sintomi ta’ infezzjoni u infjammazzjoni jew tinnota xi wieħed mis-sintomi ta’ hawn fuq:

Għid lit-tabib tiegħek minnufih. Tieħux mediċini oħra għall-infezzjoni mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek.

Jista’ jkollok problemi fl-għadam tiegħek

Xi nies li qed jieħdu terapija kkombinata għall-HIV jiżviluppaw kundizzjoni li tissejjaħ osteonekrosi. B’din il-kondizzjoni, partijiet tat-tessut tal-għadam imutu minħabba nuqqas ta’ demm għall-għadam. Xi persuni jistgħu jkunu aktar probabbli li jiżviluppaw din il-kundizzjoni:

jekk ikun ilhom jieħdu terapija kkombinata għal żmien twil

jekk qed jieħdu wkoll mediċini kontra l-infjammazzjoni msejħa kortikosterojdi

jekk jixorbu l-alkoħol

jekk is-sistema immuni tagħhom hija dgħajfa ħafna

jekk għandhom piż żejjed.

Sinjali ta’ osteonekrosi jinkludu:

ebusija fil-ġogi

weġgħat u uġigħ (speċjalment fil-ġenbejn, fl-irkoppa jew fl-ispalla)

diffikultà biex tiċċaqlaq.

Jekk tinnota xi sintomi minn dawn:

Għid lit-tabib tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Kivexa

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tiħux din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Kivexa

Is-sustanzi attivi f’kull pillola miksija b’rita Kivexa huma 600 mg ta’ abacavir (bħala sulfate) u 300 mg ta’ lamivudine.

Is-sustanzi l-oħra huma microcrystalline cellulose, sodium starch glycollate u magnesium stearate fil- qalba tal-pillola. Il-kisja tal-pillola fiha Opadry Orange YS-1-13065-A li fih hypromellose, titanium dioxide, macrogol 400, polysorbate 80 u sunset yellow FCF (E110).

Kif jidher Kivexa u l-kontenut tal-pakkett:

Kivexa pilloli miksija b’rita huma mmarkati b’‘GS FC2’ fuq naħa waħda. Għandhom kulur oranġjo u forma ta’ kapsula u huma disponibbli f’pakketti tal-fojl li fihom 30 pillola u f’pakkett multiplu b’pakketti tal-fojl li fihom 90(3 x 30) pillola.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

ViiV Healthcare UK Limited

980 Great West Road, Brentford, Middlesex, TW8 9GS, Ir-Renju Unit.

Il-Manifattur

Glaxo Wellcome S.A., Avenida de Extremadura 3, 09400 Aranda de Duero Burgos, Spanja.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

ViiV Healthcare sprl/bvba Tél/Tel: + 32 (0) 10 85 65 00

България

ГлаксоСмитКлайн ЕООД

Teл.: + 359 2 953 10 34

Česká republika

GlaxoSmithKline s.r.o. Tel: + 420 222 001 111 cz.info@gsk.com

Danmark

GlaxoSmithKline Pharma A/S Tlf: + 45 36 35 91 00 dk-info@gsk.com

Deutschland

ViiV Healthcare GmbH Tel.: + 49 (0)89 203 0038-10

viiv.med.info@viivhealthcare.com

Eesti

GlaxoSmithKline Eesti OÜ Tel: + 372 6676 900 estonia@gsk.com

Ελλάδα

GlaxoSmithKline A.E.B.E. Τηλ: + 30 210 68 82 100

España

Laboratorios ViiV Healthcare, S.L. Tel: + 34 902 051 260 es-ci@viivhealthcare.com

Lietuva

GlaxoSmithKline Lietuva UAB Tel: + 370 5 264 90 00 info.lt@gsk.com

Luxembourg/Luxemburg

ViiV Healthcare sprl/bvba Belgique/Belgien

Tél/Tel: + 32 (0) 10 85 65 00

Magyarország

GlaxoSmithKline Kft.

Tel.: + 36 1 225 5300

Malta

GlaxoSmithKline Malta

Tel: + 356 21 238131

Nederland

ViiV Healthcare BV Tel: + 31 (0)30 6986060

contact-nl@viivhealthcare.com

Norge

GlaxoSmithKline AS Tlf: + 47 22 70 20 00 firmapost@gsk.no

Österreich

GlaxoSmithKline Pharma GmbH Tel: + 43 (0)1 97075 0 at.info@gsk.com

Polska

GSK Services Sp. z o.o. Tel.: + 48 (0)22 576 9000

France

ViiV Healthcare SAS

Tél.: + 33 (0)1 39 17 6969

Infomed@viivhealthcare.com

Hrvatska

GlaxoSmithKline d.o.o.

Tel: + 385 1 6051 999

Ireland

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited

Tel: + 353 (0)1 4955000

Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Italia

ViiV Healthcare S.r.l

Tel: + 39 (0)45 9212611

Κύπρος

GlaxoSmithKline (Cyprus) Ltd Τηλ: + 357 22 39 70 00 gskcyprus@gsk.com

Latvija

GlaxoSmithKline Latvia SIA Tel: + 371 67312687 lv-epasts@gsk.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

Portugal

VIIVHIV HEALTHCARE, UNIPESSOAL, LDA

Tel: + 351 21 094 08 01 viiv.fi.pt@viivhealthcare.com

România

GlaxoSmithKline (GSK) S.R.L.

Tel: + 4021 3028 208

Slovenija

GlaxoSmithKline d.o.o. Tel: + 386 (0)1 280 25 00 medical.x.si@gsk.com

Slovenská republika

GlaxoSmithKline Slovakia s. r. o. Tel: + 421 (0)2 48 26 11 11 recepcia.sk@gsk.com

Suomi/Finland

GlaxoSmithKline Oy

Puh/Tel: + 358 (0)10 30 30 30

Finland.tuoteinfo@gsk.com

Sverige

GlaxoSmithKline AB Tel: + 46 (0)8 638 93 00 info.produkt@gsk.com

United Kingdom

ViiV Healthcare UK Limited Tel: + 44 (0)800 221441 customercontactuk@gsk.com

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati