Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Lartruvo (olaratumab) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L01XC27

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaLartruvo
Kodiċi ATCL01XC27
Sustanzaolaratumab
ManifatturEli Lilly Nederland B.V.

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Lartruvo 10 mg/mL konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Millilitru wieħed ta’ konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni fih 10 mg ta’ olaratumab.

Kull kunjett ta’ 19 mL fih 190 mg ta’ olaratumab.

Kull kunjett ta’ 50 mL fih 500 mg ta’ olaratumab.

Olaratumab huwa antikorp monoklonali IgG1 uman magħmul fiċ-ċelluli ta’ annimali gerriema (NS0) permezz tat-tekonoloġija ta’ tfassil tad-DNA.

Eċċipjent b’effett magħruf

Kull kunjett ta’ 19 mL fih madwar 22 mg (1 mmol) sodium.

Kull kunjett ta’ 50 mL fih madwar 57 mg (2.5 mmol) sodium.

Għal-lista sħiħa ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni (konċentrat sterili).

Il-konċentrat huwa minn ċar sa kemxejn ikanġi u minn bla kulur sa kemxejn isfar mingħajr ma jidher fih l-ebda frak.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Lartruvo huwa indikat flimkien ma’ doxorubicin għat-trattament ta’ pazjenti adulti b’sarkoma avvanzata fit-tessut artab li ma jkunux jistgħu jieħdu trattament ta’ kura permezz ta’ operazzjoni jew radjuterapija u li qatt ma kienu ġew ittrattati b’doxorubicin qabel (ara sezzjoni 5.1).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Terapija b’olaratumab għandha tinbeda u tiġi ssorveljata minn tobba b’esperjenza fl-onkoloġija. Matul l-infużjoni l-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati għal sinjali u sintomi ta’ reazzjonijiet marbuta mal- infużjoni (IRRs - infusion-related reactions) f’ambjent fejn ikun hemm apparat disponibbli għal risuxxitazzjoni (ara sezzjoni 4.4).

Pożoloġija

Id-doża rrakkomandata ta’ olaratumab hija 15-il mg/kg mogħtija permezz ta’ infużjoni fil-vini fil- jiem 1 u 8 ta’ kull ċiklu ta’ 3 ġimgħat sakemm ikun hemm progressjoni tal-marda jew tossiċità mhux aċċettabbli. Lartruvo jingħata flimkien ma’ doxorubicin għal mhux aktar minn 8 ċikli ta’ trattament, segwiti minn monoterapija b’Lartruvo f’pazjenti li l-marda tagħhom ma tkunx ipprogressat. Doxorubicin jingħata fil-jum 1 ta’ kull ċiklu wara l-infużjoni ta’ Lartruvo.

Premedikazzjoni

Premedikazzjoni b’antagonist tar-riċettur H1 (eż., diphenhydramine) u dexamethasone (jew prodotti mediċinali ekwivalenti) għandha tingħata, mill-vini, 30–60 minuta qabel id-dożi ta’ olaratumab fil- jiem 1 u 8 taċ-ċiklu 1 fil-pazjenti kollha. Għal ċikli sussegwenti, premedikazzjoni b’antagonist tar- riċettur H1 (eż., diphenhydramine) għandha tingħata mill-vini minn 30–60 minuta qabel kull doża ta’ olaratumab.

Għal pazjenti li jkollhom IRR (infusion-related reaction-reazzjoni kkawżata mill-infużjoni)) ta’ Grad 1 jew 2, l-infużjoni għandha titwaqqaf u għandhom jingħataw paracetamol, antagonist tar- riċettur H1 u dexamethasone (jew prodotti mediċinali ekwivalenti) skont il-ħtieġa. Għall-infużjonijiet sussegwenti kollha, għandha tingħata premedikazzjoni b’dawn li ġejjin (jew prodotti mediċinali ekwivalenti): diphenhydramine hydrochloride (minn ġol-vini), paracetamol, u dexamethasone.

F’każ li l-għoti ta’ antagonist tar-riċettur H1 mill-vini ma jkunx possibbli, għandha tingħata premedikazzjoni alternattiva ekwivalenti (eż. diphenhydramine hydrochloride mill-ħalq mill-inqas 90 minuta qabel l-infużjoni).

Aġġustamenti fil-pożoloġija għal olaratumab

Għal rakkomandazzjonijiet ta’ aġġustament fid-doża marbuta ma’ doxorubicin, irreferi għall-aktar informazzjoni reċenti dwar kif għandek tagħmel riċetta għal doxorubicin.

Reazzjoni jiet ikkawżati mill-infużjoni (IRRs)

Ir-rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġjar ta’ IRRs marbuta ma’ olaratumab huma pprovduti f’tabella 1.

Tabella 1 – Rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġjar ta’ reazzjonijiet marbuta mal- infużjoni (IRRs)

Grad ta’

Rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġjar

tossiċitàa

(kwalunkwe okkorrenza)

• Waqqaf l-infużjoni

 

• Paracetamol, antagonist tar-riċettur H1 u dexamethasone

 

għandhom jingħataw skont il-ħtieġa (ara s-sezzjoni ta’

 

premedikazzjoni)

 

• Ladarba r-reazzjoni tgħaddi, erġa’ kompli l-infużjoni b’rata

 

tal-infużjoni mnaqqsa għal 50 %.b

 

• Immonitorja l-pazjent biex tara jekk il-kondizzjoni tkunx sejra

 

għall-agħar.

 

• Għal infużjonijiet sussegwenti, jekk jogħġbok ara s-sezzjoni

 

ta’ premedikazzjoni.

• Waqqaf it-trattament b’olaratumab b’mod immedjat u

 

permanenti (ara sezzjoni 4.4).

aIl-gradi ta’ tossiċità skont il-Kriterji tal-Istitut Nazzjonali tal-Kanċer għal Terminoloġija Komuni għall-Avvenimenti Avversi (NCI-CTCAE), Verżjoni 4.03

bLadarba r-rata tal-infużjoni tkun tnaqqset għal reazzjoni marbuta mal-infużjoni ta’

Grad 1 jew 2, huwa rrakkomandat li r-rata l-baxxa tal-infużjoni tintuża għall-infużjonijiet sussegwenti kollha. It-tul ta’ żmien tal-infużjoni m’għandux jaqbeż sagħtejn.

Tossiċitajiet mhux ematoloġiċi oħra

Għal tossiċità serja ta’ Grad ≥3 mhux ematoloġika meqjusa li hija marbuta ma’ olaratumab, id-doża ta’ olaratumab għandha titwaqqaf sakemm it-tossiċità tkun ta’ ≤ Grad 1 jew tkun marret lura għal-linja bażi ta’ qabel il-kura. Għall-infużjonijiet ta’ wara, id-doża għandha titnaqqas għal 12-il mg/kg għat- tossiċitajiet serji ta’ Grad 3 u għal 10 mg/kg għat-tossiċitajiet ta’ Grad 4. Jekk terġa’ sseħħ tossiċità ta’

Grad 3 minkejja it-tnaqqis fid-doża,id-doża għandha titnaqqas iżjed għal 10 mg/kg. F’każ li terġa’ sseħħ tossiċità ta’ Grad 4, it-trattament b’ olaratumab għandu jitwaqqaf b’mod permanenti.

Newtropenija

Jekk iseħħu deni newtropeniku/infezzjoni newtropenika jew isseħħ newtropenija ta’ Grad 4 li ddum aktar minn ġimgħa, l-għoti ta’ olaratumab għandu jitwaqqaf b’mod temporanju sakemm l-għadd assolut ta’ newtrofili jkun 1,000 / µL jew aktar imbagħad id-doża ta’ olaratumab għandha terġa’ tinbeda b’doża mnaqqsa ta’ 12-il mg/kg. Jekk jerġa’ jkun hemm deni/infezzjoni newtropenika jew newtropenija ta’ Grad 4 li ddum iżjed minn ġimgħa minkejja t-tnaqqis fid-doża, id-doża għandha titnaqqas iżjed għal 10 mg/kg.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani (> 65 sena)

Id-dejta dwar pazjenti anzjani ħafna (> 75 sena) hija limitata ħafna (ara sezzjonijiet 4.8 u 5.1). Ma huwa meħtieġ l-ebda tnaqqis fid-doża ħlief dak irrakkomandat għall-popolazzjoni ta’ pazjenti in ġenerali.

Indeboliment tal-kliewi

Ma kien hemm l-ebda studji formali b’olaratumab f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi. Dejta ta’ popPK tissuġġerixxi li ma huma meħtieġa l-ebda aġġustamenti fid-doża ta’ pazjenti b’indeboliment minn ħafif sa moderat tal-kliewi. M’hemm l-ebda dejta dwar l-għoti ta’ olaratumab f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi (tneħħija tal-kreatinina kkalkulata < 30 mL/min) (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment tal-fwied

Ma kien hemm l-ebda studji formali b’olaratumab f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied. Dejta ta’ popPK tissuġġerixxi li ma huma meħtieġa l-ebda aġġustamenti fid-doża ta’ pazjenti b’indeboliment ħafif tal-fwied. Hemm dejta limitata ħafna dwar l-għoti ta’ olaratumab f’pazjenti b’indeboliment moderat tal-fwied. Ma hemm l-ebda dejta f’pazjenti b’indeboliment sever tal-fwied (ara sezzjoni 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ olaratumab fit-tfal minn età ta’ 0 sa 18-il sena għadhom ma ġewx determinati s’issa. M’hemm l-ebda dejta disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Wara d-dilwizzjoni f’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/mL (0.9 %), olaratumab jingħata bħala infużjoni fil-vini fuq perjodu ta’ madwar 60 minuta. Sabiex wieħed jakkomoda volumi ta’ infużjoni akbar li jistgħu jkunu meħtieġa għal pazjenti li jkollhom bżonn dożi akbar, it-tul ta’ ħin tal-infużjoni għandu jiżdied b’tali mod li r-rata massima tal-infużjoni ma taqbiżx 25 mg/minuta.

Għal istruzzjonijiet fuq id-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali qabel jingħata, ara sezzjoni 6.6.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis- sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Reazzjonijiet marbuta mal-infużjoni

Reazzjonijiet marbuta mal-infużjoni (IRRs), inkluż reazzjonijiet anafilattiċi, kienu rrappurtati fi provi kliniċi b’olaratumab. Il-parti l-kbira ta’ dawn ir-reazzjonijiet seħħew waqt jew wara l-ewwel infużjoni ta’ olaratumab. Is-sintomi tal-IRRs kienu jinkludu fwawar, qtugħ ta’ nifs, bronkospażmu, jew deni/tkexkix ta’ bard, u f’xi każijiet dehru bħala ipotensjoni severa, xokk anafilattiku jew arrest kardijaku fatali. IRRs severi bħal reazzjonijiet anafilattiċi jistgħu jseħħu minkejja l-użu ta’ premedikazzjoni. Matul l-infużjoni l-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati għal sinjali u sintomi ta’

IRRs f’ambjent fejn ikun hemm disponibbli apparat ta’ risuxxitazzjoni. Għal immaniġġar u aġġustamenti fid-doża f’pazjenti li jkollhom IRR ta’ Grad 1 jew 2 matul l-infusion, ara sezzjoni 4.2. F’pazjenti li qabel ikun diġà kellhom IRR ta’ Grad 1 jew 2, hija rrakkomandata premedikazzjoni b’diphenhydramine hydrochloride (mill-vini), paracetamol, u dexamethasone, flimkien ma’ antiistamina. Olaratumab għandu jitwaqqaf b’mod immedjat u permanenti f’pazjenti li jkollhom IRR ta’ Grad 3 jew 4 (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.8).

Newtropenija

Pazjenti li jirċievu olaratumab u doxorubicin huma f’riskju li jkollhom newtropenija (ara sezzjoni 4.8). L-għadd newtrofiliku għandu jiġi ċċekkjat qabel id-dożaġġ b’Olaratumab f’Jum 1 u f’Jum 8 ta’ kull ċiklu. L-għadd newtrofiliku għandu jiġi ċċekkjat waqt it-trattament b’olaratumab u doxorubicin u għandha tingħata kura ta’ sostenn bħal antibijotiċi jew G-CSF skont kif hemm fil-linji gwida lokali. Għall-aġġustamenti fid-dożaġġ minħabba n-newtropenija, irreferi għas-sezzjoni 4.2.

Avvenimenti emorraġiċi

Pazjenti li jirċievu olaratumab u doxorubicin huma f’riskju li jkollhom avvenimenti emorraġiċi (ara sezzjoni 4.8). L-għadd tal-plejtlits għandu jiġi ċċekkjat qabel id-dożaġġ b’olaratumab f’Jum 1 u f’Jum

8 ta’ kull ċiklu. Il-parametri ta’ koagulazzjoni għandhom jiġu ċċekkjati f’pazjenti li għandhom kondizzjonijiet li jistgħu jwasslu għal problemi ta’ fsada bħall-użu ta’ antikoagulanti. F’studju ta’ olaratumab flimkien ma’ doxorubicin liposomali, kien hemm każ wieħed ta’ emorraġija intrakranjali fatali f’pazjent li waqa’ waqt li kien fuq it-trattament.

Pazjenti ttrattati b’anthracycline qabel

Ir-riskju ta’ tossiċità kardijaka jogħla b’dożi ta’ anthracycline li jibqgħu jiżdiedu b’mod kumulattiv, inkluż doxorubicin. Ma hemm l-ebda dejta dwar olaratumab flimkien ma’ doxorubicin f’pazjenti ttrattati b’anthracycline qabel inkluż trattament qabel b’doxorubicin (ara sezzjoni 4.1).

Dieta ristretta mis-sodium

Dan il-prodott mediċinali fih 22 mg ta’ sodium għal kull kunjett ta’ 19 mL u 57 mg ta’ sodium għal kull kunjett ta’ 50 mL. Dan għandu jitqies minn pazjenti fuq dieta b’ammont ikkontrollat ta’ sodium.

Tossiċità kardijaka

Doxorubicin jista’ jikkawżaw kardjotossiċità. Ir-riskju ta’ tossiċità jiżdied b’dożi li jibqgħu jiżdiedu b’mod kumulattiv u hija ogħla f’individiwi bi storja ta’ kardjomijopatija, irradjazzjoni medjastinali jew mard tal-qalb preżenti minn qabel. Biex titnaqqas il-kardjotossiċità marbuta ma’ doxorubicin, għandu jitqies u jiġi ppjanat, qabel ma jibda u matul it-trattament, l-użu ta’ miżuri kardjoprotettivi xierqa (kejl ta’ LVEF, bħal ECHO jew MUGA sken, monitoraġġ bl-ECG, u/jew l-użu ta’ sustanzi kardjoprotettivi) fil-pazjenti kollha.

Jekk jogħġbok irreferi għall-SmPC ta’ doxorubicin għal rakkomandazzjoni dwar monitoraġġ kardijaku.

Fi prova ta’ fażi 2, il-pazjenti fiż-żewġ gruppi ta’ trattament li rċivew 5 ċikli jew aktar ta’ doxorubicin rċivew dexrazoxane qabel kull doża ta’ doxorubicin minn ċiklu 5 ’l quddiem biex jitnaqqas ir-riskju ta’ kardjotossiċità marbuta ma’ doxorubicin (ara sezzjonijiet 4.8 u 5.1).

Indeboliment epatiku

Peress li doxorubicin jiġi mmetabolizzat malajr u jiġi eliminat l-aktar permezz tas-sistema biljari, it- tossiċità ta’ doxorubicin tiżdied f’pazjenti b’indeboliment epatiku. Irreferi għall-SmPC ta’ doxorubicin

għal monitoraġġ xieraq tal-funzjoni epatika u aġġustamenti fid-doża ta’ doxorubicin f’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Olaratumab huwa antikorp monoklonali uman. F’studju ddedikat DDI, fil-pazjenti, ma ġew osservati ebda interazzjonijiet farmakokinetiċi bejn olaratumab u doxorubicin.

Ma saru l-ebda studji formali DDI oħra b’olaratumab u prodotti mediċinali li ssoltu jintużaw f’pazjenti bil-kanċer, inkluż dawk b’STS (eż. Antiemitiċi, analġesiċi, mediċini kontra d-dijarea, kontraċettivi orali, eċċ.).

Peress li l-antikorpi monoklonali mhumiex immetabolizzati mill-enzimi tat-tip ċitokromu P450 (CYP) jew enzimi oħra li jimmetabolizzaw il-mediċini, l-inibizzjoni jew l-istimulazzjoni ta’ dawn l-enzimi minn prodotti mediċinali li jingħataw fl-istess ħin mhuwiex maħsub li jaffettwa il-farmakokinetika ta’ olaratumab. Min-naħa l-oħra, olaratumab mhuwiex maħsub li jaffettwa l-farmakokinetika ta’ prodotti mediċinali li jingħataw fl-istess ħin.

L-għoti ta’ vaċċini ħajjin jew ħajjin-attenwati f’pazjenti immunokompromessi minħabba sustanzi kimoterapewtiċi inkluż doxorubicin jista’ jwassal għal infezzjonijiet serji jew fatali. Tilqim b’vaċċin ħaj għandu jiġi evitat f’pazjenti li qed jirċievu olaratumab flimkien ma’ doxorubicin.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Nisa li jistgħu joħorġu tqal/kontraċezzjoni fin-nisa

Nisa li jistgħu joħorġu tqal għandu jingħatalhom parir biex jevitaw joħorġu tqal waqt li jkunu fuq olaratumab u għandhom jiġu infurmati bil-periklu possibbli għat-tqala u għall-fetu. Nisa li jistgħu joħorġu tqal għandhom jużaw kontraċeżżjoni effettiva waqt u għal mill-inqas 3 xhur wara l-aħħar doża ta’ olaratumab.

Tqala

M’hemmx dejta jew hemm dejta limitata dwar l-użu ta’ olaratumab f’nisa tqal. Studju dwar effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva u l-iżvilupp li sar fil-ġrieden b’antikorp kontra PDGFRα ta’ annimali gerriema wera malformazzjonijiet fetali u tibdil skeletali (ara sezzjoni 5.3).

Abbażi tal-mekkaniżmu ta’ azzjoni tiegħu (ara sezzjoni 5.1), olaratumab għandu l-ħila li jikkawża ħsara fil-fetu. Olaratumab mhuwiex irrakkomandat waqt it-tqala u f’nisa li jistgħu joħorġu tqal u li mhumiex qed jużaw kontraċezzjoni, ħlief jekk il-benefiċċju li jista’ jkun hemm ikun akbar mir-riskju possibbli għall-fetu.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk olaratumab jiġix eliminat mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. IgG uman jiġi eliminat mill-ħalib tas-sider tal-bniedem, għalhekk it-treddigħ mhuwiex irrakkomandat matul it-trattament b’olaratumab u għal mill-inqas 3 xhur wara l-aħħar doża.

Fertilità

Ma hemm l-ebda dejta dwar l-effett ta’ olaratumab fuq il-fertilità tal-bniedem.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Olaratumab jista’ jkollu effet żgħir fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Minħabba li l-għeja sseħħ b’mod frekwenti, il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex joqogħdu attenti meta jkunu qed isuqu jew iħaddmu magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Pazjenti ttrattati b’Olaratumab mill-istudju ta’ Fażi 2

Fil-fergħa ta’ olaratumab flimkien ma’ doxorubicin, l-aktar reazzjonijiet avversi serji (Grad ≥3) għall- mediċina (ADRs) li ġew osservati kienu newtropenija (54.7 %) u uġigħ muskoluskeletriku (7.8 %).

L-aktar ADRs li seħħew b’mod frekwenti kienu nawsja, uġigħ muskoluskeletriku, newtropenija u mukosite.

L-aktar ADRs frekwenti assoċjati ma’ twaqqif permanenti tat-trattament seħħew fi 3 (4.7 %) pazjenti li minnhom l-aktar frekwenti kienu reazzjonijiet marbuta mal-infużjoni (3.1 %) u mukosite (1.6 %).

Tossiċitajiet magħrufa rrapportati għal doxorubicin, osservati meta ttieħdu flimkien olaratumab u doxorubicin jinkludu għeja, anemija, tromboċitopenija u alopeċja. Jekk jogħġbok irreferi għall-SmPC ta’ doxorubicin għad-deskrizzjonijiet kompleti ta’ kull avveniment avvers assoċjat mat-trattament b’doxorubicin.

Lista ta’ reazzjnijiet avversi miġbura f’tabella

ADRs li kienu rrappurtati f’pazjenti b’sarkoma fit-tessut artab ittrattati b’olaratumab flimkien ma’ doxorubicin fl-istudju ta’ Fażi 2 huma elenkati taħt fit-tabella 2 skont il-klassi tas-sistemi u tal-organi tal-ġisem ta’ MedDRA, il-frekwenza u l-grad ta’ severità. Il-konvenzjoni li ġejja kienet użata għall- klassifikazzjoni tal-frekwenza:

Komuni ħafna (1/10) Komuni (1/100 sa < 1/10)

Mhux komuni (1/1,000 sa < 1/100) Rari (1/10,000 sa < 1/1,000)

Rari ħafna (< 1/10,000)

F’kull grupp ta’ frekwenza, l-ADRs huma ppreżentati skont is-serjetà tagħhom b’dawk l-aktar serji mniżżla l-ewwel segwiti minn dawk anqas serji.

Tabella 2: Reazzjonijiet avversi f’pazjenti li jkunu qed jirċievu olaratumab flimkien ma’ doxorubicin għal sarkoma fit-tessut artab waqt il-parti ta’ Fażi 2 ta’ studju ta’ Fażi 1b/2

Klassi tas-sistemi u tal-organi

Reazzjoni

Il-frekwenza

Il-frekwenza

 

Avversaa

totali

Disturbi tad-demm u tas-sistema

Newtropenija

Komuni Ħafna

Komuni Ħafna

limfatika

 

 

 

Limfopenija

Komuni Ħafna

Komuni

 

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

Uġigħ ta’ ras

Komuni Ħafna

L-ebda rapport

Disturbi gastrointestinali

Dijarea

Komuni Ħafna

Komuni

 

 

 

 

 

Mukosite

Komuni Ħafna

Komuni

 

Nawsja

Komuni Ħafna

Komuni

 

Rimettar

Komuni Ħafna

L-ebda rapport

Disturbi muskoluskeletriċi u tat-

Uġigħ

Komuni Ħafna

Komuni

tessuti konnettivi

Muskoluskeletrikub

 

 

Disturbi ġenerali u

Reazzjonijiet marbuta

Komuni Ħafna

Komuni

kondizzjonijiet ta’ mnejn

mal-infużjoni

 

 

jingħata

 

 

 

aIrreferi għall-Kriterji ta’ NCI CTCAE (Verżjoni 4.03) għal kull Grad ta’ tossiċità

bUġigħ muskoluskeletriku jinkludi artralġja, uġigħ fid-dahar, uġigħ fl-għadam, uġigħ fil-ġenb bejn il-kustilji u l-għadma tal-ġenbejn, uġigħ fl-irqiq ta’ bejn iż-żaqq u l-koxxa, uġigħ muskoluskeletriku fis-sider, uġigħ muskoluskeletriku, mijalġja, spażmi fil-muskoli, uġigħ fl-għonq, u uġigħ fl-estremitajiet.

Deskrizzjoni ta’ ADRs magħżula

Reazzjonijiet marbuta mal-infużjoni (IRRs)

IRRs ġew irrappurtati fi 12.5 % tal-pazjenti u jidhru l-aktar bħala tkexkix ta’ bard, deni jew qtugħ ta’ nifs. IRRS severi li kienu jinkludu wkoll każ fatali (ara sezzjoni 4.4) kienu rrappurtati fi 3.1 % tal- pazjenti li kellhom l-aktar qtugħ ta’ nifs, telf mis-sensi u pressjoni baxxa. L-IRRs severi kollha seħħew waqt jew immedjatament wara l-ewwel għoti ta’ olaratumab.

Newtropenija

Fil-prova ta’ fażi 2, l-inċidenza ta’ newtropenija kienet ta’ 59.4 % (il-Gradi kollha) u 54.7 % (Grad 3) fil-fergħa ta’ olaratumab flimkien ma’ doxorubicin u 38.5 % (il-Gradi kollha) u 33.8 % (Grad 3) fil- fergħa ta’ doxorubicin waħdu. Ir-rata ta’ newtropenija bid-deni kienet ta’ 12.5 % fil-fergħa ta’ olaratumab flimkien ma’ doxorubicin u ta’ 13.8 % fil-fergħa ta’ doxorubicin waħdu. Għall- aġġustamenti fid-doża irreferi għal sezzjoni 4.2.

Uġigħ muskoluskeletriku

Fil-prova ta’ fażi 2, l-inċidenza ta’ uġigħ muskoluskeletriku kien ta’ 64.1 % (il-Gradi kollha) u 7.8 % (Grad 3) fil-fergħa ta’ olaratumab flimkien ma’ doxorubicin u 24.6 % (il-Gradi kollha) u 1.5 % (Grad 3) fil-fergħa ta’ doxorubicin waħdu. Fil-parti l-kbira tal-pazjenti l-uġigħ kien relatat mal-kanċer jew il- metastasi li kellhom il-pazjenti jew minħabba kundizzjonijiet li diġà kienu jeżistu jew li seħħew fl- istess ħin. Il-parti l-kbira ta’ dawn l-avvenimenti seħħew fl-ewwel 4 ċikli. L-uġigħ jista’ jdum minn ftit ġranet sa 200 ġurnata. F’xi pazjenti l-uġigħ reġa’ seħħ. L-uġigħ ma marx għall-agħar biż-żmien jew meta reġa’ seħħ.

Tossiċità kardijaka

Ma ġiet osservata l-ebda differenza ta’ sinifikat kliniku fil-kardjotossiċità marbuta ma’ doxorubicin bejn iż-żewġ fergħat ta’ trattament tal-istudju. Ir-rata ta’ arritmiji tal-qalb kienet tixxiebah fiż-żewġ fergħat (15.6 % fil-Fergħa ta’ Investigazzjoni u 15.4 % fil-Fergħa ta’ Kontroll). Ir-rata ta’ funzjoni kardijaka ħażina li feġġet minħabba t-trattament kienet kumparabbli bejn iż-żewġ fergħat ta’ trattament (7.8 % fil-Fergħa ta’ Investigazzjoni u 6.2 % fil-Fergħa ta’ Kontroll).

Avvenimenti emorraġiċi

Fil-prova ta’ fażi 2, il-frekwenza ta’ avvenimenti emorraġiċi meqjusa li huma relatati ma’ kwalunkwe mediċina fl-istudju kien ta’ 3.1 % kemm f’fergħa ta’ trattament u kemm fl-oħra. Dawn l-avvenimenti kollha kienu ta’ Grad 1/2 u kienu mifxula minn fatturi multipli. Tliet avvenimenti ta’ Grad ≥3, inkluż wieħed fatali, ġew irrapportati mill-programm kollu ta’ żvilupp kliniku ta’ olaratumab (ara

sezzjoni 4.4).

Tossiċità fl-anzjani

Kien hemm inċidenza akbar ta’ reazzjonijiet avversi ta’ Grad ≥3 li wasslu għat-twaqqif tal-mediċina u rata ogħla ta’ tossiċità ematoloġika fil-popolazzjoni anzjana meta mqabbla mal-popolazzjoni totali taħt studju (ara sezzjoni 4.2). Ir-rati ta’ twaqqif kienu kumparabbli bejn il-fergħat ta’ trattament fil-gruppi tal-etajiet kollha.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Ma hemm l-ebda esperjenza b’doża eċċessiva ta’ Lartruvo fi provi kliniċi fil-bnedmin. Lartruvo ngħata fi studju ta’ Fażi 1 sa 20 mg/kg fil-jiem 1 u 8 minn ċiklu ta’ 21 jum mingħajr ma laħaq doża massima ttollerata. F’każ ta’ doża eċċessiva, uża terapija ta’ sostenn. Ma hemm l-ebda antidot magħruf għal doża eċċessiva ta’ Lartruvo.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Sustanzi antineoplastiċi, antikorpi monoklonali, Kodiċi ATC: L01XC27

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Olaratumab huwa antagonist tar-riċettur-α ta’ fattur ta’ tkabbir derivat mill-plejtlets (PDGFR-α - platelet derived growth factor receptor-α), espress fuq iċ-ċelluli tat-tumur u tal-istroma. Olaratumab huwa antikorp monoklonali ta’ immunoglobulina G tas-sottoklassi 1 (IgG1) immirat, rikombinanti u kollu kemm hu uman li jintrabat b’mod speċifiku ma’ PDGFR-α, u jimblokka l-irbit ma’ PDGF AA, - BB, u -CC u l-attivazzjoni tar-riċettur. B’riżultat ta’ dan, olaratumab in vitro jinibixxi s-sensiela ta’ reazzjonijiet ta’ PDGFR-α li jagħtu s-sinjali fiċ-celluli tat-tumur u tal-istroma. Barra dan, olaratumab in vivo ntwera li jfixkel is-sensiela ta’ reazzjonijiet ta’ PDGFR-α fiċ-ċelluli tat-tumur u jinibixxi t- tkabbir tat-tumur.

Immunoġeniċità

Bħal kull proteina terapewtika oħra, hemm il-possibbiltà għall-immunoġeniċità.

Globalment, ġiet innutata inċidenza baxxa kemm ta’ antikorpi kontra l-mediċina kif ukoll ta’ antikorpi li jinnewtralizzaw li jfiġġu minħabba t-trattament f’kampjuni minn prova klinika.

Effikaċja klinika u sigurtà

L-effikaċja u s-sigurtà ta’ olaratumab ġew ivvalutati fi studju ta’ Fażi 1b/2 b’ħafna ċentri f’pazjenti li qatt ma kienu ħadu anthracycline qabel li kellhom sarkoma fit-tessut artab ikkonfermata b’mod istoloġiku jew ċitoloġiku li ma setgħetx tiġi kkurata b’operazzjoni jew radjuterapija. Pazjenti b’tumuri gastrointestinali tal-istroma (GIST - gastrointestinal stromal tumours) jew sarkoma Kaposi ma ġewx irreġistati fl-istudju. Il-proporzjon ta’ Fażi 2 tal-istudju fejn kemm l-investigaturi kif ukoll l-individwi li ntagħżlu b’mod arbitrarju kienu jafu liema sustanza qed tintuża kien studju ta’ olaratumab flimkien ma’ doxorubicin versus doxorubicin waħdu. Total ta’ 133 pazjent intagħżlu b’mod arbitrarju, li minnhom 129 irċivew mill-inqas doża waħda tat-trattament tal-istudju (64 fil-fergħa ta’ olaratumab flimkien ma’ doxorubicin u 65 fil-fergħa ta’ doxorubicin). Il-pazjenti kien meħtieġ li jkollhom sarkoma avvanzata fit-tessut artab ikkonfermata b’mod istoloġiku jew ċitoloġiku u stat ta’ eżekuzzjoni

ECOG ta’ 0-2. L-għażla arbitrarja kienet stratifikata permezz tal-espressjoni ta’ PDGFR-α (pożittiva versus negattiva), in-numru ta’ linji ta’ trattament preċedenti (0 versus linja 1jew aktar), tip istoloġiku tat-tumur (lejomijosarkoma, sarkoma sinovjali, u oħrajn) u l-istat ta’ eżekuzzjoni ta’ ECOG (0 jew 1 versus 2).

Il-pazjent ntagħżlu b’mod arbitrarju fi proporzjon ta’ 1:1 jew biex jew jieħdu olaratumab (15-il mg/kg) f’Jum 1 u Jum 8 flimkien ma’ doxorubicin (75 mg/m²) f’Jum 1 ta’ kull ċiklu ta’ 21 jum għal mhux aktar minn 8 ċikli jew doxorubicin (75 mg/m2) waħdu f’Jum 1 ta’ kull ċiklu ta’ 21 jum għal mhux aktar minn 8 ċikli ukoll. Olaratumab u doxorubicin ingħataw permezz ta’ infużjoni fil-vini. Matul iċ- Ċikli 5 sa 8 taż-żewġ fergħat, seta’ jingħata dexrazoxane (bid-doża mogħtija bħala proporzjon ta’ 10:1 mad-doża mogħtija ta’ doxorubicin) f’Jum 1 ta’ kull ċiklu skont il-fehma tal-investigatur biex titnaqqas il-possibbiltà ta’ kardjotossiċità marbuta ma’ doxorubicin. Il-pazjenti kollha li rċivew aktar minn 4 ċikli ta’ doxorubicin rċivew dexrazoxane. Il-pazjenti fil-fergħa ta’ olaratumab flimkien ma’ doxorubicin setgħu jkomplu fuq monoterapija b’olaratumab sakemm kien hemm progressjoni tal- marda, tossiċità mhux aċċettabbli jew kwalunkwe raġuni oħra għat-twaqqif tat-trattament.

Id-demografiji u l-karatterisitiċi tal-linja bażi kienu jixxiebhu mhux ħażin bejn il-fergħat tat-trattament fil-porzjon ta’ fażi 2 tal-prova klinika. Il-medjan tal-età kien ta’ 58 sena bi 42 pazjent li kellhom età

≥ 65 sena. 86.4 % tal-pazjenti kienu Kawkasiċi. Aktar minn 25 sottotip differenti ta’ sarkoma fit-tessut artab kienu rrapreżentati f’dan l-istudju, li l-aktar frekwenti minnhom kienu lejomijosarkoma (38.4 %), sarkoma pleomorfika mhux differenzjata (18.1 %) u liposarkoma (17.3 %). Sottotipi oħra ma kinux irrappreżentati b’mod frekwenti. Il-pazjenti kienu rċivew minn linji 0-4 ta’ terapija preċedenti għat- trattament ta’ mard avvanzat iżda ma kinux irċivew trattament preċedenti b’anthracyclines. In-numru ta’ pazjenti li kienu qed jirċievu terapija sistemika wara l-istudju kienu jixxiebhu fiż-żewġ fergħat.

Għaxar pazjenti fil-fergħa ta’ olaratumab flimkien ma’ doxorubicin u 5 pazjenti fil-fergħa ta’ doxorubicin irċevew biss radjoterapija wara l-istudju. 3 pazjenti fil-fergħa ta’ olaratumab flimkein ma’ doxorubicin u pazjent 1 fil-fergħa ta’ doxorubicin kellhom biss operazzjoni kirurġika wara l-istudju. 2 pazjenti fil-fergħa ta’ olaratumab flimkien ma’ doxorubicin u ebda wieħed fil-fergħa ta’ doxorubicin irċevew kemm radjoterapija kif ukoll operazzjoni kirurġika wara l-istudju.

Il-medjan tad-doża kumulattiva ta’ doxorubicin kienet 487.6 mg/m2 fil-fergħa ta’ olaratumab flimkien ma’ doxorubicin u 299.6 mg/m2 fil-fergħa ta’ doxorubicin waħdu. Il-kejl tar-riżultat tal-effikaċja primarja kien sopravivenza mingħajr progressjoni (PFS - progression free survival) permezz ta’ evalwazzjoni minn investigatur. Il-kejl tar-riżultati l-aktar importanti ta’ effikaċja sekondarja kienu sopravivenza totali (OS - Overall Survival) u rata oġġettiva ta’ rispons (ORR - objective response rate) (ara Tabella 3). L-istudju ssodisfa l-iskop finali primarju tiegħu (PFS). Il-PFS, skont evalwazzjoni indipendenti, post-hoc u fejn l-investigaturi u l-individwi kienu fl-għama, kien ta’ 8.2 xhur kontra 4.4 xhur, HR = 0.670; p = 0.1208. Titjib sinifikanti b’mod statistiku f’OS deher fil-fergħa ta’ olaratumab flimkien ma’ doxorubicin meta tqabbel mal-fergħa ta’ doxorubicin waħdu fil- popolazzjoni in ġenerali. L-analiżi prinċipali saret fiż-żewġ sottogruppi li ġejjin: Leiomyosarcoma

(LMS) u non-LMS (oħrajn). L-analiżi ta’ OS fis-sottogruppi hija murija fil-figura 2. Id-differenza fir- rata ta’ rispons oġġettiv [rispons sħiħ (CR - complete response) + rispons parzjali (PR - partial response)] skont l-evalwazzjoni tal-investigatur ma kinitx statistikament sinifikanti (18.2 % vs 11.9 % f’pazjenti li ntagħżlu b’mod arbitrarju għal olaratumab flimkien ma’ doxorubicin meta mqabbla ma’ pazjenti li ntagħżlu b’mod arbitrarju għal doxorubicin rispettivament).

Ir-riżultati ta’ effikaċja qed jintwerew f’Tabella 3 u Figuri 1 u 2.

Tabella 3. Sommarju ta’ dejta ta’ sopravivenza – popolazzjoni ITT

 

Lartruvo flimkien ma’

Doxorubicin waħdu

 

doxorubicin

(n = 67)

 

(n = 66)

 

Sopravivenza mingħajr progressjoni, xhur*

 

Medjan (95 % CI)

6.6 (4.1, 8.3)

4.1 (2.8, 5.4)

Proporzjon ta’ periklu (95 % CI)

0.672 (0.442, 1.021)

 

Valur-p

0.0615**

 

Sopravivenza totali, xhur

 

 

Medjan (95 % CI)

26.5 (20.9, 31.7)

14.7 (9.2, 17.1)

Proporzjon ta’ periklu (95 % CI)

0.463 (0.301, 0.710)

 

Valur-p

0.0003

 

Taqsir il-kliem: CI (confidence interval) = intervall ta’ kunfidenza * Skont il-valutazzjoni tal-investigatur

**Issodisfaw il-livell ta’ sinifkanza ta’ 0.19 iddefinita mill-protokoll ta’ fażi 2

Figura 1. Kurvi Kaplan-Meier ta’ sopravivenza totali għal Lartruvo flimkien ma’ doxorubicin versus doxorubicin waħdu

Figura 2. Forest plot għal analiżi ta’ sottogrupp ta’ sopravivenza totali (popolazzjoni ITT)

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ddiferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b’olaratumab f’wieħed jew iktar kategoriji tal-popolazzjoni pedjatrika f’sarkoma fit-tessut artab (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

Dan il-prodott mediċinali ġie awtorizzat taħt dik li tissejjaħ skema ta’ ‘approvazzjoni kondizzjonali’. Dan ifisser li għad trid tingħata aktar evidenza dwar dan il-prodott mediċinali.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ser tirrevedi informazzjoni ġdida dwar dan il-prodott mediċinali gћall-inqas darba fis-sena u dan l-SmPC ser jiġi aġġornat kif meħtieġ.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Olaratumab jingħata biss bħala infużjoni fil-vini.

Distribuzzjoni

Abbażi tal-mudell farmakokinetiku ta’ popolazzjoni (PopPK - population pharmacokinetic) il-medja tal-volum (CV %) ta’ distribuzzjoni ta’ olaratumab fl-istat fiss (Vss - steady state) kienet ta’ 7.7 L (16 %).

Eliminazzjoni

Abbażi tal-mudell PopPK il-medja (CV %) tat-tneħħija għal olaratumab kienet ta’ 0.56 L/kuljum (33 %). Dan jaqbel ma’ medja ta’ half-life terminali ta’ madwar 11-il jum.

Popolazzjonijiet speċjali

L-età, is-sess tal-persuna u r-razza ma kellhom l-ebda effett ta’ sinifikat kliniku fuq il-PK ta’ olaratumab abbażi ta’ analiżi PopPK. It-tneħħija u l-volum ta’ distribuzzjoni kellhom korrelazzjoni pożittiva mal piż tal-ġisem.

Indeboliment tal-kliewi

Ma saru l-ebda studji formali biex jivvalutaw l-effett ta’ indeboliment tal-kliewi fuq il-PK ta’ olaratumab. Abbażi ta’ analiżi PopPK, ma kienu osservati l-ebda differenzi ta’ sinifikat kliniku fit- tneħħija ta’ olaratumab f’pazjenti b’indeboliment ħafif (tneħħija tal-kreatinina kkalkulata - calculated creatinine clearance [CLcr] 60-89 mL/min, n = 43), jew moderat (CLcr 30-59 mL/min, n = 15) tal- kliewi meta mqabbla ma’ pazjenti b’funzjoni normali tal-kliewi (CLcr ≥90 mL/min, n = 85). Ma hija disponibbli l-ebda dejta minn pazjenti b’indeboliment qawwi tal-kliewi (CLcr 15-29 mL/min).

Indeboliment tal-fwied

Ma saru l-ebda studji formali biex jivvalutaw l-effett ta’ indeboliment tal-fwied fuq il-PK ta’ olaratumab. Abbażi ta’ analiżi PopPK, ma kienu osservati l-ebda differenzi ta’ sinifikat kliniku fit- tneħħija ta’ olaratumab f’pazjenti b’indeboliment ħafif (bilirubin totali fil-limitu ta’ fuq tan-normal [ULN] u AST>ULN jew bilirubin totali > 1.0-1.5 drabi aktar mill-ULN u kwalunkwe livell ta’ AST, n = 16), jew moderat (bilirubin totali > 1.5-3.0 darbiet aktar mill- ULN, n = 1) tal-fwied meta mqabbla ma’ pazjenti b’funzjoni normali tal-fwied (bilirubin totali u AST ≤ ULN, n = 126). Ma kienet disponibbli l-ebda dejta minn pazjenti b’indeboliment sever tal-fwied (bilirubin totali > 3.0 darbiet aktar mill-ULN u kwalunkwe livell ta’ AST).

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku bbażat fuq effett tossiku minn dożi ripetuti fix-xadini ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

Ma saru l-ebda studji biex jittestjaw olaratumab għall-possibbiltà li jikkawża kanċer, effett tossiku fuq il-ġeni jew indeboliment fil-fertilità. L-għoti ta’ antikorp sostitut kontra PDGFR- α ta’ annimali gerriema lill-ġrieden tqal waqt organoġenesi b’50 u 150 mg/kg wassal għal żidiet fil-formazzjonijiet

ħżiena (żvilupp mhux normali ta’ tebqet l-għajn) u tibdil fl-iskeletru (sit ta’ ossifikazzjoni addizzjonali frontali/parjetali). L-effetti fuq il-fetu fil-ġrieden li ngħataw l-antikorp sostitut seħħew f’esponimenti anqas mill-esponiment tal-AUC bid-doża massima rrakkomandata fil-bnedmin ta’ 15-il mg/kg olaratumab.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Mannitol (E421)

Glycine (E640)

Sodium chloride

L-Histidine monohydrochloride monohydrate

L-Histidine

Polysorbate 20 (E432)

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbiltajiet

Il-prodott mediċinali m’għandux jingħata jew jitħallat ma’ soluzzjonijiet li fihom dextrose.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Kunjett mhux miftuħ

Sentejn.

Wara d-dilwizzjoni

Dan il-prodott ma fihx preservattiv u għalhekk is-soluzzjoni ppreparata għall-għoti tad-doża għandha tintuża immedjatament. Jekk ma tintużax immedjatament, is-soluzzjoni għall-għoti tad-doża għandha tinħażen fi friġġ għal mhux aktar minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2 °C sa 8 °C u għal 8 sigħat addizzjonali f’temperatura ambjentali (sa 25 °C) jekk wieħed jassumi li d-dilwizzjoni saret permezz ta’ teknika asettika aċċettabbli. Il-ħinijiet tal-ħażna jinkludu t-tul ta’ żmien tal- infużjoni.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2° C - 8° C). Tagħmlux fil-friża.

Żomm il-kunjett fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Soluzzjoni ta’ 19 mL f’kunjett (ħġieġ tat-Tip I) b’tapp elastomeriku tal-chlorobutyl, siġill tal-aluminju u għatu tal-polypropylene.

Soluzzjoni ta’ 50 mL f’kunjett (ħġieġ tat-Tip I) b’tapp elastomeriku tal-chlorobutyl, siġill tal-aluminju u għatu tal-polypropylene.

Pakkett ta’ kunjett 1 ta’ 19 mL.

Pakkett ta’ 2 kunjetti ta’ 19 mL.

Pakkett ta’ kunjett 1 ta’ 50 mL.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi u għal immaniġġar ieħor

Is-soluzzjoni għall-infużjoni għandha tiġi magħmula bl-użu ta’ teknika asettika biex taċċerta ruħek mill-isterilità tas-soluzzjoni ippreparata.

Kull kunjett qiegħed biex jintuża darba biss. Tħawwadx il-kunjett. Il-kontenut tal-kunjetti għandu jiġi eżaminat għal frak u tibdil fil-kulur (il-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni għandu jkun minn ċar sa kemxejn ikanġi u minn bla kulur sa kemxejn isfar mingħajr ma jidher fih l-ebda frak) qabel ma jingħata. Jekk jiġi identifikat frak jew telf ta’ kulur, il-kunjett għandu jintrema. Id-doża u l-volum ta’ olaratumab meħtieġa għandhom jiġu kkalkulati biex tipprepara s-soluzzjoni għall-infużjoni. Il-kunjetti fihom 190 mg jew 500 mg bħala soluzzjoni ta’ 10 mg/mL ta’ olaratumab. Uża biss soluzzjoni għall- injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/mL (0.9 %) bħala dilwent.

Fil-każ tal-użu ta’ kontenitur mimli għal-lest għall-infużjoni fil-vini

Abbażi tal-volum ikkalkulat ta’ olaratumab, il-volum korrispondenti ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/mL (0.9 %) għandu jiġi mneħħi mill-kontenitur mimli għal-lest ta’ 250 mL għal għoti mill-vini. Il-volum ikkalkulat ta’ olaratumab għandu jiġi mgħoddi b’mod asettiku għal ġol- kontenitur għall-għoti mill-vini. Il-volum finali fil-kontenitur għandu jkun 250 mL. Il-kontenitur għandu jinqaleb bil-mod ta’ taħt fuq biex jiġi aċċertat li jitħallat b’mod adegwat. TIFFRIŻAX U TĦAWWADX is-soluzzjoni għall-infużjoni.

Fil-każ tal-użu ta’ kontenitur vojt għall-infużjoni fil-vini

Il-volum ikkalkulat ta’ olaratumab għandu jiġi mgħoddi b’mod asettiku għal ġo kontenitur vojt għall- infużjoni fil-vini. Kwantità biżżejjed ta’ soluzzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/mL (0.9 %) għall- injezzjoni għandha tiġi miżjuda ġol-kontenitur biex iġġib il-volum totali għal 250 mL. Il-kontenitur għandu jinqaleb bil-mod ta’ taħt fuq biex jiġi aċċertat li jitħallat b’mod adegwat. TIFFRIŻAX U TĦAWWADX is-soluzzjoni għall-infużjoni.

Is-soluzzjoni għall-infużjoni ta’ olaratumab għandha tiġi mogħtija permezz ta’ pajp irqiq fil-vina fuq perjodu ta’ 60 minuta minn pajp tal-infużjoni separat. Il-pajp b’(0.9 %) sodium chloride 9 mg/mL soluzzjoni għall-injezzjoni għandu jiġi mlaħlaħ sew fl-aħħar tal-infużjoni.

Kwalunkwe porzjon ta’ olaratumab mhux użat li jibqa’ fil-kunjett għandu jiġi mormi, minħabba li l- prodott ma fih l-ebda preservattivi kontra l-mikrobi.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Eli Lilly Nederland B.V.

Papendorpseweg 83

3528 BJ Utrecht

L-Olanda

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/16/1143/001-003

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 9 Novembru 2016

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati