Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Lamivudine Teva (lamivudine) – Fuljett ta’ tagħrif - J05AF05

Updated on site: 08-Oct-2017

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għal min qed jagħmel użu minnha

Lamivudine Teva 100 mg pilloli miksijin b’rita lamivudine

Aqra dan-il fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik

-Żomm dan il-fuljett. Jista' jkollok bżonn terġa' taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Lamivudine Teva u għal xiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma’ tieħu Lamivudine Teva

3.Kif għandek tieħu Lamivudine Teva

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Lamivudine Teva

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Lamivudine Teva u għal xiex jintuża

Is-sustanza attiva f’Lamivudine Teva hija lamivudine.

Lamivudine Teva jintuża biex jikkura infezzjoni fit-tul (kronika) tal-epatite B fl-adulti.

Lamivudine Teva huwa mediċina antivirali li trażżan il-virus tal-epatite B u tappartjeni għal grupp ta' mediċini msejħa inibituri ta’ nucleoside analogue reverse transcriptase (NRTIs).

L-epatite B huwa virus li jinfetta l-fwied jikkawża infezzjoni fit-tul (kronika) u jista’ jwassal għal ħsara fil-fwied. Lamivudine Teva jista’ jintuża ma’ nies li għandhom il-ħsara fil-fwied tagħhom imma li għadu jaħdem b’mod normali (mard kumpensat tal-fwied).

Il-kura b’Lamivudine Teva tista' twassal għal tnaqqis tal-virus tal-epatite B minn ġo fik. Dan għandu jwassal għal tnaqqis ta' ħsara fil-fwied u titjib fil-funzjoni tal-fwied. Mhux kulħadd jirrispondi għall- kura b’Lamivudine Teva bl-istess mod. It-tabib tiegħek se jimmonitorja l-effikaċja tal-kura tiegħek b’testijiet regolari tad-demm.

2.X'għandek tkun taf qabel ma’ tieħu Lamivudine Teva

Tiħux Lamivudine Teva

jekk inti allerġiku għal lamivudine jew sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- Sezzjoni 6).

Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk taħseb li dan jgħodd għalik.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Xi persuni li jkunu qed jieħdu Lamivudine Teva jew mediċini simili oħra huma f’riskju akbar ta’ effetti sekondarji serji. Jeħtieġ li tkun konxju tar-riskji żejda:

jekk qatt kellek tipi oħra ta’ mard tal-fwied, bħal epatite Ċ

jekk għandek ħafna piż żejjed (speċjalment jekk inti mara).

Kellem lit-tabib tiegħek jekk xi waħda minn dawn tgħodd għalik. Jista’ jkollok bżonn visti ekstra, inkluż testijiet tad-demm, waqt li tkun qed tieħu l-medikazzjoni tiegħek. Ara Sezzjoni 4 għal aktar informazzjoni dwar ir-riskji.

Tiqafx tieħu Lamivudine Teva mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek, għax tista' tirriskja li l-marda tiegħek ta' l-epatite B tmurlek għall-agħar. Meta tieqaf tieħu Lamivudine Teva jibqa' jimmonitorjak minn tal-anqas għal erba' xhur biex jara jkunx hemm xi problemi. Dan ifisser li jkollu jeħodlok kampjuni tad-demm biex jiċċekkja jekk għandekx livelli ta’ enzimi għoljin li jistgħu jindikaw ħsara fil- fwied. Ara sezzjoni 3 għal aktar informazzjoni dwar kif tieħu Lamivudine Teva.

Oqgħod attent għal sintomi importanti

Xi persuni li jieħdu mediċini għall-infezzjoni tal-epatite B jiżviluppaw mard ieħor, li jista’ jkun serju. Għandek bżonn tkun taf dwar sinjali u sintomi importanti li għandek toqgħod attent għalihom waqt li tkun qed tieħu Lamivudine Teva.

Aqra l-informazzjoni ‘Effetti sekondarji oħra possibbli ta’ terapija għall-Epatite B’ f’Sezzjoni 4 ta’ dan il-fuljett.

Ipproteġi persuni oħra

Infezzjoni tal-epatite B tinfirex permezz ta’ kuntatt sesswali ma’ xi ħadd li għandu l-infezzjoni, jew permezz ta’ trasferiment ta’ demm infettat (per eżempju, b’self ta’ labar għall-injezzjoni). Lamivudine Teva mhux se jwaqqfek milli tgħaddi l-infezzjoni tal-epatite B lil persuni oħra. Biex tipproteġi persuni oħra milli jiġu infettati bl-epatite B:

Uża kondom meta jkollok sess orali jew penetrattiv.

Tirriskjax trasferiment ta’ demm - pereżempju, issellifx siringi.

Mediċini oħra u Lamivudine Teva

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra jew tista’ tieħu xi mediċina oħra, inkluż mediċini mill-ħxejjex jew mediċini oħra li xtrajt mingħajr riċetta.

Ftakar biex tgħid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tibda tieħu xi mediċina ġdida waqt li tkun qed tieħu Lamivudine Teva.

Dawn il-mediċini m’għandhomx jintużaw flimkien ma’ Lamivudine Teva:

mediċini oħra li fihom lamivudine, li jintużaw biex jittrattaw infezzjoni tal-HIV (xi kultant imsejjaħ virus tal-AIDS)

emtricitabine (li jintuża biex jittratta l-HIV jew infezzjoni ta’ epatite B).

cladribine, jintuża għall-kura ta’ lewkimja taċ-ċellula sufija

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tiġi kkurat/a bi kwalunkwe wieħed minn dawn.

Tqala

Jekk int tqila, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija:

Kellem lit-tabib tiegħek dwar ir-riskji u l-benefiċċji li tieħu Lamivudine Teva waqt it-tqala tiegħek.

Twaqqafx il-kura b’Lamivudine Teva mingħajr ma jgħidlek tagħmel hekk it-tabib tiegħek.

Treddigħ

Lamivudine Teva jista’ jgħaddi fil-ħalib tal-omm. Jekk inti qed tredda’ jew qed tippjana li tredda’:

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Lamivudine Teva.

Sewqan u tħaddim ta’ magni:

Lamivudine Teva jista' jġiegħlek tħossok għajjien/a, u dan jista’ jaffettwa l-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni.

Issuqx jew tużax magni sakemm ma tkunx ċert/a li mintix affettwat/a.

3.Kif għandek tieħu Lamivudine Teva

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Ibqa’ f’kuntatt regolari mat-tabib tiegħek

Lamivudine Teva jgħin biex jikkontrolla l-infezzjoni tal-epatite B tiegħek. Għandek bżonn tibqa’ tieħdu kuljum biex tikkontrolla l-infezzjoni u twaqqaf il-marda milli tmur għall-agħar.

Żomm kuntatt mat-tabib tiegħek, u tieqafx tieħu Lamivudine Teva mingħajr il-parir tat- tabib tiegħek.

Kemm għandek tieħu

Id-doża tas-soltu ta’ Lamivudine Teva hi ta’ pillola waħda (100 mg lamivudine) darba kuljum.

It-tabib tiegħek għandu mnejn jippreskrivi doża aktar baxxa jekk għandek problemi bil-kliewi tiegħek. Soluzzjoni orali ta’ Lamivudine hija disponibbli għall-persuni li għandhom bżonn doża aktar baxxa mis-soltu, jew li ma jistgħux jieħdu pilloli.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk dan japplika għalik.

Jekk diġà qed tieħu xi mediċina oħra li fiha lamivudine għall-infezzjoni tal-HIV, it-tabib tiegħek se jkompli jikkurak bid-doża l-għolja, (ġeneralment 150 mg darbtejn kuljum), għax id-doża ta’ lamivudine f’Lamivudine Teva (100 mg) mhux biżżejjed biex tikkura infezzjoni tal-HIV. Jekk qed tippjana biex tbiddel il-kura tal-HIV tiegħek, l-ewwel iddiskuti din il-bidla mat-tabib tiegħek.

Ibla’ l-pillola sħiħa, ma’ ftit ilma. Lamivudine Teva jista’ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Jekk tieħu wisq Lamivudine Teva

Jekk bi żball tieħu aktar Lamivudine Teva milli għandek bżonn mhux probabbli li se joħloqlok xi problemi serji. Jekk bi żball tieħu żżejjed, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek, jew ikkuntattja lill- emerġenza ta' xi sptar qrib għal xi parir li tkun teħtieġ.

Jekk tinsa tieħu Lamivudine Teva

Jekk tinsa tieħu doża, hudħa malli tiftakar. Imbagħad kompli l-kura tiegħek bħal qabel. M'għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt tieħu.

Tieqafx tieħu Lamivudine Teva

M’għandekx tieqaf tieħu Lamivudine Teva mingħajr ma tgħid lit-tabib tiegħek. Hemm riskju li l-epatite tiegħek tmur għall-agħar (ara sezzjoni 2). Meta tieqaf tieħu Lamivudine Teva, it-tabib tiegħek ser jimmonitorjak għal mill-inqas erba' xhur biex jiċċekkja għal xi problemi. Dan ifisser li se jeħodlok xi kampjuni tad-demm biex jiċċekkja għal xi livelli elevati ta’ enzimi tal-fwied, li jistgħu jindikaw ħsara fil-fwied.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina jista’ jkollha effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Minbarra l-effetti sekondarji elenkati taħt għal Lamivudine Teva, jista’ jiżviluppa mard ieħor waqt terapija għall-epatite B.

Huwa importanti li taqra l-informazzjoni taħt ‘Effetti sekondarji oħra possibbli ta’ terapija għall- epatite B’.

Effetti sekondarji li kienu irrappurtati b’mod komuni fi provi kliniċi b’Lamivudine kienu għeja, infezzjonijiet fl-apparat respiratorju, uġigħ ħafif tal-griżmejn, uġigħ ta' ras, uġigħ fl-istonku u uġigħ, dardir, rimettar u dijarea, żieda fl-enzimi tal-fwied u enzimi prodotti fil-muskoli (ara isfel).

Reazzjoni allerġika

Dawn huma rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000).. Sinjali jinkludu:

nefħa fil-kpiepel tal-għajnejn, fil-wiċċ jew fix-xofftejn

diffikultà biex tibla' jew tieħu n-nifs

Ikkuntattja tabib immedjatament jekk ikollok dawn is-sintomi. Waqqaf it-teħid ta’

Lamivudine Teva.

Effetti sekondarji maħsuba li huma kawżati minn Lamivudine Teva

Effett sekondarju komuni ħafna (li jista' jaffettwa aktar minn persuna waħda minn kull 10) li jista’ jidher fit-testijiet tad-demm huwa:

żieda fil-livell ta’ xi enzimi tal-fwied (transaminases), li jista’ jkun sinjal ta’ infjammazzjoni jew ħsara fil-fwied.

Effett sekondarju komuni (li jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn kull 10):

bugħawwieġ u uġigħ fil-muskoli

raxx fil-ġilda jew urtikarja fil-ġisem, ikun fejn ikun

Effett sekondarju komuni li jista’ jidher fit-testijiet tad-demm huwa:

żieda fil-livell ta’ enzima magħmula fil-muskoli (creatine phosphokinase) li jista’ jkun sinjal li tessut tal-ġisem għandu l-ħsara.

Effetti sekondarji oħra

Effetti sekondarji oħra seħħew f’għadd żgħir ta’ persuni imma l-frekwenza tagħhom għadha mhux magħrufa

ħsara fit-tessut tal-muskolu

irkadar ta’ mard tal-fwied wara li jitwaqqaf Lamivudine Teva jew waqt il-kura jekk il-virus tal-epatite B jsir reżistenti għal Lamivudine Teva. F’xi persuni dan jista’ jikkawża l-mewt.

aċidożi lattika (ara s-sezzjoni li jmiss, ‘Effetti sekondarji oħra possibbli b’terapija għall- Epatite B’)

Effett sekondarju li jista’ jidher fit-testijiet tad-demm huwa:

tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli involuti fit-tagħqid tad-demm (tromboċitopenija).

Jekk ikollok xi effetti sekondarji

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar

tiegħek.

Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.

Effetti sekondarji oħra possibbli ta’ terapija għall-Epatite B

Lamivudine Teva u mediċini relatati (NRTIs) jistgħu jikkawżaw l-iżvilupp ta’ mard ieħor waqt kura tal- epatite B.

Aċidożi lattika hija effett sekondarju rari iżda serju

Xi persuni li jieħdu Lamivudine Teva, jew mediċini oħra bħalu (NRTIs), jistgħu jiżviluppaw marda msejħa aċidożi lattika, flimkien ma’ tkabbir tal-fwied.

Aċidożi lattika hija kkawżata minn akkumulazzjoni ta’ aċidu lattiku fil-ġisem. Hija rari; jekk isseħħ, normalment tiżviluppa wara ftit xhur ta’ kura. Tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja, peress li tikkawża falliment ta’ organi interni.

Aċidożi lattika hija aktar probabbli li tiżviluppa f’persuni li għandhom mard tal-fwied, jew f’persuni obesi (għandhom ħafna piż żejjed), speċjalment nisa.

Sinjali ta’ aċidożi lattika jinkludu:

nifs fil-fond, mgħaġġel u b’diffikultà

ħedla ta’ ngħas

tnemnim jew dgħjufija fil-riġlejn

tħossok imdardar (tqalligħ), tirremetti (rimettar)

uġigħ fl-istonku.

Waqt il-kura tiegħek, it-tabib tiegħek ser jissorveljak għal sinjali ta’ aċidożi lattika. Jekk għandek kwalunkwe sintomu elenkat fuq, jew xi sintomi oħra li qed jinkwetawk:

Ara lit-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Lamivudine Teva

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tiħux din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna u l-istrxxi. Id-data ta’ skadenza tirreferi għal l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Dan il-prodott mediċinali ma jeħtieġ ebda kundizzjoni speċjali ta’ ħażna.

Tużax Lamividine Teva jekk tinduna b’xi bidla fid-dehra tal-pillola.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku tiegħek. Staqsi lill- ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Lamivudine Teva

-Is-sustanza attiva hija lamivudine. Kull pillola miksija b’rita fiha 100 mg lamivudine.

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Il-qalba tal-pillola: Microcrystalline cellulose, sodium starch glycollate, magnesium stearate.Il-kisi tar-rita tal-pillola: Hypromellose, titanium dioxide (E171), macrogol, polysorbate 80, iron oxide isfar (E172) u iron oxide aħmar (E172).

Id-Dehra tal-prodott u d-daqs tal-pakkett

Pillola oranġjo, f’għamla ta’ kapsula, mżaqqa fuq żewġ naħat - li fuqha hemm mnaqqax “L-100” fuq naħa waħda u m’għandu xejn fuq in-naħa l-oħra.

Lamivudine Teva jiġi f’folji tal-aluminju li fihom 28, 30, 84 jew 100 pillola jew reċipjenti tal-HDPE li fihom 60 pillola.

Jista’ jkun li mhux id-daqsijiet kollha jkunu disponibbli f’pajjiżek.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Teva B.V.

Swensweg 5

2031GA Haarlem

L-Olanda

Manifatturi

Teva Pharmaceutical Works Private Limited Company

Pallagi út 13

Debrecen H-4042

L-Ungerija

TEVA UK Ltd

Brampton Road

Hampden Park

Eastbourne, East Sussex

BN22 9AG

Ir-Renju Unit

Pharmachemie B.V.

Swensweg 5

2031 GA Haarlem

L-Olanda

Teva Operations Poland Sp.z o. o. Mogilska 80 Str.

31-546 Kraków Il-Polonja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A. Tel/Tél: UAB “Sicor Biotech”

+32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 02 03

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

ratiopharm GmbH

Teл: +359 2 489 95 82

Allemagne/ Deutschland

 

Tél: +49 731 402 02

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt.

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 64 00

Danmark

MaltaTeva Pharmaceuticals Ireland

Teva Denmark A/S

L-Irlanda

Tlf: +45 44 98 55 11

Tel: +353 51 321740

Deutschland

Nederland

Teva GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: +49 731 402 08

Tel: +31 (0) 800 0228400

Eesti

Norge

Teva Eesti esindus UAB Sicor Biotech

Teva Norway AS

Eesti filial

Tlf: +47 66 77 55 90

Tel: +372 6610801

 

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43(0)1 970070

España

Polska

Teva Pharma, S.L.U.

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tél: +34 91 387 32 80

Tel.: +48 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos Lda

Tél: +33 1 55 91 7800

Tel: +351 21 476 75 50

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o.

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel: +385 1 37 20 000

Tel: +4021 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 (0)51 321 740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

ratiopharm Oy

Teva Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Finnland

Tel: +421 2 5726 7911

Puh/Tel: +358 20 180 5900

 

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Tel: +39 028917981

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε.

Teva Sweden AB

ΕλλάδαΤηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +46 (0) 42 12 11 00

Latvija

United Kingdom

Sicor Biotech filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 67323666

Tel: +44 1977628500

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini http://www.emea.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati