Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Lamivudine Teva (lamivudine) - J05AF05

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaLamivudine Teva
Kodiċi ATCJ05AF05
Sustanzalamivudine
ManifatturTeva B.V.

Lamivudine Teva

lamivudina

Dan huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew ta’ Valutazzjoni (EPAR) għal Lamivudine Teva. Dan jispjega kif il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) ivvaluta l-mediċina sabiex wasal għall-opinjoni favorevoli tiegħu li tingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u r- rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-kondizzjonijiet ta’ użu tal-Lamivudine Teva.

X’inhu Lamivudine Teva?

Lamivudine Teva huwa mediċina li fiha s-sustanza attiva lamivudina. Jiġi f’pilloli (100 mg).

Lamivudine Teva huwa ‘mediċina ġenerika’. Dan ifisser li Lamivudine Teva huwa simili għal ‘mediċina ta’ referenza’ diġà awtorizzata fl-Unjoni Ewropea (UE) bl-isem Zeffix. Għal aktar tagħrif dwar il- mediċini ġeneriċi, ara d-dokument mistoqsijiet-u-tweġibiet hawnhekk.

Għal xiex jintuża Lamivudine Teva?

Lamivudine Teva jintuża għall-kura ta’ pazjenti adulti li jkollhom epatite B kronika (fit-tul) (marda tal- fwied dovuta għal infezzjoni bir-virus tal-epatite B). Jintuża f’pazjenti li jbatu b’mard tal-fwied ikkompensat (meta l-fwied ikollu ħsara iżda jibqa' jaħdem sew), li jkollhom ukoll sinjali li l-vajrus ikun għadu qed jimmultiplika, u li jkollhom sinjali ta' ħsara fil-fwied (żieda fil-livelli tal-enzimi tal-fwied 'alanina aminotransferażi' [ALT] u sinjali ta' ħsara meta t-tessut tal-fwied jiġi analizzat taħt il- mikroskopju). Peress li l-vajrus tal-epatite B jista’ jsir reżistenti għal Lamivudine Teva, it-tabib għandu jikkonsidra biss li jippreskrivi Lamivudine Teva jekk kuri oħrajn li għandhom inqas ċans li jwasslu għal reżistenza ma jistgħux jintużaw.

Il-mediċina tista’ tinkiseb biss b’riċetta ta’ tabib.

© European Medicines Agency, 2012. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged.

Kif tintuża Lamivudine Teva?

Il-kura b’Lamivudine Teva għandha tinbeda minn tabib li jkollu esperjenza fit-trattament tal-epatite B kronika. Id-doża tal-bidu rakkomandata ta’ Lamivudine Teva hi 100 mg darba kuljum. Fil-pazjenti li jbatu minn problemi fil-kliewi, jeħtieġ li d-doża titbaxxielhom. Lamivudine Teva mhux għandu jintuża fuq pazjenti li jeħtieġu dożi taħt il-100 mg. It-tul tal-kura jiddependi mill-kondizzjoni tal-pazjent u r- rispons għall-kura.

Jekk il-virus tal-epatite B ikun għadu jinstab fid-demm wara sitt xhur ta’ kura, it-tabib għandu jikkunsidra li jbiddel il-kura biex jitnaqqas ir-riskju ta’ reżistenza. Il-pazjenti infettati b’vajrus li għandu l-‘mutazzjoni YMDD’ (‘YMDD mutation’) (bidla fid-DNA ta’ virus li spiss tinstab wara kura bil- lamivudina) għandhom jieħdu Lamivudine Teva flimkien ma’ mediċina oħra kontra l-epatite B. Għal aktar informazzjoni, ara s-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-prodott (parti wkoll mill-EPAR).

Kif jaħdem Lamivudine Teva?

Is-sustanza attiva f’Lamivudine Teva, il-lamivudina, hija antivirali li tappartjeni għall-klassi ‘nucleoside analogues’. Il-lamivudina tinterferixxi mal-azzjoni ta' enzima virali msejħa DNA polimerażi, li għandha x'taqsam mal-formazzjoni ta' DNA virali. Il-lamivudina ma tħallix lill-vajrus jipproduċi DNA u ma jħallihx jimmultiplika ruħu u jinfirex.

Kif ġie studjat Lamivudine Teva?

Billi Lamivudine Teva huwa mediċina ġenerika, l-istudji ġew limitati għal testitjiet biex jiddeterminaw il- bijoekwivalenza tiegħu mal-mediċina ta’ referenza, Zeffix. Żewġ mediċini jkunu bijoekwivalenti meta jipproduċu l-istess livelli tas-sustanza attiva fil-ġisem.

X’inhu l-benefiċċju u r-riskju ta’ Lamivudine Teva?

Billi Lamivudine Teva huwa mediċina ġenerika u huwa bijoekwivalenti għall-mediċina ta’ referenza, il- benefiċċji u r-riskji jitqiesu li kienu l-istess bħal dawk tal-mediċina ta’ referenza.

Għaliex ġie approvat Lamivudine Teva?

Is-CHMP kkonkluda li, b’mod konformi mar-rekwiżiti tal-UE, intwera li Lamivudine Teva għandu kwalità komparabbli u li huwa bijoekwivalenti għal Zeffix. Għaldaqstant, il-fehma tas-CHMP kienet li, bħal fil- każ ta’ Zeffix, il-benefiċċji huma akbar mir-riskji identifikati. Il-Kumitat irrakkomanda li Lamivudine Teva jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

Tagħrif ieħor dwar Lamivudine Teva:

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal Lamivudine Teva valida fl-Unjoni Ewropea kollha fit-23 ta’ Ottubru 2009.

L-EPAR sħiħ għal Lamivudine Teva jinstab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European public assessment reports. Għal aktar informazzjoni rigward il- kura b’Lamivudine Teva, aqra l-fuljett ta’ tagħrif (huwa parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

L-EPAR sħiħ għall-mediċina ta’ referenza jista’ jinstab ukoll fuq is-sit tal-internet tal-Aġenzija.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar f’04-2012.

Lamivudine Teva

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati