Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Laventair (umeclidinium bromide / vilanterol) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - R03AL03

Updated on site: 17-Sep-2017

Isem tal-MediċinaLaventair
Kodiċi ATCR03AL03
Sustanzaumeclidinium bromide / vilanterol
ManifatturGlaxo Group Ltd

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

LAVENTAIR 55 mikrogramma/22 mikrogramma trab li jittieħed man-nifs, lest minn qabel.

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull inalazzjoni waħdanija tipprovdi doża mogħtija (id-doża li toħroġ mill-biċċa tal-ħalq) ta’ 65 mikrogramma umeclidinium bromide ekwivalenti għal 55 mikrogramma ta’ umeclidinium u

22 mikrogramma ta’ vilanterol (bħala trifenatate). Din tikkorrispondi għal doża lesta minn qabel ta’ 74.2 mikrogramma umeclidinium bromide ekwivalenti għal 62.5 mikrogramma ta’ umeclidinium u 25 mikrogramma ta’ vilanterol (bħala trifenatate).

Eċċipjent b’effett magħruf

Kull doża mogħtija fiha madwar 25 mg ta’ lactose (bħala monohydrate).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab li jittieħed man-nifs, lest minn qabel (trab li jittieħed man-nifs).

Trab abjad f’inalatur griż ċar (ELLIPTA) b’għatu aħmar tal-biċċa tal-ħalq u counter tad-dożi.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

LAVENTAIR hu indikat bħala kura regolari bi bronkodilatur sabiex jittaffew is-sintomi f’pazjenti adulti b’mard kroniku ostruttiv tal-pulmuni (COPD).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Adulti

Id-doża rakkomandata hija inalazzjoni waħda ta’ LAVENTAIR 55/22 mikrogramma darba kuljum.

LAVENTAIR għandu jingħata darba kuljum fl-istess ħin tal-ġurnata sabiex tinżamm il-bronkodilatazzjoni. Id-doża massima hija inalazzjoni waħda ta’ LAVENTAIR 55/22 mikrogramma darba kuljum.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti anzjani

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament tad-doża f’pazjenti ta’ ’l fuq minn 65 sena.

Indeboliment tal-kliewi

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament tad-doża f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi.

Indeboliment tal-fwied

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament tad-doża f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied ħafif jew moderat. L-użu ta’ LAVENTAIR ma ġiex studjat f’pazjenti b’indeboliment sever tal-fwied u għandu jintuża b’kawtela.

Popolazzjoni pedjatrika

LAVENTAIR fil-popolazzjoni pedjatrika (taħt it-18-il sena) m’għandux użu rilevanti għall-indikazzjoni ta’ COPD.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

LAVENTAIR qiegħed għal biex jinġibed man-nifs biss.

Struzzjonijiet għall-użu:

L-istruzzjonijiet li ġejjin għall-inalatur bi 30 doża (provvista ta’ 30 jum) japplikaw ukoll għall-inalatur b’7 dożi (provvista ta '7 ijiem).

L-inalatur ELLIPTA fih dożi lesti minn qabel u huwa lest biex jintuża.

L-inalatur jiġi ppakkjat fi trej li fih pakkett ta’ dessikant, biex inaqqas l-umdità. Il-pakkett ta’ dessikant għandu jintrema u m’għandux jinfetaħ, jittiekel jew jinġibed man-nifs. Il-pazjent għandu jingħata l-parir biex ma jiftaħx it-trej sakemm ma jkunx lest biex jiġbed doża man-nifs.

L-ewwel darba li jinħareġ mit-trej issiġillat tiegħu, l-inalatur se jkun fil-pożizzjoni ‘magħluqa’ Id-data “Armi sa” għandha tinkiteb fuq it-tikketta tal-inalatur fl-ispazju pprovdut. Id-data “Armi sa” hija sitt ġimgħat mid- data meta jinfetaħ it-trej. Wara din id-data, l-inalatur ma għandux jintuża aktar. It-trej jista’ jintrema wara li jinfetaħ l-ewwel darba.

Jekk l-għatu tal-inalatur jinfetaħ u jingħalaq mingħajr mal-prodott mediċinali jinġibed man-nifs, id-doża tintilef. Id-doża mitlufa tinżamm b’mod sigur fl-inalatur, iżda ma tkunx aktar disponibbli biex tinġibed man- nifs.

Mhuwiex possibbli li b’mod aċċidentali tieħu mediċina żejda jew doża doppja f’inalazzjoni waħda.

a) Kif tipprepara doża

Iftaħ l-għatu meta tkun lest/a biex tieħu doża. L-inalatur m’għandux jitħawwad.

Żerżaq l-għatu ’l isfel sakemm jinstema “klikk”. Il-prodott mediċinali issa huwa lest biex jinġibed man-nifs.

Il-counter tad-dożi jonqos b’1 biex jikkonferma. Jekk il-counter tad-dożi ma jonqosx ’l isfel malli tinstema’ l-“klikk”, l-inalatur ma jagħtix id-doża u għandu jittieħed lura għand spiżjar għal parir.

b) Kif tiġbed il-prodott mediċinali man-nifs

L-inalatur għandu jinżamm ’il bogħod minn ħalqek u ħu nifs il-barra sakemm ikun komdu. Iżda tiħux nifs ’il barra fl-inalatur.

Il-biċċa tal-ħalq għandha titpoġġa bejn ix-xofftejn u mbagħad ix-xofftejn għandhom jingħalqu sew madwarha. Timblokkax il-fetħa tal-arja b’subgħajk waqt l-użu.

Iġbed b’nifs wieħed twil u sod fil-fond. Dan in-nifs ‘il ġewwa għandu jinżamm kemm jista' jkun (mill- inqas 3-4 sekondi).

Neħħi l-inalatur minn ħalqek.

Ħu nifs il barra bil-mod.

Għandek mnejn ma tkunx tista’ ttiegħem jew tħoss il-mediċina, anki meta tkun qed tuża l-inalatur sew.

Il-biċċa tal-ħalq tal-inalatur tista' titnaddaf permezz ta’ tissue xotta qabel mal-għatu jingħalaq.

c) Agħlaq l-inalatur

Żerżaq l-għatu ’l fuq safejn jasal, biex tagħlaq il-biċċa tal-ħalq.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanzi attivi jew għal kwalunkwe wieħed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Ażżma

Umeclidinium/vilanterol m’għandux jintuża f’pazjenti bl-ażżma billi ma ġiex studjat f’din il-popolazzjoni ta’ pazjenti.

Bronkospażmu paradossali

Bħal b’terapiji oħra tal-inalazzjoni, l-għoti ta’ umeclidinium/vilanterol jista’ jipproduċi bronkospażmu paradossali li jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja. Il-kura b’umeclidinium/vilanterol għandha titwaqqaf immedjatament jekk iseħħ bronkospażmu paradossali u jekk ikun meħtieġ, tinbeda terapija alternattiva.

Mhux għall-użu akut

Umeclidinium/vilanterol mhuwiex indikat għat-trattament ta’ episodji akuti ta’ bronkospażmu.

Deterjorament tal-marda

Iż-żieda fl-użu ta’ bronkodilaturi li jaħdmu għal qasir żmien sabiex jittaffew is-sintomi tindika deterjorament tal-kontroll. F’każ ta’ deterjorament tal-COPD matul it-trattament b’umeclidinium/vilanterol, għandha ssir evalwazzjoni mill-ġdid tal-pazjent u tar-reġim tal-kura għas-COPD.

Effetti kardjovaskulari

Jistgħu jidhru effetti kardjovaskulari, bħal arritmiji tal-qalb, eż. fibrillazzjoni atrijali u takikardija, wara l- għoti ta’ antagonisti tar-riċetturi muskariniċi u simpatomimetiċi, fosthom umeclidinium/vilanterol. Pazjenti b’mard kardjovaskulari klinikament sinifikanti li mhux ikkontrollat kienu esklużi mill-istudji kliniċi. Għalhekk, umeclidinium/vilanterol għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti b’mard kardjovaskulari sever.

Attività antimuskarinika

B’mod konsistenti mal-attività antimuskarinika tiegħu, umeclidinium/vilanterol għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti li jbatu minn żamma tal-awrina jew glawkoma tal-angolu dejjaq.

Ipokalimja

L-agonisti beta2-adrenerġiċi jistgħu jikkawżaw ipokalimja sinifikanti f’xi pazjenti, li kapaċi

tikkawża effetti kardjovaskulari avversi. It-tnaqqis fil-potassju fis-serum huwa normalment temporanju, u ma jkunx jeħtieġ xi supplimenti.

Fi studji kliniċi b’umeclidinium/vilanterol ma kienu osservati l-ebda effetti klinikament rilevanti ta’ ipokalimja fid-doża terapewtika rakkomandata. Għandha tiġi eżerċitata kawtela meta umeclidinium/vilanterol jintuża ma’ prodotti mediċinali oħra li għandhom ukoll il-potenzjal li jikkawżaw ipokalimja (ara sezzjoni 4.5).

Ipergliċemija

F’xi pazjenti l-agonisti beta2-adrenerġiċi jistgħu jikkawżaw ipergliċemija temporanja.

Fi studji kliniċi b’umeclidinium/vilanterol ma kienu osservati l-ebda effetti klinikament rilevanti fuq il- glukosju fil-plasma fid-doża terapewtika rakkomandata. Hekk kif tinbeda l-kura b’umeclidinium/vilanterol il-glukosju fil-plasma għandu jiġi mmonitorjat aktar bir-reqqa f’pazjenti bid-dijabete.

Kundizzjonijiet koeżistenti

Umeclidinium/vilanterol għandu jintuża b'kawtela f’pazjenti b’disturbi konvulżivi jew b’tirotossikożi, u f’pazjenti li jirrispondu b’mod mhux tas-soltu għal beta2-adrenerġiċi.

Eċċipjenti

Dan il-prodott mediċinali fih il-lactose. Pazjenti li għandhom problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għall- galactose, nuqqas ta’ Lapp lactase jew malassorbiment tal-glucose-galactose m’għandhomx jieħdu dan il- prodott mediċinali.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Imblokkaturi beta-adrenerġiċi

Il-prodotti mediċinali li fihom imblokkaturi beta-adrenerġiċi jistgħu jdgħajfu jew jantagonizzaw l-effett tal- agonisti beta2-adrenerġiċi, bħal vilanterol. L-użu fl-istess ħin ta’ imblokkaturi beta-adrenerġiċi kemm selettivi kif ukoll mhux selettivi għandu jiġi evitat sakemm ma jkunx hemm raġunijiet konvinċenti għall-użu tagħhom.

Interazzjonijiet metaboliċi u bbażati fuq it-trasportaturi

Vilanterol huwa substrat taċ-ċitokromu P450 3A4 (CYP3A4). L-għoti fl-istess ħin ma’ inibituri qawwija ta’ CYP3A4 (eż. ketoconazole, clarithromycin, itraconazole, ritonavir, telithromycin) jista’ jinibixxi l- metaboliżmu ta’, u jżid l-esponiment sistemiku għal, vilanterol. L-għoti fl-istess ħin ma’ ketoconazole

(400 mg) f’voluntiera b’saħħithom żied l-AUC(0-t) u s-Cmax, medji ta’ vilanterol b’65% u 22% rispettivament. Iż-żieda fl-esponiment għal vilanterol ma kinitx assoċjata ma’ żieda fl-effetti sistemiċi fuq ir-rata tal-qalb, il-

potassju fid-demm jew l-intervall QT (korrett bl-użu tal-metodu ta’ Fridericia) relatati mal-agonisti beta- adrenerġiċi. Hija rakkomandata attenzjoni meta jingħataw flimkien umeclidinium/vilanterol ma’ ketoconazole u inibituri qawwija magħrufa oħra ta’ CYP3A4 billi hemm potenzjal ta’ esponiment sistemiku akbar għal vilanterol, li jista’ jwassal għal żieda fil-potenzjal għar-reazzjonijiet avversi. Verapamil, inibitur moderat ta’ CYP3A4, ma affettwax b’mod sinifikanti l-farmakokinetika ta’ vilanterol.

Umeclidinium huwa substrat taċ-ċitokromu P450 2D6 (CYP2D6). Il-farmakokinetika fissa ta’ umeclidinium ġiet valutata f’voluntiera b’saħħithom neqsin minn CYP2D6 (metabolizzaturi ħżiena). Ma kien osservat l- ebda effett fuq l-AUC jew is-Cmax ta’ umeclidinium b’doża 8 darbiet ogħla. Kienet osservata żieda bejn

wieħed u ieħor ta’ 1.3 darbiet fl-AUC ta’ umeclidinium b’doża 16-il darba ogħla bl-ebda effett fuq is-Cmax ta’ umeclidinium. Abbażi tal-kobor ta’ dawn il-bidliet, ma hija mistennija l-ebda interazzjoni klinikament

rilevanti bejn il-mediċini meta umeclidinium/vilanterol jingħata fl-istess ħin ma’ inibituri ta’ CYP2D6 jew meta jingħata lil pazjenti ġenetikament defiċjenti fl-attività ta’ CYP2D6 (metabolizzaturi ħżiena).

Kemm umeclidinium kif ukoll vilanterol huma substrati tat-trasportatur tal-glikoproteina P (P-gp). L-effett tal-inibitur moderat tal-P-gp, verapamil (240 mg darba kuljum), fuq il-farmakokinetika fissa ta’ umeclidinium u vilanterol ġie valutat f’voluntiera b’saħħithom. Ma kien osservat l-ebda effett ta’ verapamil fuq is- Cmax ta’ umeclidinium jew vilanterol. Kienet osservata żieda ta’ madwar 1.4 darbiet fl-AUC ta’ umeclidinium bl-ebda effett fuq l-AUC ta’ vilanterol. Abbażi tal-kobor ta’ dawn il-bidliet, ma hija mistennija l-ebda interazzjoni klinikament rilevanti bejn il-mediċini meta umeclidinium/vilanterol jingħata fl-istess ħin ma’ inibituri tal-P-gp.

Antimuskariniċi u simpatomimetiċi oħra

L-għoti fl-istess ħin ta’ umeclidinium/vilanterol ma’ antagonisti muskariniċi li jaħdmu fit-tul oħra, agonisti beta2-adrenerġiċi li jaħdmu fit-tul jew prodotti mediċinali li fihom xi waħda minn dawn is-sustanzi ma ġiex

studjat u mhuwiex rakkomandat minħabba l-potenzjal ta’ reazzjonijiet avversi magħrufa b’antagonisti muskariniċi jew b’agonisti beta2-adrenerġiċi (ara sezzjoni 4.4 u sezzjoni 4.9).

Ipokalimja

Kura konkomitanti ipokalimika b’derivati ta’ methylxanthine, sterojdi jew dijuretiċi li jħallu il-potassju joħroġ fl-awrina tista' żżid l-effett ipokalimiku possibbli ta’ agonisti beta2-adrenerġiċi, għalhekk uża b’kawtela (ara sezzjoni 4.4).

Prodotti mediċinali oħra għas-COPD

Għalkemm ma sarux studji formali in vivo tal-interazzjoni bejn il-mediċini, umeclidinium/vilanterol li jittieħed man-nifs intuża b’mod konkomitanti ma’ prodotti mediċinali oħra għal COPD fosthom bronkodilaturi simpatomimetiċi li jaħdmu għal qasir żmien u kortikosterojdi li jittieħdu man-nifs, mingħajr evidenza klinika ta’ interazzjonijiet bejn il-mediċini.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta dwar l-użu ta’ umeclidinium/vilanterol f’nisa tqal. Studji f’annimali wrew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva f'espożizzjonijiet li mhumiex klinikament rilevanti wara l-għoti ta’ vilanterol (ara sezzjoni 5.3).

Umeclidinium/vilanterol għandu jintuża waqt it-tqala biss jekk il-benefiċċju mistenni għall-omm jiġġustifika r-riskju potenzjali għall-fetu.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk umeclidinium jew vilanterol jiġux eliminati mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Madankollu, agonisti beta2-adrenerġiċi oħra huma misjuba fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. Ir-riskju gћat-trabi tat-twelid mhux eskluż. Gћandha tittieћed deċiżjoni jekk il-mara twaqqafx it-treddigћ jew twaqqafx it- trattament b’umeclidinium/vilanterol, wara li jiġi kkunsidrat il-benefiċċju ta’ treddigħ gћat-tarbija u l- benefiċċju tat-trattament gћall-mara.

Fertilità

M’hemmx dejta dwar l-effetti ta’ umeclidinium/vilanterol fuq il-fertilità tal-bniedem. Studji f’annimali ma wrew l-ebda effett ta’ umeclidinium jew vilanterol fuq il-fertilità.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Umeclidinium/vilanterol m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Ir-reazzjoni avversa rrappurtata l-aktar ta’ spiss b’umeclidinium/vilanterol kienet ir-rinofarinġite (9%).

Sommarju f’tabella tar-reazzjonijiet avversi

Il-profil tas-sigurtà ta’ LAVENTAIR huwa bbażat fuq l-esperjenza tas-sigurtà b’umeclidinium/vilanterol u l- komponenti individwali mill-programm ta’ żvilupp kliniku li fih ħadu sehem 6,855 pazjent b’COPD u minn rapportar spontanju. Il-programm ta’ żvilupp kliniku inkluda 2,354 pazjent li rċevew umeclidinium/vilanterol darba kuljum fl-istudji kliniċi tal-Fażi III ta’ 24 ġimgħa jew aktar, li minnhom 1,296 pazjent irċevew id-doża rakkomandata ta’ 55/22 mikrogramma fi studji ta’ 24 ġimgħa, 832 pazjent irċevew doża ogħla ta’ 113/22 mikrogramma fi studji ta’ 24 ġimgħa u 226 pazjent irċevew 113/22 mikrogramma fi studju ta’ 12-il xahar.

Il-frekwenzi assenjati għar-reazzjonijiet avversi identifikati fit-tabella hawn taħt jinkludu r-rati ta’ inċidenza mhux ipproċessati li ġew osservati fl-integrazzjoni tal-ħames studji ta’ 24 ġimgħa u fl-istudju dwar is-sigurtà ta’ 12-il xahar.

Il-frekwenza tar-reazzjonijiet avversi hija definita bl-użu tal-konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000); rari ħafna (<1/10,000) u mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

Sistema tal-Klassifika tal-

Reazzjonijiet Avversi

Frekwenza

Organi

 

 

Infezzjonijiet u

Infezzjoni fl-apparat urinarju

Komuni

infestazzjonijiet

Sinusite

Komuni

 

Rinofarinġite

Komuni

 

Farinġite

Komuni

 

Infezzjoni fil-parti ta’ fuq tal-apparat

Komuni

 

respiratorju

Komuni

Disturbi fis-sistema immuni

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva li

 

 

jinkludu:

 

 

Raxx

Mhux komuni

 

Anafilassi, anġjoedema u urtikarja

Rari

Disturbi fis-sistema nervuża

Uġigħ ta’ ras

Komuni

 

Rogħda

Mhux komuni

 

Disgewżja

Mhux komuni

Disturbi fl-għajnejn

Vista mċajpra

Rari

 

Glawkoma

Rari

 

Żieda fil-pressjoni ta’ ġol-għajn

Rari

Disturbi fil-qalb

Fibrillazzjoni atrijali

Mhux komuni

 

Takikardija sopraventrikolari

Mhux komuni

 

Ritmu idjoventrikulari

Mhux komuni

 

Takikardija

Mhux komuni

 

Extrasistoli supraventrikulari

Mhux komuni

 

Palpitazzjonijiet

Mhux komuni

Disturbi respiratorji, toraċiċi

Sogħla

Komuni

u medjastinali

Uġigħ orofarinġali

Komuni

 

Bronkospażmu paradossali

Rari

Disturbi gastrointestinali

Stitikezza

Komuni

 

Ħalq xott

Komuni

Disturbi fil-ġilda u fit-tessut

Raxx

Mhux komuni

ta’ taħt il-ġilda

 

 

Disturbi fil-kliewi u fis-

Ritenzjoni tal-awrina

Rari

sistema urinarja

Disurja

Rari

 

Ostruzzjoni tal-iżbokk tal-bużżieqa tal-

Rari

 

awrina

 

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Doża eċċessiva ta’ umeclidinium/vilanterol probabbilment tipproduċi sinjali u sintomi minħabba l-azzjonijiet tal-komponenti individwali, konsistenti mar-reazzjonijiet avversi magħrufa tal-antagonisti muskariniċi li jittieħdu man-nifs (eż. ħalq xott, disturbi tal-akkomodazzjoni viżwali u takidardija) jew dawk b’doża eċċessiva ta’ agonisti beta2-adrenerġiċi oħra (eż. arritmiji, rogħda, uġigħ ta’ ras, palpitazzjonijiet, dardir, ipergliċemija u ipokalimja).

Jekk isseħħ doża eċċessiva, il-pazjent għandu jingħata kura ta’ sostenn b’monitoraġġ xieraq kif meħtieġ.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Mediċini għal mard ostruttiv tal-passaġġi tal-arja, adrenerġiċi f’kombinazzjoni ma’ antikolinerġiċi, Kodiċi ATC: R03AL03

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Umeclidinium/vilanterol huwa antagonist tar-riċetturi muskariniċi li jaħdem fit-tul/agonist beta2-adrenerġiku li jaħdem fit-tul (LAMA/LABA) kombinat li jittieħed man-nifs. Wara teħid man-nifs mill-ħalq, iż-żewġ komposti jaħdmu lokalment fuq il-passaġġi tal-arja biex jipproduċu bronkodilazzjoni permezz ta’ mekkaniżmi separati.

Umeclidinium

Umeclidinium huwa antagonist tar-riċetturi muskariniċi li jaħdem fit-tul (imsejjaħ ukoll antikolinerġiku). Huwa derivattiv ta’ quinuclidine b’attività fost bosta sottotipi ta’ riċetturi muskariniċi. Umeclidinium jipproduċi l-attività bronkodilatorja tiegħu billi jinibixxi b’mod kompetittiv it-twaħħil tal-aċetilkolina marri ċetturi muskariniċi fuq il-muskoli lixxi tal-passaġġi tal-arja. Huwa juri riversibbiltà bil-mod fis-sottotip tarri ċettur muskariniku uman M3 in vitro u perjodu twil ta’ azzjoni in vivo meta ngħata direttament fil-pulmuni f’mudelli ta’ qabel l-użu kliniku.

Vilanterol

Vilanterol huwa agonist li jaħdem fit-tul, tar-riċetturi beta2-adrenerġiċi (agonist beta2-adrenerġiku). L-effetti farmakoloġiċi tal-agonisti beta2-adrenerġiċi, inkluż vilanterol, huma tal-anqas parzjalment attribwibbli lill-istimulazzjoni tal-adenylate cyclase ġoċ-ċelloli, l-enzima li tikkatalizza l-konverżjoni ta’ adenosine triphosphate (ATP) fi 3’,5’-adenosine monophosphate ċikliku (AMP ċikliku). Iż-żieda fil-livelli ta’ AMP ċikliku tikkawża r-rilassament tal-muskolu lixx tal-bronki u l-inibizzjoni tar-rilaxx ta’ medjaturi ta’ sensittività eċċessiva immedjata miċ-ċelloli, speċjalment miċ-ċelloli mast.

Effetti farmakodinamiċi

Fi studji ta’ Fażi III li damu għaddejjin 6 xhur, umeclidinium/vilanterol ipprovda titjib klinikament sinifikanti fuq plaċebo fil-funzjoni tal-pulmun (kif imkejjel mill-volum espiratorju sfurzat f’sekonda [FEV1]) fuq perjodu ta’ 24 siegħa wara għoti darba kuljum, li kien evidenti kwarta wara l-għoti tal-ewwel doża (titjib ta’112 ml (p <0.001*) fuq plaċebo. It-titjib massimu medju fl-FEV1 fi żmien l-ewwel 6 sigħat wara l-għoti tad-doża meta mqabbel mal-plaċebo kien ta’ 224 ml (p<0.001*) f’Ġimgħa 24. Ma kienx hemm evidenza ta’ takifilassi fl-effett ta’ LAVENTAIR maż-żmien.

Elettrofiżjoloġija tal-qalb

L-effett ta’ umeclidinium/vilanterol fuq l-intervall QT ġie evalwat fi studju tal-QT ikkontrollat bil-plaċebo u bis-sustanza attiva (moxifloxacin) li kien jinvolvi l-għoti darba kuljum ta’ dożi lesti minn qabel ta’ umeclidinium/vilanterol 113/22 mikrogramma jew 500/100 mikrogramma (doża lesta minn qabel b’umeclidinium f’doża tmien darbiet dik rakkomandata u vilanterol f’doża erba' darbiet dik rakkomandata) għal 10 ijiem f’103 voluntiera b’saħħithom. Id-differenza massima medja fit-titwil tal-intervall QT (korrett bl-użu ta’ metodu ta’ Fridericia, QTcF) mill-plaċebo wara korrezzjoni fil-linja bażi kienet ta’ 4.3 (90%

CI=2.2 sa 6.4) millisekondi li dehret 10 minuti wara l-għoti ma’ umeclidinium/vilanterol

113/22 mikrogramma u 8.2 (90% CI=6.2 sa 10.2) millisekondi li dehret 30 minuta wara l-għoti ma’ umeclidinium/vilanterol 500/100 mikrogramma. Għalhekk, ma kien osservat l-ebda potenzjal proarritmiku klinikament rilevanti relatat mat-titwil fl-intervall QT b’umeclidinium/vilanterol 113/22 mikrogramma.

Kienet osservata wkoll żieda dipendenti fuq id-doża fir-rata tal-qalb. Id-differenza massima medja fir-rata tal-qalb mill-plaċebo wara korrezzjoni fil-linja bażi kienet ta’ 8.4 (90% CI=7.0 għal 9.8) taħbitiet/minuta u 20.3 (90% CI=18.9 għal 21.7) taħbita/minuta li dehret 10 minuti wara l-għoti ta’ umeclidinium/ vilanterol 113/22 mikrogramma u 500/100 mikrogramma rispettivament.

Barra minn hekk, ma kinux osservati effetti klinikament sinifikanti fuq ir-ritmu tal-qalb b’monitoraġġ Holter għal 24 siegħa f’53 pazjenti b’COPD li kienu kkurati b’umeclidinium/vilanterol 55/22 mikrogramma darba kuljum), fi studju wieħed ta’ 6-xhur, jew f’55 pazjent li rċevew umeclidinium/vilanterol 113/22 mikrogramma darba kuljum fi studju ieħor ta’ 6-xhur u 226 pazjent li rċevew 113/22 mikrogramma darba kuljum fl-istudju ta’ 12-il xahar.

Effikaċja klinika

L-effikaċja klinika ta’ umeclidinium/mogħti darba kuljum kienet evalwata fi tmien studji kliniċi ta’ Fażi III fuq 6,835 pazjent adult b’dijanjosi klinika ta’ COPD; 5,618 pazjent minn ħames studji ta’ sitt xhur (żewġ provi kkontrollati bi plaċebo u tliet provi kkontrollati b’sustanza attiva [tiotropium] ta’ tqabbil), 655 pazjent minn żewġ studji ta’ 3 xhur dwar il-felħan għall-eżerċizzju/funzjoni tal-pulmuni u 562 pazjent minn studju ta’ appoġġ ta’ 12-il xahar.

Effetti fuq il-funzjoni tal-pulmun

LAVENTAIR wera titjib fil-funzjoni tal-pulmun (kif definit mill-bidla mil-linja bażi fl-inqas livell tal-FEV1) f’diversi studji. Fi studju wieħed tal-Fażi 3 ta’ 6-xhur, LAVENTAIR wera titjib statistikament sinifikanti fl- inqas livell tal-FEV1 (endpoint primarju) f’Ġimgħa 24 meta mqabbel ma’ plaċebo u kull fergħa ta’ kura b’komponent tal-monoterapija. Barra minn hekk, LAVENTAIR wera titjib statistikament sinifikanti u klinikament sinifikanti fil-livell minimu tal-FEV1 meta mqabbel ma’ tiotropium fi tnejn mit-tliet studji b’sustanza attiva ta’ tqabbil ta’ 6-xhur u titjib numerikament akbar minn tiotropium fit-tielet studju b’sustanza attiva ta’ tqabbil (ara Tabella 1). Ma kien hemm l-ebda tnaqqis fl-effett bronkodilatur maż-żmien.

Eżiti sintomatiċi

Qtugħ ta’ nifs:

LAVENTAIR wera tnaqqis statistikament sinifikanti u klinikament importanti fil-qtugħ ta’ nifs kif evalwat minn żieda fil-punteġġ fokali TDI f’Ġimgħa 24 (end-point sekondarju prinċipali) meta mqabbel mal-plaċebo ara Tabella 1). It-titjib fil-punteġġ fokali TDI meta mqabbel ma’ kull komponent tal-monoterapija u tiotropium ma kienx statistikament sinifikanti (ara Tabella 1).

Il-proporzjon ta’ pazjenti li mill-anqas irrispondew bid-differenza minima klinikament importanti (MCID) ta’ punteġġ fokali TDI ta’ unità 1 f’Ġimgħa 24 kien akbar għal LAVENTAIR (58%) meta mqabbel mal- plaċebo (41%) u kull komponent tal-monoterapija (53% għal umeclidinium u 51% għal vilanterol ).

Kwalità tal-ħajja relatata mas-saħħa:

LAVENTAIR wera wkoll titjib fil-kwalità tal-ħajja relatata mas-saħħa mkejla bl-użu tas-St. George’s Respiratory Questionnaire (SGRQ) kif indikat minn tnaqqis fil-punteġġ totali tal-SGRQ f’Ġimgħa 24 meta mqabbel mal-plaċebo u kull komponent tal-monoterapija (ara Tabella 1). LAVENTAIR wera tnaqqis statistikament sinifikanti fil-punteġġ totali tal-SGRQ meta mqabbel ma’ tiotropium f'wieħed mit-tliet studji b’sustanza attiva ta’ tqabbil (ara Tabella 1).

Il-proporzjon ta’ pazjenti li mill-anqas irrispondew bil-MCID fil-punteġġ tal-SGRQ (definit bħala tnaqqis ta’ 4 unitajiet mil-linja bażi) f’Ġimgħa 24 kien akbar għal LAVENTAIR (49%) meta mqabbel mal-plaċebo (34%) u kull komponent ta’ monoterapija (44% għal umeclidinium u 48% għal vilanterol). Fi studju b’sustanza attiva ta’ tqabbil, proporzjon akbar ta’ pazjenti li kienu qed jirċievu LAVENTAIR rrispondew b’titjib klinikament sinifikanti fil-punteġġ tal-SGRQ f’Ġimgħa 24 (53%) meta mqabbla ma’ tiotropium (46%). Fiż-żewġ studji l-oħra bis-sustanza attiva ta’ tqabbil, proporzjon simili ta’ pazjenti kisbu mill-anqas

il-MCID b’LAVENTAIR u tiotropium; 49% u 54% għal LAVENTAIR 55/22 mikrogramma, u 52% u 55% għal tiotropium.

Użu ta’ medikazzjoni ta’ salvataġġ

LAVENTAIR naqqas l-użu tal-medikazzjoni ta’ salvataġġ b’salbutamol matul il-Ġimgħat 1 sa 24 meta mqabbel mal-plaċebo u umeclidinium (ara Tabella 1) u wera żieda mil-linja bażi fil-proporzjon ta’ ġranet meta ma kienet meħtieġa l-ebda medikazzjoni ta’ salvataġġ (medja ta’ 11.1%) meta mqabbel ma’ tnaqqis mil-linja bażi fuq plaċebo (medja ta’ 0.9%).

Fit-tliet studji ta’ 6 xhur ikkontrollati bis-sustanza attiva ta’ tqabbil, LAVENTAIR naqqas l-użu tal- medikazzjoni ta’ salvataġġ b’salbutamol meta mqabbel ma’ tiotropium, bi tnaqqis statistikament sinifikanti osservat fi tnejn mill-istudji (ara Tabella 1). LAVENTAIR wera wkoll żieda akbar mil-linja bażi fil- proporzjon ta’ ġranet meta ma kienet meħtieġa l-ebda medikazzjoni ta’ salvataġġ fit-tliet studji kollha(medja fil-firxa ta’ 17.6% sa 21.5%) meta mqabbel ma’ tiotropium (medja fil-firxa ta’ 11.7% sa 13.4%).

Tabella 1.Il-funzjoni tal-pulmun, eżiti sintomatiċi u tal-kwalità tal-ħajja relatata mas-saħħa f'Ġimgħa 24

Tqabbil bejn il-kuri

Differenza bejn il-kuri1 (95% intervall ta’ kunfidenza, valur-p)

 

 

 

 

b’LAVENTAIR

L-anqas livell

Punteġġ Fokali

Punteġġ Totali tal-

Użu ta’

55/22 mcg

TDI

SGRQ

medikazzjoni ta’

tal-FEV1 (ml)

 

 

 

salvataġġ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

LAVENTAIR (N = 413)

1.2

-5.51

-0.8

kontra

(128, 207)

(0.7,1.7)

(-7.88, -3.13)

(-1.3,-0.3)

Plaċebo (N = 280)

<0.001

<0.001

<0.001

0.001*

LAVENTAIR (N = 413)

0.3

-0.82

-0.6

kontra

(17, 87)

(-0.2, 0.7)

(-2.90, 1.27)

(-1.0, -0.1)

Umeclidinium 55 mcg

0.004

0.244

0.441

0.014*

(N = 418)

 

 

 

 

LAVENTAIR (N = 413)

0.4

-0.32

0.1

kontra

(60, 130)

(-0.1, 0.8)

(-2.41, 1.78)

(-0.3, 0.5)

Vilanterol 22 mcg

<0.001

0.117

0.767

0.675

(N = 421)

 

 

 

 

LAVENTAIR (N = 454)

 

 

 

 

kontra

 

-2.10

-0.5

tiotropium 18 mcg

(81, 144)

n/e

(-3.61, -0.59)

(-0.7, -0.2)

(N = 451)

<0.001

 

0.006

<0.001

(Studju ZEP117115)

 

 

 

 

LAVENTAIR (N = 207)

 

 

 

 

kontra

 

0.75

-0.7

tiotropium 18 mcg

(39, 141)

 

(-2.12, 3.63)

(-1.2, -0.1)

(N = 203)

<0.001

0.12

0.607

0.022

(Studju DB2113360)

 

 

 

 

(-0.4, 0.5)

 

 

LAVENTAIR (N = 217)

 

 

 

 

0.817

-0.17

 

kontra

-0.6

 

tiotropium 18 mcg

(10, 109)

 

(-2.85, 2.52)

(-1.2, 0.0)

(N = 215)

0.018*

 

0.904

0.069

(Studju DB2113374)

 

 

 

 

N=numru fil-popolazzjoni b’Intenzjoni li tiġi kkurata mcg = mikrogrammi

n/e = mhux evalwat

1.Medja tal-anqas kwadri

2.Dejta miġbura flimkien mill-Istudju DB2113360 u l-Istudju DB2113374

3.Differenza fl-għadd medju ta’ nefħiet kuljum matul il-Ġimgħat 1-24

Doża ogħla ta’ umeclidinium/vilanterol (113/22 mikrogramma) ġiet studjata wkoll fi studju kliniku ikkontrollat bi plaċebo ta’ 24 ġimgħa u fi tnejn mit-tliet studji attivi-ikkontrollati ta’ 24 ġimgħa. Ir-riżultati kienu simili għal dawk tad-doża ta’ LAVENTAIR u pprovdew evidenza addizzjonali ta’ appoġġ għall- effikaċja ta’ LAVENTAIR.

Taħrix tas-COPD

LAVENTAIR naqqas ir-riskju ta’ taħrix tas-COPD b’50% meta mqabbel ma’ plaċebo (abbażi tal-analiżi tas- żmien għall-ewwel taħrix: Proporzjon ta’ Periklu (HR) 0.5, p=0.004*); b’20% meta mqabbel ma’ umeclidinium (HR 0.8, p=0.391); u b’30% meta mqabbel ma’ vilanterol (HR 0.7, p=0.121). Mit-tliet studji b’sustanza attiva ta’ tqabbil, ir-riskju ta’ taħrix tas-COPD meta mqabbel ma’ tiotropium tnaqqas b’50% fi studju wieħed (HR 0.5, p=0.044) u żdied b’20% u 90% f’żewġ studji (HR 1.2, p=0.709 u HR 1.9, p=0.062

F'dan l-istudju intużat proċedura ta’ ttestjar statistiku step-down u dan it-tqabbil kien anqas minn tqabbil li ma kisibx sinifikanza statistika. Għalhekk, ma tistax tiġi konkluża sinifikanza statistika fuq dan it-tqabbil.

rispettivament). Dawn l-istudji ma kinux speċifikament imfassla biex jevalwaw l-effett ta’ kura fuq it-taħrix tas-COPD u pazjenti ġew irtirati mill-istudju f’każ ta’ taħrix

Felħan għall-eżerċizzju u l-volumi tal-pulmun

LAVENTAIR 55/22 mikrogramma tejjeb il-ħin tal-felħan għall-eżerċizzju meta mqabbel ma’ plaċebo, kif evalwat bl-endurance shuttle walk test (ESWT), fi studju wieħed iżda mhux fit-tieni u tejjeb il-kejl tal-volum tal-pulmun meta mqabbel ma’ plaċebo fiż-żewġ studji f’pazjenti adulti b’COPD b’iperinflazzjoni (kapaċità residwa funzjonali [FRC] >120%). Fl-ewwel studju, LAVENTAIR 55/22 mikrogramma wera titjib statistikament sinifikanti u t-titjib klinikament rilevanti (abbażi ta’ differenza minima klinikament importanti (MCID) bejn 45 għal 85 sekonda) fuq plaċebo fil-ħin ta’ felħan għall-eżerċizzju (EET) miksub 3 sigħat dwar l-għoti tad-doża f’Ġimgħa 12 (69.4 sekondi [p=0.003]). It-titjib fl-EET meta mqabbel mal-plaċebo dehret f’Jum 2 u kien sostnut f’Ġimgħa 6 u Ġimgħa 12. Fit-tieni studju, id-differenzi bejn il-kuri fl-EET bejn LAVENTAIR 55/22 mikrogramma u l-plaċebo kienu ta’ 21.9 sekondi (p=0.234) f’Ġimgħa 12.

LAVENTAIR 55/22 mikrogramma wera wkoll titjib statistikament sinifikanti meta mqabbel mal-plaċebo fil- bidla mil-linja bażi fil-kejl tal-volum tal-pulmun fl-inqas livell u 3 sigħat wara d-doża f’Ġimgħa 12 fl-ewwel studju (kapaċità ispiratorja: 237 ml u 316 ml rispettivament, volum residwu: -466 ml u -643 ml rispettivament u kapaċità residwa funzjonali: -351 ml u -522 ml rispettivament; kollha p<0.001). Fit-tieni studju, LAVENTAIR 55/22 mikrogramma wera titjib meta mqabbel mal-plaċebo fil-bidla mil-linja bażi fil- kejl tal-volum tal-pulmun fl-inqas livell u 3 sigħat wara d-doża f’Ġimgħa 12 (kapaċità ispiratorja: 198 ml u 238 ml rispettivament, volum residwu: -295 ml u -351 ml rispettivament u kapaċità residwa

funzjonali: -238 ml u -302 ml rispettivament; kollha p<0.040 ).

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’LAVENTAIR f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fil-COPD (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l- użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Meta umeclidinium u vilanterol ingħataw flimkien bit-teħid man-nifs, il-farmakokinetika ta’ kull komponent kienet simili għal dik osservata meta kull sustanza attiva ngħatat separatament. Għal skopijiet farmakokinetiċi, kull komponent għalhekk jista’ jiġi kkunsidrat separatament.

Assorbiment

Umeclidinium

Wara t-teħid man-nifs ta’ umeclidinium f’voluntiera b’saħħithom, is-Cmax seħħet wara 5 sa 15-il minuta. Il- bijodisponibilità assoluta ta’ umeclidinium li jittieħed man-nifs kienet bħala medja 13% tad-doża,

b’kontribuzzjoni negliġibbli mill-assorbiment orali. Wara dożaġġ ripetut ta’ umeclidinium li jittieħed man- nifs, stat fiss inkiseb fi żmien 7 sa 10 ijiem b’akkumulazzjoni 1.5 sa 1.8 darbiet akbar.

Vilanterol

Wara t-teħid man-nifs ta’ vilanterol f’voluntiera b’saħħithom, is-Cmax seħħet wara 5 sa 15-il minuta. Il- bijodisponibilità assoluta ta’ vilanterol li jittieħed man-nifs kienet ta’ 27%, b’kontribuzzjoni negliġibbli mill-

assorbiment orali. Wara dożaġġ ripetut ta’ vilanterol li jittieħed man-nifs, stat fiss inkiseb fi żmien 6 ijiem b’akkumulazzjoni sa 2.4 darbiet akbar.

Distribuzzjoni

Umeclidinium

Wara għoti fil-vini lil voluntiera b’saħħithom, il-volum medju ta’ distribuzzjoni kien ta’ 86 litru. It-twaħħil mal-proteini tal-plażma in vitro fil-plażma tal-bniedem kien bħala medja ta’ 89%.

F’dan l-istudju ntużat proċedura ta’ ttestjar statistiku step-down u dan it-tqabbil kien aktar baxx minn tqabbil li ma kisibx sinifikat statistiku. Għalhekk, is-sinifikat statistiku fuq dan it-tqabbil ma jistax jiġi inferit.

Vilanterol

Wara għoti fil-vini lil voluntiera b’saħħithom, il-volum medju ta’ distribuzzjoni fl-istat fiss kien ta’ 165 litru. It-twaħħil mal-proteini tal-plażma in vitro fil-plażma tal-bniedem kien bħala medja ta’ 94%

Bijotrasformazzjoni

Umeclidinium

Studji in vitro wrew li umeclidinium huwa metabolizzat primarjament miċ-ċitokromu P450 2D6 (CYP2D6) u huwa substrat għat-trasportatur tal-glikoproteina P (P-gp). Ir-rotot metaboliċi primarji għal umeclidinium huma ossidattivi (idroksilazzjoni, dealkilazzjoni-O) segwiti mill-konjugazzjoni (glukuronidazzjoni, eċċ.), li jirriżultaw f’firxa ta’ metaboliti li jew ikollhom attività farmakoloġika mnaqqsa jew li għalihom ma ġietx stabbilita l-attività farmakoloġika. L-esponiment sistemiku għall-metaboliti huwa baxx.

Vilanterol

Studji in vitro wrew li vilanterol huwa metabolizzat primarjament miċ-ċitokromu P450 3A4 (CYP3A4) u huwa substrat għat-trasportatur tal-P-gp. Ir-rotot metaboliċi primarji għal vilanterol huma d-dealkilazzjoni-O għal firxa ta’ metaboliti b’attività agonista beta1- u beta2-adrenerġika konsiderevolment imnaqqsa. Il-profili metaboliċi tal-plażma wara għoti orali ta’ vilanterol fi studju radjutikkettat fil-bniedem kienu konsistenti ma’ metaboliżmu għoli tal-ewwel passaġġ. L-esponiment sistemiku għall-metaboliti huwa baxx.

Eliminazzjoni

Umeclidinium

It-tneħħija mill-plażma wara għoti fil-vini kienet ta’ 151 litru/siegħa. Wara għoti fil-vini, madwar 58% tad- doża radjutikkettata mogħtija (jew 73% tar-radjuattività rkuprata) tneħħiet fl-ippurgar sa 192 siegħa wara d- doża. It-tneħħija fl-awrina ammontat għal 22% tad-doża radjutikkettata mogħtija sa 168 siegħa (27% tar- radjuattività rkuprata). It-tneħħija tal-materjal relatat mal-mediċina fl-ippurgar wara għoti fil-vina indikat sekrezzjoni fil-bila. Wara għoti orali lil voluntiera rġiel b’saħħithom, ir-radjuattività totali tneħħiet primarjament fl-ippurgar (92% tad-doża radjutikkettata mogħtija jew 99% tar-radjuattività rkuprata) sa 168 siegħa wara d-doża. Inqas minn 1% tad-doża mogħtija b’mod orali (1% tar-radjuattività rkuprata) tneħħiet fl- awrina, li jissuġġerixxi assorbiment negliġibbli wara għoti orali. Il-half-life tal-eliminazzjoni ta’ umeclidinium mill-plażma wara t-teħid man-nifs tad-doża għal 10 ijiem kienet bħala medja 19-il siegħa f’voluntiera b’saħħithom, bi 3% sa 4% mneħħi mhux mibdul fl-awrina fl-istat fiss.

Vilanterol

It-tneħħija ta’ vilanterol mill-plażma wara għoti fil-vini kienet ta’ 108 litri/siegħa. Wara l-għoti orali ta’ vilanterol radjutikkettat, il-bilanċ tal-massa wera 70% tar-radjutikketta fl-awrina u 30% fl-ippurgar. L- eliminazzjoni primarja ta’ vilanterol kienet bil-metaboliżmu segwita mit-tneħħija tal-metaboliti fl-awrina u l- ippurgar. Il-half-life tal-eliminazzjoni ta’ vilanterol mill-plażma wara t-teħid man-nifs tad-doża għal 10 ijiem kienet bħala medja ta’ 11-il siegħa.

Karatteristiċi fi gruppi speċifiċi ta’ voluntiera b’saħħithom jew pazjenti

Anzjani

Analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni wriet li l-farmakokinetika ta’ umeclidinium u vilanterol kienet simili bejn pazjenti b’COPD li kellhom 65 sena u aktar u dawk li kellhom inqas minn 65 sena.

Indeboliment tal-kliewi

Pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi ma wrew l-ebda evidenza ta’ żieda fl-esponiment sistemiku għal umeclidinium jew vilanterol (Cmax u AUC) wara li ngħataw umeclidinium/vilanterol b’umeclidinium fid- doppju tad-doża rakkomandata u vilanterol fid-doża rakkomandata u l-ebda evidenza ta’ tibdil fit-twaħħil mal-proteini bejn pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi u voluntiera b’saħħithom.

Indeboliment tal-fwied

Pazjenti b’indeboliment moderat tal-fwied (Child-Pugh tal-Klassi B) ma wrew l-ebda evidenza ta’ żieda fl- esponiment sistemiku għal umeclidinium jew vilanterol (Cmax u AUC) wara li ngħataw umeclidinium/vilanterol b’umeclidinium fid-doppju tad-doża rakkomandata u vilanterol fid-doża rakkomandata u l-ebda evidenza ta’ tibdil fit-twaħħil mal-plażma bejn pazjenti b’indeboliment moderat tal- fwied u voluntiera b’saħħithom. Umeclidinium/vilanterol ma ġiex evalwat f’pazjenti b’indeboliment sever tal-fwied.

Popolazzjonijiet speċjali oħra

Analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni uriet li ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament tad-doża għal umeclidinium jew vilanterol abbażi tal-effett tal-età, ir-razza, is-sess, l-użu ta’ kortikosterojdi li jittieħdu man-nifs, jew il-piż. Studju fuq metabolizzaturi ħżiena ta’ CYP2D6 ma wera l-ebda evidenza ta’ effett klinikament sinifikanti tal-polimorfiżmu ġenetiku ta’ CYP2D6 fuq l-esponiment sistemiku għal umeclidinium.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Fi studji li ma kinux kliniċi b’umeclidinium u vilanterol, waħedhom jew flimkien, is-sejbiet kienu dawk tipikament assoċjati mal-farmakoloġija primarja jew tal-antagonisti tar-riċetturi muskariniċi jew tal-agonisti beta2-adrenerġiċi rispettivament u/jew l-irritanza lokali. Id-dikjarazzjonijiet li ġejjin jirriflettu l-istudji mwettqa fuq il-komponenti individwali.

Effett tossiku fuq il-ġeni u riskju ta’ kanċer

Umeclidinium ma kienx ġenotossiku f’batterija standard ta’ studji u ma kienx karċinoġeniku fi studji tal- inalazzjoni tul il-ħajja fil-ġrieden jew fil-firien b’esponimenti ta’ 26 jew 22 darba akbar mill-esponiment kliniku tal-bniedem għal umeclidinium 55 mikrogramma, fuq il-bażi tal-AUC, rispettivament.

Fi studji dwar it-tossiċità ġenetika, vilanterol (bħala alpha-phenylcinnamate) u l-aċidu trifenilaċetiku ma kinux ġenotossiċi, li jindika li vilanterol (bħala trifenatate) ma jirrappreżentax periklu ġenotossiku għall- bnedmin. B’mod konsistenti mas-sejbiet għal agonisti beta2-adrenerġiċi oħra, fi studji tal-inalazzjoni tul il- ħajja, vilanterol trifenatate kkawża effetti proliferattivi fl-apparat riproduttiv tal-firien u l-ġrieden nisa u fil- glandola pitwitarja tal-firien. Ma kien hemm l-ebda żieda fl-inċidenza ta’ tumuri fil-firien u l-ġrieden b’esponimenti 0.5 jew 13-il darba akbar mill-esponiment kliniku tal-bniedem għal vilanterol

22 mikrogramma, fuq il-bażi tal-AUC, rispettivament.

Effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva

Umeclidinium ma kienx teratoġeniku fil-firien jew fil-fniek. Fi studju ta’ qabel u wara t-twelid, l-għoti ta’ umeclidinium minn taħt il-ġilda lill-firien wassal għal żieda aktar baxxa fil-piż tal-ġisem tal-omm u fil- konsum tal-ikel u naqqas daqsxejn il-piż tal-ġisem tal-frieħ ta’ qabel il-ftim f’ommijiet mogħtija doża ta’ 180 mikrogramma/kg/jum (madwar 80 darba l-esponiment kliniku tal-bniedem għal umeclidinium

55 mikrogramma, fuq il-bażi tal-AUC).

Vilanterol ma kienx teratoġeniku fil-firien. Fi studji tal-inalazzjoni fil-fniek, vilanterol ikkawża effetti simili għal dawk li dehru b’agonisti beta2-adrenerġiċi oħra (palat mixquq, kpiepel tal-għajnejn miftuħin, fużjoni sternebrali u liwja/rotazzjoni ħażina tad-dirgħajn u r-riġlejn) b’esponiment 6 darbiet ogħla mill-esponiment kliniku fil-bniedem fuq il-bażi tal-AUC. Meta ngħata taħt il-ġilda, ma kienx hemm effetti b’esponimenti 36 darba aktar mill-esponiment kliniku fil-bniedem ta’ vilanterol 22 mikrogramma, fuq il-bażi tal-AUC.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Lactose monohydrate,

Magnesium stearate.

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn

Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali waqt l-użu wara li jinfetaħ it-trej: 6 ġimgħat

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C. Jekk ikun maħżun fi friġġ, ħalli l-inalatur jerġa’ jiġi għat- temperatura tal-kamra għal mill-anqas siegħa qabel l-użu.

Żomm l-inalatur fit-trej issiġillat sabiex tilqa’ mill-umdità u neħħih biss immedjatament qabel l-ewwel użu.

Għandu jintuża fi żmien 6 ġimgħat mill-ewwel ftuħ tat-trej.

Ikteb id-data meta l-inalatur għandu jintrema fuq it-tikketta fl-ispazju pprovdut. Id-data għandha tiżdied malli l-inalatur jitneħħa mit-trej.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

L-inalatur ELLIPTA jikkonsisti minn korp griż ċar, għatu tal-biċċa tal-ħalq aħmar u counter tad-dożi, ippakkjat fi trej ta’ laminat tal-fojl li fih pakkett ta’ dessikant. It-trej huwa ssiġillat b’għatu tal-fojl li jista’ jitneħħa.

L-inalatur fih żewġ folji ta’ laminat tal-fojl tal-aluminju ta’ 7 jew 30 doża.

L-inalatur huwa strument multi-komponenti magħmul minn polypropylene, polyethylene ta’ densità għolja, polyoxymethylene, polybutylene terephthalate, acrylonitrile butadiene styrene, polycarbonate u stainless steel.

Pakketti ta’ inalaturi ta’ 7 jew ta’ 30 doża.

Pakkett multiplu ta’ 3 inalaturi ta’ 30 doża kull wieħed.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Għal struzzjonijiet għall-użu, ara sezzjoni 4.2.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Glaxo Group Limited

980 Great West Road

Brentford

Middlesex

TW8 9GS

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/14/899/001

EU/1/14/899/002

EU/1/14/899/003

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data ta’ l-ewwel awtorizzazzjoni: 8 ta’ Mejju 2014

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati