Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Lamivudine Teva Pharma B.V. (lamivudine) – Fuljett ta’ tagħrif - J05AF05

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaLamivudine Teva Pharma B.V.
Kodiċi ATCJ05AF05
Sustanzalamivudine
ManifatturTeva B.V.  

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Lamivudine Teva Pharma B.V. 150 mg pilloli miksija b’rita lamivudine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Lamivudine Teva Pharma B.V. u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V.

3.Kif għandek tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V.

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Lamivudine Teva Pharma B.V.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

Lamivudine Teva Pharma B.V. jintuża biex jikkura l-infezzjoni bl-HIV (virus tal- immunodefiċjenza umana) fl-adulti u fit-tfal.

Is-sustanza attiva f’Lamivudine Teva Pharma B.V. hija lamivudine. Lamivudine Teva Pharma B.V. huwa tip ta’ mediċina magħrufa wkoll bħala antiretrovirali. Huwa jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa nucleoside reverse transcriptase inhibitors (NRTIs).

Lamivudine Teva Pharma B.V. ma jfejjaqx għal kollox l-infezzjoni bl-HIV; huwa jnaqqas l- ammont ta' virus fil-ġisem, u jżommu f'livell baxx. Huwa jżid ukoll l-għadd taċ-ċelluli CD4 fid- demm. Iċ-ċelluli CD4 huma tip ta' ċelluli tad-demm bojod, li huma importanti biex jgħinu l-ġisem jiġġieled l-infezzjoni.

Mhux kulħadd jirrispondi għall-kura b’Lamivudine Teva Pharma B.V. bl-istess mod. It-tabib tiegħek jimmonitorja kemm hija effettiva l-kura.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V.

Tiħux Lamivudine Teva Pharma B.V.

jekk inti allerġiku għal lamivudine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6)

Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk inti taħseb li dan japplika għalik.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V.

Xi persuni li jieħdu Lamivudine Teva Pharma B.V. jew taħlita oħra ta’ kuri għall-HIV għandhom riskju akbar ta’ effetti sekondarji serji. Inti għandek tkun taf li hemm riskji iżjed mis-soltu:

jekk inti qatt kellek mard tal-fwied, li jinkludi l-epatite B jew C (jekk għandek infezzjoni tal- epatite B, tiqafx tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V. mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek, minħabba li l-epatite tista’ titfaċċa mill-ġdid).

jekk inti għandek piż żejjed b’mod gravi (speċjalment jekk inti mara)

jekk inti jew ibnek/bintek għandkom mard tal-kliewi, jista’ jkun hemm bżonn li tinbidillek id-doża.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk kwalunkwe waħda minn dawn tapplika għalik. Inti jista’ jkollok bżonn iżjed check-ups minn ħaddieħor, li jinkludu testijiet tad-demm, waqt li tkun qed tieħu din il- mediċina. Ara sezzjoni 4 għal aktar informazzjoni.

Oqgħod attent għal sintomi importanti

Xi persuni li jieħdu mediċini għall-infezzjoni bl-HIV jiżviluppaw kundizzjonijiet oħra, li jistgħu jkunu serji. Inti għandek bżonn tkun taf dwar sinjali u sintomi importanti li għandek toqgħod attent għalihom waqt li tkun qed tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V.

Aqra l-informazzjoni ‘Effetti sekondarji possibbli b’terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV’ f’sezzjoni 4 ta’ dan il-fuljett.

Ipproteġi persuni oħra

Infezzjoni bl-HIV tinfirex permezz ta’ kuntatt sesswali ma’ xi ħadd li jkollu l-infezzjoni, jew bit- trasferiment ta’ demm infettat (per eżempju, billi wieħed juża labar għall-injezzjoni wara ħaddieħor). Xorta tista’ titrasmetti l-HIV waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jitbaxxa b’terapija antiretrovirali effettiva. Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tevita li tinfetta lil nies oħrajn.

Mediċini oħra u Lamivudine Teva Pharma B.V.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra li jinkludu mediċini magħmulin mill-ħxejjex jew mediċini oħrajn li inti xtrajt mingħajr riċetta.

Ftakar biex tgħid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk inti tibda tieħu mediċina ġdida waqt li tkun qed tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V..

Dawn il-mediċini m’għandhomx jintużaw ma’ Lamivudine Teva Pharma B.V.:

mediċini oħra li fihom lamivudine, (jintużaw biex jikkuraw infezzjoni bl-HIV jew infezzjoni tal-epatite B).

emtricitabine (jintuża biex jikkura infezzjoni bl-HIV).

dożi għoljin ta’ co-trimoxazole, antibijotiku.

cladribine (użat għall-kura ta’ lewkimja ta’ ċelloli sufin).

Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tiġi kkurat bi kwalunkwe waħda minn dawn.

Tqala

Jekk inti tqila, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek dwar ir-riskji u l-benefiċċji għalik u għat-tarbija tiegħek jekk tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V..

Lamivudine Teva Pharma B.V. u mediċini jixbhuh jistgħu jikkawżaw effetti sekondarji fi trabi li għadhom fil-ġuf. Jekk ħadt Lamivudine Teva Pharma B.V. waqt it-tqala tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jitolbok tagħmel testijiet tad-demm regolari u testijiet dijanjostiċi oħra sabiex jimmonitorja l- iżvilupp tat-tarbija tiegħek. Fi tfal li ommijiethom kienu ħadu NRTIs waqt it-tqala, il-benefiċċju mill-protezzjoni kontra l-HIV kien akbar mir-riskju tal-effetti sekondarji.

Treddigħ

Nisa li huma pożittivi għal HIV m’għandhomx ireddgħu, minħabba li l-infezzjoni bl-HIV tista’ tgħaddi lit-tarbija mill-ħalib tas-sider.

Ammont żgħir tal-ingredjenti f’Lamivudine Teva Pharma B.V. jista’ jgħaddi wkoll fil-ħalib tas-sider tiegħek.

Jekk qed tredda’, jew qed taħseb biex tredda’: Kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Lamivudine Teva Pharma B.V. x’aktarx ma jaffettwax il-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni.

3.Kif għandek tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V.

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Ibla’ l-pilloli ma’ ftit ilma. Lamivudine Teva Pharma B.V. jista’ jittieħed ma’ l-ikel jew mingħajru.

Jekk ma tistax tibla’ l-pilloli sħaħ, tista’ tfarrakhom u tħallathom ma’ ftit ikel jew ma’ xarba, u tieħu d-doża kollha minnufih.

Żomm kuntatt regolari mat-tabib tiegħek

Lamivudine Teva Pharma B.V. jgħin biex jikkontrolla l-kundizzjoni tiegħek. Inti għandek bżonn tibqa’ tieħdu kuljum biex iżżomm il-marda milli tmur għall-agħar. Inti xorta tista’ tiżviluppa infezzjonijiet u mard ieħor marbut mal-infezzjoni bl-HIV.

Żomm kuntatt mat-tabib tiegħek u tiqafx tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V. mingħajr il- parir tat-tabib tiegħek.

Kemm għandek tieħu

Adulti, adolexxenti u tfal li jiżnu tal-inqas 25 kg

Id-doża tas-soltu ta’ Lamivudine Teva Pharma B.V. hija 300 mg kuljum. Din tista’ tittieħed bħala pillola waħda ta’ 150 mg darbtejn kuljum (bejn wieħed u ieħor 12-il siegħa bejn kull doża), jew żewġ pilloli ta’ 150 mg darba kuljum kif rakkomandat mit-tabib tiegħek.

Tfal li jiżnu tal-inqas 20 kg u inqas minn 25 kg

Id-doża tas-soltu ta’ Lamivudine Teva Pharma B.V. hija 225 mg kuljum. Din tista’ tingħata bħala 75 mg (nofs pillola ta’ 150 mg) filgħodu u 150 mg (pillola sħiħa ta’150 mg) filgħaxija, jew 225 mg (pillola u nofs ta’ 150 mg) darba kuljum kif rakkomandat mit-tabib tiegħek.

Tfal li jiżnu tal-inqas 14 kg u inqas minn 20 kg

Id-doża tas-soltu ta’ Lamivudine Teva Pharma B.V. hija 150 mg kuljum. Din tista’ tingħata bħala 75 mg (nofs pillola ta’ 150 mg) darbtejn kuljum (bejn wieħed u ieħor 12-il siegħa bejn kull doża), jew 150 mg (pillola ta’150 mg waħda) darba kuljum kif rakkomandat mit-tabib tiegħek.

Soluzzjoni orali hija wkoll disponibbli għall-kura ta’ tfal li għandhom aktar minn 3 xhur, jew għal persuni li għandhom bżonn doża anqas mis-soltu, jew li ma jistgħux jieħdu l-pilloli.

Jekk int jew ibnek/bintek għandkom xi problema fil-kliewi, id-doża tista’ tinbidel.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk dan japplika għalik jew għal ibnek/bintek.

Jekk tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V. aktar milli suppost

Jekk bi żball tieħu aktar Lamivudine Teva Pharma B.V. aktar milli għandek bżonn mhux probabbli li se joħloqlok xi problemi serji. Jekk tieħu ż-żejjed, għandek tgħid b'dan lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek, jew tinforma lill-emerġenza ta' xi sptar qrib għal xi parir li tkun teħtieġ.

Jekk tinsa tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V.

Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar. Imbagħad kompli l-kura bħal qabel. M'għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid- demm. Dan huwa parzjalment relatat mas-saħħa u mal-istil tal-ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant mal-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jagħmillek testijiet għal dawn il-bidliet.

Meta tkun qed tiġi kkurat għall-HIV, huwa diffiċili tgħid jekk sintomu huwiex effett sekondarju ta’ Lamivudine Teva Pharma jew ta’ mediċini oħra li tkun qed tieħu, jew effett tal-marda ta’ HIV nnifisha.

Għalhekk huwa importanti ħafna li tkellem lit-tabib tiegħek dwar kwalunkwe bidliet f’saħħtek.

Flimkien mal-effetti sekondarji għal Lamivudine Teva Pharma B.V. elenkati hawn taħt, jistgħu jiżviluppaw kundizzjonijiet oħra waqt li tieħu terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV.

Huwa importanti li taqra l-informazzjoni aktar l-isfel f’din is-sezzjoni taħt ‘Effetti sekondarji oħra li jista’ jkun hemm terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV.

Effetti sekondarji komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10:

uġigħ ta’ ras

tħossok imdardar (tqalligħ)

taqla’ (rimettar)

dijarea

uġigħ fl-istonku

għeja, nuqqas ta’ enerġija

deni (temperatura għolja)

tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali

uġigħ u skonfort fil-muskoli

uġigħ fil-ġogi

diffikultà biex torqod (insonnja)

sogħla

mnieħer irritat jew inixxi

raxx

jaqa’ x-xagħar (alopeċja).

Effetti sekondarji mhux komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100:

Effetti sekondarji mhux komuni li jistgħu jidhru minn testijiet tad-demm huma:

tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli involuti fit-tgħaqid tad-demm (tromboċitopenija)

għadd baxx ta’ ċelluli ħomor (anemija) jew għadd baxx ta’ ċelluli bojod (newtropenija)

żieda fil-livell ta’ enzimi tal-fwied.

Effetti sekondarji rari

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000:

reazzjonijiet allerġiċi gravi li jwasslu biex jintefaħ il-wiċċ, l-ilsien jew il-griżmejn li jista’ jwassal għal diffikultà biex dak li jkun jibla’ jew jieħu n-nifs

infjammazzjoni tal-frixa (pankrejatite)

diżintegrazzjoni tat-tessut tal-muskolu

disturbi fil-fwied, bħal suffejra, fwied kbir aktar mis-soltu, jew xaħam fil-fwied, infjammazzjoni (epatite).

Effett sekondarju rari li jista’ jidher f’testijiet tad-demm huwa:

żieda f’enzima msejħa amylase.

Effetti sekondarji rari ħafna

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000:

aċidożi lattika (aċidu lattiku żejjed fid-demm).

tnemnim jew titrix fid-dirgħajn.fl-idejn jew fis-saqajn.

Effett sekondarju rari ħafna li jista’ jidher minn tesijiet tad-demm huwa:

mudullun tal-għadam li ma jipproduċix ċelluli ħomor tad-demm ġodda (aplasja pura taċ-ċelluli l-ħomor).

Jekk ikollok effetti sekondarji

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew idejqek, jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett.

Effetti sekondarji oħra li jista’ jkun hemm b’terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV

Terapija b’taħlita ta’ mediċini li tinkludi Lamivudine Teva Pharma B.V. tista’ tikkawża kundizzjonijiet oħra li jiżviluppaw waqt il-kura tal-HIV.

Infezzjonijiet tal-passat jistgħu jerġgħu jfiġġu b’qawwa

Persuni b’infezzjoni avvanzata tal-HIV (AIDS) għandhom sistemi immuni dgħajfa, u hemm probabbilità akbar li jiżviluppaw infezzjonijiet serji (infezzjonijiet opportunistiċi). Meta dawn il- persuni jibdew il-kura, huma jistgħu jinnutaw li infezzjonijiet moħbija tal-passat jerġgħu jfiġġu b’qawwa, filwaqt li jikkawżaw sinjali u sintomi ta’ infjammazzjoni. Dawn is-sintomi x’aktarx li huma kkawżati mis-sistema immuni tal-ġisem li tkun qed issir aktar b’saħħitha, biex il-ġisem jibda’ jiġġieled dawn l-infezzjonijiet.

Apparti infezzjonijiet opportunistiċi, jistgħu jseħħu wkoll disturbi awtoimmuni (kundizzjoni li sseħħ meta s-sistema immunitarja tattakka tessut tal-ġisem b’saħħtu) wara li tibda tieħu mediċini għall- kura tal-infezzjoni tal-HIV tiegħek. Disturbi awtoimmuni jistgħu jseħħu bosta xhur wara l-bidu tal- kura. Jekk tinnota xi sintomi ta’ infezzjoni jew xi sintomi oħrajn bħal dgħjufija tal-muskoli, dgħjufija li tibda fl-idejn u s-saqasjn u timxi ’l fuq lejn it-tronk tal-ġisem, palpitazzjonijiet, rogħda jew attività eċċessiva, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek minnufih biex jagħtik il-kura meħtieġa.

Jekk inti jkollok xi sintomi ta’ infezzjoni waqt li tkun qed tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V. : Għid lit-tabib tiegħek immedjatament. Tiħux mediċini oħra għall-infezzjoni mingħajr il-parir tat- tabib tiegħek.

Inti jista’ jkollok problemi bl-għadam

Xi persuni li jieħdu terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV jiżviluppaw kundizzjoni msejħa ostjonekrożi. B’din il-kundizzjoni, partijiet mit-tessut tal-għadam jgħibu minħabba nuqqas ta’ provvista tad-demm lejn l-għadam. Persuni għandhom aktar probabbiltà li jkollhom din il- kundizzjoni:

jekk ikun ilhom jieħdu terapija mħallta għal żmien twil

jekk huma jkunu qed jieħdu wkoll mediċini antiinfjammatorji msejħa korikosterojdi

jekk jixorbu l-alkoħol

jekk is-sistema immuni tagħhom hija dgħajfa ħafna

jekk għandhom piż żejjed.

Sinjali ta’ ostjonekrożi jinkludu:

ebusija fil-ġogi

uġigħ (speċjalment fil-ġenbejn, fl-irkoppa u fl-ispalla)

diffikultà biex tiċċaqlaq.

Jekk tinnota kwalunkwe wieħed minn dawn is-sintomi: Għid lit-tabib

tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Lamivudine Teva Pharma B.V.

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn l-ebda kundizzjoni speċjali għall-ħażna.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Lamivudine Teva Pharma B.V.

-Is-sustanza attiva hi lamivudine. Kull pillola miksija b’rita fiha 150 mg lamivudine.

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Il-qalba tal-pillola: Microcrystalline cellulose, sodium starch glycollate, magnesium stearate. Il-kisi tar-rita tal-pillola: Hypromellose, titanium dioxide (E171), macrogol, polysorbate 80, iron oxide yellow (E172) u iron oxide black (E172).

Kif jidher Lamivudine Teva Pharma BV u l-kontenut tal-pakkett

Pillola griża ċara, f’għamla ta’ djamant, mżaqqa fuq żewġ naħat, miksija b’rita - li fuqha hemm mnaqqax “L-150” u ferq fuq naħa waħda u ferq fuq in-naħa l-oħra.

Lamivudine Teva Pharma BV jiġi f’folji tal-aluminju li fihom 20, 30, 60, 80, 90, 100 u 500 pillola jew kontenituri tal-pilloli tal-HDPE li fihom 60 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Teva B.V.

Swensweg 5

2031GA Haarlem

L-Olanda

Manifattur

Teva Pharmaceutical Works Private Limited Company

Pallagi út 13

Debrecen H-4042

L-Ungerija

TEVA UK Ltd

Brampton Road

Hampden Park

Eastbourne, East Sussex

BN22 9AG UK

Pharmachemie B.V.

Swensweg 5

2031 GA Haarlem

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A.

UAB “Sicor Biotech”

Tel/Tél: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 02 03

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

ratiopharm GmbH

Teл: +359 2 489 95 82

Allemagne/Deutschland

Tél: +49 731 402 02

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt.

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland

Tlf: +45 44 98 55 11

L-Irlanda

Tel: +353 51 321740

Deutschland

Nederland

ratiopharm GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: +49 731 402 02

Tel: +31 (0) 800 0228400

Eesti

Norge

Teva Eesti esindus UAB Sicor Biotech

Teva Norway AS

Eesti filiaal

Tlf: +47 66 77 55 90

Tel: +372 6610801

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43(0)1 970070

España

Polska

Teva Pharma, S.L.U

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tél: +34 91 387 32 80

Tel.: +48 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos Lda

Tél: +33 1 55 91 7800

Tel: +351 21 476 75 50

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o.

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel: +385 1 37 20 000

Tel: +4021 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 (0)51 321 740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

ratiopharm Oy

Teva Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Finnland

Tel: +421 2 5726 7911

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Tel: +39 028917981

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε.

Teva Sweden AB

Ελλάδα

Tel: +46 (0) 42 12 11 00

Τηλ: +30 210 72 79 099

Latvija

United Kingdom

Sicor Biotech filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 67323666

Tel: +44 1977628500

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Lamivudine Teva Pharma B.V. 300 mg pilloli miksija b’rita lamivudine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Lamivudine Teva Pharma B.V. u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V.

3.Kif għandek tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V.

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Lamivudine Teva Pharma B.V.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Lamivudine Teva Pharma B.V. u għalxiex jintuża

Lamivudine Teva Pharma B.V. jintuża biex jikkura l-infezzjoni bl-HIV (virus tal- immunodefiċjenza umana) fl-adulti u fit-tfal.

Lamivudine Teva Pharma B.V. huwa tip ta’ mediċina magħrufa wkoll bħala antiretrovirali. Huwa jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa nucleoside reverse transcriptase inhibitors (NRTIs).

Is-sustanza attiva f’Lamivudine Teva Pharma B.V. hija lamivudine. Lamivudine Teva Pharma B.V. ma jfejjaqx għal kollox l-infezzjoni bl-HIV; huwa jnaqqas l-ammont ta' virus fil-ġisem, u jżommu f'livell baxx. Huwa jżid ukoll l-għadd taċ-ċelluli CD4 fid-demm. Iċ-ċelluli CD4 huma tip ta' ċelluli tad-demm bojod, li huma importanti biex jgħinu l-ġisem jiġġieled l-infezzjoni.

Mhux kulħadd jirrispondi għall-kura b’Lamivudine Teva Pharma B.V. bl-istess mod. It-tabib tiegħek jimmonitorja kemm hija effettiva l-kura.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V.

Tiħux Lamivudine Teva Pharma B.V.

jekk inti allerġiku għal lamivudine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6)

Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk inti taħseb li dan japplika għalik.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V.

Xi persuni li jieħdu Lamivudine Teva Pharma B.V. jew taħlita oħra ta’ kuri għall-HIV għandhom riskju akbar ta’ effetti sekondarji serji. Inti għandek tkun taf li hemm riskji iżjed mis-soltu:

jekk inti qatt kellek mard tal-fwied, li jinkludi l-epatite B jew C (jekk għandek infezzjoni tal- epatite B, tiqafx tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V. mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek, minħabba li l-epatite tista’ titfaċċa mill-ġdid).

jekk inti għandek piż żejjed b’mod gravi (speċjalment jekk inti mara)

jekk inti jew ibnek/bintek għandkom mard tal-kliewi, jista’ jkun hemm bżonn li tinbidillek id-doża.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk kwalunkwe waħda minn dawn tapplika għalik. Inti jista’ jkollok bżonn iżjed check-ups minn ħaddieħor, li jinkludu testijiet tad-demm, waqt li tkun qed tieħu din il- mediċina. Ara sezzjoni 4 għal aktar informazzjoni.

Oqogħod attent għal sintomi importanti

Xi persuni li jieħdu mediċini għall-infezzjoni bl-HIV jiżviluppaw kundizzjonijiet oħra, li jistgħu jkunu serji. Inti għandek bżonn tkun taf dwar sinjali u sintomi importanti li għandek toqgħod attent għalihom waqt li tkun qed tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V.

Aqra l-informazzjoni ‘Effetti sekondarji possibbli b’terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV’ f’sezzjoni 4 ta’ dan il-fuljett.

Ipproteġi persuni oħra

Infezzjoni bl-HIV tinfirex permezz ta’ kuntatt sesswali ma’ xi ħadd li jkollu l-infezzjoni, jew bit- trasferiment ta’ demm infettat (per eżempju, billi wieħed juża labar għall-injezzjoni wara ħaddieħor). Xorta tista’ titrasmetti l-HIV waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jitbaxxa b’terapija antiretrovirali effettiva. Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tevita li tinfetta lil nies oħrajn.

Mediċini oħra u Lamivudine Teva Pharma B.V.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra li jinkludu mediċini magħmulin mill-ħxejjex jew mediċini oħrajn li inti xtrajt mingħajr riċetta.

Ftakar biex tgħid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk inti tibda tieħu mediċina ġdida waqt li tkun qed tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V..

Dawn il-mediċini m’għandhomx jintużaw ma’ Lamivudine Teva Pharma B.V.:

mediċini oħra li fihom lamivudine, (jintużaw biex jikkuraw infezzjoni bl-HIV jew infezzjoni tal-epatite B).

emtricitabine (jintuża biex jikkura infezzjoni bl-HIV).

dożi għoljin ta’ co-trimoxazole, antibijotiku.

cladribine (użat għall-kura ta’ lewkimja ta’ ċelloli sufin).

Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tiġi kkurat bi kwalunkwe waħda minn dawn.

Tqala

Jekk inti tqila, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek dwar ir-riskji u l-benefiċċji għalik u għat-tarbija tiegħek jekk tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V..

Lamivudine Teva Pharma B.V. u mediċini jixbhuh jistgħu jikkawżaw effetti sekondarji fi trabi li għadhom fil-ġuf. Jekk ħadt Lamivudine Teva Pharma B.V. waqt it-tqala tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jitolbok tagħmel testijiet tad-demm regolari u testijiet dijanjostiċi oħra sabiex jimmonitorja l- iżvilupp tat-tarbija tiegħek. Fi tfal li ommijiethom kienu ħadu NRTIs waqt it-tqala, il-benefiċċju mill-protezzjoni kontra l-HIV kien akbar mir-riskju tal-effetti sekondarji.

Treddigħ

Nisa li huma pożittivi għal HIV m’għandhomx ireddgħu, minħabba li l-infezzjoni bl-HIV tista’ tgħaddi lit-tarbija mill-ħalib tas-sider.

Ammont żgħir tal-ingredjenti f’Lamivudine Teva Pharma B.V. jista’ jgħaddi wkoll fil-ħalib tas-sider tiegħek.

Jekk qed tredda’, jew qed taħseb biex tredda’: Kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Lamivudine Teva Pharma B.V. x’aktarx ma jaffettwax il-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni.

3. Kif għandek tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V.

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Ibla’ l-pilloli ma’ ftit ilma. Lamivudine Teva Pharma B.V. jista’ jittieħed ma’ l-ikel jew mingħajru.

Jekk ma tistax tibla’ l-pilloli sħaħ, tista’ tfarrakhom u tħallathom ma’ ftit ikel jew ma’ xarba, u tieħu d-doża kollha minnufih.

Żomm kuntatt regolari mat-tabib tiegħek

Lamivudine Teva Pharma B.V. jgħin biex jikkontrolla l-kundizzjoni tiegħek. Inti għandek bżonn tibqa’ tieħdu kuljum biex iżżomm il-marda milli tmur għall-agħar. Inti xorta tista’ tiżviluppa infezzjonijiet u mard ieħor marbut mal-infezzjoni bl-HIV.

Żomm kuntatt mat-tabib tiegħek u tiqafx tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V. mingħajr il- parir tat-tabib tiegħek.

Kemm għandek tieħu

Adulti, adolexxenti u tfal li jiżnu tal-inqas 25 kg

Id-doża tas-soltu hija pillola waħda ta’ 300 mg darba kuljum:

Hija disponibbli wkoll pillola ta’ Lamivudine Teva Pharma B.V. b’qawwa ta’ 150 mg għall-kura ta’ tfal minn 3 xhur u li jiżnu inqas minn 25 kg:

Soluzzjoni orali hija wkoll disponibbli għall-kura ta’ tfal li għandhom aktar minn 3 xhur, jew għal persuni li għandhom bżonn doża anqas mis-soltu, jew li ma jistgħux jieħdu l-pilloli.

Jekk int jew ibnek/bintek għandkom xi problema fil-kliewi, id-doża tista’ tinbidel.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk dan japplika għalik jew għal ibnek/bintek.

Jekk tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V. aktar milli suppost

Jekk bi żball tieħu aktar Lamivudine Teva Pharma B.V. aktar milli għandek bżonn mhux probabbli li se joħloqlok xi problemi serji. Jekk tieħu ż-żejjed, għandek tgħid b'dan lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek, jew tinforma lill-emerġenza ta' xi sptar qrib għal xi parir li tkun teħtieġ.

Jekk tinsa tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V.

Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar. Imbagħad kompli l-kura bħal qabel. M'għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid- demm. Dan huwa parzjalment relatat mas-saħħa u mal-istil tal-ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant mal-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jagħmillek testijiet

għal dawn il-bidliet.

Meta tkun qed tiġi kkurat għall-HIV, huwa diffiċili tgħid jekk sintomu huwiex effett sekondarju ta’ Lamivudine Teva Pharma jew ta’ mediċini oħra li tkun qed tieħu, jew effett tal-marda ta’ HIV nnifisha.

Għalhekk huwa importanti ħafna li tkellem lit-tabib tiegħek dwar kwalunkwe bidliet f’saħħtek.

Flimkien mal-effetti sekondarji għal Lamivudine Teva Pharma B.V. elenkati hawn taħt, jistgħu jiżviluppaw kundizzjonijiet oħra waqt li tieħu terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV.

Huwa importanti li taqra l-informazzjoni aktar l-isfel f’din is-sezzjoni taħt ‘Effetti sekondarji oħra li jista’ jkun hemm terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV.

Effetti sekondarji komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10:

uġigħ ta’ ras

tħossok imdardar (tqalligħ)

taqla’ (rimettar)

dijarea

uġigħ fl-istonku

għeja, nuqqas ta’ enerġija

deni (temperatura għolja)

tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali

uġigħ u skonfort fil-muskoli

uġigħ fil-ġogi

diffikultà biex torqod (insonnja)

sogħla

mnieħer irritat jew inixxi

raxx

jaqa’ x-xagħar (alopeċja).

Effetti sekondarji mhux komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100:

Effetti sekondarji mhux komuni li jistgħu jidhru minn testijiet tad-demm huma:

tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli involuti fit-tgħaqid tad-demm (tromboċitopenija)

għadd baxx ta’ ċelluli ħomor (anemija) jew għadd baxx ta’ ċelluli bojod (newtropenija)

żieda fil-livell ta’ enzimi tal-fwied.

Effetti sekondarji rari

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000:

reazzjonijiet allerġiċi gravi li jwasslu biex jintefaħ il-wiċċ, l-ilsien jew il-griżmejn li jista’ jwassal għal diffikultà biex dak li jkun jibla’ jew jieħu n-nifs

infjammazzjoni tal-frixa (pankrejatite)

diżintegrazzjoni tat-tessut tal-muskolu

disturbi fil-fwied, bħal suffejra, fwied kbir aktar mis-soltu, jew xaħam fil-fwied, infjammazzjoni (epatite).

Effett sekondarju rari li jista’ jidher f’testijiet tad-demm huwa:

żieda f’enzima msejħa amylase.

Effetti sekondarji rari ħafna

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000:

aċidożi lattika (aċidu lattiku żejjed fid-demm).

tnemnim jew titrix fid-dirgħajn.fl-idejn jew fis-saqajn.

Effett sekondarju rari ħafna li jista’ jidher minn tesijiet tad-demm huwa:

mudullun tal-għadam li ma jipproduċix ċelluli ħomor tad-demm ġodda (aplasja pura taċ-ċelluli l-ħomor).

Jekk ikollok effetti sekondarji

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew idejqek, jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett.

Effetti sekondarji oħra li jista’ jkun hemm b’terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV

Terapija b’taħlita ta’ mediċini li tinkludi Lamivudine Teva Pharma B.V. tista’ tikkawża kundizzjonijiet oħra li jiżviluppaw waqt il-kura tal-HIV.

Infezzjonijiet tal-passat jistgħu jerġgħu jfiġġu b’qawwa

Persuni b’infezzjoni avvanzata tal-HIV (AIDS) għandhom sistemi immuni dgħajfa, u hemm probabbilità akbar li jiżviluppaw infezzjonijiet serji (infezzjonijiet opportunistiċi). Meta dawn il- persuni jibdew il-kura, huma jistgħu jinnutaw li infezzjonijiet moħbija tal-passat jerġgħu jfiġġu b’qawwa, filwaqt li jikkawżaw sinjali u sintomi ta’ infjammazzjoni. Dawn is-sintomi x’aktarx li huma kkawżati mis-sistema immuni tal-ġisem li tkun qed issir aktar b’saħħitha, biex il-ġisem jibda’ jiġġieled dawn l-infezzjonijiet.

Apparti infezzjonijiet opportunistiċi, jistgħu jseħħu wkoll disturbi awtoimmuni (kundizzjoni li sseħħ meta s-sistema immunitarja tattakka tessut tal-ġisem b’saħħtu) wara li tibda tieħu mediċini għall- kura tal-infezzjoni tal-HIV tiegħek. Disturbi awtoimmuni jistgħu jseħħu bosta xhur wara l-bidu tal- kura. Jekk tinnota xi sintomi ta’ infezzjoni jew xi sintomi oħrajn bħal dgħjufija tal-muskoli, dgħjufija li tibda fl-idejn u s-saqasjn u timxi ’l fuq lejn it-tronk tal-ġisem, palpitazzjonijiet, rogħda jew attività eċċessiva, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek minnufih biex jagħtik il-kura meħtieġa.

Jekk inti jkollok xi sintomi ta’ infezzjoni waqt li tkun qed tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V. :

Għid lit-tabib tiegħek immedjatament. Tiħux mediċini oħra għall-infezzjoni mingħajr il-parir tat- tabib tiegħek.

Inti jista’ jkollok problemi bl-għadam

Xi persuni li jieħdu terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV jiżviluppaw kundizzjoni msejħa ostjonekrożi. B’din il-kundizzjoni, partijiet mit-tessut tal-għadam jgħibu minħabba nuqqas ta’ provvista tad-demm lejn l-għadam. Persuni għandhom aktar probabbiltà li jkollhom din il- kundizzjoni:

jekk ikun ilhom jieħdu terapija mħallta għal żmien twil

jekk huma jkunu qed jieħdu wkoll mediċini antiinfjammatorji msejħa korikosterojdi

jekk jixorbu l-alkoħol

jekk is-sistema immuni tagħhom hija dgħajfa ħafna

jekk għandhom piż żejjed.

Sinjali ta’ ostjonekrożi jinkludu:

ebusija fil-ġogi

uġigħ (speċjalment fil-ġenbejn, fl-irkoppa u fl-ispalla)

diffikultà biex tiċċaqlaq.

Jekk tinnota kwalunkwe wieħed minn dawn is-sintomi: Għid lit-tabib tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Lamivudine Teva Pharma B.V.

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn l-ebda kundizzjoni speċjali għall-ħażna.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Lamivudine Teva Pharma B.V.

-Is-sustanza attiva hi lamivudine. Kull pillola miksija b’rita fiha 300 mg lamivudine.

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Il-qalba tal-pillola: Microcrystalline cellulose, sodium starch glycollate, magnesium stearate. Il-kisi tar-rita tal-pillola: Hypromellose, titanium dioxide (E171), macrogol, polysorbate 80, iron oxide yellow (E172) u iron oxide black (E172).

Kif jidher Lamivudine Teva Pharma BV u l-kontenut tal-pakkett

Pillola griża ċara, f’għamla ta’ djamant, mżaqqa fuq żewġ naħat, miksija b’rita - li fuqha hemm mnaqqax “L 300” u ferq fuq in-naħa l-oħra.

Lamivudine Teva Pharma BV jiġi f’folji tal-aluminju li fihom 20, 30, 60, 80, 90, 100 u 500 pillola jew kontenituri tal-pilloli tal-HDPE li fihom 30 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Teva B.V.

Swensweg 5

2031GA Haarlem

L-Olanda

Manifattur

Teva Pharmaceutical Works Private Limited Company

Pallagi út 13

Debrecen H-4042

L-Ungerija

TEVA UK Ltd

Brampton Road

Hampden Park

Eastbourne, East Sussex

BN22 9AG UK

Pharmachemie B.V.

Swensweg 5

2031 GA Haarlem

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A.

UAB “Sicor Biotech”

Tel/Tél: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 02 03

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

ratiopharm GmbH

Teл: +359 2 489 95 82

Allemagne/Deutschland

Tél: +49 731 402 02

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt.

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland

Tlf: +45 44 98 55 11

L-Irlanda

Tel: +353 51 321740

Deutschland

Nederland

ratiopharm GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: +49 731 402 02

Tel: +31 (0) 800 0228400

Eesti

Norge

Teva Eesti esindus UAB Sicor Biotech

Teva Norway AS

Eesti filiaal

Tlf: +47 66 77 55 90

Tel: +372 6610801

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43(0)1 970070

España

Polska

Teva Pharma, S.L.U

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tél: +34 91 387 32 80

Tel.: +48 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos Lda

Tél: +33 1 55 91 7800

Tel: +351 21 476 75 50

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o.

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel: +385 1 37 20 000

Tel: +4021 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 (0)51 321 740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

ratiopharm Oy

Teva Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Finnland

Tel: +421 2 5726 7911

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Tel: +39 028917981

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε.

Teva Sweden AB

Ελλάδα

Tel: +46 (0) 42 12 11 00

Τηλ: +30 210 72 79 099

United Kingdom

Latvija

Sicor Biotech filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 67323666

Tel: +44 1977628500

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati