Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Lamivudine Teva Pharma B.V. (lamivudine) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - J05AF05

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaLamivudine Teva Pharma B.V.
Kodiċi ATCJ05AF05
Sustanzalamivudine
ManifatturTeva B.V.  

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Lamivudine Teva Pharma B.V. 150 mg pilloli miksija b’rita

Lamivudine Teva Pharma B.V. 300 mg pilloli miksija b’rita

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Lamivudine Teva Pharma B.V. 150 mg pilloli miksija b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 150 mg lamivudine.

Lamivudine Teva Pharma B.V. 300 mg pilloli miksija b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 300 mg lamivudine.

Għal-lista sħiħa ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita

Lamivudine Teva Pharma B.V. 150 mg pilloli miksija b’rita

Pillola griża ċara, f’għamla ta’ djamant, imżaqqa fuq żewġ naħat u miksija b’rita, twila madwar 14.5 mm u wiesgħa madwar 7.0 mm, li fuqha hemm imnaqqax “L 150” u ferq fuq naħa waħda u ferq fuq in-naħa l-oħra.

Il-pillola tista’ tinqasam f’dożi ndaqs.

Lamivudine Teva Pharma B.V. 300 mg pilloli miksija b’rita

Pillola griża, f’għamla ta’ djamant, imżaqqa fuq żewġ naħat u miksija b’rita, twila madwar 18.0 mm u wiesgħa madwar 8.0 mm, li fuqha hemm imnaqqax “L 300” fuq naħa waħda u mingħajr kitba fuq in-naħa l-oħra.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Lamivudine Teva Pharma B.V. huwa indikat bħala parti mit-terapija ta’ kombinazzjoni antiretrovirali għat-trattament ta’ adulti u tfal infettati bil-Vajrus tal-Immunodefiċjenza fil-Bniedem (HIV).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

It-terapija trid tinbeda minn tabib ta' esperjenza fil-ġestjoni tal-infezzjonijiet tal-HIV.

Lamivudine huwa disponibbli wkoll bħala soluzzjoni orali għal tfal li għandhom iktar minn tliet xhur u li jiżnu inqas minn 14 kg jew għal pazjenti li ma jistgħux jibilgħu l-pilloli.

Pożoloġija

Adulti, adolexxenti u tfal (li tal-inqas jiżnu 25 kg)

Id-doża rakkomandata ta’ lamivudine hija 300 mg kuljum. Dan jista’ jingħata jew bħala 150 mg darbtejn kuljum jew inkella bħala 300 mg darba kuljum (ara sezzjoni 4.4).

Il-pillola ta’ 300 mg hija xierqa biss għall-kors ta’ darba kuljum.

Tfal (li jiżnu inqas minn 25 kg)

Huwa rakkomandat li d-doż tal-pilloli ta’ Lamivudine Teva Pharma B.V. tiġi stabbilita skont l- faxex ta’ piżijiet.

Tfal li jiżnu minn ≥20 kg sa <25: Id-doża rakkomandata hija 225 mg kuljum. Din tista’ tingħata bħala 75 mg (nofs pillola ta’ 150 mg) li tittieħed filgħodu u 150 mg (pillola sħiħa ta’ 150 mg) li tittieħed filgħaxija, jew 225 mg (pillola u nofs ta’ 150 mg) li tittieħed darba kuljum.

Tfal li jiżnu minn 14 kg sa <20 kg: Id-doża rakkomandata hija 150 mg kuljum. Din tista’ tingħata bħala 75 mg (nofs pillola ta’ 150 mg) li tittieħed darbtejn kuljum, jew 150 mg (pillola waħda ta’ 150 mg) li tittieħed darba kuljum.

Tfal li għandhom tal-inqas minn tliet xhur: Peress li dożaġġ preċiż ma jistax jintlaħaq bil- formulazzjoni tal-pillola ta’ 300 mg mingħajr marka biex taqsamha min-nofs f’din il-popolazzjoni ta’ pazjenti, huwa rakkomandat li tintuża l-formulazzjoni tal-pillola ta’ Lamivudine Teva Pharma B.V. 150 mg b’marka biex taqsmaha min-nofs u li jiġu segwiti l-istruzzjonijiet ta’ dożaġġ rakkomandanti korrispondenti li ġejjin.

Tfal ta’ anqas minn tliet xhur: It-tagħrif ristrett disponibbli mhux biżżejjed sabiex jiġu proposti rakkomandazzjonijiet speċifiċi tad-doża. (ara sezzjoni 5.2).

Pazjenti li jaqilbu mid-dożaġġ ta’ darbtejn kuljum għal reġimen ta’ dożaġġ ta’ darba kuljum għandhom jieħdu d-doża rakkomandata darba kuljum (kif deskritt hawn fuq) bejn wieħed u ieħor 12- il siegħa wara l-aħħar doża ta’ darbtejn kuljum, u mbagħad għandhom ikomplu jieħdu d-doża rakkomandata darba kuljum (kif deskritt hawn fuq) bejn wieħed u ieħor kull 24 siegħa. Meta jerġgħu jaqilbu għal reġimen ta’ darbtejn kuljum, il-pazjenti għandhom jieħdu d-doża rakkomandata darbtejn kuljum bejn wieħed u ieħor 24 siegħa wara l-aħħar doża ta’ darba kuljum.

Popolazzjonijiet speċjali

Persuni akbar fl-età: Ebda dejta speċifika disponibbli; madankollu, huwa rrakkomandat li tingħata kura speċjali f’dan il-grupp ta’ età minħabba tibdiliet assoċjati mal-età bħat-tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi u tibdil fil-parametri ematoloġiċi.

Indeboliment tal-kliewi: il-konċentrazzjonijiet ta' lamivudine jiżdiedu f'pazjenti b’ indeboliment tal-kliewi moderat jew sever minħabba t-tneħħija mnaqqsa mill-kliewi. Id-doża għandha għalhekk tiġi aġġustata, bl-użu ta’ preżentazzjoni ta’ soluzzjoni orali ta’ lamivudine f’pazjenti li t-tneħħija ta’ krejatinina tinżel għal inqas minn 30 mL/min (ara t-tabelli).

Rakkomandazzjonijiet dwar id-doża – Adulti, adolexxenti u tfal (li jiżnu tal-inqas 25 kg):

Tneħħija tal-

L-ewwel doża

Doża ta’ manteniment

krejatinina (mL/min)

 

 

300 mg

300 mg darba kuljum

 

jew

 

 

150 mg

150 mg darbtejn kuljum

30-<50

150 mg

150 mg darba kuljum

<30

Billi huma meħtieġa dożi ta’ inqas minn 150 mg huwa

 

rakkomandat l-użu ta’ soluzzjoni orali

15 sa <30

150 mg

100 mg darba kuljum

5 sa <15

150 mg

50 mg darba kuljum

<5

50 mg

25 mg darba kuljum

M’hemmx informazzjoni disponibbli dwar l-użu ta’ lamivudine fit-tfal b’indeboliment tal-kliewi. Fuq is-suppożizzjoni li t-tneħħija ta’ krejatinina u t-tneħħija ta’ lamivudine huma korrelatati l-istess

fit-tfal u fl-adulti hu rakkomandat li d-dożaġġ fi tfal b’indeboliment tal-kliewi għandu jitnaqqas skont it-tneħħija ta’ krejatinina bl-istess proporzjon bħal fil-każ tal-adulti. Is-soluzzjoni orali ta’ 10 mg/mL tista’ tkun l-għamla l-iktar xierqa biex tintlaħaq id-doża ta’ manteniment rakkomandata f’pazjenti pedjatriċi b’indeboliment renali.

Rakkomandazzjonijiet dwar id-dożi - Tfal li għandhom mill-anqas 3 xhur u li jiżnu anqas minn 25 kg:

Tneħħija ta’ krejatinina

L-ewwel doża

Doża ta’ manteniment

(mL/min)

 

 

8 mg/kg

8 mg/kg darba kuljum

 

jew

 

 

4 mg/kg

4 mg/kg darbtejn kuljum

30 sa <50

4 mg/kg

4 mg/kg darba kuljum

15 sa <30

4 mg/kg

2.6 mg/kg darba kuljum

5 sa <15

4 mg/kg

1.3 mg/kg darba kuljum

<5

1.3 mg/kg

0.7 mg/kg darba kuljum

Indeboliment tal-fwied: Tagħrif miksub minn pazjenti b'indeboliment tal-fwied moderat sa sever juri li l-farmakokinetiċi ta’ lamivudine mhumiex affettwati b'mod sinifikanti meta l-fwied ma jaħdimx normali. Fuq bażi ta' dan it-tagħrif mhemmx il-ħtieġa ta' aġġustament f’'pazjenti b’indeboliment tal- fwied moderat jew sever fin-nuqqas ta' indeboliment tal-kliewi.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Lamivudine Teva Pharma B.V. jista’ jingħata mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Biex jiġi żgurat li tingħata d-doża kollha, il-pillola/pilloli għandha/għandhom idealment tinbela’/jinbelgħu mingħajr ma titfarrak/jitfarrku.

Inkella, għal pazjenti li ma jistgħux jibilgħu pilloli, il-pillola/pilloli tista’/jistgħu tifarrak/jitfarrku u tiżdied/jiżdiedu ma’ ammont żgħir ta’ ikel semi-solidu jew likwidu, li għandu jiġi kkunsmat kollu kemm hu minnufih (ara sezzjoni 5.2).

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis- sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Filwaqt li trażżin virali effettiv b’terapija antiretrovirali ntwera li jnaqqas b’mod sostanzjali r- riskju ta’ trasmissjoni sesswali, riskju residwu ma jistax jiġi eskluż. Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet skont linji gwida nazzjonali sabiex tiġi pprevenuta trasmissjoni.

Lamivudine Teva Pharma B.V. mhux rakkomandat għall-użu bħala monoterapija.

Indeboliment tal-kliewi: F’pazjenti li għandhom indeboliment moderat sa sever, il-half-life terminali ta’ lamivudine fil-plażma hu ogħla minħabba rata ta’ tneħħija inqas; għalhekk id-doża għandha tiġi aġġustata (ara sezzjoni 4.2).

Terapija nukleoside tripla: Kien hemm rapporti ta’ rata ogħlja ta’ falliment viroloġiku u ta’ reżistenza murija fi stadju bikri meta lamivudine ngħata ma’ tenofovir disoproxil fumarate u abacavir kif ukoll ma’ tenofovir disoproxil fumarate u didanosine bħala programm ta’ terapija ta’ darba kuljum.

Infezzjonijiet opportunistiċi: Pazjenti li jkunu qed jieħdu Lamivudine Teva Pharma B.V. jew xi

terapija antiretrovirali oħra jistgħu jaqbduhom infezzjonijiet opportunistiċi u kumplikazzjonijiet oħra tal-infezzjoni tal-HIV. Għalhekk il-pazjenti għandhom jibqgħu jiġu ssorveljati mill-qrib klinikament minn tobba b'esperjenza fil-kura tal-infezzjonijiet assoċjati tal-HIV.

Pankreatite: Kien hemm każijiet ta’ pankreatite li seħħew b’mod rari. Madankollu mhux ċarjekk il- każijiet seħħewx minħabba t-trattament antiretrovirali jew minħabba il-marda tal-HIV fl-isfond. It- trattament b’Lamivudine Teva Pharma B.V. għandu jitwaqqaf minnufih jekk ikun hemm sinjali jew sintomi kliniċi jew anormalitajiet tal-laboratoju li jissuġerixxu pankreatite.

Disfunzjoni tal-mitokondrija wara l-espożizzjoni in utero: Analogi nukleosidi u nukleotidi jistgħu jaffettwaw il-funzjoni tal-mitokondrija sa grad varjabbli, li ġie innutat l-iktar bi stavudine, didanosine u zidovudine. Kien hawn rapporti ta’ każi ta' disfunzjoni tal-mitokondrija fi trabi li taw riżultat negattiv għall-HIV u li ġew esposti għal analogi nukleosidi fl-utru u/jew wara t-twelid; dawn kienu predominantament jikkonċernaw kura b’korsijiet li fihom zidovudine. L-aktar reazzjonijiet avversi rrappurtati huma disturbi ematoloġiċi (anemija, newtropenja) u disturbi metaboliċi (hyperlactataemia, hyperlipasaemia). Dawn effetti spiss kienu transitorji. Rarament ġew irrappurtati disturbi newroloġiċi li ma tfaċċawx mill-ewwel (ipertonja, aċċessjoni, imġiba mhux normali). Mhux magħruf attwalment jekk id-disturbi newroloġiċi bħal dawn humiex tal-mument jew permanenti. Dawn is-sejbiet għandhom jitqiesu għal kull tarbija li tkun ġiet esposta fl-utru għal analogi nukleosidi u nukleotidi, li tippreżenta sejbiet kliniċi serji ta’ etjoloġija mhux magħrufa b’mod partikolari sejbiet newroloġiċi. Dawn ir-riżultati m'għandhomx jaffettwaw ir-rakkomandazzjonijiet fis-seħħ lokalment dwar l-użu ta' terapija antiretrovirali fil-każ ta' nisa tqal biex tiġi evitata t- trasmissjoni vertikali tal-HIV.

Piż u parametri metaboliċi: Matul terapija antiretrovirali, tista’ sseħħ żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dawn il-bidliet jistgħu parzjalment ikunu relatati ma’ kontroll tal-mard u mal-istil tal-ħajja. Għal-lipidi, f’xi każijiet hemm evidenza ta’ effett tal-kura, filwaqt li għaż-żieda fil-piż m’hemm l-ebda evidenza qawwija li tirrelata dan ma’ xi kura partikolari. Għall-monitoraġġ tal-lipidi u glukożju fid-demm, issir referenza għal linji gwida stabbiliti għall-kura tal-HIV. Id- disturbi tal-lipidi għandhom jiġu ġestiti b’mod klinikament xieraq.

Sindromu ta’ Riattivazzjoni Immunitarja: F’pazjenti infettati bl-HIV, b’defiċjenza immunitarja severa fiż-żmien li tkun inbdiet it-terapija antiretrovirali kkombinata (TARK), jista’ jkun hemm reazzjoni infjammatorja bla sintomi għall-mikrobi opportunistiċi jew residwali li jwasslu għall-kundizzjonijiet kliniċi serji, jew li sintomi jmorru għall-agħar. Dawn ir-reazzjonijiet ġew osservati l-aktar spissi fl-ewwel ftit ġimgħat jew xhur mill-bidu tat-TARK. Eżempji rilevanti jinkludu retinite b’ċitomegalovirus, infezzjonijiet lokali jew mifruxa b’Mycobacterium, u pulmonite b’Pneumocystis carinii. Kull sintomu ta’ infjammazzjoni għandu jkun studjat u t-trattament jinbeda fejn hemm bżonn. Disturbi awtoimmuni (bħall-marda ta’ Graves) ġew irrapportati wkoll li jseħħu fl-ambjent ta’ riattivazzjoni immuni; madankollu, il-ħin irrapportat għall-bidu huwa aktar varjabbli u dawn l-avvenimenti jistgħu jseħħu bosta xhur wara l-bidu tal-kura.

Mard tal-fwied: Jekk lamivudine ikun qed jintuża fl-istess ħin għal kura ta' HIV u HBV, Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra dwar l-użu ta’ lamivudine għal kura ta’ infezzjoni ta' epatite B jinsab fl-SmPC ta’ lamivudine 100 mg. Pazjenti b’epatite kronika B jew Ċ li jkunu fuq terapija antiretrovirali kkombinata jkunu f'riskju akbar ta' avvenimenti avversi serji tal-fwied u li jistgħu ikunu fatali. Fil-każ li tkun qed tittieħed ukoll terapija antivirali fl-istess ħin għall-epatite B jew Ċ, jekk jogħġbok ara wkoll it-tagħrif relevanti dwar il-prodott għal dawn il-prodotti mediċinali.

Jekk Lamivudine Teva Pharma B.V. jitwaqqaf f'pazjenti ko-infettati bil-virus ta' epatite B, huwa rrakkomandat monitoraġġ perijodiku ta' testijiet għall-funzjoni tal-fwied u sustanzi li juru r-replikazzjoni ta' HBV, għaliex it-twaqqif ta’ lamivudine jista’ jikkawża li l-epatite tkompli tiħżien b’mod akut (ara l-SmPC ta’ lamivudine 100 mg).

Pazjenti li kienu diġa' jbatu b'disfunzjoni tal-fwied, inkluża l-epatite kronika attiva, ikollhom żieda fil- frekwenza ta' anormalitajiet fil-funzjoni tal-fwied waqt it-terapija kombinata antiretrovirali, u għandhom ikunu mmonitorjati skont il-prattika standard. Jekk f'dawn il-pazjenti jidhru xi sinjali li l- mard tal-fwied ikun sejjer għall-agħar, wieħed għandu jikkunsidra li l-kura titwaqqaf għal ftit jew

għal kollox (ara sezzjoni 4.8).

Osteonekrożi: Għalkemm il-kawża tista’ tkun minħabba ħafna fatturi, (li jinkludu l-użu ta’ kortikosterojdi, il-konsum ta’ alkoħol, immunosuppressjoni qawwija, indiċi ogħla ta’ piż tal-ġisem), każi ta’ osteonekrożi nstabu li huma partikolarment aktar komuni f’pazjenti b’HIV avvanzat u/jew użu ta’ terapija antiretrovirali kkombinata (TARK) fit-tul. Il-pazjenti għandhom ifittxu parir mediku jekk iħossu xi uġigħ jew ebusija fil-ġogi jew isibuha diffiċli biex jiċċaqalqu.

Lamivudine Teva Pharma B.V. m’għandux jittieħed ma’ prodotti mediċinali oħra li fihom lamivudine jew prodotti mediċinali li fihom emtricitabine (ara sezzjoni 4.5).

Il-kombinazzjoni ta’ lamivudine ma’ cladribine mhijiex rakkomandata (ara sezzjoni 4.5).

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Studji ta’ interazzjoni twettqu biss f’adulti.

Il-probabilità ta’ interazzjonijiet metaboliċi hi baxxa minħabba l-metaboliżmu u r-rabta tal-proteini mal-plażma limitati, u t-tneħħija kważi totali mill-kliewi.

L-għoti ta’ 160 mg/800 mg trimethoprim/sulfamethoxazole jirriżulta f'żieda ta' 40% fl-esponiment ta’ lamivudine, minħabba li fih trimethoprim; Ma kienx hemm interazzjonijiet ma’ sulfamethoxazole. Madankollu, sakemm il-pazjent ma jkollux indeboliment tal-kliewi, ma jkunx hemm bżonn ta' bdil fid-dożaġġ ta’ lamivudine (ara sezzjoni 4.2). Lamivudine m'għandu l-ebda effett fuq il-farmakokinetika ta’ trimethoprim jew ta’ sulfamethoxazole. Meta tinħass il-ħtieġa li jingħata flimkien ma’ co-trimaxozole, il-pazjenti għandhom ikunu mmonitorjati klinikament. L-għoti ta’ lamivudine flimkien ma' dożi qawwija ta co-trimoxazole għall-kura tal-pulmonite b’Pneumocystis carinii [PCP]) u toxoplażmożi għandu jiġi evitat.

Il-possibilità ta’ interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħra li jingħataw fl-istess ħin għandu jiġi kkonsidrat, b’mod partikolari meta l-passaġġ ewlieni ta’ eliminazzjoni jikkonsisti minn tnixxija attiva mill-kliewi permezz ta’ sistema ta’ trasport katajonika organika eż. trimethoprim. Prodotti mediċinali oħra (eż. ranitidine, cimetidine) ma jiġux eliminati b’mod sħiħ b’dan il-mekkaniżmu u nstab li ma jiġux affettwati b’lamivudine. L-analogi nukleosidi (eż. didanosine) bħal zidovudine, ma jiġux eliminati b’dan il-mekkaniżmu u probabilment ma jiġux affettwati b’lamivudine.

Żieda modesta f’Cmax (28%) ġiet osservata għal zidovudine meta ngħata flimkien ma’ lamivudine, madanakollu, l-espożizzjoni globali (AUC) ma ġietx mibdula b’mod sinifikanti. Zidovudine m’għandux effett fuq il-farmakokinetiċi ta’ lamivudine (ara sezzjoni 5.2).

Minħabba similaritajiet, Lamivudine Teva Pharma B.V. ma għandux jingħata b’mod konkomitanti ma’ analogi ta’ cytidine oħrajn bħal emtricitabine. Barra minn hekk, Lamivudine Teva Pharma B.V. ma għandux jittieħed ma’ prodotti mediċinali oħrajn li fihom lamivudine (ara sezzjoni 4.4).

In vitro lamivudine jinibixxi l-fosforilazzjoni intraċellulari ta’ cladribine u dan iwassal għal riskju potenzjali ta’ telf fl-effikaċja ta’ cladribine fil-każ ta’ kombinazzjoni fl-ambjent kliniku. Xi sejbiet kliniċi jappoġġaw ukoll interazzjoni possibbli bejn lamivudine u cladribine. Għaldaqstant, l-użu konkomittanti ta’ lamivudine ma’ cladribine mhuwiex rakkomandat (ara sezzjoni 4.4).

Il-metaboliżmu ta’ lamivudine ma jinvolvix CYP3A, li jagħmilha improbabbli li jkun hemm effetti fuq prodotti mediċinali li jiġu metabolizzati b’din is-sistema (eż. PI).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Bħala regola ġenerali, meta tabib jiddeċiedi li jagħti sustanzi antiretrovirali għall-kura ta’ infezzjoni tal-HIV f’nisa tqal u konsegwentament għat-tnaqqis tar-riskju ta’ trasmissjoni vertikali tal-HIV lit- tarbija li tkun għadha kif twieldet, id-dejta mill-annimali kif ukoll l-esperjenza klinika f’nisa tqal għandhom jiġu kkunsidrati. Studji fl-annimali b’lamivudine urew żieda fl-imwiet embrijoniċi bikrin fil-fniek iżda mhux fil-firien (ara sezzjoni 5.3). Fl-umani, intwera li jseħħ it-trasferiment ta’ lamivudine għal ġewwa l-plaċenta.

Aktar minn 1,000 riżultat mill-espożizzjoni fl-ewwel trimestru u aktar minn 1,000 riżultat mill- espożizzjoni fit-tieni u fit-tielet trimestru f’nisa tqal ma jindikaw ebda effett malformattiv jew effett fuq il-fetu/tarbija li tkun għadha kif twieldet. Lamivudine Teva Pharma B.V. jista’ jintuża matul it- tqala jekk dan ikun klinikament meħtieġ. Abbażi ta’ din id-dejta, ir-riskju malformattiv mhuwiex probabbli fil-bnedmin.

F’dawk il-pazjenti li huma infettati wkoll bl-epatite u li qed jirċievu kura b’lamivudine u sussegwentement joħorġu tqal, għandha tiġi kkunsidrata l-possibilità li terġa’ titfaċċa l-epatite kif iwaqqfu l-lamivudine.

Disfunzjoni tal-mitokondrija

Analogi nukleosidi u nukleotidi jikkawżaw ħsara mitokondrjali varjabbli kemm in vitro u kemm in vivo. Kien hemm rapporti ta’ disfunzjoni tal-mitokondrija fi trabi li kienu esposti in utero u/jew wara t-twelid għall-analogi nukleosidi (ara sezzjoni 4.4).

Treddigħ

Wara li ttieħed mill-ħalq lamivudine instab fil-ħalib tas-sider f'konċentrazzjonijiet simili għal dawk li kien hemm fis-serum. Abbażi ta’ aktar minn 200 par ta’ omm/wild ikkurati għall-HIV, il- konċentrazzjonijiet ta’ lamivudine fis-serum fi trabi mreddgħin ta’ ommijiet ikkurati għall-HIV huma baxxi ħafna (<4% tal-konċentrazzjonijiet fis-serum tal-omm) u progressivament jonqsu għal livelli mhux traċċabbli meta trabi mreddgħin jaslu fl-età ta’ 24 ġimgħa. Ma hemm ebda dejta disponibbli dwar is-sigurtà ta’ lamivudine meta mogħti lil trabi li għandhom inqas minn tliet xhur. Hu rrakkomandat li nisa nfettati bl-HIV taħt l-ebda ċirkostanza m'għandhom ireddgħu lit-trabi tagħhom biex ma jgħaddulhomx l-HIV.

Fertilità

Studji fl-annimali urew li lamivudine ma għandu ebda effett fuq il-fertilità (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin ġew rapportati waqt terapija għall-marda tal-HIV b’lamivudine:

Ir-reazzjonijiet avversi kkonsidrati li tal-anqas huma possibilment marbuta mat-trattament huma elenkati hawn isfel skont is-sistema tal-klassifika tal-organi u l-frekwenza assoluta. Il-frekwenzi huma mfissra hekk: komuni ħafna (≥1/10), komuni (≥1/100 sa <1/10), mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100), rari (≥1/10,000 sa <1/1,000) u rari ħafna (<1/10,000). F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l- effetti mhux mixtieqa huma mniżżla skont is-serjetà tagħhom, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel.

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

Mhux komuni: Newtropenja u anemija (kultant it-tnejn severi), tromboċitopenija. Rari ħafna: Aplasja pura taċ-ċelluli ħomor.

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Rari ħafna: Aċidożi lattika.

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni: Uġigħ ta’ ras, insomnija.

Rari ħafna: Newtopatija periferali (jew paraestesija).

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

Komuni: Sogħla, sintomi fl-imnieħer.

Disturbi gastro-intestinali

Komuni: Tqalligħ, remettar, uġigħ addominali jew brim, dijarea.

Rari: Pankreatite, livelli ogħla ta’ amylase fis-serum.

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Mhux komuni: żieda mhux permanenti fil-livelli tal-enzimi tal-fwied (AST, ALT). Rari: Epatite.

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Komuni: Raxx, alopeċja.

Rari: Angjoedima.

Disturbi muskolu-skeletrali u tal-connective tissue

Komuni: Artralġja, disturbi fil-muskoli.

Rari: Rabdomajoliżi.

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta' mnejn jingħata

Komuni: Għeja, telqa, deni.

Il-piż u l-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm jistgħu jiżdiedu matul terapija antiretrovirali (ara sezzjoni 4.4).

F’pazjenti infettati b’HIV li għandhom defiċjenza immunitarja severa fil-ħin tal-bidu tat-terapija antiretrovirali kkombinata (TARK), jista’ jkun hemm reazzjoni infjammatorja għall-infezzjonijiet opportunistiċi asintomatiċi jew residwali. Disturbi awtoimmuni (bħall-marda ta’ Graves) ġew irrapportati wkoll li jseħħu fl-ambjent ta’ riattivazzjoni immuni; madankollu, il-ħin irrapportat għall-bidu huwa aktar varjabbli u dawn l-avvenimenti jistgħu jseħħu bosta xhur wara l-bidu tal-kura (ara sezzjoni 4.4).

Ġew rapportati wkoll każijiet ta’ osteonekrosi, partikolarment f’pazjenti li għandhom fatturi ta’ riskju rikonoxxuti, mard tal-HIV avvanzat jew espożizzjoni fuq tul ta’ żmien għal terapija antiretrovirali kkombinata (CART). Il-frekwenza ta’ din mhix magħrufa (ara sezzjoni 4.4).

Popolazzjoni pedjatrika

1,206 pazjenti pedjatriċi infettati bl-HIV li kellhom bejn 3 xhur u 17-il sena ġew irreġistrati fil-Prova ARROW (COL105677), 669 minnhom ingħataw abacavir u lamivudine darba jew darbtejn kuljum (ara sezzjoni 5.1). Ma ġiet identifikata ebda kwistjoni ta’ sigurtà addizzjonali f’individwi pedjatriċi li rċevew dożaġġ ta’ darba jew darbtejn kuljum meta mqabbel mal-adulti.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Studji ta' każi akuti ta' dożi f'livelli qawwijin ħafna ta' lamivudine fl-annimali ma rriżultawx f'xi avvelenament ta' xi organu. Jeżisti xi tagħrif limitat dwar il-konsegwenzi akuti mit-teħid ta' dożi eċċessivi mill-bniedem. Ma kien hemm ebda fatalitajiet, u l-pazjenti fiequ. Ma rriżultaw ebda sinjali speċifiċi wara t-teħid ta' dożi eċċessivi bħal dawn.

Fil-każ ta' doża eċċessiva l-pazjent għandu jiġi monitorjat, u jingħata trattament ta' sostenn standard kif meħtieġ. Billi l-lamivudine jippermetti dijalisi, fit-trattament ta' doża eċċessiva tista' tintuża dijalisi kontinwa tad-demm, għalkemm dan għadu ma ġiex studjat.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: analogu nukleoside, Kodiċi ATC: J05AF05

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Lamivudine huwa analogu nuklejosida li għandu attività kontra l-virus ta' immunodefiċjenza fil-bniedem (HIV) u l-epatite B (HBV). Huwa jiġi metabolizzat fiċ-ċelluli, għas-sustanza attiva, lamivudine 5'- trifosfat (TP). Il-metodi prinċipali ta' azzjoni tiegħu huwa li jwaqqaf il-katina tar-reverse transcription tal-virus. It-trifosfat għandu attività inibitorja selettiva kontra r-replikazzjoni in vitro ta' l-HIV-1 u l-HIV-2; lamivudine hu wkoll attiv kontra iżolati kliniċi ta' l-HIV li huma reżistenti għal zidovudine. Ma deher ebda effett antiagonistiku in vitro b’lamivudine u b’antiretrovirali oħrajn (aġenti ttestjati: abacavir, didanosine, nevirapine u zidovudine).

Reżistenza

Ir-reżistenza ta’ HIV-1 għal lamivudine tinvolvi l-iżvilupp ta' bidla fl-aċidu amminiku M184V qrib is-sit attiv tar-reverse transcriptase (RT) tal-virus. Dan il-varjant joħroġ kemm in vitro kif ukoll f'pazjenti infettati bl-HIV-1 li jkunu fuq terapija antiretrovirali li tinkludi lamivudine. Mutanti tal-M184V juru suxxettibilta' mnaqqsa ħafna għal lamivudine u juru tnaqqis tal-ħila replikattiva virali in vitro. Studji in vitro jindikaw li iżolati tal-virus reżistenti għal zidovudine jistgħu isiru sensittivi għal zidovudine meta fl-istess ħin jiżviluppaw reżistenza għal lamivudine. Madankollu, ir-relevanza klinika ta' dawn ir-riżultati tibqa' mhux definita tajjeb.

Tagħrif in vitro għandu t-tendenza li juri li l-kontinwazzjoni ta' lamivudine f’sistema ta’ kura antiretrovirali minkejja li l-iżvilupp ta’ M184V jista’ jipprovdi attività antiretrovirali residwa (li tista’ tiġri minħabba li l-virus ma jibqax jiffunzjona sewwa). Ir-rilevanza klinika ta’ dawn ir-riżultati mhix stabbilita. Infatti, id-data klinika disponibbli hija limitata ħafna u ma tistax tikkonkludi konklużjoni affidabbli f’dawn iċ-ċirkustanzi. F’kull ċirkostanza, huwa dejjem preferibbli li jinbdew NRTI suxxettibli għal terapija mantenuta b'lamivudine. Għaldaqstant, għandha tiġi kkunsidrata terapija mantenuta b’lamivudine minkejja li titfaċċa mutazzjoni ta’ M184V biss fejn l- ebda NRTI attiv iehor ma jkun disponibbli.

Ir-reżistenza inkroċjata li jagħti l-M184V RT hi limitata fil-grupp tal-inibitur nukleosidi ta' prodotti antiretrovirali. Zidovudine u stavudine iżommu l-attivitajiet antiretrovirali tagħhom kontra l-HIV-1 li jkunu reżistenti għal lamivudine. Abacavir iżomm l-attivitajiet antiretrovirali tiegħu kontra l-HIV-1 li jkun jirreżisti għal lamivudine waqt li jżomm biss il-mutazzjoni M184V. Il-mutant M184V RT juri tnaqqis ta' <4 darbiet fis-suxxettibilta' tiegħu għal didanosine; l-importanza klinika ta' dawn is-sejbiet mhix magħrufa. It-testjar tas-suxxettibilta' in vitro ma ġiex standardizzat u r- riżultati jistgħu ivarjaw skont kif isiru t-testijiet.

Lamivudine juri ċitotossiċita' baxxa għal-limfoċiti periferali tad-demm, għal-linji ta' ċelluli stabbiliti ta' limfoċiti u monoċiti-makrofagi, u għal varjeta' ta' ċelluli proġenituri tal-mudullun in vitro.

Effikaċja klinika u sigurtà

Waqt provi kliniċi, lamivudine mogħti flimkien ma’ zidovudine wera li jnaqqas mill-ammont ta' kkargar virali tal-HIV-1 u jżid l-għadd taċ-ċelluli CD4. L-informazzjoni klinika ta' l-aħħar stadju tindika li lamivudine mogħti flimkien ma’ zidovudine jirriżulta fi tnaqqis konsiderevoli tar-riskju li l-marda tmur għall-agħar jew li tirriżulta f'mewt.

Evidenza minn studji kliniċi turi li meta lamivudine u zinovudine jittieħdu flimkien, idumu aktar biex jitfaċċaw iżolati reżistenti għal zidovudine f'dawk li qabel ma kinux ħadu terapija antiretrovirali.

Lamivudine ġie użat b’mod mill-aktar komuni bħala komponent f’terapija ta’ kombinazzjoni antiretrovirali ma’ sustanzi antiretrovirali oħra tal-istess kategorija (NRTIs) jew kategoriji oħra (PIs, inibituri ta’non-nucleoside reverse transcriptase).

Terapija antiretrovirali b’diversi mediċini li fiha lamivudine intweriet li hija effettiva f’pazjenti inkonsapevoli li qed jieħdu mediċina antiretrovirali kif ukoll f’pazjenti b’virusus li fihom il- mutazzjonijiet ta’ M184V.

Ir-relazzjoni bejn suxxetibilità in vitro ta’ HIV għal lamivudine u r-rispons kliniku għal terapija li fiha lamivudine tibqa’ tiġi mistħarrġa.

Lamivudine f'doża ta' 100 mg kuljum intwera wkoll li hu effettiv fil-kura ta' pazjenti adulti li jbatu minn infezzjoni kronika ta' HBV (għad-dettalji tal-istudji kliniċi, ara t-tagħrif għall-preskrizzjoni għal lamivudine 100 mg). Madankollu, għall-kura tal-infezzjoni ta’ HIV biss, doża ta' 300 mg kuljum ta' lavimudine (flimkien ma' prodotti antiretrovirali oħra) irriżulta li kienet effikaċi.

Lamivudine ma ġiex mistħarreġ speċifikament f'pazjenti bl-HIV ko-infettati bl-HBV.

Doża ta’ darba kuljum (300 mg darba kuljum): Studju kliniku wera li m’hemmx differenza jekk lamivudine jittieħixdx fi programm ta’ terapija ta’ darba kuljum jew ta’ darbtejn kuljum. Dawn ir- riżultati kienu miksuba f’popolazzjoni inkonsapevoli li qed tieħu mediċina antiretrovirali, u li prinċipalment tikkonsisti minn pazjenti asintomatiċi infettati b’HIV (CDC stadju A).

Popolazzjoni pedjatrika

Twettaq paragun randomizzat ta’ reġimen li jinkludi dożaġġ ta’ darba kuljum kontra dożaġġ ta’ darbtejn kuljum ta’ abacavir u lamivudine bi studju kkontrollot, randomizzat, multiċentriku, ta’ pazjenti pedjatriċi infettati bl-HIV. 1,206 pazjenti pedjatriċi li kellhom bejn 3 xhur sa 17-il sena rreġistraw fil-Prova ARROW (COL105677) u ngħataw dożi skont ir-rakkomandazzjonijiet għad- dożaġġ tal-piż u l-faxxa fil-linji gwida għall-kura tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (Terapija antiretrovirali tal-infezzjoni tal-HIV fi trabi u tfal, 2006). Wara 36 ġimgħa fuq reġimen li jinkludi abacavir u lamivudine darbtejn kuljum, 669 individwu eliġibbli kienu randomizzat biex ikomplu b’dożaġġ ta’ darbtejn kuljum jew jeqilbu għal abacavir u lamivudine darba kuljum għal tal-inqas 96 ġimgħa. Ta’ min jinnota, minn dan l-istudju, li ma kienx hemm dejta klinika disponibbli għal tfal li għandhom inqas minn sena. Ir-riżultati huma miġburin fil-qosor fit-tabella ta’ hawn taħt:

Rispons Viroloġiku Bbażat fuq HIV-1 RNA fil-Plażma inqas minn 80 kopja/mL f’Ġimgħa 48 u Ġimgħa 96 fir-randomizzazzjoni ta’ abacavir + lamivudine Darba Kuljum kontra Darbtejn Kuljum ta’ ARROW (Analiżi Osservata)

 

Darbtejn Kuljum

Darba Kuljum

 

N (%)

N (%)

Ġimgħa

0 (Wara ≥36 Ġimgħa ta’

Kura)

RNA ta’ HIV-1 fil-

250/331 (76)

237/335 (71)

Plażma <80 c/mL

 

 

Differenza fir-riskju

-4.8% (95% CI -11.5% to +1.9%), p=0.16

 

 

(darba kuljum-darbtejn kuljum)

Ġimgħa 48

RNA ta’ HIV-1 fil-

242/331 (73)

236/330 (72)

Plażma <80 c/mL

 

 

Differenza fir-riskju

-1.6% (95% CI -8.4%

to +5.2%), p=0.65

(darba kuljum-darbtejn

 

 

kuljum)

 

 

 

Ġimgħa 96

 

RNA ta’ HIV-1 fil-

234/326 (72)

230/331 (69)

Plażma <80 c/mL

 

 

Differenza fir-riskju

-2.3% (95% CI -9.3% to +4.7%), p=0.52

(darba kuljum-darbtejn

 

 

kuljum)

 

 

Fi studju farmakokinetiku (PENTA 15), erba’ individwi kkontrollati viroloġikament li kellhom inqas minn 12-il xahar qalbu minn reġimen ta’ soluzzjoni orali darbtejn kuljum għal darba kuljum ta’ abacavir flimkien ma’ lamivudine. Tliet individwi kellhom tagħbija virali li ma setgħetx titkejjel u wieħed kellu HIV-RNA plażmatika ta’ 900 kopja/mL wara Ġimgħa 48. Ma kien osservat l-ebda tħassib dwar is-sigurtà f’dawn l-individwi.

Il-grupp ta’ dożaġġ ta’ darba kuljum ta’ abacavir + lamivudine ntwera li mhuwiex inferjuri għal grupp ta’ dożaġġ ta’ darbtejn kuljum skont il-marġni ta’ nuqqas ta’ inferjorità speċifikat minn qabel ta’ -12%, għall-punt ta’ tmiem primarju ta’ <80 c/mL f’Ġimgħa 48 kif ukoll f’Ġimgħa 96 (punt ta’ tmiem sekondarju) u l-livelli ta’ limitu l-oħrajn kollha li ġew ittestjati (<200 c/mL, <400 c/mL, <1,000 c/mL), li kollha waqgħu sew f’dan il-marġni ta’ nuqqas ta’ inferjorità. L-ittestjar tal-analiżi tas-sottogrupp għall-eteroġeniċità ta’ dożaġġ ta’ darba kuljum kontra darbtejn kuljum ma wera l- ebda effett sinifikanti fuq is-sess, l-età, jew it-tagħbija virali fir-randomizzazzjoni. Il-konklużjonijiet appoġġjaw in-nuqqas ta’ inferjorità irrispettivament mill-metodu ta’ analiżi.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Lamivudine hu assorbit sew mill-parti gastrointestinali, u l-bijodisponibilità ta' lamivudine li jittieħed mill-ħalq minn adulti hi normalment bejn 80 u 85%. Wara li din il-mediċina tkun ittieħdet mill-ħalq, il-ħin medju (tmax) għal konċentrazzjonijiet massimi (Cmax) ta' serum hu ta' madwar siegħa.

Minn tagħrif miġbur minn studju li sar fuq voluntieri b’saħħithom, f’doża terapewtika ta’ 150 mg li ngħatat darbtejn kuljum, l-istadju fiss medju (CV) ta’ Cmax u Cmin ta’ lamivudine fil-plażma kienu ta’ 1.2 µg/mL (24%) u 0.09 µg/mL (27%), rispettivament. L-AUC medju (CV) fuq intervall ta’ dożaġġ għal 12-il siegħa hu 4.7 µg•h/mL (18%). F’doża terapewtika ta’ 300 mg li tingħata darba kuljum, l- istadju fiss medju (CV) ta’ Cmax, Cmin u l-AUC fuq 24 siegħa huma 2.0 µg/mL (26%), 0.04 µg/mL (34%) u 8.9 µg•h/mL (21%), rispettivament.

Il-pillola ta’ 150 mg hi bijoekwivalenti u proporzjonali fid-doża għall-pillola ta’ 300 mg fir-rigward tal-AUC∞, Cmax, and tmax. L-għoti tal-pilloli ta’ lamivudine huwa bijoekwivalenti għas-soluzzjoni orali ta’ lamivudine fir-rigward tal-AUC u s-Cmax fl-adulti. Ġew osservati differenzi fl-assorbiment bejn il-popolazzjoni tal-adulti u dik pedjatrika (ara Popolazzjonijiet speċjali).

It-teħid ta' lamivudine mal-ikel irriżulta f'dewmien ta' tmax u ta' Cmax aktar baxx (tnaqqas b’ 47%). Madankollu, l-ammont (bażata fuq l-AUC) ta' lamivudine assorbit ma ġietx influwenzata.

It-teħid ta’ pilloli mfarrka b’ammont żgħir ta’ ikel semi-solidu jew likwidu ma jkunx mistenni li jkollu effett fuq il-kwalita’ farmaċewtika, u għalhekk ma jkunx mistenni li jbiddel l-effett kliniku. Din il- konklużjoni hija bbażata fuq id-data fiżikokimika u farmakokinetika meta wieħed jassumi li l-pazjent ifarrak u jittrassferixxi 100% tal-pillola u jeħodha mill-ewwel.

L-għoti wkoll ta’ zidovudine rriżulta f’żieda ta’ 13% fl-espożizzjoni ta’ zidovudine u żieda ta’ 28% fl-ogħla livelli fil-plażma. Dan mhux ikkonsidrat li hu ta’ sinifikat għas-sigurtà tal-pazjenti u għalhekk l-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ.

Distribuzzjoni

Studji ta' ġol-vini juru li l-volum medju ta' distribuzzjoni hu 1.3 L/kg. Il-ħalf-life osservat ta’ eliminazzjoni hu ta’ bejn 5 sa 7 sigħat. It-tneħħija sistemika medja ta’ lamivudine hi madwar 0.32 L/h/kg , prinċipalment bi tneħħija mill-kliewi (>70%) permezz tas-sistema tat-trasport katijoniku organiku.

Lamivudine juri farmakokinetiċi lineari fuq il-medda ta' dożi terapewtiċi u juri rabta limitata mal- proteina ewlenija fil-plażma, l-albumina (<16%-36% għal albumina fis-serum fi studji in vitro).

Tagħrif limitat juri li lamivudine jidħol fis-sistema ċentrali nervuża u jilħaq il-fluwidu ċerebrospinali (CSF). Il-proporzjon medju ta' konċentrazzjoni ta' CSF/lamivudine fis-serum minn sagħtejn sa erba' siegħat wara li jittieħed mill-ħalq kien bejn wieħed u ieħor ta' 0.12. Il-firxa vera ta’ penetrazzjoni jew relazzjoni b’effikaċja klinika mhix magħrufa.

Bijotrasformazzjoni

Il-moijetà attiva, intraċellulari ta’ lamivudine triphosphate, għandha half-life mtawwla fiċ-ċella (16 sa 19-il siegħa) meta mqabbal mal-ħalf-life ta’ lamivudine fil-plażma (5 sa 7 sigħat). F’60 volontier adult b’saħħithom, pillola ta’ Lamivudine 300 mg li tingħata darba kuljum instabet li hi farmakinetikament ekwivalenti fi stadju fiss għal żewġ pilloli ta’ lamivudine 150 mg li jingħataw kuljum fir-rigward ta’ AUC24 u Cmax għal trifosfat intraċellulari.

Lamivudine jitneħħa prinċipalment permezz ta' eliminazzjoni mill-kliewi bħala sustanza mhix mibdula. Ftit hemm probabiltà ta' azzjoni metabolika reċiproka ta’ lamivudine ma’ prodotti mediċinali oħra minħabba l-okkorrenza baxxa (5-10%) ta' metaboliżmu tal-fwied u taqgħid baxx mal-proteina fil-plażma.

Eliminazzjoni

Studji li saru f'pazjenti b’indeboliment tal- kliewi juru li t-tneħħija ta’ lamivudine mill-ġisem tiġi affettwata jekk il-kliewi ma jkunux qed jaħdmu sew. Hemm bżonn li titnaqqas id-doża f'pazjenti li t-tneħħija tal-krejatinina tagħhom tkun ˂50 mL/min (ara sezzjoni 4.2).

L-effetti fuq trimethoprim, kostitwent ta’ co-trimoxazole, jikkawżaw żieda ta’ 40% fl-espożizzjoni ta’ lamivudine f’dożi terapewtiċi. Dan ma jeħtieġ ebda aġġustament fid-doża għajr meta l-pazjent ikollu wkoll indeboliment fil-kliewi (ara sezzjonijiet 4.5 u 4.2). L-għoti ta’ co-trimoxazole ma’ lamivudine f’pazjenti b’indeboliment renali għandu jiġi assessjat b’attenzjoni.

Popolazzjonijiet speċjali

Tfal: Il-bijodisponibbiltà assoluta ta’ lamivudine (madwar 58-66%) kienet inqas f’pazjenti pedjatriċi li kellhom inqas minn 12-il sena. Fit-tfal, l-għoti ta’ pilloli wassal għal AUCu Cmax ta’ lamivudine fil-plażma ogħla mis-soluzzjoni orali. It-tfal li jirċievu s-soluzzjoni orali ta’ lamivudine skont ir- reġimen ta’ dożaġġ rakkomandat jilħqu espożizzjoni ta’ lamivudine fil-plażma fil-medda tal-valuri osservati fl-adulti. It-tfal li jirċievu pilloli orali ta’ lamivudine skont ir-reġimen ta’ dożaġġi rakkomandat jilħqu espożizzjoni ta’ lamivudine fil-plażma ogħla minn tfal li jirċievu soluzzjoni orali peress li jingħataw dożi ta’ mg/kg ogħla bil-formolazzjonijiet tal-pilloli u l-għamla ta’ pilloli għandha bijodisponibbiltà ogħla (ara sezzjoni 4.2). L-istudji dwar il-farmakokinetika pedjatrika kemm bis-soluzzjoni orali kif ukoll bil-formolazzjonijiet tal-pilloli wrew li dożaġġ ta’ darba kuljum jipprovdi AUC0-24 ekwivalenti għal darbtejn kuljum id-dożaġġ tal-istess doża totali ta’ kuljum.

Hemm tagħrif farmakokinetiku limitat dwar pazjenti li għandhom inqas minn tliet xhur. Fi trabi ta’ ġimgħa, it-tneħħija ta’ lamivudine li ttieħed mill-ħalq kienet mnaqqsa meta mqabbla ma’ pazjenti pedjatriċi u x’aktarx hija dovuta għal funzjoni tal-kliewi li għadha ma żviluppatx biżżejjed u assorbiment varjabbli. Għalhekk, sabiex ikun hemm espożizzjoni adulta u pedjatrika simili, id-doża xierqa għal trabi li għadhom jitwieldu hi ta’ 4 mg/kg/jum. L-istimi tal-filtrazzjoni glomerulari jissuġerixxu li sabiex ikun hemm espożizzjoni adulta u pedjatrika simili, id-doża xierqa għal tfal li għandhom sitt ġimgħat u aktar tista tkun ta’ 8 mg/kg/jum.

Id-dejta farmakokinetika ġiet derivata minn 3 studji farmakokinetiċi (PENTA 13, PENTA 15 u Sottostudju PK ARROW) li għalih irreġistraw tfal li għandhom inqas minn 12-il sena. Id-dejta hija murija fit-tabella ta’ hawn taħt:

Sommarju tal-AUC ta’ Lamivudine fil-Plażma fi Stat Fiss (0-24) (µg•h/mL) u Paraguni Statistiċi għal Għoti Orali ta’ Darba Kuljum u Darbtejn Kuljum fl-Istudji Kollha

 

 

Medja

Medja

Proporzjon

Studju

Grupp ta’

Ġeometrika ta’

Ġeometrika ta’

Medju ta’ GLS

 

Etajiet

Dożaġġ ta’

Dożaġġ ta’

ta’ Paragun bejn

 

 

Darba Kuljum

Darbtejn

Dożaġġ ta’

 

 

ta’ Lamivudine

Kuljum ta’

Darba Kuljum u

 

 

8 mg/kg (95%

Lamivudine

Darbtejn

 

 

Cl)

4 mg/kg (95%

Kuljum (90%

 

 

 

Cl)

Cl)

Sottostudju PK

3 sa 12-il sena

13.0

12.0

1.09

ARROW

(N=35)

(11.4,14.9)

(10.7, 13.4)

(0.979, 1.20)

Parti 1

 

 

 

 

PENTA 13

2 sa 12-il sena

9.80

8.88

1.12

 

(N=19)

(8.64, 11.1)

(7.67, 10.3)

(1.03, 1.21)

PENTA 15

3 sa 36 xahar

8.66

9.48

0.91

 

(N=17)

(7.46, 10.1)

(7.89, 11.40)

(0.79, 1.06)

Fi studju PENTA 15, il-medja ġeometrika ta’ AUC ta’ lamivudine fil-plażma (0-24) (95% CI) tal- erba’ individwi li għandhom inqas minn 12-il xahar li jeqilbu minn reġimen ta’ dożaġġ ta’ darbtejn kuljum għal wieħed ta’ darba kuljum (ara sezzjoni 5.1) hija 10.31 (6.26, 17.0) µg•h/mL fid-dożaġġ ta’ darba kuljum u 9.24 (4.66, 18.3) µg•h/mL) fid-dożaġġ ta’ darbtejn kuljum.

Tqala: Wara li ttieħed mill-ħalq, il-farmakokinetka ta’ lamivudine kien l-istess bħal dawk ta' nisa mhux tqal.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

It-teħid ta' lamivudine f'dożi kbar fi studji dwar tossiċità fl-annimali ma wera ebda tossiċità serja ta' xi organi. Fl-ogħla livelli ta' dożaġġ, dehru xi effetti żgħar fuq indikaturi tal-funzjonament tal-fwied u l- kliewi flimkien ma' xi tnaqqis fil-piżijiet tal-fwied. Tnaqqis ta' eritroċiti kif ukoll newtropenija ġew identifikati bħala l-effetti l-iktar probabbli ta' relevanza klinika.

Lamivudine ma kienx mutaġeniku f'testijiet ta' batterji, biss bħal ħafna analogi nukleosidi wera attività f'assaġġ ċitoġenetiku in vitro u f'analiżi ta' limfoma fil-ġurdien. Lamivudine ma kienx ġenotossiku in vivo f'dożi li rriżultaw f'konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ 40-50 darba iktar mil-livelli ta' plażma klinika antiċipati. Billi l-attività mutaġenika ta’ lamivudine ma setgħetx tiġi konfermata b'testijiet in vitro, jista' jiġi konkluż li lamivudine m'għandux ikun ta' riskju ġenotossiku għal pazjenti li jkunu qed jieħduh.

Studju dwar jekk il-ġenotossiċita' taqbiżx il- plaċenta f'xadini qabbel zidovudine waħdu ma' taħlita ta' zidovudine u lamivudine f'esponimenti ekwivalenti għal dawk fil-bniedem. L-istudju wera li feti

esposti in utero għat-taħlita spiċċaw b'livell ogħla ta' analogi nukleosidi inkorporati ma’ DNA f'organi multipli tal-feti, u wera sinjali ta' telomere iqsar minn dawk esposti biss għal zidovudine. L- importanza klinika ta' dawn is-sejbiet mhix magħrufa.

Ir-riżultati ta' studji karċinoġeniċi fit-tul ta’ lamivudine fil-firien u ġrieden ma wrewx potenzjal karċinoġeniku rilevanti għall-bniedem.

Studju tal-fertilità fil-firien wera li lamivudine ma kellu ebda effett fuq il-fertilità tal-irġiel jew tan- nisa.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Il-ġewwieni tal-pillola

Microcrystilline cellulose

Sodium starch glycolate (Tip A)

Magnesium Stearate

Ir-rita tal-kisi tal-pillola

Hypromellose 3cP

Hypromellose 6cP

Titanium dioxide

Macrogol 400

Polysorbate 80

Iron oxide yellow

Iron oxide black

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folji

Folji bojod opaki tal-PVC/PVdC-Aluminju

Daqsijiet ta’ pakketti li fihom 20, 30, 60, 80, 90, 100 jew 500 pillola miksija b’rita

Kontenituri tal-pilloli

Kontenituri tal-pilloli opaki bojod tal-HDPE b’għatu tal-kamin abjad opaki tal-polyethylene reżistenti għall- ftuħ mit-tfal b’siġill tal-induzzjoni.

Lamivudine Teva Pharma B.V. 150 mg pilloli miksija b’rita: Kontenitur ta’ 50 mL li fih 60 pillola miksija b’rita.

Lamivudine Teva Pharma B.V. 300 mg pilloli miksija b’rita: Kontenitur ta’ 60 mL li fih 30 pillola miksija b’rita.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi

L-ebda ħtiġijiet speċjali għar-rimi.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Teva B.V.

Swensweg 5

2031GA Haarlem

L-Olanda

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Lamivudine Teva Pharma B.V. 150 mg pilloli miksija b’rita

EU/1/09/596/001

20 pillola (folji)

EU/1/09/596/002

30 pillola (folji)

EU/1/09/596/003

60 pillola (folji)

EU/1/09/596/004

90 pillola (folji)

EU/1/09/596/005

100 pillola (folji)

EU/1/09/596/006

500 pillola (folji)

EU/1/09/596/007

60 pillola (flixkun)

EU/1/09/596/015

80 pillola (folji)

Lamivudine Teva Pharma B.V. 300 mg pilloli miksija b’rita

EU/1/09/596/008

20 pillola (folja)

EU/1/09/596/009

30 pillola (folja)

EU/1/09/596/010

60 pillola (folja)

EU/1/09/596/011

90 pillola (folja)

EU/1/09/596/012

100 pillola (folja)

EU/1/09/596/013

500 pillola (folja)

EU/1/09/596/014

30 pillola (flixkun)

EU/1/09/596/016

80 pillola (folja)

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 10 ta’ Diċembru 2009

Data tal-aħħar tiġdid: 11 Settembru 2014

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

{XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati