Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Lamivudine Teva (lamivudine) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - J05AF05

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaLamivudine Teva
Kodiċi ATCJ05AF05
Sustanzalamivudine
ManifatturTeva B.V.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Lamivudine Teva pilloli ta’ 100 mg miksijin b’rita

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola miksija b’rita fiha 100 mg lamivudine

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita

Pillola oranġjo, f’għamla ta’ kapsula, mżaqqa fuq żewġ naħat - li fuqha hemm mnaqqax “L-100” fuq naħa waħda u m’għandu xejn fuq in-naħa l-oħra.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Lamivudine Teva hu indikat għat-trattament tal-epatite B kronika f’adulti li għandhom:

mard kumpensat tal-fwied b’evidenza ta’ replikazzjoni virali attiva, b’livelli elevati b’persistenza ta’ alanine aminotransferase (ALT) fis-serum u evidenza istoloġika ta' infjammazzjoni attiva tal-fwied u/jew fibrożi. It-tnedija tat-trattament b’lamivudine għandha tiġi kkunsidrata biss meta l-użu ta’ sustanza antivirali alternattiva flimkien ma’ barriera ġenetika ogħla mhix disponibbli jew xierqa (ara sezzjoni 5.1).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

It-terapija b’Lamivudine Teva trid tinbeda minn tabib b’esperjenza fl-immaniġġjar tal-epatite B kronika.

Pożoloġija

Adulti

Id-doża rakkomandata ta' Lamivudine Teva hi ta' 100 mg darba kuljum.

Tul tat-trattament

It-tul ta’ trattament ottimali mhuwiex magħruf.

F'pazjenti bl-epatite B kronika (CHB) pożittiva għall-HbeAg mingħajr ċirrosi, it-trattament għandu jiġi amministrat għallinqas għal 6-12-il xahar wara li tiġi konfermata s-serokonverżjoni ta' l-HbeAg (telf ta' HbeAg u HBV DNA bir-riżultat ta' HbeAB), biex jiġi limitat ir-riskju li l- pazjent jirkadi viroloġikament jew sas-serokonverżjoni tal-HbsAg jew ikun hemm telf ta’ effikaċja (ara sezzjoni 4.4). Il-livelli tas-serum ALT u tal-HBV DNA għandhom ikunu ċċekkjati b’mod regolari wara li jitwaqqaf it-trattament sabiex tkun identifikata kwalunkwe rikaduta viroloġikament.

F'pazjenti b’CHB negattiva għall-HbeAg (mutanti pre-core) mingħajr ċirrosi, it-trattament għandu jingħata mill-inqas sas-serokonverżjoni tal-HBs jew sakemm ikun hemm evidenza ta’ telf ta’ effikaċja jew jekk ikun hemm telf ta’ effikaċja. Bi trattament fit-tul, assessjar regolari mill-ġdid hu rakkomandat sabiex jiġi kkonfermat li t-tkomplija tat-terapija magħżula tibqa’ xierqa għall-pazjent.

F'pazjenti b’ċirrosi u f’dawk li għaddew minn trapjant tal-fwied, il-waqfien tat-trattament mhux

rakkomandat. (ara sezzjoni 5.1).

Jekk lamivudine jitwaqqaf, il-pazjenti għandhom ikunu monitorjati perjodikament għal xi evidenza ta' epatite rikorrenti. (ara sezzjoni 4.4).

Reżistenza klinika

F’pazjenti b’CHB pożittiva għal HBeAg jew negattiva għal HBeAg, l-iżvilupp talmutant

YMDD (tyrosine-methionine-aspartate-aspartate) tal-HBV jista’ jirriżulta f’rispons

terapewtiku mnaqqas għal lamivudine, indikat minn żjieda f’HBV DNA u fl-ALT mil-livelli ta’ waqt il-kura ta’ qabel. Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ reżistenza f’pazjenti li qed jirċievu lamivudine bħala monoterapija, għandha tiġi kkunsidrata modifikazzjoni tal-kura jekk HBV DNA fis-serum tibqa’ tidher fi żmien jew wara 24 ġimgħa ta’ kura. F’pazjenti b’mutant YMDD tal-HBV, għandha tiġi kkunsidrata żjieda ta’ sustanza alternattiva mingħajr cross-resistance għal lamivudine.

Għall-kura ta' pazjenti ko-infettati bl-HIV u li jkunu qed jirċievu jew qed jippjanaw li jirċievu kura b'lamivudine jew bit-taħlita lamivudine-zidovudine, id-doża ta' lamivudine mogħtija b’riċetta għall- infezzjoni tal-HIV (normalment 150 mg/darbtejn kuljum flimkien ma' antiretrovirali oħra) għandha titkompla.

Popolazzjonijiet speċjali

Indeboliment tal-kliewi

Il-konċentrazzjonijiet ta' lamivudine fis-serum (AUC) jiżdiedu f'pazjenti bi kliewi indeboliti b'mod moderat jew severament minħabba t-tneħħija mnaqqsa mill-kliewi. Id-dożaġġ għandu għalhekk jitnaqqas f'pazjenti bi tneħħija ta' kreatinina ta < 50 ml/minuta. Lamivudine Teva mhux adattat għal pazjenti li jeħtieġu dożi inqas minn 100mg.

It-tagħrif disponibbli dwar pazjenti għaddejjin minn proċess intermittenti ta' dijaliżi tad-demm (ta' inqas minn, jew ugwali għal 4 sigħat dijaliżi 2-3 darbiet kull ġimgħa), jindikaw li wara t-tnaqqis inizjali tad-dożaġġ ta' lamivudine biex jagħmel tajjeb għat-tneħħija tal-kreatinina mill-pazjent, ma jibqax aktar ħtieġa għal aġġustamenti tad-dożaġġ waqt li jkun għaddej il-proċess ta' dijaliżi.

Indeboliment fil-fwied:

Tagħrif miksub minn pazjenti b'indeboliment epatiku, inklużi dawk fl-aħħar fażi tal-mard fil-fwied li qed jistennew trapjant, juri li l-farmakokinetiċi ta’ lamivudine mhumiex affettwati b'mod sinifikanti ta' anormalità ta' funzjoni epatika. Fuq bażi ta' dan it-tagħrif mhemmx il-ħtieġa ta' aġġustament f'pazjenti bil-marda tal-fwied fin-nuqqas ta' indeboliment tal-kliewi.

Anzjani

F'pazjenti anzjani, minkejja li normalment ix-xjuħija ġġib tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi , m’hemmx effett klinikament sinifikanti fuq l-esponiment ta’ lamivudine, ħlief f'pazjenti b’eliminazzjoni tal- krejatinina ta' <50 ml/min.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta' Lamivudine Teva fit-trabi, tfal u adoloxxenti b'età inqas minn 18-il sena ma

ġewx determinati s’issa. Dejta disponibbli attwalment hi deskritta fis-sezzjonijiet 4.4 u 5.1 imma l-ebda rakkomandazzjoni fuq il-pożoloġija ma tista’ tingħata.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Użu orali

Lamivudine Teva jista’ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal xi sustanzi mhux attivi elenkati fis-sezzjoni 6.1.

4.4Avviżi speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Aċidożi lattika u epatomegalija severa b’steatożi

Każijiet ta' aċidożi lattika (mingħajr hypoxaemia), li xi kultant iwasslu għal mewt u li normalment ikunu assoċjati ma' epatomegalija severa u steatożi tal-fwied, ġew irrappurtati bl-użu ta' nuklejosidi analogi. Peress li Zeffix huwa nuklejosajd analogu, dan ir-riskju ma jistax jiġi eskluż. Il-kura b’analogi nuklejosidi għandha titwaqqaf malli jkun hemm żieda malajr fil-livelli ta' l-aminotransferase, epatomegalija progressiva jew aċidożi metabolika/lattika mingħajr kawża speċifika. Sintomi beninni fid-diġestjoni bħal dardir, remettar u uġigħ ta’ żaqq jistgħu jkunu sinjali ta’ l-iżvilupp ta’ aċidożi lattika. Każijiet severi li xi kultant iwasslu għal mewt, kienu assoċjati ma’ pankreatite, mard tal-fwied/steatożi tal-fwied, mard tal-kliewi u livelli ogħla ta’ serum lactate. Għandha tingħata attenzjoni meta jingħataw l-analogi nuklejosidi lil pazjenti (partikolarment nisa ħoxnin) li jkollhom il-fwied kbir, epatite jew fatturi oħra ta’ riskji magħrufa għal mard tal-fwied u steatożi tal-fwied (inklużi xi prodotti mediċinali u l-alkoħol). Jista’ jkun hemm riskju partikolari f’pazjenti li għandhom ukoll infezzjoni bl-epatite C u li qed jingħataw kura b’alpha interferon u ribivirin.. Dawn il-pazjenti għandhom jiġu segwiti mill-qrib.

Attakk qawwi tal-epatite

Attakki qawwija waqt il-kura

Attakki qawwija spontanji f’każijiet ta’ epatite B kronika huma relattivament komuni u huma kkaratterizzati minn żjidiet temporanji f’ALT fis-serum. Wara l-bidu ta’ terapija antivirali, f’xi pazjenti, ALT fis-serum jista’ jiżdied waqt li l-livelli ta’ HBV DNA jonqsu. F’pazjenti b’mard ikkumpensat tal- fwied, dawn iż-żjidiet ta’ ALT fis-serum ġeneralment ma kienux akkumpanjati minn żieda fil- konċentrazzjonijiet ta’ bilirubin fis-serum jew sinjali ta’ dekumpensazzjoni tal-fwied.

Subpopolazzjonijiet ta' HBV virali b'suxxettibilita' mnaqqsa għal lamivudine (mutant YMDD tal-HBV)

ġew identifikati wara terapija fit-tul. F'xi pazjenti, l-iżvilupp tal-mutant YMDD tal-HBV jista' jwassal biex titħarrax l-epatite, li titfaċċa fil-bidu b'żieda tas-serum ALT u jitfaċċa mill-ġdid HBV DNA (ara sezzjoni 4.2). F’pazjenti bil-mutant YMDD tal-HBV, għandha tiġi kkunsidrata żieda tat-tieni sustanza mingħajr reżistenza għal lamivudine fl-istess ħin (ara sezzjoni 5.1).

Attakki qawwija wara li titwaqqaf il-kura

Attakk qawwi ta’ epatite kien osservat f’pazjenti li waqqfu t-terapija ta’ epatite B, u normalment huwa osservat għax ALT jogħla fis-serum u titfaċċa mill-ġdid l-HBV-DNA. Fil-provi kkontrollati ta’ Fażi III bl-ebda kura attiva ta’ wara, l-inċidenza ta’ żieda f’ALT wara l-kura (aktar minn 3 darbiet il-linja bażi) kienet ogħla f’pazjenti kkurati b’lamivudine (21%) meta mqabbla ma’ dawk li ngħataw plaċebo (8%).

Madankollu, il-proporzjon ta’ pazjenti li kellhom elevazzjonijiet wara l-kura assoċjati ma’ elevazzjonijiet fil-bilirubina kien baxx u simili fiż-żewġ gruppi ta’ kura. Ara Tabella 3 f’sezzjoni 5.1 għal aktar informazzjoni dwar il-frekwenza ta’ elevazzjonijiet f’ALT wara l-kura. Għal pazjenti kkurati b’lamivudine, il-maġġoranza ta’ elevazzjonijiet f’ALT wara l-kura seħħew bejn 8 u 12-il ġimgħa wara l-kura. Il-biċċa l-kbira tal-avvenimenti ma rkadewx, madankollu kienu osservati xi fatalitajiet. Jekk Zeffix jitwaqqaf, il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati perjodikament kemm klinikament u kemm permezz ta' testijiet dwar il-funzjoni tal-fwied (livelli ta' ALT u bilirubin), għal erba' xhur mill-inqas, imbagħad kif klinikament indikat.

Attakki qawwija f’pazjenti b’ċirrożi mhux ikkumpesnata

Dawk li kellhom trapjanti u pazjenti b’ċirrożi mhux ikkumpensata huma f'riskju ikbar ta' replikazzjoni virali attiva. Billi f'dawn il-pazjenti il-funzjoni tal-fwied hija għajjiena, il-ħruġ mill-ġdid ta' l-epatite mat-twaqqif ta’ lamivudine jew in-nuqqas ta' effettivita' waqt il-kura jistgħu iwasslu għal decompensation qawwija jekk mhux fatali. Dawn il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati għall- parametri kliniċi, viroloġiċi u seroloġiċi assoċjati ma' l-epatite B, għall-funzjoni tal-fwied u tal-kliewi, u għar-reazzjoni antivirali waqt it-trattament (għallinqas ta' kull xahar) u jekk it-trattament jitwaqqaf għal xi raġuni, għallinqas għal 6 xhur wara t-trattament. Il-parametri tal-laboratorju li għandhom jiġu mmonitorjati għandhom jinkludu (mill-inqas) is-serum ALT, bilirubin, albumin, nitroġenu ta' l-urea fid- demm, kreatinina, u status viroloġiku: konċentrazzjonijiet ta antiġenu/anti-korp ta' l-HBV u ta' serum

HBV DNA meta possibbli. Pazjenti li juru sinjali ta' insuffiċjenza tal-fwied waqt jew wara t-trattament għandhom jiġu mmonitorjati aktar spiss kif xieraq.

Għal pazjenti li wara l-kura jiżviluppaw sinjali ta' epatite rikorrenti, m'hemmx dejta biżżejjed dwar il- benefiċċji ta’ bidu ta’ kura mill-ġdid b’lamivudine.

Disfunzjoni tal-mitokondrija

Analogi nukleosidi u nukleotidi jikkawżaw ħsara mitokondrijali li tvarja, kemm in vitro u kemm in vivo. Kien hemm rapporti ta’ disfunzjoni tal-mitokondrija fi trabi li kienu esposti għall-analogi nukleosidi in utero u/jew wara t-twelid. L-effetti avversi l-aktar komuni li kienu rrappurtati jinkludu mard fid-demm (anemija, newtropenja) u mard metaboliku (iperlaktimja, iperlajpejżimja). Ġew irrappurtati xi disturbi newroloġiċi li ma tfaċċawx mill-ewwel (ebbusija tal-muskoli, aċċessjoni, imġiba mhux normali). Dawn id-disturbi newroloġiċi jistgħu jkunu tal-mument jew permanenti. Kull tarbija li

ġiet esposta in utero għal analogi nukleosidi u nukleotidi għandha tibqa' tiġi ssorveljata klinikament u b’testijiet fil-laboratorju u għandha tkun investigata sew għal possibilità ta’ disfunzjoni tal-mitokondrija jekk jidhru xi sinjali jew sintomi rilevanti.

Pazjenti pedjatriċi

Lamivudine ingħata lil tfal (ta' sentejn u aktar) u adolexxenti b'epatite B kronika kumpensata. Madankollu, minħabba nuqqas ta' tagħrif, lamivudine mhux rakkomandat għal popolazzjonijiet ta’ pazjenti ta' dawn l-etajiet (ara sezzjoni 5.5).

Epatite delta jew epatite Ċ

L-effikaċja ta’ lamivudine f'pazjenti koinfettati bl-epatite Delta jew epatite C ma ġietx stabbilita u kawtela hija rakkomandata.

Kuri immunosoppressivi

Tagħrif dwar l-użu ta’ lamivudine f'pazjenti b'HbeAg negattiv (mutant pre-core) u f'dawk li qed jirċievu reġimeni immunosuppressivi fl-istess ħin, li jinkludu l-kemjoterapija għall-kanċer huwa limitat. Lanivudine għandu jingħata b’kawtela f’dawn il-pazjenti.

Monitoraġġ

Waqt li qed jirċievu t-trattament b’ Lamivudine Teva, pazjenti għandhom jiġi monitorjati regolarment. Il-livell ta’ ALT fis-serum u HBV DNA għandu jiġi monitorjati kull tlett xhur l-pazjenti pożittivi għal HbeAg għandhom jiġu assessjati kull 6 xhur.

Ko-infezzjoni bl-HIV

Għat-trattament ta' pazjenti ko-infettati bl-HIV u li jkunu qegħdin jiġu trattati jew qed jippjanaw trattament b’lamivudine jew it-taħlita lamivudine/zidovudine, id-doża ta' lamivudine preskritta għall-infezzjoni tal-HIV (ġeneralment 150 mg/darbtejn kuljum flimkien ma' antiretrovirali oħra) għandha tibqa' kif inhi. Għal pazjenti koinfettati bl-HIV mingħajr il-bżonn ta' terapija antiretrovirali, hemm riskju ta' tibdil tal-HIV meta jintuża lamivudine waħdu għall-kura tal-epatite B kronika.

Imxija tal-epatite B

Ma hawnx tagħrif dwar it-teħid tal-virus tal-epatite B mill-fetu tal-omm fil-każ ta' nisa tqal li jkunu qed jieħdu lamivudine. Il-proċeduri normali rakkomandati dwar l-immunità mill-virus tal-epatite B għat-tfal żgħar għandhom jiġu osservati.

Il-pazjenti għandhom ikunu avżati li ma hemm ebda prova li t-terapija b’lamivudine tnaqqas ir-riskju li l-virus tal-epatite B jiġi mgħoddi lill-oħrajn u għalhekk, għandhom jibqgħu jittieħdu prekawzjonijiet xierqa.

Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħrajn

Lamivudine Teva m’għandhiex tittieħed ma’ prodotti mediċinali oħra li fihom lamivudine jew prodotti mediċinali li fihom emtricitabine (ara sezzjoni 4.5).

L-għoti ta’ lamivudine ma’ cladribine mhux irrakkomandat (ara sezzjoni 4.5).

4.5 Prodotti mediċinali oħra li ma jaqblux ma’ dan

il-prodott u affarjiet oħra li jistgħu jibdlu l-effett farmaċewtiku tal-prodott

Studji dwar mediċini oħra li ma jaqblux ma' dan il-prodott saru biss fl-adulti.

Il-probabiltà ta' effetti metaboliċi ħżiena hi baxxa minħabba metaboliżmu limitat u t-tagħqid ta' proteini tal-plażma u t-tneħħija kważi totali mill-kliewi ta' sustanzi li ma nbidlux.

Lamivudine huwa prinċipalment eliminat bit-tnixxija katjonika organika attiva. Il-possibiltà li ma jkunx jaqbel ma' prodotti mediċinali oħra li jkunu qed jittieħdu fl-istess żmien għandha titqies, partikolarment meta r-rotta ewlenija ta' minn fejn jitneħħew hi t-tnixxija attiva tal-kliewi minn ġos-sistema ta' trasport katjonika organika eż. trimethropin. Prodotti mediċinali oħra (eż. ranitidine, cimetidine) jiġu eliminati biss b’mod parzjali b'dan il-mekkaniżmu u wrew li jaqblu ma’ lamivudine.

Is-sustanzi li dehru li jitneħħew jew mill-passaġġ anjoniku organiku attiv, jew b’filtrazzjoni glomerulari x'aktarx li mhux se jkollhom interazzjonijiet kliniċi sinifikanti ma’ lamivudine. L-amministrazzjoni ta' trimethoprim/sulphamethoxazole 160 mg/800 mg żiedet l-esponiment ta’ lamivudine kważi b'40 %. Lamivudine ma' kellu ebda effett fuq il-farmakokinetiċi ta’ trimethropim jew ta’ sulphamethoxazole. Madankollu, sakemm il-pazjent ma jkollux indeboliment tal-kliewi, ma jkunx hemm bżonn li jinbidel id-dożaġġ ta’ lamivudine.

Żieda diskreta ta' Cmax (28 %) ġiet osservata għal zidovudine meta jittieħed mal-lamivudine, biss l-

esponiment ġenerali (AUC) ma tbiddlitx sostanzjalment. Zidovudine ma kellu ebda effett fuq il- farmakokinetiċi ta’ lamivudine (ara sezzjoni 5.2).

Lamivudine m'għandu l-ebda effett ħażin farmakokinetiku ma' alpha-interferon meta dawn iż-żewġ prodotti mediċinali jittieħdu flimkien. Ma ġewx osservati xi interazzjonijiet kliniċi sostanzjalment avversi f'pazjenti li kienu qed jieħdu lamivudine flimkien ma' prodotti mediċinali immunosuppressivi komuni (eż. cyclosporin A). Madankollu, studji formali fuq interazzjoniet għadhom ma sarux.

Emtricitabine

Minħabba similaritajiet, Lamivudine Teva m'għandux jingħata flimkien ma’ analogi oħra ta’ cytidine, bħal emtricitabine. Barra minn hekk, Lamivudine Teva m'għandux jittieħed ma’ prodotti mediċinali oħra li fihom lamivudine (ara sezzjoni 4.4).

Cladribine

In vitro lamivudine jinibixxi l-fosforizzazzjoni intraċellulari ta’ cladribine u b’hekk iwassal għal riskju potenzjali ta’ telf tal-effikaċja ta’ cladribine fil-każ li jittieħdu flimkien fl-ambjent kliniku. Xi sejbiet kliniċi ukoll jappoġġaw il-possibbiltà ta’ interazzjoni bejn lamivudine u cladribine. Għalhekk, l-użu ta’ lamivudine flimkien ma’ cladribine mhux irrakkomandat (ara sezzjoni 4.4).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Ammont kbir ta’ informazzjoni dwar nisa tqal (aktar minn 1000 riżultat espost) ma juri l-ebda tossiċità malformattiva. Lamivudine Teva jista’ jintuża waqt it-tqala jekk meħtieġ klinikament.

F’każ ta’ pazjenti li qed jingħataw trattament b’lamivudine u li wara joħorġu tqal wieħed għandu jikkunsidra l-possibbiltà li terġa’ tfeġġ l-epatite malli jitwaqqaf lamivudine.

Treddigħ

Skont aktar minn 200 par ta’ omm/tarbija ittrattati għal HIV, konċentrazzjonijiet ta’ lamivudine fis-serum fi trabi mreddgħa ta’ ommijiet ittrattati għal HIV huma baxxi ħafna (inqas minn 4% tal-konċentrazzjonijiet materni tas-serum) u jonqsu b’mod progressiv għal livelli li ma jistgħux jiġu osservati meta t-trabi mreddgħa jilħqu 24 ġimgħa. L-ammont totali ta’ lamivudine meħud

minn tarbija mreddgħa huwa baxx ħafna u għalhekk x’aktarx jista’ jirriżulta f’espożizzjonijiet li jeżerċitaw effett antivirali sottottimali. L-epatite B maternali mhix kontraindikazzjoni għat- treddigħ jekk it-tarbija li għadha kif twieldet hija ġestita b’mod xieraq għal prevenzjoni ta’ epatite B mit-twelid, u m’hemmx evidenza li l-livell baxx ta’ lamivudine fil-ħalib tal-bniedem iwassal għal reazzjonijiet avversi fi trabi mreddgħa. Għalhekk it-treddigħ jista’ jiġi kkonsidrat f’ommijiet li qed ireddgħu u li qed jiġu trattati b’lamivudine għal HBV meta wieħed jikkonsidra l-benefiċċju ta’ treddigħ għat-tarbija u l-benefiċċju tat-terapija għall-omm. Fejn ikun hemm trasmissjoni materna ta’ HBV, minkejja profilassi adegwata, konsiderazzjoni għandha tingħata sabiex jitwaqqaf it-treddigħ biex jitnaqqas ir-riskju li jitfaċċaw mutanti reżistenti ta’ lamivudine fit-tarbija.

Fertilità

Studji riproduttivi fl-annimali ma wrew l-ebda effett fuq il-fertilità maskili jew femminili (ara sezzjoni 5.3).

Funzjoni mitokondrijali ħażina:

Nucleoside u nucleotide analogues ġew murija in vitro u in vivo li joħolqu grad varjabbli ta’ ħsara mitokondrijali. Kien hemm rapporti ta’ funzjoni mitokondrijali ħażina fi trabi espositi in utero u/jew wara t-twelid għal nucleoside analogues (aea sezzjoni 4.4)

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Il-pazjenti għandhom jiġu infurmati li telqa u għejja ġew irrappurtati waqt kura b'lamivudine. L-istat kliniku tal-pazjent u l-profil tar-reazzjonijiet avversi ta' lamivudine għandu jittieħdu in konsiderazzjoni dwar il-ħila tal-pazjent biex isuq jew iħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Il-każi ta' reazzjonijiet avversi u anormalitajiet ta' laboratorju (bl-eċċezzjoni ta' żidiet ta' ALT u CPK, ara hawn taħt) kienu l-istess bħal bejn pazjenti li ħadu plaċebo u lamivudine. L-iktar reazzjonijiet avversi komuni rappurtati kienu telqa u għeja, infezzjonijiet fl-apparat respiratorju, uġigħ ħafif fil- gerżuma u t-tonsilli, uġigħ ta' ras, uġigħat addominali, u uġigħ, tqalligħ, rimettar u dijarea.

Lista tabulata ta' reazzjonijiet avversi

Effetti avversi huma elenkati hawn taħt skont is-sistema tal-klassifika tal-organi u l-frekwenza. Kategoriji ta' frekwenza jingħataw biss għal dawk ir-reazzjonijiet avversi kkunsidrati li jkunu għallinqas possibilment kaġunati minn lamivudine. Il-frekwenzi huma mfissra hekk: komuni ħafna (≥ 1/10), komuni (≥ 1/100 sa < 1/10), mhux komuni (≥ 1/1000 sa < 1/100), rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1000) rari ħafna (< 1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

Il-kategoriji ta' frekwenza assenjati ma' reazzjonijiet avversi huma prinċipalment ibbażati fuq esperjenza minn provi kliniċi li jinkludu total ta’ 1171 pazjent b’epatite B kronika li jkunu qed jieħdu 100 mg ta’ lamivudine.

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

Mhux magħruf

Tromboċitopenija.

 

 

Disturbi fis-sistema immuni:

 

 

Rari

Anġjoedema

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Komuni ħafna

Livelli ogħla ta’ ALT (ara sezzjoni 4.4)

 

 

Ġie rrappurtat tħarrix tal-epatite, li ġew irrappurtati prinċipalment fil-bidu b'żidiet tal-ALT fis-serum, waqt it-trattament u wara li twaqqaf lamivudine. Il-maġġoranza tal-każi kienu limitati fihom infushom, madankollu rarament ħafna ġew osservati xi fatalitajiet (ara sezzjoni 4.4).

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Komuni

Raxx, ħakk

 

 

Disturbi muskolu-skelettriċi u tat-tessuti konnettivi

 

 

Komuni

Livelli ogħla ta’ CPK

 

 

Komuni

Disturbi fil-muskoli, li jinkludu milaġja u bugħawwieġ*

 

 

Mhux magħruf

Rabdomajlosi

* Fi studji ta’ Fażi III il-frekwenza osservata fl-grupp tat-trattament b’lamivudine ma kinetx akbar minn dik osservata fil-grupp tal-plaċebo

Popolazzjoni pedjatrika

Abbażi tad-dejta limitata fi tfal b'età minn sentejn sa 17-il sena, ma kienx hemm kwistjonijiet ta' sikurezza ġodda identifikati meta mqabbla ma' adulti.

Popolazzjonijiet speċjali oħra

F'pazjenti infettati bl-HIV, każi ta' infjammazzjoni tal-frixa u newropatija periferali (jew parestiżja) ġew rappurtati. F'pazjenti b’epatite B kronika ma ġietx notata xi differenza fl-inċidenza ta' dawn il-każi bejn pazjenti li ħadu plaċebo u dawk li ħadu lamivudine.

Każi ta' aċidosi lattika, xi drabi fatali, normalment flimkien ma' epatomegalija u seatosi epatika ġew rappurtati f'każi ta' terapija analoga ta' kombinazzjoni ta’ nukleosidi f'pazjenti b’HIV. Kien hemm rapporti rari ta' aċidosi lattika f’pazjenti li kienu qegħdin jirċievu lamivudine għall-kura tal-epatite B.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doza eċċessiva

Studji ta' każi akuti ta' dożi f'livelli qawwijin ħafna ta' lamivudine fl-annimali ma rriżultawx f'xi avvelenament ta' xi organu. Jeżisti xi tagħrif limitat dwar il-konsegwenzi akuti mit-teħid ta' dożi eċċessivi mill-bniedem. Ma kien hemm ebda fatalitajiet, u l-pazjenti fiequ. Ma rriżultaw ebda sinjali speċifiċi wara t-teħid ta' dożi eċċessivi bħal dawn.

Fil-każ ta' doża eċċessiva l-pazjent għandu jiġi monitorjat, u jingħata trattament ta' sostenn kif meħtieġ. Billi l-lamivudine jippermetti dijalisi, fit-trattament ta' doża eċċessiva tista' tintuża dijalisi kontinwa tad-demm, għalkemm dan għadu ma ġiex studjat.

5.TAGĦRIF FARMAKOLOĠIKU

5.1Tagħrif farmakodinamiku

Grupp farmakoterapewtiku-Antivirali għal użu sistemiku, nucleoside u nucleotide reverse transcriptase inhibitors Kodiċi ATC: J05A-F05

Lamivudine huwa sustanza antivirali li hu attiv kontra l-virus tal-epatite B fir-razez kollha ta' ċelluli ttestjati u f’annimali infettati b'esperiment.

Lamivudine hu metabolizzat b' ċelluli infettati jew mhux infettati għad-derivat trifosfat (TP) li huwa l-forma attiva tat-taħlita parentali. Il-ħalf-life intraċellulari tat-trifosfat fil-epatoċiti hi ta' bejn 17-19-il siegħa in vitro. Lamivudine-TP jaħdem bħala sottostrat għall-polymerase virali tal-HBV.

Il-formazzjoni ta' aktar DNA virali tiġi mblukkata bid-dħul ta’ lamiduvine-TP fil-katina u t-tmiem sussegwenti tal-katina.

Lamivudine-TP ma jfixkilx il-metaboliżmu tad-deoxynucleotide fiċ-ċelluli normali. Hu wkoll inibitur verament dgħajjef tad-DNA polymerases mammiferi alfa u beta. Barra minn hekk, lamivudine għandu ftit effett fuq il-kontenut ta' DNA f'ċelluli mammiferi.

Fl-analiżi ta' l-effetti possibbli tas-sustanza fuq struttura mitokondrijali u l-kontenut u l-funzjoni ta' DNA, lamivudine ma nstabx li kellu xi effetti serji ta' tossiċità. Għandu potenzjal baxx ferm biex inaqqas il-kontenut ta' DNA mitokondrijali, ma jsirx parti permanenti ta’ DNA mitokondrijali, u ma jaħdimx bħala inibitur ta' mitochondrial DNA polymerase gamma.

Esperjenza klinika

Esperjenza f’pazjenti b’CHB pożittiv għall-HbeAg u mard kumpensat tal-fwied

Fi studji b’kontrolli, sena waħda ta' terapija b’lamivudine żammet sostanzjalment ir-replikazzjoni ta' DNA HBV [34-57 % ta' pazjenti kellhom livelli taħt il-limiti li jitkejlu fl-assaġġ (soluzzjoni Abbott Genostics hybridization assay, LLOD < 1.6 pg/ml)}, ġiebet għan-normal il-livell ta' ALT (40-72 % ta' pazjenti), ikkaġunat serokonverżjoni tal-HbeAg (telf ta' DNA tal-HbeAg u skoperta ta' HbeAb b’telf ta’ HBV DNA [b’assaġġ konvenzjonali], 16-18 % ta' pazjenti), tejbet l-istoloġija (38-52% ta' pazjenti kellhom tnaqqis ta’ ≥ 2 punti fil-Knodell Histologic Activity Index [HAI]) u naqqset l-avanz ta' fibrożi (f’3-17 % ta’ pazjenti) u l-avanz għaċ-ċirrożi.

Meta t-trattament b’lamivudine tkompla għal sentejn oħra f’pazjenti li ma rnexxilhomx jiksbu serokonverżjoni tal-HbeAg fl-ewwel sena ta’ l-istudji b’kontrolli, dan irriżulta f’aktar titjib fil-bridging tal-fibrożi. F’pazjenti bil-YMDD mutanti tal-HBV, 41/82 (50 %) pazjent kellhom titjib fl-infjammazzjoni tal-fwied u 40/56 (71 %) pazjent mingħajr il-YMDD mutanti tal-HBV kellhom titjib. Kien hemm titjib fil-bridging tal-fibrożi f’19/30 (63 %) pazjent mingħajr il-YMDD mutanti u

22/44 (50 %) pazjent bil-mutanti. F’ħamsa fil-mija (3/56) ta’ pazjenti mingħajr il-YMDD mutanti u f’13 % (11/82) ta’ pazjenti bil-YMDD mutanti l-infjammazjoni tal-fwied marret għall-agħar meta paragunata ma’ kif kienet qabel it-trattament. F’4/68 (6 %) pazjent bil-YMDD,mutanti kien hemm avanz għal ċirrożi, filwaqt li fl-ebda pazjent mingħajr il-mutant kien hemm avanz għaċ-ċirrożi.

Fi studju ta' trattament fit-tul, f’pazjenti Asjatiċi (NUCB3018), ir-rata ta' serokonverżjoni tal-HbeAg u r-rata ta' normalizzazzjoni tal-ALT fl-aħħar tal-perjodu ta' 5 snin trattament kienet ta’ 48 % (28/58) u 47 % (15/32) rispettivament. Is-serokonverżjoni tal-HbeAg żdiedet f’pazjenti b’livelli ogħljin ta’ ALT; 77% (20/26) ta' pazjenti bl' ALT ta’ qabel it-trattament >2 x ULN kellhom serokonverżjoni. Fl- aħħar tal 5 snin, il-pazjenti kollha kellhom livelli ta' HBV DNA li ma jitkejjlux jew li kienu aktar baxxi meta mqabbla ma' livelli ta' qabel it-trattament.

Aktar riżultati mill-prova skond l-istat tal-YMDD mutanti huma miġbura f’Tabella 1.

Tabella 1: Riżultati ta’ effikaċja 5 snin skond l-istat ta’ YMDD (Studju Asjatiku) NUCB3018

Individwi, % (nru.)

Stat tal- YMDD mutanti

YMDD

Mhux

tal-HBV

 

 

YMDD

Serokonverżjoni tal-HBeAg

 

 

 

 

- Il-pazjenti kollha

(15/40)

(13/18)

- Linja bażi ALT ≤ 1 x ULN2

(1/11)

(2/6)

- Linja bażi ALT > 2 x ULN

(9/15)

(11/11)

HBV DNA li ma tkejjilx

 

 

 

 

- Linja bażi 3

(2/40)

(1/18)

- Ġimgħa 260 4

(2/25)

 

negattiv

(23/25)

(4/4)

pożittiv < linja bażi

 

 

pożittiv > linja bażi

 

 

 

 

Normalizzazzjoni ALT

 

 

 

 

- Linja bażi

(11/40)

(6/18)

normal

(29/40)

(12/18)

fuq in-normal

 

 

 

 

- Ġimgħa 260

(13/28)

(2/4)

normal

(6/28)

 

fuq in-normal < linja bażi

(9/28)

(2/4)

fuq in-normal > linja bażi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1Pazjenti meqjusa bħala YMDD mutanti kienu dawk b’ ≥5 % YMDD mutanti tal-HBV f’kwalunkwe sena tul il-perjodu ta’ ħames snin. Pazjenti kategorizzati bħala mingħajr il- YMDD mutanti kienu dawk b’ > 95 % HBV tat-tip selvaġġ f’kull sena tul il-perjodu ta’ ħames snin tal- istudju.

2Limitu ta’ fuq tan-normal

3Soluzzjoni Abbott Genostics hybridisation assay (LLOD < 1.6 pg/ml

4Chiron Quantiplex assay (LLOD 0.7 Meq/ml)

Tagħrif komparattiv skont l-istat tal-YMDD kienu wkoll disponibbli għal assessjar istoloġiku imma sa tlett snin biss. F’pazjenti bil-YMDD mutanti tal-HBV, 18/39 (46 %) kellhom titjib fl-attività nekro- infjammatorja u 9/39 (23 %) marru għal-agħar. F’pazjenti mingħajr il-mutanti, 20/27 (74 %) kellhom titjib fl-attività nekro-infjammatorja u 2/27 (7 %) marru għal-agħar.

Wara s-serokonverżjoni ta’ HBeAg, ir-rispons seroloġiku u t-titfija klinika ġeneralment jibqgħu wara li twaqqaf l-lamivudine. Madankollu, wieħed jista jirkadi wara li jkun hemm serokonverżjoni. F’studju ta’ tkomplija fit-tul ta’ pazjenti li kellhom serokonverżjoni qabel u waqqfu l-lamivudine, 39% tal-individwi kellhom irkadar viroloġiku tardiv. Għalhekk, wara s-serokonverżjoni ta’ HBeAg, pazjenti għandhom jiġu monitorjati perjodikament biex wieħed ikun ċert li r-rispons seroloġiku u kliniku jibqa’ tajjeb. F’pazjenti li ma jżommux rispons seroloġiku għal żmien twil, għandu jiġi kkunsidrat trattament mil-bidu b’lamivudine jew sustanza antivirali alternattiva biex jerġa’ jkun hemm kontroll kliniku tal-HBV.

F'pazjenti li baqgħu jiġu segwiti sa 16-il ġimgħa wara l-waqfien tat-trattament fl-ewwel sena, żidiet fil-livelli tal-ALT ta' wara t-trattament kienu osservati iktar ta' spiss f'pazjenti li kienu ħadu lamivudine milli dawk tal-plaċebo. Paragun taż-żidiet fl-ALT ta’ wara t-trattament bejn il-ġimgħa 52 u l-ġimgħa 68 f'pazjenti li ma baqgħux jieħdu lamivudine fil-ġimgħa 52 u pazjenti fl-istess studji li kienu ħadu plaċebo matul il-kors tat-trattament kollu jidher fit-Tabella 2. Kien hemm proporzjon baxx ta’ pazjenti li kellhom żidiet fl-ALT wara t-trattament flimkien ma’ żidiet fil-livelli ta’

bilirubin u dan kien simili f’pazjenti fuq lamivudine jew fuq plaċebo.

Tabella 2: Żidiet fl-ALT ta' Wara t-Trattament f'Żewġ Studji Kontrollati bil-Plaċebo f'Adulti

 

Pazjenti b'żidiet ta' ALT / Pazjenti

Valur Mhux Normali

 

b'osservazzjonijiet*

Lamivudine

 

Placebo

ALT ≥ 2 x valur linja bażi

37/137 (27 %)

 

22/116 (19 %)

ALT ≥ 3 x valur linja bażi

29/137 (21 %)

 

9/116 (8 %)

ALT ≥ 2 x valur linja bażi u ALT assolut

21/137 (15 %)

 

8/116 (7 %)

> 500 IU/L

 

ALT ≥2 x valur linja bażi; u bilirubin >2 x ULN and

1/137 (0.7 %)

 

1/116 (0.9 %)

≥2 x valur linja bażi

 

*Kull pazjent jista' jkun rappreżentat f'kategorija waħda jew iżjed.

Paragunabbli ma' tossiċità ta' Grad 3 skont kriterji modifikati tal-WHO. ULN=Il-limitu ta' fuq tan-normal.

Esperjenza f’pazjenti b’CHB negattiv għall-HbeAg:

L-ewwel tagħrif jindika li l-effikaċja ta’ lamivudine f'pazjenti b’CHB negattiv għall-HbeAg tixbah dik f’pazjenti b’CHB pożittiv għall-HbeAg, b’71% ta’ pazjenti fejn tbaxxa l-HBV DNA għal taħt il-limitu ta’ kejl tal-assaġġ, 67% normalizzazzjoni ta’ ALT u 38% b'titjib ta' HAI wara sena ta’ trattament. Meta twaqqaf lamivudine, il-maġġoranza tal-pazjenti (70%) kellhom ritorn tar-replikazzjoni tal-virus. Hemm tagħrif minn studju ta’ trattament fit-tul, f'pazjenti negattivi għall-HbeAg (NUCAB3017) li rċevew trattament b’lamivudine. Wara sentejn ta’ trattament f’dan l-istudju, kien hemm normalizzazzjoni ta’ ALT u HBV DNA li ma kienx osservat f’30/69 (43 %) u 32/68 (47 %) pazjent rispettivament u titjib fil- punteġġ nekro-infjammatorju f’18/49 (37 %) pazjent. F’pazjenti mingħajr il-YMDD mutanti tal-HBV, 14/22 (64 %) urew titjib fil-punteġġ nekro-infjammatorju u 1/22 (5 %) pazjent mar għal-agħar meta mqabbel ma’ qabel ma mbeda t-trattament. F’pazjenti bil-mutanti, 4/26 (15 %) pazjenti wrew titjib fil- punteġġ nekro-infjammatorju u 8/26 (31 %) pazjenti marru għal-agħar meta mqabbla ma’ qabel ma mbeda t-trattament. Ma kienx hemm pazjenti fl-ebda grupp li kellhom ċirrożi.

Frekwenza tal-ħruġ tal-YMDD mutanti tal-HBV u l-effett fuq ir-rispons tat-trattament:

Monoterapija bil-lamivudine twassal għas-selezzjoni tal-YMDD mutanti tal-HBV f’madwar 24% ta’ pazjenti wara sena ta’ terapija u din tiżdied għal 69 % wara 5 snin ta’ terapija. L-iżvilupp tal-YMDD mutanti tal-HBV huwa assoċjat f’xi pazjenti, ma’ rispons mnaqqas għat-trattament, kif muri mil-livell ogħla ta’ HBV DNA u ta’ ALT meta mqabbel mal-livelli ta’ waqt terapija ta’ qabel, mis-sinjali u s-sintomi avvanzati tal-mard tal-fwied u/jew ir-riżultati nekro-infjammatorji epatiċi li sejrin għall-agħar. L-aħjar trattament għal-pazjenti bil-YMDD mutanti tal-HBV għadu ma ġiex stabbilit (ara sezzjoni 4.4).

Fi studju retrospettiv sabiex jiġu stabbiliti l-fatturi assoċjati ma’ linja ta’ riferiment għal HBV DNA, 159 pazjent Ażjatiku pożittivi għal HbeAg kienu ttrattati b’lamivudine u wara baqgħu jiġu segwiti għal perjodu medjan ta’ kważi 30 xahar. Dawk b’livelli ta’ HBV DNA ogħla minn 200 kopja/ml fis-6 xhar (24 ġimgħa) ta’ terapija b’lamivudine kellhom probabilità ta’ 60% li jiżviluppaw YMDD mutanti meta mqabbel ma’ 8% ta’ dawk b’livelli ta’ HBV DNA inqas minn 200 kopja/ml fl-24 ġimgħa b’terapija b’lamivudine. Ir-riskju li jiżviluppa YMDD mutanti kien ta’ 63% kontra 13% b’linja ta’ riferiment ta’ 1000 kopja/ml (NUCB3009 u NUCB3018).

Esperjenza f’pazjenti b’mard mhux kumpensat tal-fwied

Studji bi plaċebo bħala kontroll ġew meqjusa mhux adattati għal pazjenti b'mard mhux kumpensat tal- fwied, u għalhekk ma sarux. Fi studji mhux kontrollati, meta lamivudine ingħata qabel u waqt trapjant, deher trażżin effettiv ta’ HBV DNA u normalizzazzjoni ta' ALT. Meta tkompliet il-kura b’lamivudine wara trapjant kien hemm tnaqqis ta' infezzjoni mill-ġdid tal-graft mill-HBV, żieda f'telf ta’ HbsAg u fuq rata ta' sena ta' sopravivenza ta’ 76-100 %.

Kif kien maħsub minħabba l-immunosoppressjoni konkomitanti, ir-rata tal-YMDD mutanti tal-HBV li bdiet titfaċċa wara 52 ġimgħa ta' trattament kienet akbar (36 %-64 %) f'dawk bi trapjant tal-fwied milli f'pazjenti immunokompetenti b’CHB (14 %-32 %).

Esperjenza f’pazjenti b’CHB b’fibrożi fi stat avvanzat u b’ċirrożi

Fi studju bi plaċebo bħala kontroll f’651 pazjent bl-epatite B kronika kumpensata klinikament u b’fibrożi jew ċirrożi konfermati istoloġikament, trattament b’lamivudine (tul ta’ żmien medju 32 xahar) naqqas sinifikament ir-rata tal-iżvilupp totali tal-marda (34/436, 7.8 % għal lamivudine kontra

38/215, 17.7 % għal plaċebo, p=0.001), u dan intwera b’tnaqqis sostanzjali fil-proporzjon ta’ pazjenti b’żieda fil-punteġġ ta’ Child-Pugh (15/436, 3.4 % kontra 19/215, 8.8 %, p=0.023) jew dawk li żviluppaw karċinoma epatoċellulari (17/436, 3.9 % kontra 16/215, 7.4 %, p=0.047). Ir-rata tal-iżvilupp totali tal-marda fil-grupp tal-lamivudine kienet ogħla f’dawk l-individwi bil-YMDD mutanti tal-HBV DNA li jista’ jiġi osservat (23/209, 11 %) meta mqabbla ma’ dawk mingħajr il-YMDD mutanti tal-HBV li jista’ jiġi osservat (11/221, 5 %). Madankollu, l-iżvilupp tal-marda f’individwi b’YMDD fil-grupp tal-lamivudine kien anqas mill-iżvilupp tal-marda fil-grupp plaċebo (23/209, 11 % kontra 38/214, 18 % rispettivament). Serokonverżjoni ta’ HBeAg konfermata seħħet f’47 % (118/252) ta’ individwi li rċevew trattament b’lamivudine u 93 % (320/345) ta’ individwi li kienu qed jirċievu lamivudine saru negattivi għal HBV DNA (VERSANT [verżjoni 1], b’assaġġ tad-DNA, LLOD < 0.7 MEq/ml) waqt l- istudju.

Esperjenza fit-tfal u adolexxenti

Lamivudine ingħata lil tfal u adolexxenti b'CHB kumpensat fi studju bi plaċebo bħala kontroll f'286 pazjenti bejn is-sentejn u 17-il sena. Din il-popolazzjoni kienet magħmula primarjament minn tfal b'epatite B minima. Doża ta' 3 mg/kg kuljum (sa massimu ta' 100 mg kuljum) intużat fi tfal bejn is- sentejn u l-11-il sena u doża ta' 100 mg darba kuljum f'adolexxenti ta' minn 12-il sena 'l fuq. Din id- doża trid tiġi sostanzjata aktar. Id-differenza bejn ir-rati ta' serokonverżjoni (telf ta' HBV DNA bi skoperta ta' HbcAb) bejn plaċebo u lamivudine ma kinitx statistikament sinifikanti

f'din il-popolazzjoni (ir-rati wara sena kienu 13 % (12/95) għal plaċebo kontra 22 % (42/191) għal lamivudine; p=0.057). L-inċidenza tal-YMDD mutanti tal-HBV kienet simili għal dik osservata fl-adulti u kienet tvarja bejn 19 % (31/166) fil-ġimgħa 52 sa 45 % (53/118) f'pazjenti li baqgħu kontinwament fuq it-trattament għal 24 xahar.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Lamivudine hu assorbit sew mill-parti gastrointestinali, u l-bijodisponibilità ta' lamivudine li jittieħed mill-ħalq minn adulti hi normalment bejn 80 % u 85 %. Wara li din il-mediċina tkun ittieħdet mill- ħalq, il-ħin medju (tmax) għal konċentrazzjonijiet massimi ta' serum hu ta' madwar 1.1-1.5 µg/ml u l-

livelli l-aktar baxxi kienu 0.015-0.020 µg/ml.

It-teħid ta' lamivudine mal-ikel irriżulta f'dewmien ta' tmax u ta' Cmax aktar baxx (tnaqqas sa 47%).

Madankollu, il-miżura (bażata fuq l-AUC) ta' lamivudine assorbit ma ġietx influwenzata, għalhekk lamivudine jista' jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Distribuzzjoni

Studji ta' ġol-vini juru li l-volum medju ta' distribuzzjoni hu 1.3 l/kg. Lamivudine juri farmakokinetiċi lineari fuq il-medda ta' dożi terapewtiċi u juri rabta baxxa ta' proteina tal-plażma għall-albumina. Tagħrif limitat juri li lamivudine jidħol fis-sistema ċentrali nervuża u jilħaq il-fluwidu ċerebrospinali (CSF). Il-proporzjon medju ta' konċentrazzjoni ta' CSF/serum ta' lamivudine għal minn sagħtejn sa erba' siegħat wara li tittieħed kien bejn wieħed u ieħor ta' 0.12.

Bijotrasformazzjoni

Lamivudine jitneħħa prinċipalment permezz ta' eliminazzjoni mill-kliewi bħala sustanza mhix

mibdula. Ftit hemm probabiltà ta' azzjoni metabolika reċiproka mal-lamivudine minħabba l- okkorrenza baxxa (5-10 %) ta' metaboliżmu tal-fwied u taqgħid baxx tal-proteina fil-plażma.

Eliminazzjoni

It-tneħħija medja mis-sistema ta’ lamivudine hi ta' madwar 0.3 l/h/kg. Il-half-life ta’ eliminazzjoni osservata hi minn 5 sa 6 sigħat. Il-maġġoranza ta’ lamivudine jiġi eliminat bla ma jinbidel fl-awrina permezz ta’ filtrazzjoni glomerulari u bi tnixxija attiva (is-sistema ta trasport katjoniku organika). Madwar 70 % tal-eliminazzjoni ta’ lamivudine issir mill-kliewi.

Popolazzjonijiet Speċjali

Studji fuq pazjenti b'mard fil-kliewi juru li l-eliminazzjoni ta’ lamivudine hi affettwata minn kliewi li ma jiffunzjonawx tajjeb. Tnaqqis tad-doża hu meħtieġ f'pazjenti bi tneħħija ta' kreatinina ta’

<50 ml/min (ara sezzjoni 4.2).

Il-farmakokinetiċi ta’ lamivudine ma jintlaqtux ħażin mill-mard tal-fwied. Tagħrif limitat minn pazjenti li jkunu qed jagħmlu trapjant tal-fwied juri li mard tal-fwied ma tantx għandu effett fuq il-farmakokinetika ta’ lamivudine sakemm ma jkunx hemm ukoll mard tal-kliewi.

F'pazjenti anzjani il-profil farmakokinetiku ta’ lamivudine jindika li l-avvanz fl-età bin-nuqqas li jġib fil-funzjonament tal-kliewi m'għandux xi effett partikolari fuq l-esponiment ta’ lamivudine, ħlief f'pazjenti bi tneħħija ta' kreatinina ta <50 ml/min (ara sezzjoni 4.2).

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà tal-mediċina

It-teħid ta' lamivudine f'dożi kbar fi studji dwar tossiċità fl-annimali ma wera ebda tossiċità serja ta' xi organi. Fl-ogħla livelli ta' dożaġġ, dehru xi effetti żgħar fuq indikaturi tal-funzjonament tal-fwied u l- kliewi flimkien ma' xi tnaqqis fil-piżijiet tal-fwied. It-tnaqqis ta' eritroċiti u ta' newtrofili ġew identifikati bħala l-effetti l-iktar probabbli ta' relevanza klinika. Dawn il-każi rarament dehru fi studji kliniċi.

Lamivudine ma kienx mutaġeniku f'testijiet ta' batterji, biss bħal ħafna analogi nukleosidi wera attività f'assaġġ ċitoġenetiku in vitro u f'analiżi ta' limfoma fil-ġurdien. Lamivudine ma kienx ġenotossiku in vivo f'dożi li rriżultaw f'konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ 60-70 darba iktar mil-livelli ta' plażma klinika antiċipati. Billi l-attività mutaġenika ta’ lamivudine ma setgħetx tiġi konfermata b'testijiet in vitro, jista' jiġi konkluż li lamivudine m'għandux ikun ta' riskju ġenotossiku għal pazjenti li jkunu qed jieħduh.

Studji dwar ir-riproduzzjoni fl-annimali ma wrewx evidenza ta’ effett teratoġeniku u ma wrew l-ebda effett fuq il-fertilità tar-raġel jew tal-mara. Lamivudine għandu effett letali kmieni fl-iżvilupp tal-embriju meta ngħata lil fniek waqt it-tqala meta dawn ġew esposti għal livell komparabbli ma’ dak fil-bniedem, imma ma kellux dan l-effett fil-far anke meta dan ġie espost għal livelli fid-demm ogħljin ħafna.

Ir-riżultati ta' studji karċinoġeniċi fit-tul ta’ lamivudine fil-firien u ġrieden ma wrewx potenzjal karċinoġeniku.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ sustanzi mhux attivi

Il-ġewwieni tal-pillola

Microcrystilline cellulose

Sodium Starch Glycolate

Magnesium Stearate

Ir-rita tal-kisi tal-pillola

Hypromellose 3cP

Hypromellose 6cP

Titanium dioxide

Macrogol 400

Polysorbate 80

Iron oxide yellow

Iron oxide red

6.2Inkompatibilitajiet

Ma jgħoddx f’dan il-każ

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali ma jeħtieġ ebda kundizzjoni ta’ ħażna speċjali.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folji

Folji bojod tal-PVC/PVdC-Aluminju

Daqsijiet ta’ pakketti li fihom 28, 30, 84 jew 100 pillola miksija b’rita

Reċipjenti:

Reċipjenti opaki bojod tal-HDPE b’għatu tal-kamin abjad opaki tal-polyethylene reżistenti għal ftuħ mit-tfal b’siġill tal-induzzjoni.

Daqs tal-pakkett ta’ 60 pillola miksija b’rita.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.ID-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Teva B.V.

Swensweg 5

2031GA Haarlem

L-Olanda

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/09/566/001 – 28 Pillola

EU/1/09/566/002 – 30 Pillola

EU/1/09/566/003 – 84 Pillola

EU/1/09/566/004 – 100 Pillola

EU/1/09/566/005 – 60 Pillola

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 23 ta’ Ottubru 2009

Data tal-aħħar tiġdid: 09 Settembru 2014

10.DATA TA’ META ĠIET RIVEDUTA L-KITBA

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija Ewropea dwar il-mediċini http://www.emea.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati