Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Leganto (rotigotine) – Fuljett ta’ tagħrif - N04BC09

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaLeganto
Kodiċi ATCN04BC09
Sustanzarotigotine
ManifatturUCB Manufacturing Ireland Ltd  

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall- min qed jagħmel użu minnha

Leganto 1 mg/24 siegħa garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda

Rotigotine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. Mgħandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tistatagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellemlit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Leganto u għalxiex jintuża

2.Xgħandek tkun taf qabel ma tuża Leganto

3.Kif għandek tuża Leganto

4.Effetti sekondarji possibli

5.Kif taħżen Leganto

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Leganto u għalxiex jintuża

Leganto fih is-sustanza attiva rotigotine. Jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa agonisti ta’ dopamine li jistimulaw ċerti tipi ta’ ċelloli u li jintrabtu ma’ riċetturi ta’ dopamine fil-moħħ.

Leganto jintuża biex jikkura s-sintomi tas-sindromu ta’ Restless Legs (RLS) fl’adulti, li tista` tiġi assoċjata ma’ skonfort f’riġlejk u dirgħajk. L-impuls li tiċċaqlaq l’hemm u l’hawn, disturbi fl-irqad, għajja jew nagħas waqt il-ġurnata. It-trattament b’ Leganto jtaffi jew inaqqas it-tul ta’ dawn is-sintomi.

2. Xgħandek tkun taf qabel ma tuża Leganto

Tużax Leganto

-jekk inti allerġiku/a għal rotigotine jew sustanzi l-oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’ sezzjoni 6 ).

-jekk ikollok bżonn li ssirlek immaġni bir-rizonanza manjetika (li hu metodu biex tara l-organi u tessuti interni tal-ġisem) jew kardjoverżjoni (trattament ta’ rittmu anormali tal-qalb).

Għandek tneħħi l-impjastru Leganto qabel dawn it-tip ta’ proċeduri. Tista’ twaħħal impjastru ġdid wara l-proċedura.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tuża Leganto

-Din il-mediċina tista’ taffettwalek il-pressjoni tad-demm, u għalhekk din ta’ l-aħħar għandha

titkejjel regolarment, speċjalment fil-bidu tal-kura tiegħek.

-

-Jista’ jkun hemm telf ta’ koxxenza. Din tiġri speċjalment meta tibda tuża Leganto jew meta tiżdiedlek id-doża. Għid lit-tabib tiegħek jekk tintilef minn sensik jew tistordi.

-Eżamijiet tal-vista f’ intervalli regolari huma rakkomandati waqt l-użu ta’ Leganto. Madanakollu, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota xi problemi bil- vista tiegħek bejn l-eżamijiet tal-vista.

-Jekk għandek problemi serji tal-fwied, lit-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża. Għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek, jekk waqt it-trattament il-problemi tal-fwied imorru għall-agħar.

-Jekk tħossok bi ngħas ħafna jew tiskopri li torqod f’daqqa, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek (ara wkoll, aktar l-isfel f’din is-sezzjoni, taħt ‘Sewqan u tħaddim ta’ magni’).

Għid lit-tabib tiegħek jekk int jew il-familja tiegħek/min jieħu ħsiebek jinnutaw li int qed tiżvilluppa impulsi jew xenqa biex iġġib ruħek b’modi li huma mhux tas-soltu għalik u li ma tistax tirreżisti l- impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel dawn iċ-ċerti attivitajiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għalik jew għal oħrajn. Dawn jgħidulhom disturbi tal-kontrol tal-impulsi u jistgħu jinkludu aġir bħal vizzju ta’ logħob tal-ażżard, iffangar u nfieq eċċessiv, xewqa qawwija anormali għas-sess jew preokkupazzjoni b’żieda ta’ ħsibijiet jew emozzjonijiet sesswali. It-tabib jista’ jkollu bżonn inaqqaslek jew iwaqqaflek id-doża tal-mediċina.Leganto jista’ jikkawża ħsibijiet u aġir anormali. Dawn il-ħsibijiet u aġir anormali jistgħu jikkonsistu f’waħda jew aktar minn varjeta` ta’ manifestazzjonijiet li jinkludu ħsibijiet anormali dwar ir-realta`, delużjonijiet, alluċinazzjonijiet ( tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera) , konfużjoni, diżorientazzjoni, aġir aggressiv, aġitazzjoni, u delirju. ( tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera). Jekk tinnota effetti bħal dawn, jekk jogħġbok ikkuntattja lit- tabib tiegħek.

-Leganto jista’ jikkawża reazzjonijiet tal-ġilda, bħal per eżempju ħmura u ħakk . Normalment, dawn ikunu ħfief għal moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda li l-impjastru jkun tpoġġa fuqha. Ir-reazzjonijiet normalment imorru wara ftit sigħat li tneħħi l-impjastru. Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, jekk reazzjoni tal-ġilda tiggrava, jew jekk ir- reazzjoni tal-ġilda tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib

tiegħek. Evita

d-dawl tax-xemx u espożizzjoni f’xi solarium fuq żoni tal- ġilda li jkollhom kwalunkwe tip ta’ reazzjoni tal-ġilda kkawżata minn Leganto. Biex tevita li jkollok reazzjonijiet tal-ġilda, għandek tpoġġi l-impjastru f’post differenti kuljum u tuża biss l- istess zona tal-ġilda wara 14-il jum.

-Tista’ jkollok is-sintomi tas-sindromu ta’ Restless Legs qabel is-soltu, jkunu iżjed qawwijin u jinvolvu l-idejn ukoll.

Tfal u addoloxxenti

-Leganto m’għandux jintuża mit-tfal għaliex ma ġewx stabbiliti s-sigurta` u l-effikaċja tiegħu fit-tfal.

Mediċini oħra u Leganto

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

M’għandekx tieħu dawn il-mediċini meta tkun qed tuża Leganto, jistgħu jnaqqsu l-effett tiegħu: anti- psikotiċi (mediċini li jintużaw biex jikkuraw ċerti mard mentali) jew metoclopramide (użat għall-kura tad-dardir u rimettar).

Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sigur għalik li:

-tieħu mediċina għall-pressjoni. Leganto jista` inaqqas il-pressjoni fid-demm meta tqum bilwieqfa; dan l-effett jiġi aggravat bil-mediċina li tintuża biex tniżżel il-pressjoni.

-tieħu mediċini sedattivi (pereżempju, benzodiazepine, mediċini biex tikkura mard mentali u mediċini biex tikkura d-dipressjoni) meta tkun qed tieħu Leganto.

Leganto mal-ikel, xorb u alkoħol

Minħabba li rotigotine jidħol fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm minn ġol-ġilda, l-ikel u x-xorb ma jaffettwax il-mod kif taħdem il-mediċina. Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sikur għalik li tixrob alkoħol waqt li qed tieħu Leganto.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’għandekx tuża Leganto jekk inti tqila, għax l-effetti ta’ rotigotine fuq it-tqala u fuq it-tarbija mhux imwielda mhumiex magħrufa. It-treddiegħ mhux rakkomandat jekk tkun qed tuża Leganto. Rotigotine jista’ jgħaddi ġol-ħalib ta’ sidrek u jaffettwa lit-tarbija tiegħek, u x’aktarx inaqqas ukoll l-ammont ta’ ħalib li tipproduċi.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Leganto jistgħu jġiegħlek tħossok bi ngħas ħafna, u tista’ torqod għal għarrieda ħafna. Jekk dan jaffettwak, m’għandekx issuq jew tieħu sehem f’attivitajiet fejn jekk ma tkunx attent tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lill-oħrajn f’riskju ta’ korriment serju, pereżempju, meta tuża l-magni.

F’każijiet iżolati, xi nies raqdu waqt li kienu qed isuqu, u dan ikkawża inċidenti.

Leganto fih sodium metabisulphite (E223)

Sodium metabisulphite (E223), rarament jista’ jikkawża reazzjonijiet severi ta’ ipersensittivita` u bronkospażmu.

3.Kif għandek tuża Leganto

Dejjem għandek tuża Leganto skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Biex jintlaħqu d-dożi li jkun hemm bżonn, impjastri ta’ Leganto differenti huma disponibbli, kollha jerħu ammont differenti ta’ sustanza attiva kuljum: 1 mg/2 siegħa, 2 mg/24 siegħa u 3 mg/24 siegħa.

Tibda billi tuża impjastru wieħed Leganto 1 mg/ 24 siegħa kuljum. Jekk ikun neċessarju, din id-doża ta’ kuljum tista’ tiżdied b’ 1 mg, kull ġimgħa, sakemm jintlaħaq id-doża addattata ( ta’ manteniment) għalik. Din tiġri meta int u t-tabib tiegħek taqblu li s-sintomi huma kontrollati b’mod adekwat u li l- effetti mhux mixtieqa tal-mediċina huma aċċettabli.

Id-doża massima hi ta’ 3 mg kuljum.

Jekk ikollok tieqaf tuża din il-mediċina, ara Sezzjoni 3, ‘Jekk tieqaf tuża Leganto‘.

Segwi dawn l-istruzzjonijiet meta tuża Leganto:

Leganto huwa għal użu minn ġol-ġilda, garża li titqiegħed mal-ġilda.

Għandek twaħħal impjastru Leganto fuq il-ġilda darba kuljum. Ħalli l-impjastru fuq il-ġilda għal 24 siegħa u mbagħad neħħieħ u għamel wieħed ġdid. Aċċerta ruħek li neħħejt l-impjastru l-qadim qabel ma twaħħal l-impjastru l-ġdid; poġġi l-impjastru l-ġdid f’post differenti kuljum.

Għandek tibdel l-impjastru bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin kuljum. Taqtax l-impjastri Leganto f’biċċiet.

Fejn twaħħal l-impjastru

Poġġi n-naħa li teħel tal-impjastru fuq ġilda li tkun nadifa, xotta, f’saħħitha f’dawn iż-żoni li ġejjin:

spalla

in-naħa ta’ fuq tad-driegħ

żaqq

koxxa

ġenbejn

il-ġenb tal-ġisem (fuq ġenbejk, bejn il-kustilji u l-ġenbejn).

Biex tgħin li tevita irritazzjoni tal-ġilda:

Waħħal l-impjastru fuq zona differenti tal-ġilda kuljum ,per eżempju, fuq in-naħa tal-lemin ta’ ġismek f’ġurnata minnhom, imbagħad fuq in-naħa tax-xellug l-għada u fuq in-naħa ta’ fuq ta’ ġismek f’ġurnata oħra, imbagħad l-għada fuq in-naħa t’isfel ta’ ġismek.

M’għandekx twaħħal Leganto fuq l-istess zona tal-ġilda darbtejn fi żmien 14-il jum.

Twaħħalx l-impjastru fuq ġilda li tkun maqsuma jew jew fiha xi ferita jew fuq ġilda li hi

ħamra jew irritata.

Jekk xorta jkollok il-problemi fil-ġilda minħabba l-impjastru, jekk jogħġbok ara f’ Sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji li jista’ jkollu’, id-dettalji dwar x’għandek tagħmel.

Biex tipprevjeni li l-impjastru ma jibqax imwaħħal sew jew li jaqa’

Għandek tpoġġi l-impjastru fejn ma jkunx jista’ jħokk ma’ ilbies issikkat li jista’ jaqilgħuh.

Tużax kremi, żjut, lotions, terra jew xi prodotti oħra tal-ġilda fuq iz-zona ta’ ġilda fejn tkun ser twaħħal l-impjastru jew qrib impjastru li diġà jkun imwaħħal. L-impjastru jista’ jinqala’.

Jekk ikollok bżonn twaħħal l-impjastru f’zona bix-xagħar fuq il-ġilda, għandek tqaxxar iz-zona mill-inqas tliet ijiem qabel ma twaħħal l-impjastru hemmhekk.

Jekk it-truf tal-impjastru jinqalgħu, l-impjastru jista’ jitwaħħal lura b’tejp mediku li jeħel.

Jekk l-impjastru jaqa’, għandu jitwaħħal impjastru ġdid għal kumplament tal-ġurnata, u imbagħad tibdel l-impjastru fl-istess ħin tas-soltu.

NOTA

Jekk tieħu banju, xawer u l-eżerċizzju fiżiku, dan m’għandux jaffettwa l-mod li bih jaħdem Leganto. Madankollu, iċċekkja li l-impjastru ma jkunx inqala’ wara.

Għandek tevita sħana esterna (pereżempju dawl tax-xemx eċċessiv, sawnas, banjijiet b’ilma jaħraq, heating pads jew fliexken mimlija misħun (hot-water bottles) fuq iz-zona tal-impjastru.

Jekk l-impjastru jkun irritalek il-ġilda, għandek iżżomm dik ir-roqgħa ta’ ġilda protetta mix- xemx diretta, għax tista’ tikkawża tibdil fil-kulur tal-ġilda.

Kif tuża l-impjastru

Kull impjastru hu ppakkjat f’qartas separat. Għandek twaħħal Leganto fuq il-ġilda tiegħek hekk kif tkun ftaħt il-qartas u neħħejt l-inforra tar-rilaxx.

1. Biex tiftaħ il-qartas, żomm iż-żewġ naħat tal-qartas. Qaxxar il-fojl u iftaħ il- qartas.

2. Oħroġ l-impjastru mill- qartas.

3. In-naħa li teħel tal-impjastru hi miksija b’inforra tar-rilaxx trasparenti. Żomm l- impjastru f’idejk it-tnejn bl- inforra tar-rilaxx tħares lejk.

4. Ilwi l-impjastru min-nofs sabiex il-qasma f’forma ta’ S fl-inforra tinfetaħ.

5. Qaxxar naħa waħda ta’ l- inforra tar-rilaxx. Tmissx in- naħa li teħel tal-impjastru b’subgħajk.

6. Żomm in-nofs l-ieħor ta’ l- inforra tar-rilaxx riġida u poġġi l-wiċċ li jeħel tal- impjastru fuq il-ġilda. Agħfas b’mod sod in-naħa li teħel tal-impjastru fil-post.

7. Itwi lura n-nofs l-ieħor tal- impjastru u neħħi n-naħa l- oħra ta’ l-inforra tar-rilaxx.

8. Agħfas l-impjastru b’mod sod bil-keffa ta’ idejk għal madwar 20 sa 30 sekonda biex taċċerta ruħek li l- impjastru jkun qed imiss mal-ġilda u li t-truf ikunu mwaħħlin tajjeb.

Aħsel idejk bis-sapun u bl-ilma minnufih malli tkun lestejt.

Kif tneħħi impjastru użat

Qaxxar l-impjastru l-qadim bil-mod u bl-attenzjoni.

Il-ħasil bil-mod taż-żona tal-ġilda b’ilma sħun u sapuna ħafifa, għandu jneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li tibqa’ fuq il-ġilda wara li tneħħi l-impjastru. Tista’ wkoll tuża ammont żgħir ta’ żejt tat-trabi biex tneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li ma tkunx tista’ tinqala’.

Tużax alkoħol jew solventi oħrajn bħal nail polish remover għax dawn jistgħu jirritawlek il-ġilda. Għażel post ġdid tal-ġilda fejn ser tpoġġi l-impjastru ġdid, u imbagħad segwi l-iISTRUZZJONIJIET t’hawn fuq.

Jekk tieħu aktar Leganto milli suppost

Jekk tuża dożaġġi ogħla ta’ Leganto minn dawk li kitiblek t-tabib tiegħek, dan jista’ jikkawża dardir (tħossok ħażin), rimettar, pressjoni tad-demm baxxa, alluċinazzjonijiet (tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni jew ngħas estrem, movimenti involontarji u aċċessjonijiet.

Jekk tkun użajt iktar impjastri milli qallek it-tabib tiegħek, kellem lit-tabib tiegħek jew l-isptar għal parir immedjatament, u segwi l-parir tagħhom fuq it-tneħħija tal-impjastri.

Jekk insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu

Jekk tkun insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu tieghek, biddel l-impjastru hekk kif tiftakar: neħħi l- impjastru l-qadim u uża impjastru ġdid. Jekk tkun insejt twaħħal impjastru ġdid wara li tneħħi l-qadim, uża impjastru ġdid malli tiftakar.

Fiż-żewġt każi, fil-jum ta’ wara, għandek tuża impjastru ġdid fil-ħin tas-soltu. M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt.

Jekk tieqaf tuża Leganto

Tieqafx tieħu Leganto għal għarrieda mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek. Jekk tieqaf f’daqqa jista jkollok kondizzjoni medika li jgħidula syndrome malinna newroleptika li tists’ tkun ta’ riskju maġġur għal saħħtek. Is-sintomi jinkludu akinesja( telf tal-moviment tal-muskoli), muskoli riġidi, deni, pressjoni tad-demm mhux stabbli, takikardja (żieda fit0taħbit tal-qalb), konfużjoni, livell iżjed baxx ta’ koxxenza (eż. koma)

Id-doża tiegħek ta’ kuljum ta’ Leganto għandha titnaqqas gradwalment

b’1 mg kull jumejn – jekk tuża Leganto għas-sindromu ta’ Restless Legs.

Jekk għandek mistoqsijiet oħra fuq l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Jista’ jkollok dardir (tħossok ħażin) u rimettar fil-bidu tat-terapija. Dawn normalment ikunu ħfief jew moderati u jgħaddu malajr. Għandek tkellem lit-tabib tiegħek, jekk idumu u jekk tkun inkwitat.

Problemi fil-ġilda ikkawżati mill-impjastri

Jista’ jkollok reazzjonijiet tal-ġilda bħal ħmura u ħakk. Normalment dawn ikunu ħfief jew moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda fejn tkun tpoġġiet l-impjastru. Ir-reazzjonijiet is-soltu jgħibu wara ftit sigħat wara li tneħħi l-impjastru.

Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, reazzjoni severa, jew reazzjoni tal-ġilda li tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, għandek tkellem lit-tabib tiegħek.

Jista’ jkun li jkollok dawn l-effetti mhux mixtieqa li ġejjin:

Ma tkunx tista’ tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel azzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għalik jew għall-oħrajn, li jistgħu jinkludu:

impuls qawwi biex tilgħab il-flus b’mod eċċessiv avolja hemm konsekwenzi serji personali u għall-familja tiegħek

żieda jew tibdil fl-interess u l-aġir sesswali li jkun ta’ inkwiet għalik jew għal haddieħor, per eżempju żieda fil-libido

xiri u nfiq eċċessiv u bla kontroll

iffangar (tiekol kwantita` kbira ta’ ikel fi żmien qasir) jew ikel kompulsiv (tiekol iżjed minn normal biex tissodisfa l-ġuħ)

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tgħaddi minn kwalunque minn dawn l-aġir biex jiġu diskussi mezzi kif jiġu mmaniġjati jew jitnaqqsu s-sintomi.

Jista’ jkollok nefħa fil-wiċċ, ilsien u/jew xofftejn. Jekk dawn is-sintomi jiżvilluppaw, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk qed tuża Leganto għas-sindromu ta’ Restless Legs, dawn l-effetti mhux mixtieqa jistgħu jseħħu:

Effetti sekondarji komuni ħafna: jistgħu jaffetwaw aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti

tħossok ħażin (dardir)

irritazzjonijiet tal-ġilda taħt il-garża, bħal ħmura u ħakk

debboleza (għajja)

uġigħ ta’ ras

Effetti sekondarji komuni: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 10 pazjenti

rimettar, ħruq ta’istonku

irritabilita`

reazzjoni allerġika

ngħas, li torqod għal għarrieda mingħajr l-ebda sinjal ta’ twissija, problemi biex torqod, problem ta’ l-irqad, ħolm mhux tas-soltu

xenqa ikbar għal attività sesswali

ħakk

pressjoni għolja tad-demm

l-inabbilta` sabiex tirreżiżti xenqa biex twettaq attivita` li tagħmel il-ħsara, li jinkludu logħob ta’ l-azzard eċċessiv, azzjonijiet ripetuti bla sens, iffangar, ikel kompulsiv u xiri kompulsiv

nefħa fir-riġlejn u saqajn

Effetti sekondarji mhux komuni: jistgħu jaffetwaw sa minn 1 minn kull 100 pazjent

tħossok stordut minħabba tnaqqis fil-pressjoni tad-demm meta tqum bilwiefqa

aġitazzjoni

Effetti Sekondarji Rari: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 1,000 pazjent

aġir aggressive/aggressjoni

diżorjentazzjoni

Mhux magħruf: ma jistax jiġi stmat mid-dejta disponibbli

l-użu eċċessive ta’ Leganto (xenqa għal dożi kbar ta’ mediċina dopenerġika f’aċċess ta’ dak li hemm bżonn sabiex tikkontrolla sintomi motorili, magħruf bħala sindromu ta’ disregulazzjoni dopenerġika)

tara u tisma affarijiet li mhux vera (alluċinazzjonijiet)

ħolm ikraħ

paranojja

konfużjoni

mard psikotiku

delużjoni

delirju

sturdament

telf ta’ koxxenza

movimenti involontarji relatati mal-marda ta’ Parkinson (diskineżja)

tħossok storduta meta tqum bil-wieqfa minħabba li tinżel il-pressjoni

spażmi fil-muskoli involontarji (aċċessjonijiet)

viżjoni mċajpra, disturbi fil-vista bħal tara kuluri jew dwal, vertigo (sensazzjoni li kollox qed idur bik)

tħoss qalbek tħabbat (palpitazzjonijiet)

ritmu tal-qalb abnormali

pressjoni tad-demm baxxa

sulluzzu

stitikezza, ħalq xott

skonfort u uġigħ fl-istonku

ħmura, togħroq iżjed

ħakk ġeneralizzat

irritazzjoni fil-ġilda

ma jkunx tista’ jkollok jew ma tkunx tista’ tmantni erezzjoni

telf ta’ piz, żieda fil-piz

riżultati tat-test tal-funzjoni tal-fwied għolja jew abnormali

żieda fit-taħbit tal-qalb

livelli ogħla ta’ creatinine phosphokinase (CPK) fid-demm ta’ pazjenti Ġappuniżi (CPK huwa enżim li jinstab fil-biċċa l-kbira fil-muskoli skeltrali)

waqgħat

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Leganto

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna.

Taħżinx ‘l fuq minn 30°C.

X’għandek tagħmel bl-impjastri użati u mhux użati

L-impjastri wżati xorta jkun għad fihom s-sustanza attiva, li jista’ jkun ta’ ħsara lil ħaddieħor. Itwi l- impjastru użat min-nofs, bin-naħa tas-sustanza li twaħħal tħares ’il ġewwa. Poġġi l-impastru fil-qartas oriġinali u mbagħad armih fejn ma jintlaħaqx mit-tfal.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew skart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek kif tiddisponi mill-mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Leganto

Is-sustanza attiva hi rotigotine.

Kull impjastru jerħi 1 mg ta’ rotigotine kull 24 siegħa. Kull impjastru ta’ 5 cm2 fih 2.25 mg ta’ rotigotine.

Is-sustanzi l-oħra huma poly(dimethylsiloxane, trimethylsilyl silicate)-copolymerisate,

povidoneK90, sodium metabisulphite (E223), ascorbyl palmitate (E304) u DL-α-tocopherol

(E307).

Saff ta’ wara: Film tal-polyester film, silikoniżżat, aluminiżżat, miksi b’kulur permezz ta’ saff ta’ pigment (titanium dioxide (E171), pigment isfar 95, pigment aħmar 166) u stampat (pigment aħmar 144, pigment isfar 95, pigment iswed 7).

Inforra tar-rilaxx: Saff ta’ polyester miksi b’fluoropolimer trasparenti

Id-dehra ta’ Leganto u l-kontenuti tal-pakkett

Leganto hu garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda. Hi rqiqa u fiha tliet saffi. Għandha forma kwadra bi truf jagħtu fit-tond. In-naħa ta’ barra hi ta’ kulur kannella ċar u għandha l-kliem

Leganto 1 mg/24 h stampat fuqha.

Leganto hu disponibbli fid-daqsijiet tal-pakketti li ġejjin:

Kaxxi tal-kartun li fihom 7, 28, 30, jew 84 (pakkett multiplu li fih 2 pakketti ta’ 42), impjastru, li huma ssiġillati individwalment fi qratas.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

UCB Manufacturing Ireland Ltd.

Shannon, Industrial Estate,

Co. Clare, L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

UCB Pharma SA/NV

UCB Pharma Oy Finland

Tél/Tel: +32 / (0)2 559 92 00

 

Tel: +358-92 514 4221 (Suomija)

България

Luxembourg/Luxemburg

Ю СИ БИ България ЕООД

UCB Pharma SA/NV

Teл.: + 359 (0) 2 962 30 49

 

Tél/Tel: +32-(0)2 559 92 00

Česká republika

Magyarország

UCB s.r.o.

UCB Magyarország Kft.

Tel: + 420 221 773 411

 

Tel.: +36-(1) 391 0060

Danmark

Malta

UCB Nordic A/S

Pharmasud Ltd.

Tlf: + 45 / 32 46 24 00

 

Tel: +356-21 37 64 36

Deutschland

Nederland

Bayer Vital GmbH

UCB Pharma B.V.

Tel: +49 (0)214-30 513 48

 

Tel.: +31-(0)76-573 11 40

Eesti

UCB Pharma Oy Finland

Tel: + 358-92 514 4221 (Soome)

Ελλάδα

UCB Α.Ε.

Τηλ: +30 / 2109974000

España

UCB Pharma S.A.

Tel: + 34 / 91 570 34 44

France

UCB Pharma S.A.

Tél: + 33 / (0)1 47 29 44 35

Hrvatska

Medis Adria d.o.o.

Tel: +385-(0)1 230 34 46

Ireland

UCB (Pharma) Ireland Ltd.

Tel: +353-(0)1 46 37 395

Ísland

Vistor hf.

Sími: +354-535 7000

Italia

UCB Pharma S.p.A.

Tel: +39-02 300 791

Κύπρος

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd

Τηλ: +357-22 34 74 40

Latvija

UCB Pharma Oy Finland

Tel: +358-92 514 4221 (Somija)

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Sorsi oħra tal-informazzjoni

Norge

UCB Nordic A/S

Tlf: +45-32 46 24 00

Österreich

UCB Pharma GmbH

Tel: +43-(1)291 80 00

Polska

UCB Pharma Sp. z o.o. Tel.: +48-22 696 99 20

Portugal

BIAL-Portela & Cª, S.A.

Tel: +351-22 986 61 00

România

UCB Pharma România S.R.L.

Tel: +40-21 300 29 04

Slovenija

Medis, d.o.o.

Tel: +386-1 589 69 00

Slovenská republika

UCB s.r.o., organizačná zložka

Tel: +421-(0)2 5920 2020

Suomi/Finland

UCB Pharma Oy Finland

Puh/Tel: +358-92 514 4221

Sverige

UCB Nordic A/S

Tel: +46-(0)40 29 49 00

United Kingdom

UCB Pharma Ltd.

Tel : +44-(0)1753 534 655

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija Ewropeja

dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-min qed jagħmel użu minnha

Leganto 2 mg/24 siegħa garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda

Rotigotine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. Mgħandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tistatagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sintomi bhal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Leganto u għalxiex jintuża

2.Xgħandek tkun taf qabel ma tuża Leganto

3.Kif għandek tuża Leganto

4.Effetti sekondarji possibli

5.Kif taħżen Leganto

6.Xgħandek tkun taf qabel

1.X’inhu Leganto u gћalxiex jintuża

Leganto fih is-sustanza attiva rotigotine. Jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa agonisti ta’ dopamine li jistimulaw ċerti tipi ta’ ċelloli u li jintrabtu ma’ riċetturi ta’ dopamine fil-moħħ.

Leganto jintuża biex jikkura:

-Is-sindromu ta’ Restless Legs (RLS) fl’adulti, li tista` tiġi assoċjata ma’ skonfort f’riġlejk u dirgħajk. L-impuls li tiċċaqlaq l’hemm u l’hawn, disturbi fl-irqad, għajja jew nagħas waqt il- ġurnata. It-trattament b’ Leganto jtaffi jew inaqqas it-tul ta’ dawn is-sintomi.

-s-sinjali u s-sintomi tal-marda ta’ Parkinson fl’adulti jew waħdu jew flimkien mal-mediċina msejħa levodopa.

2. Xgħandek tkun taf qabel ma tuża Leganto

Tużax Leganto

-jekk inti allerġiku/a għal rotigotine jew sustanzi l-oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni

6 ).

-jekk ikollok bżonn li ssirlek immaġni bir-rizonanza manjetika (li hu metodu biex tara l-organi u tessuti interni tal-ġisem) jew kardjoverżjoni (trattament ta’ rittmu anormali tal-qalb).

Għandek tneħħi l-impjastru Leganto qabel dawn it-tip ta’ proċeduri. Tista’ twaħħal impjastru ġdid wara l-proċedura.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tuża Leganto.

-Din il-mediċina tista’ taffettwalek il-pressjoni tad-demm, u għalhekk din ta’ l-aħħar għandha

titkejjel regolarment, speċjalment fil-bidu tal-kura tiegħek.

-

-Jista’ jkun hemm telf ta’ koxxenza. Din tiġri speċjalment meta tibda tuża Leganto jew meta tiżdiedlek id-doża. Għid lit-tabib tiegħek jekk tintilef minn sensik jew tistordi.

-Eżamijiet tal-vista f’ intervalli regolari huma rakkomandati waqt l-użu ta’ Leganto. Madanakollu, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota xi problemi bil- vista tiegħek bejn l-eżamijiet tal-vista.

-Jekk għandek problemi serji tal-fwied, lit-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża. Għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek, jekk waqt it-trattament il-problemi tal-fwied imorru għall-agħar.

-Jekk tħossok bi ngħas ħafna jew tiskopri li torqod f’daqqa, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek (ara wkoll, aktar l-isfel f’din is-sezzjoni, taħt ‘Sewqan u tħaddim ta’ magni’).

Għid lit-tabib tiegħek jekk int jew il-familja tiegħek/min jieħu ħsiebek jinnutaw li int qed tiżvilluppa impulsi jew xenqa biex iġġib ruħek b’modi li huma mhux tas-soltu għalik u li ma tistax tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel dawn iċ-ċerti attivitajiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għalik jew għal oħrajn. Dawn jgħidulhom disturbi tal-kontrol tal-impulsi u jistgħu jinkludu aġir bħal vizzju ta’ logħob tal-ażżard, iffangar u nfieq eċċessiv, xewqa qawwija anormali għas-sess jew preokkupazzjoni b’żieda ta’ ħsibijiet jew emozzjonijiet sesswali. It- tabib jista’ jkollu bżonn inaqqaslek jew iwaqqaflek id-doża tal-mediċina.

-Leganto jista’ jikkawża ħsibijiet u aġir anormali. Dawn il-ħsibijiet u aġir anormali jistgħu jikkonsistu f’waħda jew aktar minn varjeta` ta’ manifestazzjonijiet li jinkludu ħsibijiet anormali dwar ir-realta`, delużjonijiet, alluċinazzjonijiet ( tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni, diżorientazzjoni, aġir aggressiv, aġitazzjoni, u delirju.( tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera). Jekk tinnota effetti bħal dawn, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

-Leganto jista’ jikkawża reazzjonijiet tal-ġilda, bħal per eżempju ħmura u ħakk . Normalment, dawn ikunu ħfief għal moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda li l-impjastru jkun tpoġġa fuqha. Ir-reazzjonijiet normalment imorru wara ftit sigħat li tneħħi l-impjastru. Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, jekk reazzjoni tal-ġilda tiggrava, jew jekk ir- reazzjoni tal-ġilda tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek. Evita d-dawl tax-xemx u espożizzjoni f’xi solarium fuq żoni tal- ġilda li jkollhom kwalunkwe tip ta’ reazzjoni tal-ġilda kkawżata minn Leganto. Biex tevita li jkollok reazzjonijiet tal-ġilda, għandek tpoġġi l-impjastru f’post differenti kuljum u tuża biss l- istess zona tal-ġilda wara 14-il jum.

-Tista’ jkollok l’esperjenza tas-sintomi tas-sindromu ta’ Restless Legs qabel is-soltu, jkunu iżjed qawwijin u jinvolvu l-idejn ukoll.

-

-Tfal u addoloxxenti

-Leganto m’għandux jintuża mit-tfal għaliex ma ġewx stabbiliti s-sigurta` u l-effikaċja tiegħu fit- tfal.

Mediċini oħra u Leganto

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

M’għandekx tieħu dawn il-mediċini meta tkun qed tuża Leganto, jistgħu jnaqqsu l-effett tiegħu: anti- psikotiċi (mediċini li jintużaw biex jikkuraw ċerti mard mentali) jew metoclopramide (użat għall-kura tad-dardir u rimettar).

Jekk inti qiegħed fuq trattament ta’ Leganto u levodopa flimkien, xi effetti mhux mixtieqa jistgħu jiggravaw, bħal per eżempju tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera (alluċinazzjonijiet), movimenti involontarji li jixbħu dawk tal-marda ta’ Parkinson (dyskinesia), u nefħa fir-riġlejn u s-saqajn.

Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sigur għalik li:

-tieħu mediċina għall-pressjoni. Leganto jista` inaqqas il-pressjoni fid-demm meta tqum bilwieqfa; dan l-effett jiġi aggravat bil-mediċina li tintuża biex tniżżel il-pressjoni.

-tieħu mediċini sedattivi (pereżempju, benzodiazepine, mediċini biex tikkura mard mentali u mediċini biex tikkura d-dipressjoni) meta tkun qed tieħu Leganto.

Leganto mal-ikel, xorb u l-alkoħol

Minħabba li rotigotine jidħol fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm minn ġol-ġilda, l-ikel u x-xorb ma jaffettwax il-mod kif taħdem il-mediċina. Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sikur għalik li tixrob alkoħol waqt li qed tieħu Leganto.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’għandekx tuża Leganto jekk inti tqila, għax l-effetti ta’ rotigotine fuq it-tqala u fuq it-tarbija mhux imwielda mhumiex magħrufa. It-treddiegħ mhux rakkomandat jekk tkun qed tuża Leganto. Rotigotine jista’ jgħaddi ġol-ħalib ta’ sidrek u jaffettwa lit-tarbija tiegħek, u x’aktarx inaqqas ukoll l-ammont ta’ ħalib li tipproduċi.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Leganto jistgħu jġiegħlek tħossok bi ngħas ħafna, u tista’ torqod għal għarrieda ħafna. Jekk dan jaffettwak, m’għandekx issuq jew tieħu sehem f’attivitajiet fejn jekk ma tkunx attent tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lill-oħrajn f’riskju ta’ korriment serju, pereżempju, meta tuża l-magni.

F’każijiet iżolati, xi nies raqdu waqt li kienu qed isuqu, u dan ikkawża inċidenti.

Leganto fih sodium metabisulphite (E223)

Sodium metabisulphite (E223), sustanza jista’ jikkawża reazzjonijiet severi ta’ ipersensittivita` u bronkospażmu.

3. Kif għandek tuża Leganto

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Biex jintlaħqu d-dożi li jkun hemm bżonn, impjastri ta’ Leganto differenti huma disponibbli, kollha jerħu ammont differenti ta’ sustanza attiva kuljum: 1 mg/24 siegħa, 2 mg/24 siegħa, 3 mg/24 siegħa, 4 mg/24 siegħa, 6 mg/24 siegħa u 8 mg/24 siegħa. Għal dożi ogħla, impjastri multipli jridu jiġu applikati. Per eżempju, doża ta’ 10 mg tista’ tintlaħaq billi tapplika impjastru ta’ 6 mg/24 siegħa u impjastru ta’ 4 mg/24 siegħa.

Trattament tas-sindromu ta’ Restless Legs

Tibda billi tuża impjastru wieħed Leganto 1 mg/ 24 siegħa kuljum. Jekk ikun neċessarju, din id-doża

ta’ kuljum tista’ tiżdied b’ 1 mg, kull ġimgħa, sakemm jintlaħaq id-doża addattata ( ta’ manteniment) għalik. Din tiġri meta int u t-tabib tiegħek taqblu li s-sintomi huma kontrollati b’mod adekwat u li l- effetti mhux mixtieqa tal-mediċina huma aċċettabli.

Id-doża massima hi ta’ 3 mg kuljum.

Trattament tal-Marda ta’ Parkinson

Pazjenti li m’humiex jieħdu levodopa (istadju bikri tal-marda ta’ Parkinson)

Fil-bidu tal-kura ser tibda tuża impjastru ta’ Leganto 2 mg/24 siegħa kuljum. Mitt-tieni ġimgħa, id- doża ta’ kuljum ser tibda tiżdied kull ġimgħa b’inkrementi ta’ 2 mg, sakemm id-doża li tkun tajba għall-ħtiġijiet tiegħek (id-doża tal-manteniment) tintlaħaq. Għall-biċċa l-kbira tal-pazjenti, id-doża korretta hija ta’ bejn 6 mg u 8 mg kuljum (tintlaħaq fi żmien 3 sa 4 ġimgħat).

Id-doża massima hi ta’ 8 mg kuljum.

Pazjenti li jieħdu levodopa (istadju avvanzat tal-marda ta’ Parkinson)

Fil-bidu tal-kura ser tibda tuża impjastru wieħed ta’ Leganto 4 mg/24 siegħa kuljum. Mitt-tieni ġimgħa, id-doża ta’ kuljum ser tibda tiżdied kull ġimgħa b’inkrementi ta’ 2 mg, sakemm id-doża li tkun tajba għall-ħtiġijiet tiegħek (id-doża tal-manteniment) tintlaħaq. Għall-biċċa l-kbira tal-pazjenti, id-doża korretta hija ta’ bejn 8 mg u 16 mg kuljum (tintlaħaq fi żmien 3 sa 7 ġimgħat).

Id-doża massima hi ta’ 16 mg kuljum.

Jekk ikollok tieqaf tuża din il-mediċina, ara Sezzjoni 3, ‘Jekk tieqaf tuża Leganto‘.

Segwi dawn L-istruzzjonijiet meta tuża Leganto:

Leganto huwa għal użu minn ġol-ġilda, garża li titqiegħed mal-ġilda.

Għandek twaħħal impjastru Leganto fuq il-ġilda darba kuljum. Ħalli l-impjastru fuq il-ġilda għal 24 siegħa u mbagħad neħħieħ u għamel wieħed ġdid. Aċċerta ruħek li neħħejt l-impjastru l-qadim qabel ma twaħħal l-impjastru l-ġdid; poġġi l-impjastru l-ġdid f’post differenti kuljum.

Għandek tibdel l-impjastru bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin kuljum. Taqtax l-impjastri Leganto f’biċċiet.

Fejn twaħħal l-impjastru

Poġġi n-naħa li teħel tal-impjastru fuq ġilda li tkun nadifa, xotta, f’saħħitha f’dawn iż-żoni li ġejjin:

spalla

in-naħa ta’ fuq tad-driegħ

żaqq

koxxa

ġenbejn

il-ġenb tal-ġisem (fuq ġenbejk, bejn il-kustilji u l-ġenbejn).

Biex tgħin li tevita irritazzjoni tal-ġilda:

Waħħal impjastru fuq zona differenti tal-ġilda kuljum ,per eżempju, fuq in-naħa tal-lemin ta’ ġismek f’ġurnata minnhom, imbagħad fuq in-naħa tax-xellug l-għada u fuq in-naħa ta’ fuq ta’ ġismek f’ġurnata oħra, imbagħad l-għada fuq in-naħa t’isfel ta’ ġismek.

M’għandekx twaħħal Leganto fuq l-istess zona tal-ġilda darbtejn fi żmien 14-il jum.

Twaħħalx l-impjastru fuq ġilda li tkun maqsuma jew jew fiha xi ferita jew fuq ġilda li hi

ħamra jew irritata.

Jekk xorta jkollok il-problemi fil-ġilda minħabba l-impjastru, jekk jogħġbok ara f’ Sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji li jista’ jkollu’, id-dettalji dwar x’għandek tagħmel.

Biex tipprevjeni li l-impjastru ma jibqax imwaħħal sew jew li jaqa’

Għandek tpoġġi l-impjastru fejn ma jkunx jista’ jħokk ma’ ilbies issikkat li jista’ jaqilgħuh.

Tużax kremi, żjut, lotions, terra jew xi prodotti oħra tal-ġilda fuq iz-zona ta’ ġilda fejn tkun ser twaħħal l-impjastru jew qrib impjastru li diġà jkun imwaħħal. L-impjastru jista’ jinqala’.

Jekk ikollok bżonn twaħħal l-impjastru f’zona bix-xagħar fuq il-ġilda, għandek tqaxxar iz-zona mill-inqas tliet ijiem qabel ma twaħħal l-impjastru hemmhekk.

Jekk l-impjastru jaqa’, għandu jitwaħħal impjastru ġdid għal kumplament tal-ġurnata, u imbagħad tibdel l-impjastru fl-istess ħin tas-soltu.

Jekk it-truf tal-impjastru jinqalgħu, l-impjastru jista’ jitwaħħal lura b’tejp mediku li jeħel.

NOTA

Jekk tieħu banju, xawer u l-eżerċizzju fiżiku, dan m’għandux jaffettwa l-mod li bih jaħdem Leganto. Madankollu, iċċekkja li l-impjastru ma jkunx inqala’ wara.

Għandek tevita sħana esterna (pereżempju dawl tax-xemx eċċessiv, sawnas, banjijiet b’ilma jaħraq, heating pads jew fliexken mimlija misħun (hot-water bottles) fuq iz-zona tal-impjastru.

Jekk l-impjastru jkun irritalek il-ġilda, għandek iżżomm dik ir-roqgħa ta’ ġilda protetta mix- xemx diretta, għax tista’ tikkawża tibdil fil-kulur tal-ġilda.

Kif tuża l-impjastru

Kull impjastru hu ppakkjat f’qartas separat. Għandek twaħħal Leganto fuq il-ġilda tiegħek hekk kif tkun ftaħt il-qartas u neħħejt l-inforra tar-rilaxx.

1. Biex tiftaħ il-qartas, żomm iż-żewġ naħat tal-qartas. Qaxxar il-fojl u iftaħ il- qartas.

2. Oħroġ l-impjastru mill- qartas.

3. In-naħa li teħel tal-impjastru hi miksija b’inforra tar-rilaxx trasparenti. Żomm l- impjastru f’idejk it-tnejn bl- inforra tar-rilaxx tħares lejk.

4. Ilwi l-impjastru min-nofs sabiex il-qasma f’forma ta’ S fl-inforra tinfetaħ.

5. Qaxxar naħa waħda ta’ l- inforra tar-rilaxx. Tmissx in- naħa li teħel tal-impjastru b’subgħajk.

6. Żomm in-nofs l-ieħor ta’ l- inforra tar-rilaxx riġida u poġġi l-wiċċ li jeħel tal- impjastru fuq il-ġilda. Agħfas b’mod sod in-naħa li teħel tal-impjastru fil-post.

7. Itwi lura n-nofs l-ieħor tal- impjastru u neħħi n-naħa l- oħra ta’ l-inforra tar-rilaxx.

8. Agħfas l-impjastru b’mod sod bil-keffa ta’ idejk għal madwar 20 sa 30 sekonda biex taċċerta ruħek li l- impjastru jkun qed imiss mal-ġilda u li t-truf ikunu mwaħħlin tajjeb.

Aħsel idejk bis-sapun u bl-ilma minnufih malli tkun lestejt.

Kif tneħħi impjastru użat

Qaxxar l-impjastru l-qadim bil-mod u bl-attenzjoni.

Il-ħasil bil-mod taż-żona tal-ġilda b’ilma sħun u sapuna ħafifa, għandu jneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li tibqa’ fuq il-ġilda wara li tneħħi l-impjastru. Tista’ wkoll tuża ammont żgħir ta’ żejt tat-trabi biex tneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li ma tkunx tista’ tinqala’.

Tużax alkoħol jew solventi oħrajn bħal nail polish remover għax dawn jistgħu jirritawlek il-ġilda. Għażel post ġdid tal-ġilda fejn ser tpoġġi l-impjastru ġdid, u imbagħad segwi l-istruzzjonijiet t’hawn fuq.

Jekk tieħu aktar Leganto milli suppost

Jekk tuża dożaġġi ogħla ta’ Leganto minn dawk li kitiblek t-tabib tiegħek, dan jista’ jikkawża dardir (tħossok ħażin), rimettar, pressjoni tad-demm baxxa, alluċinazzjonijiet (tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni jew ngħas estrem, movimenti involuntarji u aċċessjonijiet.

Jekk tkun użajt iktar impjastri milli qallek it-tabib tiegħek, kellem lit-tabib tiegħek jew l-isptar għal parir immedjatament, u segwi l-parir tagħhom dwar it-tneħħija tal-impjastri.

Jekk insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu

Jekk tkun insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu tieghek, biddel l-impjastru hekk kif tiftakar: neħħi l- impjastru l-qadim u uża impjastru ġdid. Jekk tkun insejt twaħħal impjastru ġdid wara li tneħħi l-qadim, uża impjastru ġdid malli tiftakar.

Fiż-żewġt każi, fil-jum ta’ wara, għandek tuża impjastru ġdid fil-ħin tas-soltu. M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt.

Jekk tieqaf tuża Leganto

Tieqafx tieħu Leganto għal għarrieda mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek. Jekk tieqaf f’daqqa jista jkollok kondizzjoni medika li jgħidula syndrome malinna newroleptika li tists’ tkun ta’ riskju maġġur għal saħħtek. Is-sintomi jinkludu akinesja( telf tal-moviment tal-muskoli), muskoli riġidi, deni, pressjoni tad-demm mhux stabbli, takikardja (żieda fit0taħbit tal-qalb), konfużjoni, livell iżjed baxx ta’

koxxenza (eż. koma)

Id-doża tiegħek ta’ kuljum ta’ Leganto għandha titnaqqas gradwalment

b’1 mg kull jumejn – jekk tuża Leganto għas-sindromu ta’ Restless Legs, jew

b’2 mg kull jumejn – jekk tuża Leganto għall-marda ta’ Parkinson.

Jekk għandek mistoqsijiet oħra fuq l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier

tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Jista’ jkollok dardir (tħossok ħażin) u rimettar fil-bidu tat-terapija. Dawn normalment ikunu ħfief jew moderati u jgħaddu malajr. Għandek tkellem lit-tabib tiegħek, jekk idumu u jekk tkun inkwitat.

Problemi fil-ġilda ikkawżati mill-impjastri

Jista’ jkollok reazzjonijiet tal-ġilda bħal ħmura u ħakk. Normalment dawn ikunu ħfief jew moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda fejn tkun tpoġġiet l-impjastru. Ir-reazzjonijiet is-soltu jgħibu wara ftit sigħat wara li tneħħi l-impjastru.

Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, reazzjoni severa, jew reazzjoni tal-ġilda li tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, għandek tkellem lit-tabib tiegħek.

Jista’ jkun li jkollok dawn l-effetti mhux mixtieqa li ġejjin:

Ma tkunx tista’ tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel azzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għalik jew għall-oħrajn, li jistgħu jinkludu:

impuls qawwi biex tilgħab il-flus b’mod eċċessiv avolja hemm konsekwenzi serji personali u għall-familja tiegħek

żieda jew tibdil fl-interess u l-aġir sesswali li jkun ta’ inkwiet għalik jew għal haddieħor, per eżempju żieda fil-libido

xiri u nfiq eċċessiv u bla kontroll

iffangar (tiekol kwantita` kbira ta’ ikel fi żmien qasir) jew ikel kompulsiv (tiekol iżjed minn normal biex tissodisfa l-ġuħ)

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tgħaddi minn kwalunque minn dawn l-aġir biex jiġu diskussi mezzi kif jiġu mmaniġjati jew jitnaqqsu s-sintomi.

Jista’ jkollok nefħa fil-wiċċ, ilsien u/jew xofftejn. Jekk dawn is-sintomi jiżvilluppaw, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk qed tuża Leganto għas-sindromu ta’ Restless Legs, dawn l-effetti mhux mixtieqa jistgħu jseħħu:

Effetti sekondarji komuni ħafna: jistgħu jaffetwaw aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti

tħossok ħażin (dardir)

irritazzjonijiet tal-ġilda taħt il-garża, bħal ħmura u ħakk

debboleza (għajja)

uġigħ ta’ ras

Effetti sekondarji komuni : jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 10 pazjenti

rimettar, ħruq ta’istonku

irritabilita`

reazzjoni allerġika

ngħas, li torqod għal għarrieda mingħajr l-ebda sinjal ta’ twissija, problemi biex torqod, problem ta’ l-irqad, ħolm mhux tas-soltu

xenqa ikbar għal attività sesswali

ħakk

pressjoni għolja tad-demm

l-inabbilta` sabiex tirreżiżti xenqa biex twettaq attivita` li tagħmel il-ħsara, li jinkludu logħob ta’ l-azzard eċċessiv, azzjonijiet ripetuti bla sens, iffangar, ikel kompulsiv u xiri kompulsiv

nefħa fir-riġlejn u saqajn

Effetti sekondarji mhux komuni: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 100 pazjent

tħossok stordut minħabba tnaqqis fil-pressjoni tad-demm meta tqum bilwiefqa

aġitazzjoni

Effetti Sekondarji Rari: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 1,000 pazjent

aġir aggressive/aggressjoni

diżorjentazzjoni

Mhux magħruf: ma jistax jiġi stmat mid-dejta disponibbli

l-użu eċċessive ta’ Leganto (xenqa għal dożi kbar ta’ mediċina dopenerġika f’aċċess ta’ dak li hemm bżonn sabiex tikkontrolla sintomi motorili, magħruf bħala sindromu ta’ disregulazzjoni dopenerġika)

tara u tisma affarijiet li mhux vera (alluċinazzjonijiet)

ħolm ikraħ

paranojja

konfużjoni

mard psikotiku

delużjoni

delirju

sturdament

telf ta’ koxxenza

movimenti involontarji relatati mal-marda ta’ Parkinson (diskineżja)

tħossok storduta meta tqum bil-wieqfa minħabba li tinżel il-pressjoni

spażmi fil-muskoli involontarji (aċċessjonijiet)

viżjoni mċajpra, disturbi fil-vista bħal tara kuluri jew dwal, vertigo (sensazzjoni li kollox qed idur bik)

tħoss qalbek tħabbat (palpitazzjonijiet)

ritmu tal-qalb abnormali

pressjoni tad-demm baxxa

sulluzzu

stitikezza, ħalq xott

skonfort u uġigħ fl-istonku

ħmura, togħroq iżjed

ħakk ġeneralizzat

irritazzjoni fil-ġilda

ma jkunx tista’ jkollok jew ma tkunx tista’ tmantni erezzjoni

telf ta’ piz, żieda fil-piz

riżultati tat-test tal-funzjoni tal-fwied għolja jew abnormali

żieda fit-taħbit tal-qalb

livelli ogħla ta’ creatinine phosphokinase (CPK) fid-demm ta’ pazjenti Ġappuniżi (CPK huwa enżim li jinstab fil-biċċa l-kbira fil-muskoli skeltrali)

waqgħat

Jekk qed tuża Leganto għall-marda ta’ Parkinson, dawn l-effetti mhux mixtieqa jistgħu jseħħu:

Effetti sekondarji komuni ħafna : jistgħu jaffetwaw aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti

ngħas, sturdament, uġigħ ta’ ras

tħossok ħażin (dardir), rimettar

irritazzjonijiet tal-ġilda taħt il-garża, bħal ħmura u ħakk

Effetti sekondarji komuni: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 10 pazjenti

li tara jew tisma’ affarijiet li mhumiex reali (alluċinazzjonijiet)

ma tkunx tista’ torqod, disturbi fl-irqad, diffikulta’ biex torqod, ħmar il-lejl, ħolm mhux tas- soltu

tintilef minn sensik, movimenti involontarji marbuta mal-marda ta’ Parkinson (diskinesija), tħossok stordut meta tqum bilwieqfa jew wara li toqgħod bilqiegħda minħabba tnaqqis fil- pressjoni tad-demm

vertigo (tħoss kollox idur bik)

tħoss qalbek tħabbat ħafna (palpitazzjonijiet)

pressjoni baxxa meta tqum bil-wieqfa, pressjoni tad-demm għolja

sulluzzu

stitikezza, ħalq xott, ħruq ta’istonku

ħmura, żieda fl-għaraq, ħakk

nefħa fir-riġlejn u fis-saqajn

tħossok dgħajjef, tħossok għajjien

taqa’

tonqos fil-piż

l-inabbilta` sabiex tirreżiżti xenqa biex twettaq attivita` li tagħmel il-ħsara, li jinkludu logħob ta’ l-azzard eċċessiv, azzjonijiet ripetuti bla sens, iffangar, ikel kompulsiv u xiri kompulsiv

Effetti sekondarji mhux komuni: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 100 pazjent

Reazzjonijiet allerġiċi

li torqod għal għarrieda mingħajr l-ebda sinjal ta’ twissija

paranoia

diżorjentazzjoni

aġitazzjoni

ġibda ikbar għal attività sesswali,

konfuzzjoni

viżżjoni mċajpra

disturbi tal-vista bħal meta tara kuluri jew dwal

rata irregolari ta’ taħbit tal-qalb

tnaqqis fil-pressjoni tad-demm

skonfort u wġigħ fl-istonku

ħakk ġeneralizzat, irritazzjoni tal-ġilda

ma jkunx jista’ jkollok jew iżżomm erezzjoni

riżultati tat-testijiet tal-funzjoni tal-fwied għolja jew anormali

żieda fil-piż

żieda fir-rata tat-taħbit tal-qalb

livelli ogħla ta’ creatinine phosphokinase (CPK) fid-demm ta’ pazjenti Ġappuniżi (CPK huwa enżim li jinstab fil-biċċa l-kbira fil-muskoli skeltrali), m’hemm ebda informazzjoni f’ popolazzjonijiet oħrajn

Effetti sekondarji rari: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 1,000 pazjent

mard psikożi

aġir aggressive/aggressjoni

spażmi involontarji tal-muskoli (aċċessjonijiet)

raxx ġeneralizzat

irritabbilta`

delużjoni

delirju

Mhux magħruf: ma jistax jiġi stmat mid-dejta disponibbli

l-użu eċċessive ta’ Leganto (xenqa għal dożi kbar ta’ mediċini dopenerġiċi f’aċċess ta’ dak li hemm bżonn sabiex tikkontrolla sintomi motorili, magħruf bħala sindromu ta’ disregulazzjoni dopenerġika)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkati f’dan il-fuljett. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Leganto

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u fejn ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna.

Taħżinx ‘l fuq minn 30°C.

X’għandek tagħmel bl-impjastri użati u mhux użati

L-impjastri wżati xorta jkun għad fihom s-sustanza attiva, li jista’ jkun ta’ ħsara lil ħaddieħor. Itwi l- impjastru użat min-nofs, bin-naħa tas-sustanza li twaħħal tħares ’il ġewwa. Poġġi l-impastru fil-qartas oriġinali u mbagħad armih fejn ma jintlaħaqx mit-tfal.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew skart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek kif tiddisponi mill-mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Leganto

Is-sustanza attiva hi rotigotine.

Kull impjastru jerħi 2 mg ta’ rotigotine kull 24 siegħa. Kull impjastru ta’ 10 cm2 fih 4.5 mg ta’ rotigotine.

Is-sustanzi l-oħra huma poly(dimethylsiloxane, trimethylsilyl silicate)-copolymerisate, povidoneK90, sodium metabisulphite (E223), ascorbyl palmitate (E304) u DL-α-tocopherol

(E307).

Saff ta’ wara: Film tal-polyester film, silikoniżżat, aluminiżżat, miksi b’kulur permezzz ta’ saff ta’ pigment (titanium dioxide (E171), pigment isfar 95, pigment aħmar 166) u stampat (pigment aħmar 144, pigment isfar 95, pigment iswed 7).

Inforra tar-rilaxx: Saff ta’ polyester miksi b’fluoropolimer trasparenti

Id-dehra ta’ Leganto u l-kontenuti tal-pakkett

Leganto hu garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda. Hi rqiqa u fiha tliet saffi. Għandha forma kwadra bi truf jagħtu fit-tond. In-naħa ta’ barra hi ta’ kulur kannella ċar u għandha l-kliem

Leganto 2 mg/24 h stampat fuqha.

Leganto hu disponibbli fid-daqsijiet tal-pakketti li ġejjin:

Kaxxi tal-kartun li fihom 7, 28, 30,jew 84 (pakkett multiplu li fih 2 pakketti ta’ 42), impjastru, li huma ssiġillati individwalment fi qratas.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

UCB Manufacturing Ireland Ltd.

Shannon, Industrial Estate,

Co. Clare, L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

UCB Pharma SA/NV

Tél/Tel: +32 / (0)2 559 92 00

България

Ю СИ БИ България ЕООД

Teл.: + 359 (0) 2 962 30 49

Česká republika

UCB s.r.o.

Tel: + 420 221 773 411

Danmark

UCB Nordic A/S

Tlf: + 45 / 32 46 24 00

Deutschland

Bayer Vital GmbH

Tel: +49 (0)214-30 513 48

Eesti

UCB Pharma Oy Finland

Tel: + 358-92 514 4221 (Soome)

Ελλάδα

UCB Α.Ε.

Τηλ: +30 / 2109974000

España

UCB Pharma S.A.

Tel: + 34 / 91 570 34 44

France

UCB Pharma S.A.

Tél: + 33 / (0)1 47 29 44 35

Lietuva

UCB Pharma Oy Finland

Tel: +358-92 514 4221 (Suomija)

Luxembourg/Luxemburg

UCB Pharma SA/NV

Tél/Tel: +32-(0)2 559 92 00

Magyarország

UCB Magyarország Kft.

Tel.: +36-(1) 391 0060

Malta

Pharmasud Ltd.

Tel: +356-21 37 64 36

Nederland

UCB Pharma B.V.

Tel.: +31-(0)76-573 11 40

Norge

UCB Nordic A/S

Tlf: +45-32 46 24 00

Österreich

UCB Pharma GmbH

Tel: +43-(1)291 80 00

Polska

UCB Pharma Sp. z o.o.

Tel.: +48-22 696 99 20

Portugal

BIAL-Portela & Cª, S.A.

Tel: +351-22 986 61 00

Hrvatska

România

Medis Adria d.o.o.

UCB Pharma România S.R.L.

Tel: +385-(0)1 230 34 46

Tel: +40-21 300 29 04

Ireland

Slovenija

UCB (Pharma) Ireland Ltd.

Medis, d.o.o.

Tel: +353-(0)1 46 37 395

Tel: +386-1 589 69 00

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

UCB s.r.o., organizačná zložka

Sími: +354-535 7000

Tel: +421-(0)2 5920 2020

Italia

Suomi/Finland

UCB Pharma S.p.A.

UCB Pharma Oy Finland

Tel: +39-02 300 791

Puh/Tel: +358-92 514 4221

 

Κύπρος

Sverige

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd

UCB Nordic A/S

Τηλ: +357-22 34 74 40

Tel: +46-(0)40 29 49 00

 

Latvija

United Kingdom

UCB Pharma Oy Finland

UCB Pharma Ltd.

Tel: +358-92 514 4221 (Somija)

Tel : +44-(0)1753 534 655

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-min qed jagħmel użu minnha

Leganto 3 mg/24 siegħa garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda

Rotigotine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sintomi bhal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Leganto u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Leganto

3.Kif għandek tuża Leganto

4.Effetti sekondarji possibli

5.Kif taħżen Leganto

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Leganto u gћalxiex jintuża

Leganto fih is-sustanza attiva rotigotine. Jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa agonisti ta’ dopamine li jistimulaw ċerti tipi ta’ ċelloli u li jintrabtu ma’ riċetturi ta’ dopamine fil-moħħ.

Leganto jintuża biex jikkura is-sindromu ta’ Restless Legs (RLS) fl’adulti, li tista` tiġi assoċjata ma’ skonfort f’riġlejk u dirgħajk. L-impuls li tiċċaqlaq l’hemm u l’hawn, disturbi fl-irqad, għajja jew nagħas waqt il-ġurnata. It-trattament b’ Leganto jtaffi jew inaqqas it-tul ta’ dawn is-sintomi.

2. Xgħandek tkun taf qabel ma tuża Leganto

Tużax Leganto

-jekk inti allerġiku/a għal rotigotine jew sustanzi l-oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni

6).

-jekk ikollok bżonn li ssirlek immaġni bir-rizonanza manjetika (li hu metodu biex tara l-organi u tessuti interni tal-ġisem) jew kardjoverżjoni (trattament ta’ rittmu anormali tal-qalb).

Għandek tneħħi l-impjastru Leganto qabel dawn it-tip ta’ proċeduri. Tista’ twaħħal impjastru ġdid wara l-proċedura.

Twissijiet u prekawzjonijiet

-

- Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tuża Leganto.

-

-Din il-mediċina tista’ taffettwalek il-pressjoni tad-demm, u għalhekk din ta’ l-aħħar għandha titkejjel regolarment, speċjalment fil-bidu tal-kura tiegħek.

Jista’ jkun hemm telf ta’ koxxenza. Din tiġri speċjalment meta tibda tuża Leganto jew meta tiżdiedlek id-doża. Għid lit-tabib tiegħek jekk tintilef minn sensik jew tistordi.

-Eżamijiet tal-vista f’ intervalli regolari huma rakkomandati waqt l-użu ta’ Leganto. Madanakollu, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota xi problemi bil- vista tiegħek bejn l-eżamijiet tal-vista.

-Jekk għandek problemi serji tal-fwied, lit-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża. Għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek, jekk waqt it-trattament il-problemi tal-fwied imorru għall-agħar.

-Jekk tħossok bi ngħas ħafna jew tiskopri li torqod f’daqqa, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek (ara wkoll, aktar l-isfel f’din is-sezzjoni, taħt ‘Sewqan u tħaddim ta’ magni’).

Għid lit-tabib tiegħek jekk int jew il-familja tiegħek/min jieħu ħsiebek jinnutaw li int qed tiżvilluppa impulsi jew xenqa biex iġġib ruħek b’modi li huma mhux tas-soltu għalik u li ma tistax tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel dawn iċ-ċerti attivitajiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għalik jew għal oħrajn. Dawn jgħidulhom disturbi tal-kontrol tal-impulsi u jistgħu jinkludu aġir bħal vizzju ta’ logħob tal-ażżard, iffangar u nfieq eċċessiv, xewqa qawwija anormali għas-sess jew preokkupazzjoni b’żieda ta’ ħsibijiet jew emozzjonijiet sesswali. It- tabib jista’ jkollu bżonn inaqqaslek jew iwaqqaflek id-doża tal-mediċina.

-Leganto jista’ jikkawża ħsibijiet u aġir anormali. Dawn il-ħsibijiet u aġir anormali jistgħu jikkonsistu f’waħda jew aktar minn varjeta` ta’ manifestazzjonijiet li jinkludu ħsibijiet anormali dwar ir-realta`, delużjonijiet, alluċinazzjonijiet ( tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni, diżorientazzjoni, aġir aggressiv, aġitazzjoni, u delirju.( tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera). Jekk tinnota effetti bħal dawn, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

-Leganto jista’ jikkawża reazzjonijiet tal-ġilda, bħal per eżempju ħmura u ħakk . Normalment, dawn ikunu ħfief għal moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda li l-impjastru jkun tpoġġa fuqha. Ir-reazzjonijiet normalment imorru wara ftit sigħat li tneħħi l-impjastru. Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, jekk reazzjoni tal-ġilda tiggrava, jew jekk ir- reazzjoni tal-ġilda tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek. Evita d-dawl tax-xemx u espożizzjoni f’xi solarium fuq żoni tal- ġilda li jkollhom kwalunkwe tip ta’ reazzjoni tal-ġilda kkawżata minn Leganto. Biex tevita li jkollok reazzjonijiet tal-ġilda, għandek tpoġġi l-impjastru f’post differenti kuljum u tuża biss l- istess zona tal-ġilda wara 14-il jum.

-Tista’ jkollok is-sintomi tas-sindromu ta’ Restless Legs qabel is-soltu, jkunu iżjed qawwijin u jinvolvu l-idejn ukoll.

Tfal u addoloxxenti

-Leganto m’għandux jintuża mit-tfal għaliex ma ġewx stabbiliti s-sigurta` u l-effikaċja tiegħu fit- tfal.

Mediċini oħra u Leganto

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

M’għandekx tieħu dawn il-mediċini meta tkun qed tuża Leganto, jistgħu jnaqqsu l-effett tiegħu: anti- psikotiċi (mediċini li jintużaw biex jikkuraw ċerti mard mentali) jew metoclopramide (użat għall-kura tad-dardir u rimettar).

Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sigur għalik li:

-tieħu mediċina għall-pressjoni. Leganto jista` inaqqas il-pressjoni fid-demm meta tqum bilwieqfa; dan l-effett jiġi aggravat bil-mediċina li tintuża biex tniżżel il-pressjoni.

-tieħu mediċini sedattivi (pereżempju, benzodiazepine, mediċini biex tikkura mard mentali u mediċini biex tikkura d-dipressjoni) meta tkun qed tieħu Leganto.

Leganto mal-ikel, xorb u alkoħol

Minħabba li rotigotine jidħol fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm minn ġol-ġilda, l-ikel u x-xorb ma jaffettwax il-mod kif taħdem il-mediċina. Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sikur għalik li tixrob alkoħol waqt li qed tieħu Leganto.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’għandekx tuża Leganto jekk inti tqila, għax l-effetti ta’ rotigotine fuq it-tqala u fuq it-tarbija mhux imwielda mhumiex magħrufa. It-treddiegħ mhux rakkomandat jekk tkun qed tuża Leganto. Rotigotine jista’ jgħaddi ġol-ħalib ta’ sidrek u jaffettwa lit-tarbija tiegħek, u x’aktarx inaqqas ukoll l-ammont ta’ ħalib li tipproduċi.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Leganto jistgħu jġiegħlek tħossok bi ngħas ħafna, u tista’ torqod għal għarrieda ħafna. Jekk dan jaffettwak, m’għandekx issuq jew tieħu sehem f’attivitajiet fejn jekk ma tkunx attent tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lill-oħrajn f’riskju ta’ korriment serju, pereżempju, meta tuża l-magni.

F’każijiet iżolati, xi nies raqdu waqt li kienu qed isuqu, u dan ikkawża inċidenti.

Leganto fih sodium metabisulphite (E223)

Sodium metabisulphite (E223) jista’ jikkawża reazzjonijiet severi ta’ ipersensittivita` u bronkospażmu.

3. Kif għandek tuża Leganto

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Għandek tibdel l-impjastru Leganto darba kuljum. Biex jintlaħqu d-dożi li jkun hemm bżonn, impjastri ta’ Leganto differenti huma disponibbli, kollha jerħu ammont differenti ta’ sustanza attiva kuljum:

1 mg/24 siegħa, 2 mg/24 siegħa u 3 mg/24 siegħa.

Tibda billi tuża impjastru wieħed Leganto 1 mg/ 24 siegħa kuljum. Jekk ikun neċessarju, din id-doża ta’ kuljum tista’ tiżdied b’ 1 mg, kull ġimgħa, sakemm jintlaħaq id-doża addattata ( ta’ manteniment) għalik. Din tiġri meta int u t-tabib tiegħek taqblu li s-sintomi huma kontrollati b’mod adekwat u li l- effetti mhux mixtieqa tal-mediċina huma aċċettabli.

Id-doża massima hi ta’ 3 mg kuljum.

Jekk ikollok tieqaf tuża din il-mediċina, ara Sezzjoni 3, ‘Jekk tieqaf tuża Leganto‘.

Segwi dawn l-istruzzjonijiet meta tuża Leganto:

Leganto huwa għal użu minn ġol-ġilda, garża li titqiegħed mal-ġilda.

Għandek twaħħal impjastru fuq il-ġilda darba kuljum. Ħalli l-impjastru fuq il-ġilda għal 24 siegħa u mbagħad neħħieħ u għamel wieħed ġdid. Aċċerta ruħek li neħħejt l-impjastru l-qadim qabel ma twaħħal l-impjastru l-ġdid; poġġi l-impjastru l-ġdid f’post differenti kuljum.

Għandek tibdel l-impjastru bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin kuljum. Taqtax l-impjastri Leganto f’biċċiet.

Fejn twaħħal l-impjastru

Poġġi n-naħa li teħel tal-impjastru fuq ġilda li tkun nadifa, xotta, f’saħħitha f’dawn iż-żoni li ġejjin:

spalla

in-naħa ta’ fuq tad-driegħ

żaqq

koxxa

ġenbejn

il-ġenb tal-ġisem (fuq ġenbejk, bejn il-kustilji u l-ġenbejn).

Biex tgħin li tevita irritazzjoni tal-ġilda:

Waħħal Leganto fuq zona differenti tal-ġilda kuljum ,per eżempju, fuq in-naħa tal-lemin ta’ ġismek f’ġurnata minnhom, imbagħad fuq in-naħa tax-xellug l-għada u fuq in-naħa ta’ fuq ta’ ġismek f’ġurnata oħra, imbagħad l-għada fuq in-naħa t’isfel ta’ ġismek.

M’għandekx twaħħal Leganto fuq l-istess zona tal-ġilda darbtejn fi żmien 14-il jum.

Twaħħalx l-impjastru fuq ġilda li tkun maqsuma jew jew fiha xi ferita jew fuq ġilda li hi

ħamra jew irritata.

Jekk xorta jkollok il-problemi fil-ġilda minħabba l-impjastru, jekk jogħġbok ara f’ Sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji li jista’ jkollu’, id-dettalji dwar x’għandek tagħmel.

Biex tipprevjeni li l-impjastru ma jibqax imwaħħal sew jew li jaqa’

Għandek tpoġġi l-impjastru fejn ma jkunx jista’ jħokk ma’ ilbies issikkat li jista’ jaqilgħuh.

Tużax kremi, żjut, lotions, terra jew xi prodotti oħra tal-ġilda fuq iz-zona ta’ ġilda fejn tkun ser twaħħal l-impjastru jew qrib impjastru li diġà jkun imwaħħal. L-impjastru jista’ jinqala’.

Jekk ikollok bżonn twaħħal l-impjastru f’zona bix-xagħar fuq il-ġilda, għandek tqaxxar iz-zona mill-inqas tliet ijiem qabel ma twaħħal l-impjastru hemmhekk.

Jekk it-truf tal-impjastru jinqalgħu, l-impjastru jista’ jitwaħħal lura b’tejp mediku li jeħel.

Jekk l-impjastru jaqa’, għandu jitwaħħal impjastru ġdid għal kumplament tal-ġurnata, u imbagħad tibdel l-impjastru fl-istess ħin tas-soltu.

NOTA

Jekk tieħu banju, xawer u l-eżerċizzju fiżiku, dan m’għandux jaffettwa l-mod li bih jaħdem Leganto. Madankollu, iċċekkja li l-impjastru ma jkunx inqala’ wara.

Għandek tevita sħana esterna (pereżempju dawl tax-xemx eċċessiv, sawnas, banjijiet b’ilma jaħraq, heating pads jew fliexken mimlija misħun (hot-water bottles) fuq iz-zona tal-impjastru.

Jekk l-impjastru jkun irritalek il-ġilda, għandek iżżomm dik ir-roqgħa ta’ ġilda protetta mix- xemx diretta, għax tista’ tikkawża tibdil fil-kulur tal-ġilda.

Kif tuża l-impjastru

Kull impjastru hu ppakkjat f’qartas separat. Għandek twaħħal Leganto fuq il-ġilda tiegħek hekk kif tkun ftaħt il-qartas u neħħejt l-inforra tar-rilaxx.

1. Biex tiftaħ il-qartas, żomm iż-żewġ naħat tal-qartas. Qaxxar il-fojl u iftaħ il- qartas.

2. Oħroġ l-impjastru mill- qartas.

3. In-naħa li teħel tal-impjastru hi miksija b’inforra tar-rilaxx trasparenti. Żomm l- impjastru f’idejk it-tnejn bl- inforra tar-rilaxx tħares lejk.

4. Ilwi l-impjastru min-nofs sabiex il-qasma f’forma ta’ S fl-inforra tinfetaħ.

5. Qaxxar naħa waħda ta’ l- inforra tar-rilaxx. Tmissx in- naħa li teħel tal-impjastru b’subgħajk.

6. Żomm in-nofs l-ieħor ta’ l- inforra tar-rilaxx riġida u poġġi l-wiċċ li jeħel tal- impjastru fuq il-ġilda. Agħfas b’mod sod in-naħa li teħel tal-impjastru fil-post.

7. Itwi lura n-nofs l-ieħor tal- impjastru u neħħi n-naħa l- oħra ta’ l-inforra tar-rilaxx.

8. Agħfas l-impjastru b’mod sod bil-keffa ta’ idejk għal madwar 20 sa 30 sekonda biex taċċerta ruħek li l- impjastru jkun qed imiss mal-ġilda u li t-truf ikunu mwaħħlin tajjeb.

Aħsel idejk bis-sapun u bl-ilma minnufih malli tkun lestejt.

Kif tneħħi impjastru użat

Qaxxar l-impjastru l-qadim bil-mod u bl-attenzjoni.

Il-ħasil bil-mod taż-żona tal-ġilda b’ilma sħun u sapuna ħafifa, għandu jneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li tibqa’ fuq il-ġilda wara li tneħħi l-impjastru. Tista’ wkoll tuża ammont żgħir ta’ żejt tat-trabi biex tneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li ma tkunx tista’ tinqala’.

Tużax alkoħol jew solventi oħrajn bħal nail polish remover għax dawn jistgħu jirritawlek il-ġilda. Għażel post ġdid tal-ġilda fejn ser tpoġġi l-impjastru ġdid, u imbagħad segwi l-istruzzjonijiet t’hawn fuq.

Jekk tieħu aktar Leganto milli suppost

Jekk tuża dożaġġi ogħla ta’ Leganto minn dawk li kitiblek t-tabib tiegħek, dan jista’ jikkawża dardir (tħossok ħażin), rimettar, pressjoni tad-demm baxxa, alluċinazzjonijiet (tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni jew ngħas estrem, movimenti involuntarji u aċċessjonijiet.

Jekk tkun użajt iktar impjastri milli qallek it-tabib tiegħek, kellem lit-tabib tiegħek jew l-isptar għal parir immedjatament, u segwi l-parir tagħhom dwar it-tneħħija tal-impjastri.

Jekk insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu

Jekk tkun insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu tieghek, biddel l-impjastru hekk kif tiftakar: neħħi l- impjastru l-qadim u uża impjastru ġdid. Jekk tkun insejt twaħħal impjastru ġdid wara li tneħħi l-qadim, uża impjastru ġdid malli tiftakar.

Fiż-żewġt każi, fil-jum ta’ wara, għandek tuża impjastru ġdid fil-ħin tas-soltu. M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt.

Jekk tieqaf tuża Leganto

Tieqafx tieħu Leganto għal għarrieda mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek, Jekk tieqaf f’daqqa jista jkollok kondizzjoni medika li jgħidula syndrome malinna newroleptika li tists’ tkun ta’ riskju maġġur għal saħħtek. Is-sintomi jinkludu akinesja( telf tal-moviment tal-muskoli), muskoli riġidi, deni, pressjoni tad-demm mhux stabbli, takikardja (żieda fit0taħbit tal-qalb), konfużjoni, livell iżjed baxx ta’ koxxenza (eż. koma)

Id-doża tiegħek ta’ kuljum ta’ Leganto għandha titnaqqas gradwalment

b’1 mg kull jumejn – jekk tuża Leganto għas-sindromu ta’ Restless Legs.

Jekk għandek mistoqsijiet oħra fuq l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Jista’ jkollok nefħadardir (tħossok ħażin) u rimettar fil-wiċċ, ilsien u/bidu tat-terapija. Dawn normalment ikunu ħfief jew moderati u jgħaddu malajr. Għandek tkellem lit-tabib tiegħek, jekk idumu u jekk tkun inkwitat.

Problemi fil-ġilda ikkawżati mill-impjastri

Jista’ jkollok reazzjonijiet tal-ġilda bħal ħmura u ħakk. Normalment dawn ikunu ħfief jew moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda fejn tkun tpoġġiet l-impjastru. Ir-reazzjonijiet is-soltu jgħibu wara ftit sigħat wara li tneħħi l-impjastru.

Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, reazzjoni severa, jew reazzjoni tal-ġilda li tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, għandek tkellem lit-tabib tiegħek.

Jista’ jkun li jkollok dawn l-effetti mhux mixtieqa li ġejjin:

Ma tkunx tista’ tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel azzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għalik jew għall-oħrajn, li jistgħu jinkludu:

impuls qawwi biex tilgħab il-flus b’mod eċċessiv avolja hemm konsekwenzi serji personali u għall-familja tiegħek

żieda jew tibdil fl-interess u l-aġir sesswali li jkun ta’ inkwiet għalik jew għal haddieħor, per eżempju żieda fil-libido

xiri u nfiq eċċessiv u bla kontroll

iffangar (tiekol kwantita` kbira ta’ ikel fi żmien qasir) jew ikel kompulsiv (tiekol iżjed minn normal biex tissodisfa l-ġuħ)

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tgħaddi minn kwalunque minn dawn l-aġir biex jiġu diskussi mezzi kif jiġu mmaniġjati jew jitnaqqsu s-sintomi.

Jekk qed tuża Leganto għas-sindromu ta’ Restless Legs, dawn l-effetti mhux mixtieqa jistgħu jseħħu:

Effetti sekondarji komuni ħafna: jistgħu jaffetwaw aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti

tħossok ħażin (dardir)

irritazzjonijiet tal-ġilda taħt il-garża, bħal ħmura u ħakk

debboleza (għajja)

uġigħ ta’ ras

Effetti sekondarji komuni: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 10 pazjenti

rimettar, ħruq ta’istonku

irritabilita`

reazzjoni allerġika

ngħas, li torqod għal għarrieda mingħajr l-ebda sinjal ta’ twissija, problemi biex torqod, problem ta’ l-irqad, ħolm mhux tas-soltu

xenqa ikbar għal attività sesswali

ħakk

pressjoni għolja tad-demm

l-inabbilta` sabiex tirreżiżti xenqa biex twettaq attivita` li tagħmel il-ħsara, li jinkludu logħob ta’ l-azzard eċċessiv, azzjonijiet ripetuti bla sens, iffangar, ikel kompulsiv u xiri kompulsiv

nefħa fir-riġlejn u saqajn

Effetti sekondarji mhux komuni: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 100 pazjent

tħossok stordut minħabba tnaqqis fil-pressjoni tad-demm meta tqum bilwiefqa

aġitazzjoni

Effetti Sekondarji Rari: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 1,000 pazjent

aġir aggressive/aggressjoni

diżorjentazzjoni

Mhux magħruf: ma jistax jiġi stmat mid-dejta disponibbli

l-użu eċċessive ta’ Leganto (xenqa għal dożi kbar ta’ mediċina dopenerġika f’aċċess ta’ dak li hemm bżonn sabiex tikkontrolla sintomi motorili, magħruf bħala sindromu ta’ disregulazzjoni dopenerġika)

tara u tisma affarijiet li mhux vera (alluċinazzjonijiet)

ħolm ikraħ

paranojja

konfużjoni

mard psikotiku

delużjoni

delirju

sturdament

telf ta’ koxxenza

movimenti involontarji relatati mal-marda ta’ Parkinson (diskineżja)

tħossok storduta meta tqum bil-wieqfa minħabba li tinżel il-pressjoni

spażmi fil-muskoli involontarji (aċċessjonijiet)

viżjoni mċajpra

disturbi fil-vista bħal tara kuluri jew dwal

vertigo (sensazzjoni li kollox qed idur bik)

tħoss qalbek tħabbat (palpitazzjonijiet)

ritmu tal-qalb abnormali

pressjoni tad-demm baxxa

sulluzzu

stitikezza, ħalq xott

skonfort u uġigħ fl-istonku

ħmura, togħroq iżjed

ħakk ġeneralizzat

irritazzjoni fil-ġilda

ma jkunx tista’ jkollok jew ma tkunx tista’ tmantni erezzjoni

telf ta’ piz, żieda fil-piz

riżultati tat-test tal-funzjoni tal-fwied għolja jew abnormali,

żieda fit-taħbit tal-qalb

livelli ogħla ta’ creatinine phosphokinase (CPK) fid-demm ta’ pazjenti Ġappuniżi (CPK huwa enżim li jinstab fil-biċċa l-kbira fil-muskoli skeltrali)

waqgħat

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Leganto

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tjidhirx u ma jintlaħaqxmit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna.

Taħżinx ‘l fuq minn 30°C.

X’għandek tagħmel bl-impjastri użati u mhux użati

L-impjastri wżat xorta jkun għad fihom s-sustanza attiva, li jista’ jkun ta’ ħsara lil ħaddieħor. Itwi l- impjastru użat min-nofs, bin-naħa tas-sustanza li twaħħal tħares ’il ġewwa. Poġġi l-impastru fil-qartas oriġinali u mbagħad armih fejn ma jintlaħaqx mit-tfal.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew skart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek kif tiddisponi mill-mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. AKTAR TAGHRIF

X’fih Leganto

Is-sustanza attiva hi rotigotine.

Kull impjastru jerħi 3 mg ta’ rotigotine kull 24 siegħa. Kull impjastru ta’ 15 cm2 fih 6.75 mg ta’ rotigotine.

Is-sustanzi l-oħra huma poly(dimethylsiloxane, trimethylsilyl silicate)-copolymerisate, povidoneK90, sodium metabisulphite (E223), ascorbyl palmitate (E304) u DL-α-tocopherol

(E307).

Saff ta’ wara: Film tal-polyester film, silikoniżżat, aluminiżżat, miksi b’kulur permezz ta’ saff ta’ pigment (titanium dioxide (E171), pigment isfar 95, pigment aħmar 166) u stampat (pigment aħmar 144, pigment isfar 95, pigment iswed 7).

Inforra tar-rilaxx: Saff ta’ polyester miksi b’fluoropolimer trasparenti

Id-dehra ta’ Leganto u l-kontenuti tal-pakkett

Leganto hu garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda. Hi rqiqa u fiha tliet saffi. Għandha forma kwadra bi truf jagħtu fit-tond. In-naħa ta’ barra hi ta’ kulur kannella ċar u għandha l-kliem

Leganto 3 mg/24 h stampat fuqha.

Leganto hu disponibbli fid-daqsijiet tal-pakketti li ġejjin:

Kaxxi tal-kartun li fihom 7, 28, 30 jew 84 (pakkett multiplu li fih 2 pakketti ta’ 42),impjastru, li huma ssiġillati individwalment fi qratas.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

UCB Manufacturing Ireland Ltd.

Shannon, Industrial Estate,

Co. Clare, L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

UCB Pharma SA/NV

UCB Pharma Oy Finland

Tél/Tel: +32 / (0)2 559 92 00

 

Tel: +358-92 514 4221 (Suomija)

България

Luxembourg/Luxemburg

Ю СИ БИ България ЕООД

UCB Pharma SA/NV

Teл.: + 359 (0) 2 962 30 49

 

Tél/Tel: +32-(0)2 559 92 00

Česká republika

Magyarország

UCB s.r.o.

UCB Magyarország Kft.

Tel: + 420 221 773 411

 

Tel.: +36-(1) 391 0060

Danmark

Malta

UCB Nordic A/S

Pharmasud Ltd.

Tlf: + 45 / 32 46 24 00

 

Tel: +356-21 37 64 36

Deutschland

Nederland

Bayer Vital GmbH

UCB Pharma B.V.

Tel: +49 (0)214-30 513 48

 

Tel.: +31-(0)76-573 11 40

Eesti

UCB Pharma Oy Finland

Tel: + 358-92 514 4221 (Soome)

Ελλάδα

UCB Α.Ε.

Τηλ: +30 / 2109974000

España

UCB Pharma S.A.

Tel: + 34 / 91 570 34 44

France

UCB Pharma S.A.

Tél: + 33 / (0)1 47 29 44 35

Hrvatska

Medis Adria d.o.o.

Tel: +385-(0)1 230 34 46

Ireland

UCB (Pharma) Ireland Ltd.

Tel: +353-(0)1 46 37 395

Ísland

Vistor hf.

Sími: +354-535 7000

Italia

UCB Pharma S.p.A.

Tel: +39-02 300 791

Κύπρος

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd

Τηλ: +357-22 34 74 40

Latvija

UCB Pharma Oy Finland

Tel: +358-92 514 4221 (Somija)

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Norge

UCB Nordic A/S

Tlf: +45-32 46 24 00

Österreich

UCB Pharma GmbH

Tel: +43-(1)291 80 00

Polska

UCB Pharma Sp. z o.o. Tel.: +48-22 696 99 20

Portugal

BIAL-Portela & Cª, S.A.

Tel: +351-22 986 61 00

România

UCB Pharma România S.R.L.

Tel: +40-21 300 29 04

Slovenija

Medis, d.o.o.

Tel: +386-1 589 69 00

Slovenská republika

UCB s.r.o., organizačná zložka

Tel: +421-(0)2 5920 2020

Suomi/Finland

UCB Pharma Oy Finland

Puh/Tel: +358-92 514 4221

Sverige

UCB Nordic A/S

Tel: +46-(0)40 29 49 00

United Kingdom

UCB Pharma Ltd.

Tel : +44-(0)1753 534 655

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija Ewropeja

dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-min qed jagħmel użu minnha

Leganto 4 mg/24 siegħa garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda

Rotigotine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sintomi bhal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Leganto u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Leganto

3.Kif għandek tuża Leganto

4.Effetti sekondarji possibli

5.Kif taħżen Leganto

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’ inhu Leganto u gћalxiex jintuża

Leganto fih is-sustanza attiva rotigotine. Jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa agonisti ta’ dopamine li jistimulaw ċerti tipi ta’ ċelloli u li jintrabtu ma’ riċetturi ta’ dopamine fil-moħħ.

Leganto jintuża biex jikkura s-sinjali u s-sintomi tal-marda ta’ Parkinson fl’adulti jew waħdu jew flimkien mal-mediċina msejħa levodopa.

2. QABEL MA TUŻA LEGANTO

Tużax Leganto

-jekk inti allerġiku/a għal rotigotine jew sustanzi l-oħra ta’ din il-mediċina (elenkati sezzjoni 6

).

-jekk ikollok bżonn li ssirlek immaġni bir-rizonanza manjetika (li hu metodu biex tara l-organi u tessuti interni tal-ġisem) jew kardjoverżjoni (trattament ta’ rittmu anormali tal-qalb).

Għandek tneħħi l-impjastru Leganto qabel dawn it-tip ta’ proċeduri. Tista’ twaħħal impjastru ġdid wara l-proċedura.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tuża Leganto.

-Din il-mediċina tista’ taffettwalek il-pressjoni tad-demm, u għalhekk din ta’ l-aħħar għandha

titkejjel regolarment, speċjalment fil-bidu tal-kura tiegħek.

-

-Jista’ jkun hemm telf ta’ koxxenza. Din tiġri speċjalment meta tibda tuża Leganto jew meta tiżdiedlek id-doża. Għid lit-tabib tiegħek jekk tintilef minn sensik jew tistordi.

-Eżamijiet tal-vista f’ intervalli regolari huma rakkomandati waqt l-użu ta’ Leganto. Madanakollu, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota xi problemi bil- vista tiegħek bejn l-eżamijiet tal-vista.

-Jekk għandek problemi serji tal-fwied, lit-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża. Għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek, jekk waqt it-trattament il-problemi tal-fwied imorru għall-agħar.

-Jekk tħossok bi ngħas ħafna jew tiskopri li torqod f’daqqa, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek (ara wkoll, aktar l-isfel f’din is-sezzjoni, taħt ‘Sewqan u tħaddim ta’ magni’).

-Għid lit-tabib tiegħek jekk int jew il-familja tiegħek/min jieħu ħsiebek jinnutaw li int qed tiżvilluppa impulsi jew xenqa biex iġġib ruħek b’modi li huma mhux tas-soltu għalik u li ma tistax tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel dawn iċ-ċerti attivitajiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għalik jew għal oħrajn. Dawn jgħidulhom disturbi tal-kontrol tal-impulsi u jistgħu jinkludu aġir bħal vizzju ta’ logħob tal-ażżard, iffangar u nfieq eċċessiv, xewqa qawwija anormali għas-sess jew preokkupazzjoni b’żieda ta’ ħsibijiet jew emozzjonijiet sesswali. It- tabib jista’ jkollu bżonn inaqqaslek jew iwaqqaflek id-doża tal-mediċina.

-Leganto jista’ jikkawża ħsibijiet u aġir anormali. Dawn il-ħsibijiet u aġir anormali jistgħu jikkonsistu f’waħda jew aktar minn varjeta` ta’ manifestazzjonijiet li jinkludu ħsibijiet anormali dwar ir-realta`, delużjonijiet, alluċinazzjonijiet ( tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni, diżorientazzjoni, aġir aggressiv, aġitazzjoni, u delirju. Jekk tinnota effetti bħal dawn, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

-Tista’ jkollok is-sintomi tas-sindromu ta’ Restless Legs qabel is-soltu, jkunu iżjed qawwijin u jinvolvu l-idejn ukoll.

-

-Leganto jista’ jikkawża reazzjonijiet tal-ġilda, bħal per eżempju ħmura u ħakk . Normalment, dawn ikunu ħfief għal moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda li l-impjastru jkun tpoġġa fuqha. Ir-reazzjonijiet normalment imorru wara ftit sigħat li tneħħi l-impjastru. Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, jekk reazzjoni tal-ġilda tiggrava, jew jekk ir- reazzjoni tal-ġilda tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek. Evita d-dawl tax-xemx u espożizzjoni f’xi solarium fuq żoni tal- ġilda li jkollhom kwalunkwe tip ta’ reazzjoni tal-ġilda kkawżata minn Leganto. Biex tevita li jkollok reazzjonijiet tal-ġilda, għandek tpoġġi l-impjastru f’post differenti kuljum u tuża biss l- istess zona tal-ġilda wara 14-il jum.

Tfal u addoloxxenti

-Leganto m’għandux jintuża mit-tfal għaliex ma ġewx stabbiliti s-sigurta` u l-effikaċja tiegħu fit-tfal.

Mediċini oħra u Leganto

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

M’għandekx tieħu dawn il-mediċini meta tkun qed tuża Leganto, jistgħu jnaqqsu l-effett tiegħu: anti- psikotiċi (mediċini li jintużaw biex jikkuraw ċerti mard mentali) jew metoclopramide (użat għall-kura tad-dardir u rimettar).

Jekk inti qiegħed fuq trattament ta’ Leganto u levodopa flimkien, xi effetti mhux mixtieqa jistgħu jiggravaw, bħal per eżempju tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera (alluċinazzjonijiet), movimenti involontarji li jixbħu dawk tal-marda ta’ Parkinson (dyskinesia), u nefħa fir-riġlejn u s-saqajn.

Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sigur għalik li:

-tieħu mediċina għall-pressjoni. Leganto jista` inaqqas il-pressjoni fid-demm meta tqum bilwieqfa; dan l-effett jiġi aggravat bil-mediċina li tintuża biex tniżżel il-pressjoni.

-tieħu mediċini sedattivi (pereżempju, benzodiazepine, mediċini biex tikkura mard mentali u mediċini biex tikkura d-dipressjoni) meta tkun qed tieħu Leganto.

Leganto mal-ikel, xorb u alkoħol

Minħabba li rotigotine jidħol fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm minn ġol-ġilda, l-ikel u x-xorb ma jaffettwax il-mod kif taħdem il-mediċina. Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sikur għalik li tixrob alkoħol waqt li qed tieħu Leganto.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’għandekx tuża Leganto jekk inti tqila, għax l-effetti ta’ rotigotine fuq it-tqala u fuq it-tarbija mhux imwielda mhumiex magħrufa. It-treddiegħ mhux rakkomandat jekk tkun qed tuża Leganto. Rotigotine jista’ jgħaddi ġol-ħalib ta’ sidrek u jaffettwa lit-tarbija tiegħek, u x’aktarx inaqqas ukoll l-ammont ta’ ħalib li tipproduċi.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Leganto jistgħu jġiegħlek tħossok bi ngħas ħafna, u tista’ torqod għal għarrieda ħafna. Jekk dan jaffettwak, m’għandekx issuq jew tieħu sehem f’attivitajiet fejn jekk ma tkunx attent tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lill-oħrajn f’riskju ta’ korriment serju, pereżempju, meta tuża l-magni.

F’każijiet iżolati, xi nies raqdu waqt li kienu qed isuqu, u dan ikkawża inċidenti.

Leganto fih sodium metabisulphite (E223)

Sodium metabisulphite (E223) rarament jista’ jikkawża reazzjonijiet severi ta’ ipersensittivita` u bronkospażmu.

3. Kif għandek tuża Leganto

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Biex jintlaħqu d-dożi li jkun hemm bżonn, impjastri ta’ Leganto differenti huma disponibbli, kollha jerħu ammont differenti ta’ sustanza attiva kuljum: 2 mg/24 siegħa, 4 mg/24 siegħa, 6 mg/24 siegħa u 8 mg/24 siegħa. Għal dożi ogħla, impjastri multipli jridu jiġu applikati. Per eżempju, doża ta’ 10 mg tista’ tintlaħaq billi tapplika impjastru ta’ 6 mg/24 siegħa u impjastru ta’ 4 mg/24 siegħa.

Pazjenti li m’humiex jieħdu levodopa (istadju bikri tal-marda ta’ Parkinson)

Fil-bidu tal-kura ser tibda tuża impjastru ta’ Leganto 2 mg/24 siegħa kuljum. Mitt-tieni ġimgħa, id- doża ta’ kuljum ser tibda tiżdied kull ġimgħa b’inkrementi ta’ 2 mg, sakemm id-doża li tkun tajba

għall-ħtiġijiet tiegħek (id-doża tal-manteniment) tintlaħaq. Għall-biċċa l-kbira tal-pazjenti, id-doża korretta hija ta’ bejn 6 mg u 8 mg kuljum (tintlaħaq fi żmien 3 sa 4 ġimgħat). Din tiġri meta int u t- tabib tiegħek taqblu li s-sintomi huma kontrollati b’mod adekwat u li l-effetti mhux mixtieqa tal- mediċina huma aċċettabli.

Id-doża massima hi ta’ 8 mg kuljum.

Pazjenti li jieħdu levodopa (istadju avvanzat tal-marda ta’ Parkinson)

Fil-bidu tal-kura ser tibda tuża impjastru ta’ Leganto 4 mg/24 siegħa kuljum. Mitt-tieni ġimgħa, id- doża ta’ kuljum ser tibda tiżdied kull ġimgħa b’inkrementi ta’ 2 mg, sakemm id-doża li tkun tajba għall-ħtiġijiet tiegħek (id-doża tal-manteniment) tintlaħaq. Għall-biċċa l-kbira tal-pazjenti, id-doża korretta hija ta’ bejn 8 mg u 16 mg kuljum (tintlaħaq fi żmien 3 sa 7 ġimgħat).

Id-doża massima hi ta’ 16 mg kuljum.

Jekk ikollok tieqaf tuża din il-mediċina, ara Sezzjoni 3, ‘Jekk tieqaf tuża Leganto‘.

Segwi dawn l-istruzzjonijiet meta tuża Leganto:

Leganto huwa għal użu minn ġol-ġilda, garża li titqiegħed mal-ġilda.

Għandek twaħħal impjastru Leganto fuq il-ġilda darba kuljum. Ħalli l-impjastru fuq il-ġilda għal 24 siegħa u mbagħad neħħieħ u għamel wieħed ġdid. Aċċerta ruħek li neħħejt l-impjastru l-qadim qabel ma twaħħal l-impjastru l-ġdid; poġġi l-impjastru l-ġdid f’post differenti kuljum.

Għandek tibdel l-impjastru bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin kuljum. Taqtax l-impjastri Leganto f’biċċiet.

Fejn twaħħal l-impjastru

Poġġi n-naħa li teħel tal-impjastru fuq ġilda li tkun nadifa, xotta, f’saħħitha f’dawn iż-żoni li ġejjin:

spalla

in-naħa ta’ fuq tad-driegħ

żaqq

koxxa

ġenbejn

il-ġenb tal-ġisem (fuq ġenbejk, bejn il-kustilji u l-ġenbejn).

Biex tgħin li tevita irritazzjoni tal-ġilda:

Waħħal l-impastru fuq zona differenti tal-ġilda kuljum ,per eżempju, fuq in-naħa tal-lemin ta’ ġismek f’ġurnata minnhom, imbagħad fuq in-naħa tax-xellug l-għada u fuq in-naħa ta’ fuq ta’ ġismek f’ġurnata oħra, imbagħad l-għada fuq in-naħa t’isfel ta’ ġismek.

M’għandekx twaħħal Leganto fuq l-istess zona tal-ġilda darbtejn fi żmien 14-il jum.

Twaħħalx l-impjastru fuq ġilda li tkun maqsuma jew jew fiha xi ferita jew fuq ġilda li hi

ħamra jew irritata.

Jekk xorta jkollok il-problemi fil-ġilda minħabba l-impjastru, jekk jogħġbok ara f’ Sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji li jista’ jkollu’, id-dettalji dwar x’għandek tagħmel.

Biex tipprevjeni li l-impjastru ma jibqax imwaħħal sew jew li jaqa’

Għandek tpoġġi l-impjastru fejn ma jkunx jista’ jħokk ma’ ilbies issikkat li jista’ jaqilgħuh.

Tużax kremi, żjut, lotions, terra jew xi prodotti oħra tal-ġilda fuq iz-zona ta’ ġilda fejn tkun ser twaħħal l-impjastru jew qrib impjastru li diġà jkun imwaħħal. L-impjastru jista’ jinqala’.

Jekk ikollok bżonn twaħħal l-impjastru f’zona bix-xagħar fuq il-ġilda, għandek tqaxxar iz-zona mill-inqas tliet ijiem qabel ma twaħħal l-impjastru hemmhekk.

Jekk it-truf tal-impjastru jinqalgħu, l-impjastru jista’ jitwaħħal lura b’tejp mediku li jeħel.

Jekk l-impjastru jaqa’, għandu jitwaħħal impjastru ġdid għal kumplament tal-ġurnata, u imbagħad tibdel l-impjastru fl-istess ħin tas-soltu.

NOTA

Jekk tieħu banju, xawer u l-eżerċizzju fiżiku, dan m’għandux jaffettwa l-mod li bih jaħdem Leganto. Madankollu, iċċekkja li l-impjastru ma jkunx inqala’ wara.

Għandek tevita sħana esterna (pereżempju dawl tax-xemx eċċessiv, sawnas, banjijiet b’ilma jaħraq, heating pads jew fliexken mimlija misħun (hot-water bottles) fuq iz-zona tal-impjastru.

Jekk l-impjastru jkun irritalek il-ġilda, għandek iżżomm dik ir-roqgħa ta’ ġilda protetta mix- xemx diretta, għax tista’ tikkawża tibdil fil-kulur tal-ġilda.

Kif tuża l-impjastru

Kull impjastru hu ppakkjat f’qartas separat. Għandek twaħħal Leganto fuq il-ġilda tiegħek hekk kif tkun ftaħt il-qartas u neħħejt l-inforra tar-rilaxx.

1. Biex tiftaħ il-qartas, żomm iż-żewġ naħat tal-qartas. Qaxxar il-fojl u iftaħ il- qartas.

2. Oħroġ l-impjastru mill- qartas.

3. In-naħa li teħel tal-impjastru hi miksija b’inforra tar-rilaxx trasparenti. Żomm l- impjastru f’idejk it-tnejn bl- inforra tar-rilaxx tħares lejk.

4. Ilwi l-impjastru min-nofs sabiex il-qasma f’forma ta’ S fl-inforra tinfetaħ.

5. Qaxxar naħa waħda ta’ l- inforra tar-rilaxx. Tmissx in- naħa li teħel tal-impjastru b’subgħajk.

6. Żomm in-nofs l-ieħor ta’ l- inforra tar-rilaxx riġida u poġġi l-wiċċ li jeħel tal- impjastru fuq il-ġilda. Agħfas b’mod sod in-naħa li teħel tal-impjastru fil-post.

7. Itwi lura n-nofs l-ieħor tal- impjastru u neħħi n-naħa l- oħra ta’ l-inforra tar-rilaxx.

8. Agħfas l-impjastru b’mod sod bil-keffa ta’ idejk għal madwar 20 sa 30 sekonda biex taċċerta ruħek li l- impjastru jkun qed imiss mal-ġilda u li t-truf ikunu mwaħħlin tajjeb.

Aħsel idejk bis-sapun u bl-ilma minnufih malli tkun lestejt.

Kif tneħħi impjastru użat

Qaxxar l-impjastru l-qadim bil-mod u bl-attenzjoni.

Il-ħasil bil-mod taż-żona tal-ġilda b’ilma sħun u sapuna ħafifa, għandu jneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li tibqa’ fuq il-ġilda wara li tneħħi l-impjastru. Tista’ wkoll tuża ammont żgħir ta’ żejt tat-trabi biex tneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li ma tkunx tista’ tinqala’.

Tużax alkoħol jew solventi oħrajn bħal nail polish remover għax dawn jistgħu jirritawlek il-ġilda. Għażel post ġdid tal-ġilda fejn ser tpoġġi l-impjastru ġdid, u imbagħad segwi l-istruzzjonijiet t’hawn fuq.

Jekk tieħu aktar Leganto milli suppost

Jekk tuża dożaġġi ogħla ta’ Leganto minn dawk li kitiblek t-tabib tiegħek, dan jista’ jikkawża dardir (tħossok ħażin), rimettar, pressjoni tad-demm baxxa, alluċinazzjonijiet (tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni jew ngħas estrem, movimenti involontarji u aċċessjonijiet..

Jekk tkun użajt iktar impjastri milli qallek it-tabib tiegħek, kellem lit-tabib tiegħek jew l-isptar għal parir immedjatament, u segwi l-parir tagħhom dwar it-tneħħija tal-impjastri.

Jekk insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu

Jekk tkun insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu tieghek, biddel l-impjastru hekk kif tiftakar: neħħi l- impjastru l-qadim u uża impjastru ġdid. Jekk tkun insejt twaħħal impjastru ġdid wara li tneħħi l-qadim, uża impjastru ġdid malli tiftakar.

Fiż-żewġt każi, fil-jum ta’ wara, għandek tuża impjastru ġdid fil-ħin tas-soltu. M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt.

Jekk tieqaf tuża Leganto

Tieqafx tieħu Leganto għal għarrieda mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek, Jekk tieqaf f’daqqa jista jkollok kondizzjoni medika li jgħidula syndrome malinna newroleptika li tists’ tkun ta’ riskju maġġur għal saħħtek. Is-sintomi jinkludu akinesja( telf tal-moviment tal-muskoli), muskoli riġidi, deni, pressjoni tad-demm mhux stabbli, takikardja (żieda fit0taħbit tal-qalb), konfużjoni, livell iżjed baxx ta’ koxxenza (eż. koma)

Id-doża tiegħek ta’ kuljum ta’ Leganto għandha titnaqqas gradwalment

b’2 mg kull jumejn – jekk tuża Leganto għall-marda ta’ Parkinson.

Jekk għandek mistoqsijiet oħra fuq l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, l-ispiżjar jew l-imfermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Jista’ jkollok dardir (tħossok ħażin) u rimettar fil-bidu tat-terapija. Dawn normalment ikunu ħfief

jew moderati u jgħaddu malajr. Għandek tkellem lit-tabib tiegħek, jekk idumu u jekk tkun inkwitat.

Problemi fil-ġilda ikkawżati mill-impjastri

Jista’ jkollok reazzjonijiet tal-ġilda bħal ħmura u ħakk. Normalment dawn ikunu ħfief jew moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda fejn tkun tpoġġiet l-impjastru. Ir-reazzjonijiet is-soltu jgħibu wara ftit sigħat wara li tneħħi l-impjastru.

Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, reazzjoni severa, jew reazzjoni tal-ġilda li tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, għandek tkellem lit-tabib tiegħek.

Jista’ jkun li jkollok dawn l-effetti mhux mixtieqa li ġejjin:

Ma tkunx tista’ tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel azzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għalik jew għall-oħrajn, li jistgħu jinkludu:

impuls qawwi biex tilgħab il-flus b’mod eċċessiv avolja hemm konsekwenzi serji personali u għall-familja tiegħek

żieda jew tibdil fl-interess u l-aġir sesswali li jkun ta’ inkwiet għalik jew għal haddieħor, per eżempju żieda fil-libido

xiri u nfiq eċċessiv u bla kontroll

iffangar (tiekol kwantita` kbira ta’ ikel fi żmien qasir) jew ikel kompulsiv (tiekol iżjed minn normal biex tissodisfa l-ġuħ)

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tgħaddi minn kwalunque minn dawn l-aġir biex jiġu diskussi mezzi kif jiġu mmaniġjati jew jitnaqqsu s-sintomi.

Jista’ jkollok dardir (tħossok ħażin) u rimettar fil-bidu tat-terapija. Dawn normalment ikunu ħfief jew moderati u jgħaddu malajr. Għandek tkellem lit-tabib tiegħek, jekk idumu u jekk tkun inkwitat.

Problemi fil-ġilda ikkawżati mill-impjastri

Jista’ jkollok reazzjonijiet tal-ġilda bħal ħmura u ħakk. Normalment dawn ikunu ħfief jew moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda fejn tkun tpoġġiet l-impjastru. Ir-reazzjonijiet is-soltu jgħibu wara ftit sigħat wara li tneħħi l-impjastru.

Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, reazzjoni severa, jew reazzjoni tal-ġilda li tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, għandek tkellem lit-tabib tiegħek.

Jista’ jkun li jkollok dawn l-effetti mhux mixtieqa li ġejjin:

Ma tkunx tista’ tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel azzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għalik jew għall-oħrajn, li jistgħu jinkludu:

impuls qawwi biex tilgħab il-flus b’mod eċċessiv avolja hemm konsekwenzi serji personali u għall-familja tiegħek

żieda jew tibdil fl-interess u l-aġir sesswali li jkun ta’ inkwiet għalik jew għal haddieħor, per eżempju żieda fil-libido

xiri u nfiq eċċessiv u bla kontroll

iffangar (tiekol kwantita` kbira ta’ ikel fi żmien qasir) jew ikel kompulsiv (tiekol iżjed minn normal biex tissodisfa l-ġuħ)

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tgħaddi minn kwalunque minn dawn l-aġir biex jiġu diskussi mezzi kif jiġu mmaniġjati jew jitnaqqsu s-sintomi.

Jista’ jkollok nefħa fil-wiċċ, ilsien u/jew xofftejn. Jekk dawn is-sintomi jiżvilluppaw, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk qed tuża Leganto għall-marda ta’ Parkinson, dawn l-effetti mhux mixtieqa jistgħu jseħħu:

Effetti sekondarji komuni ħafna: jistgħu jaffetwaw aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti

ngħas, sturdament, uġigħ ta’ ras

tħossok ħażin (dardir), rimettar

irritazzjonijiet tal-ġilda taħt il-garża, bħal ħmura u ħakk

Effetti sekondarji komuni : jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 10 pazjenti

li tara jew tisma’ affarijiet li mhumiex reali (alluċinazzjonijiet)

ma tkunx tista’ torqod, disturbi fl-irqad, diffikulta’ biex torqod, ħmar il-lejl ħolm mhux tas- soltu,

Tintilef minn sensik, movimenti involontarji marbuta mal-marda ta’ Parkinson (diskinesija), tħossok stordut meta tqum bilwieqfa jew wara li toqgħod bilqiegħda minħabba tnaqqis fil- pressjoni tad-demm

vertigo (tħoss kollox idur bik)

tħoss qalbek tħabbat ħafna (palpitazzjonijiet)

pressjoni baxxa meta tqum bil-wieqfa, pressjoni tad-demm għolja

sulluzzu

stitikezza, ħalq xott,ħruq ta’istonku,

ħmura, żieda fl-għaraq, ħakk,

nefħa fir-riġlejn u fis-saqajn

tħossok dgħajjef, tħossok għajjien

taqa’

tonqos fil-piż

l-inabbilta` sabiex tirreżiżti xenqa biex twettaq attivita` li tagħmel il-ħsara, li jinkludu logħob ta’ l-azzard eċċessiv, azzjonijiet ripetuti bla sens, iffangar, ikel kompulsiv u xiri kompulsiv

Effetti sekondarji mhux komuni

Reazzjonijiet allerġiċi: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 100 pazjent

li torqod għal għarrieda mingħajr l-ebda sinjal ta’ twissija

paranoia

diżorjentazzjoni

aġitazzjoni

ġibda ikbar għal attività sesswali, konfuzzjoni

vizzjoni mċajpra

disturbi tal-vista bħal meta tara kuluri jew dwal

rata irregolari ta’ taħbit tal-qalb

tnaqqis fil-pressjoni tad-demm

skonfort u wġigħ fl-istonku

ħakk ġeneralizzat, irritazzjoni tal-ġilda

ma jkunx jista’ jkollok jew iżżomm erezzjoni

riżultati tat-testijiet tal-funzjoni tal-fwied għolja jew anormali

żieda fil-piż

żieda fir-rata tat-taħbit tal-qalb

livelli ogħla ta’ creatinine phosphokinase (CPK) fid-demm ta’ pazjenti Ġappuniżi (CPK huwa enżim li jinstab fil-biċċa l-kbira fil-muskoli skeltrali), m’hemm ebda informazzjoni f’ popolazzjonijiet oħrajn

Effetti sekondarji rari: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 1,000 pazjent

mard psikożi

aġir aggressive/aggressjoni

spażmi involontarji tal-muskoli (aċċessjonijiet)

raxx ġeneralizzat

irritabbilta`

delużjoni

delirju

Mhux magħruf: ma jistax jiġi stmat mid-dejta disponibbli

l-użu eċċessive ta’ Leganto (xenqa għal dożi kbar ta’ mediċina dopenerġika f’aċċess ta’ dak li hemm bżonn sabiex tikkontrolla sintomi motorili, magħruf bħala sindromu ta’ disregulazzjoni dopenerġika)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Leganto

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx jew ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna.

Taħżinx ‘l fuq minn 30°C.

X’għandek tagħmel bl-impjastri użati u mhux użati

L-impjastri wżati xorta jkun għad fihom s-sustanza attiva, li jista’ jkun ta’ ħsara lil ħaddieħor. Itwi l- impjastru użat min-nofs, bin-naħa tas-sustanza li twaħħal tħares ’il ġewwa. Poġġi l-impastru fil-qartas oriġinali u mbagħad armih fejn ma jintlaħaqx mit-tfal.

Tarmix mediċini mail-ilma tad-dranaġġ jew skart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek kif tiddisponi mill-mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Leganto

Is-sustanza attiva hi rotigotine.

Kull impjastru jerħi 4 mg ta’ rotigotine kull 24 siegħa. Kull impjastru ta’ 20 cm2 fih 9.0 mg ta’ rotigotine.

Is-sustanzi l-oħra huma poly(dimethylsiloxane, trimethylsilyl silicate)-copolymerisate, povidoneK90, sodium metabisulphite (E223), ascorbyl palmitate (E304) u DL-α-tocopherol

(E307).

Saff ta’ wara: Film tal-polyester film, silikoniżżat, aluminiżżat, miksi b’kulur permezzz ta’ saff ta’ pigment (titanium dioxide (E171), pigment isfar 95, pigment aħmar 166) u stampat (pigment aħmar 144, pigment isfar 95, pigment iswed 7).

Inforra tar-rilaxx: Saff ta’ polyester miksi b’fluoropolimer trasparenti

Id-dehra ta’ Leganto u l-kontenuti tal-pakkett

Leganto hu garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda. Hi rqiqa u fiha tliet saffi. Għandha forma kwadra bi truf jagħtu fit-tond. In-naħa ta’ barra hi ta’ kulur kannella ċar u għandha l-kliem

Leganto 4 mg/24 h stampat fuqha.

Leganto hu disponibbli fid-daqsijiet tal-pakketti li ġejjin:

Kaxxi tal-kartun li fihom 7, 28, 30 jew 84 (pakkett multiplu li fih 2 pakketi ta’ 42) impjastru, li huma ssiġillati individwalment fi qratas.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

UCB Manufacturing Ireland Ltd.

Shannon, Industrial Estate,

Co. Clare, L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

UCB Pharma SA/NV

Tél/Tel: +32 / (0)2 559 92 00

България

Ю СИ БИ България ЕООД

Teл.: + 359 (0) 2 962 30 49

Česká republika

UCB s.r.o.

Tel: + 420 221 773 411

Danmark

UCB Nordic A/S

Tlf: + 45 / 32 46 24 00

Deutschland

Bayer Vital GmbH

Tel: +49 (0)214-30 513 48

Eesti

UCB Pharma Oy Finland

Tel: + 358-92 514 4221 (Soome)

Ελλάδα

UCB Α.Ε.

Τηλ: +30 / 2109974000

España

UCB Pharma S.A.

Tel: + 34 / 91 570 34 44

France

UCB Pharma S.A.

Tél: + 33 / (0)1 47 29 44 35

Hrvatska

Medis Adria d.o.o.

Tel: +385-(0)1 230 34 46

Lietuva

UCB Pharma Oy Finland

Tel: +358-92 514 4221 (Suomija)

Luxembourg/Luxemburg

UCB Pharma SA/NV

Tél/Tel: +32-(0)2 559 92 00

Magyarország

UCB Magyarország Kft.

Tel.: +36-(1) 391 0060

Malta

Pharmasud Ltd.

Tel: +356-21 37 64 36

Nederland

UCB Pharma B.V.

Tel.: +31-(0)76-573 11 40

Norge

UCB Nordic A/S

Tlf: +45-32 46 24 00

Österreich

UCB Pharma GmbH

Tel: +43-(1)291 80 00

Polska

UCB Pharma Sp. z o.o.

Tel.: +48-22 696 99 20

Portugal

BIAL-Portela & Cª, S.A.

Tel: +351-22 986 61 00

România

UCB Pharma România S.R.L.

Tel: +40-21 300 29 04

Ireland

Slovenija

UCB (Pharma) Ireland Ltd.

Medis, d.o.o.

Tel: +353-(0)1 46 37 395

Tel: +386-1 589 69 00

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

UCB s.r.o., organizačná zložka

Sími: +354-535 7000

Tel: +421-(0)2 5920 2020

Italia

Suomi/Finland

UCB Pharma S.p.A.

UCB Pharma Oy Finland

Tel: +39-02 300 791

Puh/Tel: +358-92 514 4221

 

Κύπρος

Sverige

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd

UCB Nordic A/S

Τηλ: +357-22 34 74 40

Tel: +46-(0)40 29 49 00

 

Latvija

United Kingdom

UCB Pharma Oy Finland

UCB Pharma Ltd.

Tel: +358-92 514 4221 (Somija)

Tel : +44-(0)1753 534 655

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-min qed jagħmel użu minnha

Leganto 6 mg/24 siegħa garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda

Rotigotine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sintomi bhal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Leganto u għalxiex jintuża'

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Leganto

3.Kif għandek tuża Leganto

4.Effetti sekondarji possibli

5.Kif taħżen Leganto

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’ inhu Leganto u gћalxiex jintuża

Leganto fih is-sustanza attiva rotigotine. Jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa agonisti ta’ dopamine li jistimulaw ċerti tipi ta’ ċelloli u li jintrabtu ma’ riċetturi ta’ dopamine fil-moħħ.

Leganto jintuża biex jikkura s-sinjali u s-sintomi tal-marda ta’ Parkinson f’aadulti jew waħdu jew flimkien mal-mediċina msejħa levodopa.

2. Xgħandek tkun taf qabel ma tuża Leganto

Tużax Leganto

-jekk inti allerġiku/a għal rotigotine jew sustanzi l-oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni

6 ).

-jekk ikollok bżonn li ssirlek immaġni bir-rizonanza manjetika (li hu metodu biex tara l-organi u tessuti interni tal-ġisem) jew kardjoverżjoni (trattament ta’ rittmu anormali tal-qalb).

Għandek tneħħi l-impjastru Leganto qabel dawn it-tip ta’ proċeduri. Tista’ twaħħal impjastru ġdid wara l-proċedura.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tuża Leganto.

-Din il-mediċina tista’ taffettwalek il-pressjoni tad-demm, u għalhekk din ta’ l-aħħar għandha

titkejjel regolarment, speċjalment fil-bidu tal-kura tiegħek.

-

-Jista’ jkun hemm telf ta’ koxxenza. Din tiġri speċjalment meta tibda tuża Leganto jew meta tiżdiedlek id-doża. Għid lit-tabib tiegħek jekk tintilef minn sensik jew tistordi.

-Eżamijiet tal-vista f’ intervalli regolari huma rakkomandati waqt l-użu ta’ Leganto. Madanakollu, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota xi problemi bil- vista tiegħek bejn l-eżamijiet tal-vista.

-Jekk għandek problemi serji tal-fwied, lit-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża. Għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek, jekk waqt it-trattament il-problemi tal-fwied imorru għall-agħar.

-Jekk tħossok bi ngħas ħafna jew tiskopri li torqod f’daqqa, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek (ara wkoll, aktar l-isfel f’din is-sezzjoni, taħt ‘Sewqan u tħaddim ta’ magni’).

-Għid lit-tabib tiegħek jekk int jew il-familja tiegħek/min jieħu ħsiebek jinnutaw li int qed tiżvilluppa impulsi jew xenqa biex iġġib ruħek b’modi li huma mhux tas-soltu għalik u li ma tistax tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel dawn iċ-ċerti attivitajiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għalik jew għal oħrajn. Dawn jgħidulhom disturbi tal-kontrol tal-impulsi u jistgħu jinkludu aġir bħal vizzju ta’ logħob tal-ażżard, iffangar u nfieq eċċessiv, xewqa qawwija anormali għas-sess jew preokkupazzjoni b’żieda ta’ ħsibijiet jew emozzjonijiet sesswali. It- tabib jista’ jkollu bżonn inaqqaslek jew iwaqqaflek id-doża tal-mediċina.

-Leganto jista’ jikkawża ħsibijiet u aġir anormali. Dawn il-ħsibijiet u aġir anormali jistgħu jikkonsistu f’waħda jew aktar minn varjeta` ta’ manifestazzjonijiet li jinkludu ħsibijiet anormali dwar ir-realta`, delużjonijiet, alluċinazzjonijiet ( tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni, diżorientazzjoni, aġir aggressiv, aġitazzjoni, u delirju. Jekk tinnota effetti bħal dawn, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

-Tista’ jkollok is-sintomi tas-sindromu ta’ Restless Legs qabel is-soltu, jkunu iżjed qawwijin u jinvolvu l-idejn ukoll.

-Leganto jista’ jikkawża reazzjonijiet tal-ġilda, bħal per eżempju ħmura u ħakk . Normalment, dawn ikunu ħfief għal moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda li l-impjastru jkun tpoġġa fuqha. Ir-reazzjonijiet normalment imorru wara ftit sigħat li tneħħi l-impjastru. Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, jekk reazzjoni tal-ġilda tiggrava, jew jekk ir- reazzjoni tal-ġilda tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek. Evita d-dawl tax-xemx u espożizzjoni f’xi solarium fuq żoni tal- ġilda li jkollhom kwalunkwe tip ta’ reazzjoni tal-ġilda kkawżata minn Leganto. Biex tevita li jkollok reazzjonijiet tal-ġilda, għandek tpoġġi l-impjastru f’post differenti kuljum u tuża biss l- istess zona tal-ġilda wara 14-il jum.

Tfal u addoloxxenti

-Leganto m’għandux jintuża mit-tfal għaliex ma ġewx stabbiliti s-sigurta` u l-effikaċja tiegħu fit-tfal.

Mediċini oħra u Leganto

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

M’għandekx tieħu dawn il-mediċini meta tkun qed tuża Leganto, jistgħu jnaqqsu l-effett tiegħu: anti- psikotiċi (mediċini li jintużaw biex jikkuraw ċerti mard mentali) jew metoclopramide (użat għall-kura tad-dardir u rimettar).

Jekk inti qiegħed fuq trattament ta’ Leganto u levodopa flimkien, xi effetti mhux mixtieqa jistgħu jiggravaw, bħal per eżempju tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera (alluċinazzjonijiet), movimenti involontarji li jixbħu dawk tal-marda ta’ Parkinson (dyskinesia), u nefħa fir-riġlejn u s-saqajn.

Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sigur għalik li:

-tieħu mediċina għall-pressjoni. Leganto jista` inaqqas il-pressjoni fid-demm meta tqum bilwieqfa; dan l-effett jiġi aggravat bil-mediċina li tintuża biex tniżżel il-pressjoni.

-tieħu mediċini sedattivi (pereżempju, benzodiazepine, mediċini biex tikkura mard mentali u mediċini biex tikkura d-dipressjoni) meta tkun qed tieħu Leganto.

Leganto mal-ikel, xorb u alkoħol

Minħabba li rotigotine jidħol fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm minn ġol-ġilda, l-ikel u x-xorb ma jaffettwax il-mod kif taħdem il-mediċina. Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sikur għalik li tixrob alkoħol waqt li qed tieħu Leganto.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’għandekx tuża Leganto jekk inti tqila, għax l-effetti ta’ rotigotine fuq it-tqala u fuq it-tarbija mhux imwielda mhumiex magħrufa. It-treddiegħ mhux rakkomandat jekk tkun qed tuża Leganto. Rotigotine jista’ jgħaddi ġol-ħalib ta’ sidrek u jaffettwa lit-tarbija tiegħek, u x’aktarx inaqqas ukoll l-ammont ta’ ħalib li tipproduċi.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Leganto jistgħu jġiegħlek tħossok bi ngħas ħafna, u tista’ torqod għal għarrieda ħafna. Jekk dan jaffettwak, m’għandekx issuq jew tieħu sehem f’attivitajiet fejn jekk ma tkunx attent tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lill-oħrajn f’riskju ta’ korriment serju, pereżempju, meta tuża l-magni.

F’każijiet iżolati, xi nies raqdu waqt li kienu qed isuqu, u dan ikkawża inċidenti.

Leganto fih sodium metabisulphite (E223)

Sodium metabisulphite (E223) rarament jista’ jikkawża reazzjonijiet severi ta’ ipersensittivita` u bronkospażmu.

3. Kif għandek tuża Leganto

Dejjem għandek tuża din il- mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Biex jintlaħqu d-dożi li jkun hemm bżonn, impjastri ta’ Leganto differenti huma disponibbli, kollha jerħu ammont differenti ta’ sustanza attiva kuljum: 2 mg/24 siegħa, 4 mg/24 siegħa, 6 mg/24 siegħa u 8 mg/24 siegħa. Għal dożi ogħla, impjastri multipli jridu jiġu applikati. Per eżempju, doża ta’ 10 mg tista’ tintlaħaq billi tapplika impjastru ta’ 6 mg/24 siegħa u impjastru ta’ 4 mg/24 siegħa.

Pazjenti li m’humiex jieħdu levodopa (istadju bikri tal-marda ta’ Parkinson)

Fil-bidu tal-kura ser tibda tuża impjastru wieħed ta’ Leganto 2 mg/24 siegħa kuljum. Mitt-tieni ġimgħa, id-doża ta’ kuljum ser tibda tiżdied kull ġimgħa b’inkrementi ta’ 2 mg, sakemm id-doża li tkun tajba għall-ħtiġijiet tiegħek (id-doża tal-manteniment) tintlaħaq. Għall-biċċa l-kbira tal-pazjenti, id-doża korretta hija ta’ bejn 6 mg u 8 mg kuljum (tintlaħaq fi żmien 3 sa 4 ġimgħat).

Id-doża massima hi ta’ 8 mg kuljum.

Pazjenti li jieħdu levodopa (istadju avvanzat tal-marda ta’ Parkinson)

Fil-bidu tal-kura ser tibda tuża impjastru wieħed ta’ Leganto 4 mg/24 siegħa kuljum. Mitt-tieni ġimgħa, id-doża ta’ kuljum ser tibda tiżdied kull ġimgħa b’inkrementi ta’ 2 mg, sakemm id-doża li tkun tajba għall-ħtiġijiet tiegħek (id-doża tal-manteniment) tintlaħaq. Għall-biċċa l-kbira tal-pazjenti, id-doża korretta hija ta’ bejn 8 mg u 16 mg kuljum (tintlaħaq fi żmien 3 sa 7 ġimgħat).

Id-doża massima hi ta’ 16 mg kuljum.

Jekk ikollok tieqaf tuża din il-mediċina, ara Sezzjoni 3, ‘Jekk tieqaf tuża Leganto‘.

Segwi dawn l-istruzzjonijiet meta tuża Leganto:

Leganto huwa għal użu minn ġol-ġilda, garża li titqiegħed mal-ġilda.

Għandek twaħħal impjastru Leganto fuq il-ġilda darba kuljum. Ħalli l-impjastru fuq il-ġilda għal 24 siegħa u mbagħad neħħieħ u għamel wieħed ġdid. Aċċerta ruħek li neħħejt l-impjastru l-qadim qabel ma twaħħal l-impjastru l-ġdid; poġġi l-impjastru l-ġdid f’post differenti kuljum.

Għandek tibdel l-impjastru bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin kuljum.

Taqtax l-impjastri Leganto f’biċċiet.

Fejn twaħħal l-impjastru

Poġġi n-naħa li teħel tal-impjastru fuq ġilda li tkun nadifa, xotta, f’saħħitha f’dawn iż-żoni li ġejjin:

spalla

in-naħa ta’ fuq tad-driegħ

żaqq

koxxa

ġenbejn

il-ġenb tal-ġisem (fuq ġenbejk, bejn il-kustilji u l-ġenbejn).

Biex tgħin li tevita irritazzjoni tal-ġilda:

Waħħal impjastru fuq zona differenti tal-ġilda kuljum ,per eżempju, fuq in-naħa tal-lemin ta’ ġismek f’ġurnata minnhom, imbagħad fuq in-naħa tax-xellug l-għada u fuq in-naħa ta’ fuq ta’ ġismek f’ġurnata oħra, imbagħad l-għada fuq in-naħa t’isfel ta’ ġismek.

M’għandekx twaħħal Leganto fuq l-istess zona tal-ġilda darbtejn fi żmien 14-il jum.

Twaħħalx l-impjastru fuq ġilda li tkun maqsuma jew jew fiha xi ferita jew fuq ġilda li hi

ħamra jew irritata.

Jekk xorta jkollok il-problemi fil-ġilda minħabba l-impjastru, jekk jogħġbok ara f’ Sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji li jista’ jkollu’, id-dettalji dwar x’għandek tagħmel.

Biex tipprevjeni li l-impjastru ma jibqax imwaħħal sew jew li jaqa’

Għandek tpoġġi l-impjastru fejn ma jkunx jista’ jħokk ma’ ilbies issikkat li jista’ jaqilgħuh.

Tużax kremi, żjut, lotions, terra jew xi prodotti oħra tal-ġilda fuq iz-zona ta’ ġilda fejn tkun ser twaħħal l-impjastru jew qrib impjastru li diġà jkun imwaħħal. L-impjastru jista’ jinqala’.

Jekk ikollok bżonn twaħħal l-impjastru f’zona bix-xagħar fuq il-ġilda, għandek tqaxxar iz-zona mill-inqas tliet ijiem qabel ma twaħħal l-impjastru hemmhekk.

Jekk it-truf tal-impjastru jinqalgħu, l-impjastru jista’ jitwaħħal lura b’tejp mediku li jeħel.

Jekk l-impjastru jaqa’, għandu jitwaħħal impjastru ġdid għal kumplament tal-ġurnata, u imbagħad tibdel l-impjastru fl-istess ħin tas-soltu.

NOTA

Jekk tieħu banju, xawer u l-eżerċizzju fiżiku, dan m’għandux jaffettwa l-mod li bih jaħdem Leganto. Madankollu, iċċekkja li l-impjastru ma jkunx inqala’ wara.

Għandek tevita sħana esterna (pereżempju dawl tax-xemx eċċessiv, sawnas, banjijiet b’ilma jaħraq, heating pads jew fliexken mimlija misħun (hot-water bottles) fuq iz-zona tal-impjastru.

Jekk l-impjastru jkun irritalek il-ġilda, għandek iżżomm dik ir-roqgħa ta’ ġilda protetta mix- xemx diretta, għax tista’ tikkawża tibdil fil-kulur tal-ġilda.

Kif tuża l-impjastru

Kull impjastru hu ppakkjat f’qartas separat. Għandek twaħħal Leganto fuq il-ġilda tiegħek hekk kif tkun ftaħt il-qartas u neħħejt l-inforra tar-rilaxx.

1. Biex tiftaħ il-qartas, żomm iż-żewġ naħat tal-qartas. Qaxxar il-fojl u iftaħ il- qartas.

2. Oħroġ l-impjastru mill- qartas.

3. In-naħa li teħel tal-impjastru hi miksija b’inforra tar-rilaxx trasparenti. Żomm l- impjastru f’idejk it-tnejn bl- inforra tar-rilaxx tħares lejk.

4. Ilwi l-impjastru min-nofs sabiex il-qasma f’forma ta’ S fl-inforra tinfetaħ.

5. Qaxxar naħa waħda ta’ l- inforra tar-rilaxx. Tmissx in- naħa li teħel tal-impjastru b’subgħajk.

6. Żomm in-nofs l-ieħor ta’ l- inforra tar-rilaxx riġida u poġġi l-wiċċ li jeħel tal- impjastru fuq il-ġilda. Agħfas b’mod sod in-naħa li teħel tal-impjastru fil-post.

7. Itwi lura n-nofs l-ieħor tal- impjastru u neħħi n-naħa l- oħra ta’ l-inforra tar-rilaxx.

8. Agħfas l-impjastru b’mod sod bil-keffa ta’ idejk għal madwar 20 sa 30 sekonda biex taċċerta ruħek li l- impjastru jkun qed imiss mal-ġilda u li t-truf ikunu mwaħħlin tajjeb.

Aħsel idejk bis-sapun u bl-ilma minnufih malli tkun lestejt.

Kif tneħħi impjastru użat

Qaxxar l-impjastru l-qadim bil-mod u bl-attenzjoni.

Il-ħasil bil-mod taż-żona tal-ġilda b’ilma sħun u sapuna ħafifa, għandu jneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li tibqa’ fuq il-ġilda wara li tneħħi l-impjastru. Tista’ wkoll tuża ammont żgħir ta’ żejt tat-trabi biex tneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li ma tkunx tista’ tinqala’.

Tużax alkoħol jew solventi oħrajn bħal nail polish remover għax dawn jistgħu jirritawlek il-ġilda. Għażel post ġdid tal-ġilda fejn ser tpoġġi l-impjastru ġdid, u imbagħad segwi l-istruzzjonijiet t’hawn fuq.

Jekk tieħu aktar Leganto milli suppost

Jekk tuża dożaġġi ogħla ta’ Leganto minn dawk li kitiblek t-tabib tiegħek, dan jista’ jikkawża dardir (tħossok ħażin), rimettar, pressjoni tad-demm baxxa, alluċinazzjonijiet (tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni jew ngħas estrem, movimenti involontarji u aċċessjonijiet.

Jekk tkun użajt iktar impjastri milli qallek it-tabib tiegħek, kellem lit-tabib tiegħek jew l-isptar għal parir immedjatament, u segwi l-parir tagħhom dwar it-tneħħija tal-impjastri.

Jekk insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu

Jekk tkun insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu tieghek, biddel l-impjastru hekk kif tiftakar: neħħi l- impjastru l-qadim u uża impjastru ġdid. Jekk tkun insejt twaħħal impjastru ġdid wara li tneħħi l-qadim, uża impjastru ġdid malli tiftakar.

Fiż-żewġt każi, fil-jum ta’ wara, għandek tuża impjastru ġdid fil-ħin tas-soltu. M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt.

Jekk tieqaf tuża Leganto

Tieqafx tieħu Leganto għal għarrieda mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek, Jekk tieqaf f’daqqa jista jkollok kondizzjoni medika li jgħidula syndrome malinna newroleptika li tists’ tkun ta’ riskju maġġur għal saħħtek. Is-sintomi jinkludu akinesja( telf tal-moviment tal-muskoli), muskoli riġidi, deni, pressjoni tad-demm mhux stabbli, takikardja (żieda fit0taħbit tal-qalb), konfużjoni, livell iżjed baxx ta’ koxxenza (eż. koma)

Id-doża tiegħek ta’ kuljum ta’ Leganto għandha titnaqqas gradwalment

b’2 mg kull jumejn – jekk tuża Leganto għall-marda ta’ Parkinson.

Jekk għandek mistoqsijiet oħra fuq l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier

tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Jista’ jkollok nefħa fil-wiċċ, ilsien u/jew xofftejn. Jekk dawn is-sintomi jiżvilluppaw, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk qed tuża Leganto għall-marda ta’ Parkinson, dawn l-effetti mhux mixtieqa jistgħu jseħħu:

Effetti sekondarji komuni ħafna: jistgħu jaffetwaw aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti

ngħas, sturdament, uġigħ ta’ ras

tħossok ħażin (dardir), rimettar

irritazzjonijiet tal-ġilda taħt il-garża, bħal ħmura u ħakk

Effetti sekondarji komuni: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 10 pazjenti

li tara jew tisma’ affarijiet li mhumiex reali (alluċinazzjonijiet)

ma tkunx tista’ torqod, disturbi fl-irqad, diffikulta’ biex torqod, ħmar il-lejl ħolm mhux tas- soltu

tintilef minn sensik movimenti involontarji marbuta mal-marda ta’ Parkinson (diskinesija), tħossok stordut meta tqum bilwieqfa jew wara li toqgħod bilqiegħda minħabba tnaqqis fil- pressjoni tad-demm

vertigo (tħoss kollox idur bik)

tħoss qalbek tħabbat ħafna (palpitazzjonijiet)

pressjoni baxxa meta tqum bil-wieqfa, pressjoni tad-demm għolja

sulluzzu

stitikezza, ħalq xott, ħruq ta’istonku

ħmura, żieda fl-għaraq, ħakk

nefħa fir-riġlejn u fis-saqajn

tħossok dgħajjef, tħossok għajjien

taqa’

tonqos fil-piż

l-inabbilta` sabiex tirreżiżti xenqa biex twettaq attivita` li tagħmel il-ħsara, li jinkludu logħob ta’ l-azzard eċċessiv, azzjonijiet ripetuti bla sens, iffangar, ikel kompulsiv u xiri kompulsiv

Effetti sekondarji mhux komuni: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 100 pazjent

Reazzjonijiet allerġiċi

li torqod għal għarrieda mingħajr l-ebda sinjal ta’ twissija

paranoia

diżorjentazzjoni

aġitazzjoni

xenqa ikbar għal attività sesswali,

konfużjoni

viżżjoni mċajpra

disturbi tal-vista bħal meta tara kuluri jew dwal

rata irregolari ta’ taħbit tal-qalb

tnaqqis fil-pressjoni tad-demm

skonfort u wġigħ fl-istonku

ħakk ġeneralizzat, raxx fil-ġilda, irritazzjoni tal-ġilda

ma jkunx jista’ jkollok jew iżżomm erezzjoni

riżultati tat-testijiet tal-funzjoni tal-fwied għolja jew anormali

żieda fil-piż

żieda fit-taħbit tal-qalb

livelli ogħla ta’ creatinine phosphokinase (CPK) fid-demm ta’ pazjenti Ġappuniżi (CPK huwa enżim li jinstab fil-biċċa l-kbira fil-muskoli skeltrali), m’hemm ebda informazzjoni f’ popolazzjonijiet oħrajn

Effetti sekondarji rari: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 1,000 pazjent

mard psikożi

aġir aggressive/aggressjoni

spażmi involontarji tal-muskoli (aċċessjonijiet)

raxx ġeneralizzat

irritabbilta`

delużjoni

delirju

Mhux magħruf: ma jistax jiġi stmat mid-dejta disponibbli

l-użu eċċessive ta’ Leganto (xenqa għal dożi kbar ta’ mediċina dopenerġika f’aċċess ta’ dak li hemm bżonn sabiex tikkontrolla sintomi motorili, magħruf bħala sindromu ta’ disregulazzjoni dopenerġika)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Leganto

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna.

Taħżinx ‘l fuq minn 30°C.

X’għandek tagħmel bl-impjastri użati u mhux użati

L-impjastri wżat xorta jkun għad fihom s-sustanza attiva, li jista’ jkun ta’ ħsara lil ħaddieħor. Itwi l- impjastru użat min-nofs, bin-naħa tas-sustanza li twaħħal tħares ’il ġewwa. Poġġi l-impastru fil-qartas oriġinali u mbagħad armih fejn ma jintlaħaqx mit-tfal.

Tarmix mediċini mail-ilma tad-dranaġġ jew skart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek kif tiddisponi mill-mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Leganto

Is-sustanza attiva hi rotigotine.

Kull impjastru jerħi 6 mg ta’ rotigotine kull 24 siegħa. Kull impjastru ta’ 30 cm2 fih 13.5 mg ta’ rotigotine.

Is-sustanzi l-oħra huma poly(dimethylsiloxane, trimethylsilyl silicate)-copolymerisate, povidoneK90, sodium metabisulphite (E223), ascorbyl palmitate (E304) u DL-α-tocopherol

(E307).

Saff ta’ wara: Film tal-polyester film, silikoniżżat, aluminiżżat, miksi b’kulur permezzz ta’ saff ta’ pigment (titanium dioxide (E171), pigment isfar 95, pigment aħmar 166) u stampat (pigment aħmar 144, pigment isfar 95, pigment iswed 7).

Inforra tar-rilaxx: Saff ta’ polyester miksi b’fluoropolimer trasparenti

Id-dehra ta’ Leganto u l-kontenuti tal-pakkett

Leganto hu garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda. Hi rqiqa u fiha tliet saffi. Għandha forma kwadra bi truf jagħtu fit-tond. In-naħa ta’ barra hi ta’ kulur kannella ċar u għandha l-kliem

Leganto 6 mg/24 h stampat fuqha.

Leganto hu disponibbli fid-daqsijiet tal-pakketti li ġejjin:

Kaxxi tal-kartun li fihom 7, 28, 30, jew 84 (pakkett multiplu li fih 2 pakketti ta’ 42), impjastru, li huma ssiġillati individwalment fi qratas.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

UCB Manufacturing Ireland Ltd.

Shannon, Industrial Estate,

Co. Clare, L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

UCB Pharma SA/NV

Tél/Tel: +32 / (0)2 559 92 00

България

Ю СИ БИ България ЕООД

Teл.: + 359 (0) 2 962 30 49

Česká republika

UCB s.r.o.

Tel: + 420 221 773 411

Danmark

UCB Nordic A/S

Tlf: + 45 / 32 46 24 00

Deutschland

Bayer Vital GmbH

Tel: +49 (0)214-30 513 48

Eesti

UCB Pharma Oy Finland

Tel: + 358-92 514 4221 (Soome)

Ελλάδα

UCB Α.Ε.

Τηλ: +30 / 2109974000

Lietuva

UCB Pharma Oy Finland

Tel: +358-92 514 4221(Suomija)

Luxembourg/Luxemburg

UCB Pharma SA/NV

Tél/Tel: +32-(0)2 559 92 00

Magyarország

UCB Magyarország Kft.

Tel.: +36-(1) 391 0060

Malta

Pharmasud Ltd.

Tel: +356-21 37 64 36

Nederland

UCB Pharma B.V.

Tel.: +31-(0)76-573 11 40

Norge

UCB Nordic A/S

Tlf: +45-32 46 24 00

Österreich

UCB Pharma GmbH

Tel: +43-(1)291 80 00

España

UCB Pharma S.A.

Tel: + 34 / 91 570 34 44

France

UCB Pharma S.A.

Tél: + 33 / (0)1 47 29 44 35

Hrvatska

Medis Adria d.o.o.

Tel: +385-(0)1 230 34 46

Ireland

UCB (Pharma) Ireland Ltd.

Tel: +353-(0)1 46 37 395

Ísland

Vistor hf.

Sími: +354-535 7000

Polska

UCB Pharma Sp. z o.o.

Tel.: +48-22 696 99 20

Portugal

BIAL-Portela & Cª, S.A.

Tel: +351-22 986 61 00

România

UCB Pharma România S.R.L.

Tel: +40-21 300 29 04

Slovenija

Medis, d.o.o.

Tel: +386-1 589 69 00

Slovenská republika

UCB s.r.o., organizačná zložka

Tel: +421-(0)2 5920 2020

Italia

Suomi/Finland

UCB Pharma S.p.A.

UCB Pharma Oy Finland

Tel: +39-02 300 791

Puh/Tel: +358-92 514 4221

 

Κύπρος

Sverige

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd

UCB Nordic A/S

Τηλ: +357-22 34 74 40

Tel: +46-(0)40 29 49 00

 

Latvija

United Kingdom

UCB Pharma Oy Finland

UCB Pharma Ltd.

Tel: +358-92 514 4221 (Somija)

Tel : +44-(0)1753 534 655

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

 

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

 

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-min qed jagħmel użu minnhaULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNHA

Leganto 8 mg/24 siegħa garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda

Rotigotine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sintomi bhal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Leganto u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Leganto

3.Kif għandek tuża Leganto

4.Effetti sekondarji possibli

5.Kif taħżen Leganto

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’ inhu Leganto u gћalxiex jintuża

Leganto fih is-sustanza attiva rotigotine. Jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa agonisti ta’ dopamine li jistimulaw ċerti tipi ta’ ċelloli u li jintrabtu ma’ riċetturi ta’ dopamine fil-moħħ.

Leganto jintuża biex jikkura s-sinjali u s-sintomi tal-marda ta’ Parkinson fl’adulti jew waħdu jew flimkien mal-mediċina msejħa levodopa.

2. Xgħandek tkun taf qabel ma tuża Leganto

Tużax Leganto

-jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal rotigotine jew sustanzi l-oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’ sezzjoni 6 ).

-jekk ikollok bżonn li ssirlek immaġni bir-rizonanza manjetika (li hu metodu biex tara l-organi u tessuti interni tal-ġisem) jew kardjoverżjoni (trattament ta’ rittmu anormali tal-qalb).

Għandek tneħħi l-impjastru Leganto qabel dawn it-tip ta’ proċeduri. Tista’ twaħħal impjastru ġdid wara l-proċedura.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tuża Leganto.

-Din il-mediċina tista’ taffettwalek il-pressjoni tad-demm, u għalhekk din ta’ l-aħħar għandha

titkejjel regolarment, speċjalment fil-bidu tal-kura tiegħek.

-

Jista’ jkun hemm telf ta’ koxxenza. Din tiġri speċjalment meta tibda tuża Leganto jew meta tiżdiedlek id-doża. Għid lit-tabib tiegħek jekk tintilef minn sensik jew tistordi.

-Eżamijiet tal-vista f’ intervalli regolari huma rakkomandati waqt l-użu ta’ Leganto. Madanakollu, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota xi problemi bil- vista tiegħek bejn l-eżamijiet tal-vista.

-Jekk għandek problemi serji tal-fwied, lit-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża. Għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek, jekk waqt it-trattament il-problemi tal-fwied imorru għall-agħar.

-Jekk tħossok bi ngħas ħafna jew tiskopri li torqod f’daqqa, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek (ara wkoll, aktar l-isfel f’din is-sezzjoni, taħt ‘Sewqan u tħaddim ta’ magni’).

-Għid lit-tabib tiegħek jekk int jew il-familja tiegħek/min jieħu ħsiebek jinnutaw li int qed tiżvilluppa impulsi jew xenqa biex iġġib ruħek b’modi li huma mhux tas-soltu għalik u li ma tistax tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel dawn iċ-ċerti attivitajiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għalik jew għal oħrajn. Dawn jgħidulhom disturbi tal-kontrol tal-impulsi u jistgħu jinkludu aġir bħal vizzju ta’ logħob tal-ażżard, iffangar u nfieq eċċessiv, xewqa qawwija anormali għas-sess jew preokkupazzjoni b’żieda ta’ ħsibijiet jew emozzjonijiet sesswali. It- tabib jista’ jkollu bżonn inaqqaslek jew iwaqqaflek id-doża tal-mediċina.

-Leganto jista’ jikkawża ħsibijiet u aġir anormali. Dawn il-ħsibijiet u aġir anormali jistgħu jikkonsistu f’waħda jew aktar minn varjeta` ta’ manifestazzjonijiet li jinkludu ħsibijiet anormali dwar ir-realta`, delużjonijiet, alluċinazzjonijiet ( tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni, diżorientazzjoni, aġir aggressiv, aġitazzjoni, u delirju.

-Leganto jista’ jikkawża reazzjonijiet tal-ġilda, bħal per eżempju ħmura u ħakk . Normalment, dawn ikunu ħfief għal moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda li l-impjastru jkun tpoġġa fuqha. Ir-reazzjonijiet normalment imorru wara ftit sigħat li tneħħi l-impjastru. Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, jekk reazzjoni tal-ġilda tiggrava, jew jekk ir- reazzjoni tal-ġilda tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek. Evita d-dawl tax-xemx u espożizzjoni f’xi solarium fuq żoni tal- ġilda li jkollhom kwalunkwe tip ta’ reazzjoni tal-ġilda kkawżata minn Leganto. Biex tevita li jkollok reazzjonijiet tal-ġilda, għandek tpoġġi l-impjastru f’post differenti kuljum u tuża biss l- istess zona tal-ġilda wara 14-il jum.

-Tfal u addoloxxenti

Leganto m’għandux jintuża mit-tfal għaliex ma ġewx stabbiliti s-sigurta` u l-effikaċja tiegħu fit-tfal.

Mediċini oħra u Leganto

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

M’għandekx tieħu dawn il-mediċini meta tkun qed tuża Leganto, jistgħu jnaqqsu l-effett tiegħu: anti- psikotiċi (mediċini li jintużaw biex jikkuraw ċerti mard mentali) jew metoclopramide (użat għall-kura tad-dardir u rimettar).

Jekk inti qiegħed fuq trattament ta’ Leganto u levodopa flimkien, xi effetti mhux mixtieqa jistgħu jiggravaw, bħal per eżempju tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera (alluċinazzjonijiet), movimenti involontarji li jixbħu dawk tal-marda ta’ Parkinson (dyskinesia), u nefħa fir-riġlejn u s-saqajn.

Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sigur għalik li:

-tieħu mediċina għall-pressjoni. Leganto jista` inaqqas il-pressjoni fid-demm meta tqum bilwieqfa; dan l-effett jiġi aggravat bil-mediċina li tintuża biex tniżżel il-pressjoni.

-tieħu mediċini sedattivi (pereżempju, benzodiazepine, mediċini biex tikkura mard mentali u mediċini biex tikkura d-dipressjoni) meta tkun qed tieħu Leganto.

Leganto mal-ikel, xorb u alkoħol

Minħabba li rotigotine jidħol fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm minn ġol-ġilda, l-ikel u x-xorb ma jaffettwax il-mod kif taħdem il-mediċina. Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sikur għalik li tixrob alkoħol waqt li qed tieħu Leganto.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’għandekx tuża Leganto jekk inti tqila, għax l-effetti ta’ rotigotine fuq it-tqala u fuq it-tarbija mhux imwielda mhumiex magħrufa. It-treddiegħ mhux rakkomandat jekk tkun qed tuża Leganto. Rotigotine jista’ jgħaddi ġol-ħalib ta’ sidrek u jaffettwa lit-tarbija tiegħek, u x’aktarx inaqqas ukoll l-ammont ta’ ħalib li tipproduċi.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Leganto jistgħu jġiegħlek tħossok bi ngħas ħafna, u tista’ torqod għal għarrieda ħafna. Jekk dan jaffettwak, m’għandekx issuq jew tieħu sehem f’attivitajiet fejn jekk ma tkunx attent tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lill-oħrajn f’riskju ta’ korriment serju, pereżempju, meta tuża l-magni.

F’każijiet iżolati, xi nies raqdu waqt li kienu qed isuqu, u dan ikkawża inċidenti.

Leganto fih sodium metabisulphite (E223)

Sodium metabisulphite (E223) jista’ jikkawża reazzjonijiet severi ta’ ipersensittivita` u bronkospażmu.

3. Kif għandek tuża Leganto

Dejjem għandek tuża Leganto skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Leganto darba kuljum. Biex jintlaħqu d-dożi li jkun hemm bżonn, impjastri ta’ Leganto differenti huma disponibbli, kollha jerħu ammont differenti ta’ sustanza attiva kuljum: 2 mg/24 siegħa,

4 mg/24 siegħa, 6 mg/24 siegħa u 8 mg/24 siegħa. Għal dożi ogħla, impjastri multipli jridu jiġu applikati. Per eżempju, doża ta’ 10 mg tista’ tintlaħaq billi tapplika impjastru ta’ 6 mg/24 siegħa u impjastru ta’ 4 mg/24 siegħa.

Pazjenti li m’humiex jieħdu levodopa (istadju bikri tal-marda ta’ Parkinson)

Fil-bidu tal-kura ser tibda tuża impjastru ta’ Leganto 2 mg/24 siegħa kuljum. Mitt-tieni ġimgħa, id-

doża ta’ kuljum ser tibda tiżdied kull ġimgħa b’inkrementi ta’ 2 mg, sakemm id-doża li tkun tajba għall-ħtiġijiet tiegħek (id-doża tal-manteniment) tintlaħaq. Għall-biċċa l-kbira tal-pazjenti, id-doża korretta hija ta’ bejn 6 mg u 8 mg kuljum (tintlaħaq fi żmien 3 sa 4 ġimgħat).

Id-doża massima hi ta’ 8 mg kuljum.

Pazjenti li jieħdu levodopa (istadju avvanzat tal-marda ta’ Parkinson)

Fil-bidu tal-kura ser tibda tuża impjastru wieħed ta’ Leganto 4 mg/24 siegħa kuljum. Mitt-tieni ġimgħa, id-doża ta’ kuljum ser tibda tiżdied kull ġimgħa b’inkrementi ta’ 2 mg, sakemm id-doża li tkun tajba għall-ħtiġijiet tiegħek (id-doża tal-manteniment) tintlaħaq. Għall-biċċa l-kbira tal-pazjenti, id-doża korretta hija ta’ bejn 8 mg u 16 mg kuljum (tintlaħaq fi żmien 3 sa 7 ġimgħat).

Id-doża massima hi ta’ 16 mg kuljum.

Jekk ikollok tieqaf tuża din il-mediċina, ara Sezzjoni 3, ‘Jekk tieqaf tuża Leganto‘.

Segwi dawn l-istruzzjonijiet meta tuża Leganto:

Leganto huwa għal użu minn ġol-ġilda, garża li titqiegħed mal-ġilda.

Għandek twaħħal impjastru Leganto fuq il-ġilda darba kuljum. Ħalli l-impjastru fuq il-ġilda għal 24 siegħa u mbagħad neħħieħ u għamel wieħed ġdid. Aċċerta ruħek li neħħejt l-impjastru l-qadim qabel ma twaħħal l-impjastru l-ġdid; poġġi l-impjastru l-ġdid f’post differenti kuljum.

Għandek tibdel l-impjastru bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin kuljum.

Taqtax l-impjastri Leganto f’biċċiet.

Fejn twaħħal l-impjastru

Poġġi n-naħa li teħel tal-impjastru fuq ġilda li tkun nadifa, xotta, f’saħħitha f’dawn iż-żoni li ġejjin:

spalla

in-naħa ta’ fuq tad-driegħ

żaqq

koxxa

ġenbejn

il-ġenb tal-ġisem (fuq ġenbejk, bejn il-kustilji u l-ġenbejn).

Biex tgħin li tevita irritazzjoni tal-ġilda:

Waħħal impjastru fuq zona differenti tal-ġilda kuljum ,per eżempju, fuq in-naħa tal-lemin ta’ ġismek f’ġurnata minnhom, imbagħad fuq in-naħa tax-xellug l-għada u fuq in-naħa ta’ fuq ta’ ġismek f’ġurnata oħra, imbagħad l-għada fuq in-naħa t’isfel ta’ ġismek.

M’għandekx twaħħal Leganto fuq l-istess zona tal-ġilda darbtejn fi żmien 14-il jum.

Twaħħalx l-impjastru fuq ġilda li tkun maqsuma jew jew fiha xi ferita jew fuq ġilda li hi

ħamra jew irritata.

Jekk xorta jkollok il-problemi fil-ġilda minħabba l-impjastru, jekk jogħġbok ara f’ Sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji li jista’ jkollu’, id-dettalji dwar x’għandek tagħmel.

Biex tipprevjeni li l-impjastru ma jibqax imwaħħal sew jew li jaqa’

Għandek tpoġġi l-impjastru fejn ma jkunx jista’ jħokk ma’ ilbies issikkat li jista’ jaqilgħuh.

Tużax kremi, żjut, lotions, terra jew xi prodotti oħra tal-ġilda fuq iz-zona ta’ ġilda fejn tkun ser twaħħal l-impjastru jew qrib impjastru li diġà jkun imwaħħal. L-impjastru jista’ jinqala’.

Jekk ikollok bżonn twaħħal l-impjastru f’zona bix-xagħar fuq il-ġilda, għandek tqaxxar iz-zona mill-inqas tliet ijiem qabel ma twaħħal l-impjastru hemmhekk.

Jekk it-truf tal-impjastru jinqalgħu, l-impjastru jista’ jitwaħħal lura b’tejp mediku li jeħel.

Jekk l-impjastru jaqa’, għandu jitwaħħal impjastru ġdid għal kumplament tal-ġurnata, u imbagħad tibdel l-impjastru fl-istess ħin tas-soltu.

NOTA

Jekk tieħu banju, xawer u l-eżerċizzju fiżiku, dan m’għandux jaffettwa l-mod li bih jaħdem Leganto. Madankollu, iċċekkja li l-impjastru ma jkunx inqala’ wara.

Għandek tevita sħana esterna (pereżempju dawl tax-xemx eċċessiv, sawnas, banjijiet b’ilma jaħraq, heating pads jew fliexken mimlija misħun (hot-water bottles) fuq iz-zona tal-impjastru.

Jekk l-impjastru jkun irritalek il-ġilda, għandek iżżomm dik ir-roqgħa ta’ ġilda protetta mix- xemx diretta, għax tista’ tikkawża tibdil fil-kulur tal-ġilda.

Kif tuża l-impjastru

Kull impjastru hu ppakkjat f’qartas separat. Għandek twaħħal Leganto fuq il-ġilda tiegħek hekk kif tkun ftaħt il-qartas u neħħejt l-inforra tar-rilaxx.

1. Biex tiftaħ il-qartas, żomm iż-żewġ naħat tal-qartas. Qaxxar il-fojl u iftaħ il- qartas.

2. Oħroġ l-impjastru mill- qartas.

3. In-naħa li teħel tal-impjastru hi miksija b’inforra tar-rilaxx trasparenti. Żomm l- impjastru f’idejk it-tnejn bl- inforra tar-rilaxx tħares lejk.

4. Ilwi l-impjastru min-nofs sabiex il-qasma f’forma ta’ S fl-inforra tinfetaħ.

5. Qaxxar naħa waħda ta’ l- inforra tar-rilaxx. Tmissx in- naħa li teħel tal-impjastru b’subgħajk.

6. Żomm in-nofs l-ieħor ta’ l- inforra tar-rilaxx riġida u poġġi l-wiċċ li jeħel tal- impjastru fuq il-ġilda. Agħfas b’mod sod in-naħa li teħel tal-impjastru fil-post.

7. Itwi lura n-nofs l-ieħor tal- impjastru u neħħi n-naħa l- oħra ta’ l-inforra tar-rilaxx.

8. Agħfas l-impjastru b’mod sod bil-keffa ta’ idejk għal madwar 20 sa 30 sekonda biex taċċerta ruħek li l- impjastru jkun qed imiss mal-ġilda u li t-truf ikunu mwaħħlin tajjeb.

Aħsel idejk bis-sapun u bl-ilma minnufih malli tkun lestejt.

Kif tneħħi impjastru użat

Qaxxar l-impjastru l-qadim bil-mod u bl-attenzjoni.

Il-ħasil bil-mod taż-żona tal-ġilda b’ilma sħun u sapuna ħafifa, għandu jneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li tibqa’ fuq il-ġilda wara li tneħħi l-impjastru. Tista’ wkoll tuża ammont żgħir ta’ żejt tat-trabi biex tneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li ma tkunx tista’ tinqala’.

Tużax alkoħol jew solventi oħrajn bħal nail polish remover għax dawn jistgħu jirritawlek il-ġilda. Għażel post ġdid tal-ġilda fejn ser tpoġġi l-impjastru ġdid, u imbagħad segwi l-istruzzjonijiet t’hawn fuq.

Jekk tieħu aktar Leganto milli suppost

Jekk tuża dożaġġi ogħla ta’ Leganto minn dawk li kitiblek t-tabib tiegħek, dan jista’ jikkawża dardir (tħossok ħażin), rimettar, pressjoni tad-demm baxxa, alluċinazzjonijiet (tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni jew ngħas estrem, movimenti involontarji u aċċessjonijiet.

Jekk tkun użajt iktar impjastri milli qallek it-tabib tiegħek, kellem lit-tabib tiegħek jew l-isptar għal parir immedjatament, u segwi l-parir tagħhom dwar it-tneħħija tal-impjastri.

Jekk insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu

Jekk tkun insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu tieghek, biddel l-impjastru hekk kif tiftakar: neħħi l- impjastru l-qadim u uża impjastru ġdid. Jekk tkun insejt twaħħal impjastru ġdid wara li tneħħi l-qadim, uża impjastru ġdid malli tiftakar.

Fiż-żewġt każi, fil-jum ta’ wara, għandek tuża impjastru ġdid fil-ħin tas-soltu. M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt.

Jekk tieqaf tuża Leganto

Tieqafx tieħu Leganto għal għarrieda mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek. Jekk tieqaf f’daqqa jista jkollok kondizzjoni medika li jgħidula syndrome malinna newroleptika li tists’ tkun ta’ riskju maġġur għal saħħtek. Is-sintomi jinkludu akinesja( telf tal-moviment tal-muskoli), muskoli riġidi, deni, pressjoni tad-demm mhux stabbli, takikardja (żieda fit0taħbit tal-qalb), konfużjoni, livell iżjed baxx ta’ koxxenza (eż. koma)

Id-doża tiegħek ta’ kuljum ta’ Leganto għandha titnaqqas gradwalment

b’2 mg kull jumejn – jekk tuża Leganto għall-marda ta’ Parkinson.

Jekk għandek mistoqsijiet oħra fuq l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Jista’ jkollok dardir (tħossok ħażin) u rimettar fil-bidu tat-terapija. Dawn normalment ikunu ħfief jew moderati u jgħaddu malajr. Għandek tkellem lit-tabib tiegħek, jekk idumu u jekk tkun inkwitat.

Problemi fil-ġilda ikkawżati mill-impjastri

Jista’ jkollok reazzjonijiet tal-ġilda bħal ħmura u ħakk. Normalment dawn ikunu ħfief jew moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda fejn tkun tpoġġiet l-impjastru. Ir-reazzjonijiet is-soltu jgħibu wara ftit sigħat wara li tneħħi l-impjastru.

Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, reazzjoni severa, jew reazzjoni tal-ġilda li tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, għandek tkellem lit-tabib tiegħek.

Jista’ jkun li jkollok dawn l-effetti mhux mixtieqa li ġejjin:

Ma tkunx tista’ tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel azzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għalik jew għall-oħrajn, li jistgħu jinkludu:

impuls qawwi biex tilgħab il-flus b’mod eċċessiv avolja hemm konsekwenzi serji personali u għall-familja tiegħek

żieda jew tibdil fl-interess u l-aġir sesswali li jkun ta’ inkwiet għalik jew għal haddieħor, per eżempju żieda fil-libido

xiri u nfiq eċċessiv u bla kontroll

iffangar (tiekol kwantita` kbira ta’ ikel fi żmien qasir) jew ikel kompulsiv (tiekol iżjed minn normal biex tissodisfa l-ġuħ)

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tgħaddi minn kwalunque minn dawn l-aġir biex jiġu diskussi mezzi kif jiġu mmaniġjati jew jitnaqqsu s-sintomi.

Jista’ jkollok nefħa fil-wiċċ, ilsien u/jew xofftejn. Jekk dawn is-sintomi jiżvilluppaw, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk qed tuża Leganto għall-marda ta’ Parkinson, dawn l-effetti mhux mixtieqa jistgħu jseħħu:

Effetti sekondarji komuni ħafna: jistgħu jaffetwaw aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti

ngħas, sturdament, uġigħ ta’ ras

tħossok ħażin (dardir), rimettar

irritazzjonijiet tal-ġilda taħt il-garża, bħal ħmura u ħakk

Effetti sekondarji komuni: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 10 pazjenti

li tara jew tisma’ affarijiet li mhumiex reali (alluċinazzjonijiet)

ma tkunx tista’ torqod, disturbi fl-irqad, diffikulta’ biex torqod, ħmar il-lejl ħolm mhux tas- soltu

tintilef minn sensik, movimenti involontarji marbuta mal-marda ta’ Parkinson (diskinesija), tħossok stordut meta tqum bilwieqfa jew wara li toqgħod bilqiegħda minħabba tnaqqis fil- pressjoni tad-demm

vertigo (tħoss kollox idur bik)

tħoss qalbek tħabbat ħafna (palpitazzjonijiet)

pressjoni baxxa meta tqum bil-wieqfa, pressjoni tad-demm għolja

sulluzzu

stitikezza, ħalq xott, ħruq ta’istonku

ħmura, żieda fl-għaraq, ħakk

nefħa fir-riġlejn u fis-saqajn

tħossok dgħajjef, tħossok għajjien

taqa’

tonqos fil-piż

l-inabbilta` sabiex tirreżiżti xenqa biex twettaq attivita` li tagħmel il-ħsara, li jinkludu logħob ta’ l-azzard eċċessiv, azzjonijiet ripetuti bla sens, iffangar, ikel kompulsiv u xiri kompulsiv

Effetti sekondarji mhux komuni: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 100 pazjent

reazzjonijiet allerġiċi

li torqod għal għarrieda mingħajr l-ebda sinjal ta’ twissija

paranoia

diżorjentazzjoni

aġitazzjoni

ġibda ikbar għal attività sesswali,

konfużjoni

viżżjoni mċajpra,

disturbi tal-vista bħal meta tara kuluri jew dwal

rata irregolari ta’ taħbit tal-qalb

tnaqqis fil-pressjoni tad-demm

skonfort u wġigħ fl-istonku

ħakk ġeneralizzat, raxx fil-ġilda, irritazzjoni tal-ġilda

ma jkunx jista’ jkollok jew iżżomm erezzjoni

riżultati tat-testijiet tal-funzjoni tal-fwied għolja jew anormali

żieda fil-piż

żieda fir-rata tat-taħbit tal-qalb

livelli ogħla ta’ creatinine phosphokinase (CPK) fid-demm ta’ pazjenti Ġappuniżi (CPK huwa enżim li jinstab fil-biċċa l-kbira fil-muskoli skeltrali), m’hemm ebda informazzjoni f’ popolazzjonijiet oħrajn

Effetti sekondarji rari: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 1,000 pazjent

mard psikożi

aġir aggressive/aggressjoni

spażmi involontarji tal-muskoli (aċċessjonijiet)

raxx ġeneralizzat

irritabbilta`

delużjoni

delirju

Mhux magħruf: ma jistax jiġi stmat mid-dejta disponibbli

l-użu eċċessive ta’ Leganto (xenqa għal dożi kbar ta’ mediċina dopenerġika f’aċċess ta’ dak li hemm bżonn sabiex tikkontrolla sintomi motorili, magħruf bħala sindromu ta’ disregulazzjoni dopenerġika)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Leganto

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna.

Taħżinx ‘l fuq minn 30°C.

X’għandek tagħmel bl-impjastri użati u mhux użati

L-impjastri wżat xorta jkun għad fihom s-sustanza attiva, li jista’ jkun ta’ ħsara lil ħaddieħor. Itwi l- impjastru użat min-nofs, bin-naħa tas-sustanza li twaħħal tħares ’il ġewwa. Poġġi l-impastru fil-qartas oriġinali u mbagħad armih fejn ma jintlaħaqx mit-tfal.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew skart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek kif tiddisponi

mill-mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Leganto

Is-sustanza attiva hi rotigotine.

Kull impjastru jerħi 8 mg ta’ rotigotine kull 24 siegħa. Kull impjastru ta’ 40 cm2 fih 18.0 mg ta’ rotigotine.

Is-sustanzi l-oħra huma poly(dimethylsiloxane, trimethylsilyl silicate)-copolymerisate, povidoneK90, sodium metabisulphite (E223), ascorbyl palmitate (E304) u DL-α-tocopherol

(E307).

Saff ta’ wara: Film tal-polyester film, silikoniżżat, aluminiżżat, miksi b’kulur permezzz ta’ saff ta’ pigment (titanium dioxide (E171), pigment isfar 95, pigment aħmar 166) u stampat (pigment aħmar 144, pigment isfar 95, pigment iswed 7).

Inforra tar-rilaxx: Saff ta’ polyester miksi b’fluoropolimer trasparenti

Id-dehra ta’ Leganto u l-kontenuti tal-pakkett

Leganto hu garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda. Hi rqiqa u fiha tliet saffi. Għandha forma kwadra bi truf jagħtu fit-tond. In-naħa ta’ barra hi ta’ kulur kannella ċar u għandha l-kliem

Leganto 8 mg/24 h stampat fuqha.

Leganto hu disponibbli fid-daqsijiet tal-pakketti li ġejjin:

Kaxxi tal-kartun li fihom 7, 28, 30, jew 84 (pakkett multiplu li fih 2 pakketti ta’ 42) impjastru, li huma ssiġillati individwalment fi qratas.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

UCB Manufacturing Ireland Ltd.

Shannon, Industrial Estate,

Co. Clare, L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

UCB Pharma SA/NV

UCB Pharma Oy Finland

Tél/Tel: +32 / (0)2 559 92 00

 

Tel: +358-92 514 4221(Suomija)

България

Luxembourg/Luxemburg

Ю СИ БИ България ЕООД

UCB Pharma SA/NV

Teл.: + 359 (0) 2 962 30 49

 

Tél/Tel: +32-(0)2 559 92 00

Česká republika

UCB s.r.o.

Tel: + 420 221 773 411

Danmark

UCB Nordic A/S

Tlf: + 45 / 32 46 24 00

Deutschland

Bayer Vital GmbH

Tel: +49 (0)214-30 513 48

Eesti

UCB Pharma Oy Finland

Tel: + 358 92 514 4221 (Soome)

Ελλάδα

UCB Α.Ε.

Τηλ: +30 / 2109974000

España

UCB Pharma S.A.

Tel: + 34 / 91 570 34 44

France

UCB Pharma S.A.

Tél: + 33 / (0)1 47 29 44 35

Hrvatska

Medis Adria d.o.o.

Tel: +385-(0)1 230 34 46

Ireland

UCB (Pharma) Ireland Ltd.

Tel: +353-(0)1 46 37 395

Ísland

Vistor hf.

Sími: +354-535 7000

Italia

UCB Pharma S.p.A.

Tel: +39-02 300 791

Magyarország

UCB Magyarország Kft.

Tel.: +36-(1) 391 0060

Malta

Pharmasud Ltd.

Tel: +356-21 37 64 36

Nederland

UCB Pharma B.V.

Tel.: +31-(0)76-573 11 40

Norge

UCB Nordic A/S

Tlf: +45-32 46 24 00

Österreich

UCB Pharma GmbH

Tel: +43-(1)291 80 00

Polska

UCB Pharma Sp. z o.o.

Tel.: +48-22 696 99 20

Portugal

BIAL-Portela & Cª, S.A. Tel: +351-22 986 61

România

UCB Pharma România S.R.L.

Tel: +40-21 300 29 04

Slovenija

Medis, d.o.o.

Tel: +386-1 589 69 00

Slovenská republika

UCB s.r.o., organizačná zložka

Tel: +421-(0)2 5920 2020

Suomi/Finland

UCB Pharma Oy Finland

Puh/Tel: +358-92 514 4221

Κύπρος

Sverige

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd

UCB Nordic A/S

Τηλ: +357-22 34 74 40

Tel: +46-(0)40 29 49 00

 

Latvija

United Kingdom

UCB Pharma Oy Finland

UCB Pharma Ltd.

Tel: +358-92 514 4221 (Somija)

Tel : +44-(0)1753 534 655

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

 

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

 

F uljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-min qed jagħmel użu minnha

Leganto 2 mg/24 siegħa Leganto 4 mg/24 siegħa Leganto 6 mg/24 siegħa Leganto 8 mg/24 siegħa

garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda

Rotigotine

-Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sintomi bhal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Leganto u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Leganto

3.Kif għandek tuża Leganto

4.Effetti sekondarji possibli

5.Kif taħżen Leganto

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Leganto u gћalxiex jintuża

Leganto fih is-sustanza attiva rotigotine. Jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa agonisti ta’ dopamine li jistimulaw ċerti tipi ta’ ċelloli u li jintrabtu ma’ riċetturi ta’ dopamine fil-moħħ.

Leganto jintuża biex jikkura s-sinjali u s-sintomi tal-marda ta’ Parkinson fl’adulti jew waħdu jew flimkien mal-mediċina msejħa levodopa.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Leganto

Tużax Leganto

-jekk inti allerġiku/a għal rotigotine jew sustanzi l-oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni

6).

-jekk ikollok bżonn li ssirlek immaġni bir-rizonanza manjetika (li hu metodu biex tara l-organi u tessuti interni tal-ġisem) jew kardjoverżjoni (trattament ta’ rittmu anormali tal-qalb).

Għandek tneħħi l-impjastru Leganto qabel dawn it-tip ta’ proċeduri. Tista’ twaħħal impjastru ġdid wara l-proċedura.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tuża Leganto.

-Din il-mediċina tista’ taffettwalek il-pressjoni tad-demm, u għalhekk din ta’ l-aħħar għandha

titkejjel regolarment, speċjalment fil-bidu tal-kura tiegħek.

-

-Jista’ jkun hemm telf ta’ koxxenza. Din tiġri speċjalment meta tibda tuża Leganto jew meta tiżdiedlek id-doża. Għid lit-tabib tiegħek jekk tintilef minn sensik jew tistordi.

-Eżamijiet tal-vista f’ intervalli regolari huma rakkomandati waqt l-użu ta’ Leganto. Madanakollu, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota xi problemi bil- vista tiegħek bejn l-eżamijiet tal-vista.

-Jekk għandek problemi serji tal-fwied, lit-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża. Għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek, jekk waqt it-trattament il-problemi tal-fwied imorru għall-agħar.

-Jekk tħossok bi ngħas ħafna jew tiskopri li torqod f’daqqa, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek (ara wkoll, aktar l-isfel f’din is-sezzjoni, taħt ‘Sewqan u tħaddim ta’ magni’).

-Għid lit-tabib tiegħek jekk int jew il-familja tiegħek/min jieħu ħsiebek jinnutaw li int qed tiżvilluppa impulsi jew xenqa biex iġġib ruħek b’modi li huma mhux tas-soltu għalik u li ma tistax tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel dawn iċ-ċerti attivitajiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għalik jew għal oħrajn. Dawn jgħidulhom disturbi tal-kontrol tal-impulsi u jistgħu jinkludu aġir bħal vizzju ta’ logħob tal-ażżard, iffangar u nfieq eċċessiv, xewqa qawwija anormali għas-sess jew preokkupazzjoni b’żieda ta’ ħsibijiet jew emozzjonijiet sesswali. It- tabib jista’ jkollu bżonn inaqqaslek jew iwaqqaflek id-doża tal-mediċina.

-Leganto jista’ jikkawża ħsibijiet u aġir anormali. Dawn il-ħsibijiet u aġir anormali jistgħu jikkonsistu f’waħda jew aktar minn varjeta` ta’ manifestazzjonijiet li jinkludu ħsibijiet anormali dwar ir-realta`, delużjonijiet, alluċinazzjonijiet ( tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni, diżorjentazzjoni, aġir aggressiv, aġitazzjoni u delirju. Jekk tinnota effetti bħal dawn, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

-Tista’ jkollok is-sintomi tas-sindromu ta’ Restless Legs qabel is-soltu, jkunu iżjed qawwijin u jinvolvu l-idejn ukoll.

-Leganto jista’ jikkawża reazzjonijiet tal-ġilda, bħal per eżempju ħmura u ħakk . Normalment, dawn ikunu ħfief għal moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda li l-impjastru jkun tpoġġa fuqha. Ir-reazzjonijiet normalment imorru wara ftit sigħat li tneħħi l-impjastru. Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, jekk reazzjoni tal-ġilda tiggrava, jew jekk ir- reazzjoni tal-ġilda tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek. Evita d-dawl tax-xemx u espożizzjoni f’xi solarium fuq żoni tal- ġilda li jkollhom kwalunkwe tip ta’ reazzjoni tal-ġilda kkawżata minn Leganto. Biex tevita li jkollok reazzjonijiet tal-ġilda, għandek tpoġġi l-impjastru f’post differenti kuljum u tuża biss l- istess zona tal-ġilda wara 14-il jum.

Tfal u addoloxxenti

Leganto m’għandux jintuża mit-tfal għaliex ma ġewx stabbiliti s-sigurta` u l-effikaċja tiegħu fit-tfal.

Mediċini oħra u Leganto

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

M’għandekx tieħu dawn il-mediċini meta tkun qed tuża Leganto, jistgħu jnaqqsu l-effett tiegħu: anti- psikotiċi (mediċini li jintużaw biex jikkuraw ċerti mard mentali) jew metoclopramide (użat għall-kura tad-dardir u rimettar).

Jekk inti qiegħed fuq trattament ta’ Leganto u levodopa flimkien, xi effetti mhux mixtieqa jistgħu jiggravaw, bħal per eżempju tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera (alluċinazzjonijiet), movimenti involontarji li jixbħu dawk tal-marda ta’ Parkinson (dyskinesia), u nefħa fir-riġlejn u s-saqajn.

Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sigur għalik li:

-tieħu mediċina għall-pressjoni. Leganto jista` inaqqas il-pressjoni fid-demm meta tqum bilwieqfa; dan l-effett jiġi aggravat bil-mediċina li tintuża biex tniżżel il-pressjoni.

-tieħu mediċini sedattivi (pereżempju, benzodiazepine, mediċini biex tikkura mard mentali u mediċini biex tikkura d-dipressjoni) meta tkun qed tieħu Leganto.

Leganto mal-ikel, xorb u alkoħol

Minħabba li rotigotine jidħol fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm minn ġol-ġilda, l-ikel u x-xorb ma jaffettwax il-mod kif taħdem il-mediċina. Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk huwiex sikur għalik li tixrob alkoħol waqt li qed tieħu Leganto.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’għandekx tuża Leganto jekk inti tqila, għax l-effetti ta’ rotigotine fuq it-tqala u fuq it-tarbija mhux imwielda mhumiex magħrufa. It-treddiegħ mhux rakkomandat jekk tkun qed tuża Leganto. Rotigotine jista’ jgħaddi ġol-ħalib ta’ sidrek u jaffettwa lit-tarbija tiegħek, u x’aktarx inaqqas ukoll l-ammont ta’ ħalib li tipproduċi.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Leganto jistgħu jġiegħlek tħossok bi ngħas ħafna, u tista’ torqod għal għarrieda ħafna. Jekk dan jaffettwak, m’għandekx issuq jew tieħu sehem f’attivitajiet fejn jekk ma tkunx attent tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lill-oħrajn f’riskju ta’ korriment serju, pereżempju, meta tuża l-magni.

F’każijiet iżolati, xi nies raqdu waqt li kienu qed isuqu, u dan ikkawża inċidenti.

Leganto fih sodium metabisulphite (E223)

Sodium metabisulphite (E223) rarament tista’ tikkawża reazzjonijiet severi ta’ ipersensittivita` u bronkospażmu.

3. Kif għandek tuża Leganto

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Il-pakkett tal-bidu tal-kura ta’ Leganto fih 4 pakketti differenti (wieħed għal kull qawwa) b’7 impjastri kull wieħed. Dawn il-pakketti normalment hemm bżonnhom għall-ewwel erba’ ġimgħat tat-terapija, imma skont ir-rispons tiegħek għal Leganto, jista’ ma’ jkollokx bżonn l-pakketti tad-dożi kollha nklużi, jew jista’ jkollok bżonn dożi ogħla addizzjonali wara ġimgħa 4, li mhumiex koperti minn dan il-pakkett.

Fl-ewwel jum tat-trattament, ibda b’Leganto 2 mg (pakkett immarkat “Ġimgħa 1”), uża impjastru

wieħed ta’ Leganto 2 mg kuljum. Għandek tuża Leganto 2 mg għal 7 tijiem (eż. Jekk inti tibda il- Ħadd, aqleb għad-doża li jmiss il-Ħadd ta’ wara.).

Fil-bidu tat-tieni ġimgħa, inti għandek tieħu Leganto 4 mg (pakkett immarkat “Ġimgħa 2”). Fil-bidu tat -tielet ġimgħa, inti għandek tieħu Leganto 6 mg (pakkett immarkat “Ġimgħa 3). Fil-bidu tar-raba’ ġimgħa, inti għandek tieħu Leganto 8 mg (pakkett immarkat “Ġimgħa 4”). 888

Id-doża addattata għalik tiddependi mill-bżonnijiet tiegħek.

4 mg ta’ Leganto kuljum tista’ tkun doża effettiva għal xi pazjenti. Fil-biċċa l-kbira tal-pazjenti bil- marda ta’ Parkinson fl-istadju bikri, d-doża addattata tintlaħaq fi żmien 3 jew 4 ġimgħat, f’dożi ta’ 6 mg kuljum jew 8 mg kuljum rispettivament. Id-doża massima hi ta’ 8 mg kuljum. Fil-biċċa l-kbira tal-pazjenti bil-marda ta’ Parkinson fl-istadju avvanzat, d-doża addattata tintlaħaq fi żmien 3 sa 7 ġimgħat, f’dożi ta’ 8 mg kuljum sa doża massima ta’ 16 mg kuljum.

Jekk ikollok tieqaf tuża din il-mediċina, ara Sezzjoni 3, ‘Jekk tieqaf tuża Leganto‘.

Segwi dawn l-istruzzjonijiet meta tuża Leganto:

Leganto huwa għal użu minn ġol-ġilda, garża li titqiegħed mal-ġilda.

Għandek twaħħal impjastru Leganto fuq il-ġilda darba kuljum. Ħalli l-impjastru fuq il-ġilda għal 24 siegħa u mbagħad neħħieħ u għamel wieħed ġdid. Aċċerta ruħek li neħħejt l-impjastru l-qadim qabel ma twaħħal l-impjastru l-ġdid; poġġi l-impjastru l-ġdid f’post differenti kuljum.

Għandek tibdel l-impjastru bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin kuljum. Taqtax l-impjastri Leganto f’biċċiet.

Fejn twaħħal l-impjastru

Poġġi n-naħa li teħel tal-impjastru fuq ġilda li tkun nadifa, xotta, f’saħħitha f’dawn iż-żoni li ġejjin:

spalla

in-naħa ta’ fuq tad-driegħ

żaqq

koxxa

ġenbejn

il-ġenb tal-ġisem (fuq ġenbejk, bejn il-kustilji u l-ġenbejn).

Biex tgħin li tevita irritazzjoni tal-ġilda:

Waħħal impjastru fuq zona differenti tal-ġilda kuljum ,per eżempju, fuq in-naħa tal-lemin ta’ ġismek f’ġurnata minnhom, imbagħad fuq in-naħa tax-xellug l-għada u fuq in-naħa ta’ fuq ta’ ġismek f’ġurnata oħra, imbagħad l-għada fuq in-naħa t’isfel ta’ ġismek.

M’għandekx twaħħal Leganto fuq l-istess zona tal-ġilda darbtejn fi żmien 14-il jum.

Twaħħalx l-impjastru fuq ġilda li tkun maqsuma jew jew fiha xi ferita jew fuq ġilda li hi

ħamra jew irritata.

Jekk xorta jkollok il-problemi fil-ġilda minħabba l-impjastru, jekk jogħġbok ara f’ Sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji li jista’ jkollu’, id-dettalji dwar x’għandek tagħmel.

Biex tipprevjeni li l-impjastru ma jibqax imwaħħal sew jew li jaqa’

Għandek tpoġġi l-impjastru fejn ma jkunx jista’ jħokk ma’ ilbies issikkat li jista’ jaqilgħuh.

Tużax kremi, żjut, lotions, terra jew xi prodotti oħra tal-ġilda fuq iz-zona ta’ ġilda fejn tkun ser twaħħal l-impjastru jew qrib impjastru li diġà jkun imwaħħal. L-impjastru jista’ jinqala’.

Jekk ikollok bżonn twaħħal l-impjastru f’zona bix-xagħar fuq il-ġilda, għandek tqaxxar iz-zona mill-inqas tliet ijiem qabel ma twaħħal l-impjastru hemmhekk.

Jekk it-truf tal-impjastru jinqalgħu, l-impjastru jista’ jitwaħħal lura b’tejp mediku li jeħel.

Jekk l-impjastru jaqa’, għandu jitwaħħal impjastru ġdid għal kumplament tal-ġurnata, u imbagħad tibdel l-impjastru fl-istess ħin tas-soltu.

NOTA

Jekk tieħu banju, xawer u l-eżerċizzju fiżiku, dan m’għandux jaffettwa l-mod li bih jaħdem Leganto. Madankollu, iċċekkja li l-impjastru ma ikunx inqala’ wara.

Għandek tevita sħana esterna (pereżempju dawl tax-xemx eċċessiv, sawnas, banjijiet b’ilma jaħraq, heating pads jew fliexken mimlija misħun (hot-water bottles) fuq iz-zona tal-impjastru.

Jekk l-impjastru jkun irritalek il-ġilda, għandek iżżomm dik ir-roqgħa ta’ ġilda protetta mix- xemx diretta, għax tista’ tikkawża tibdil fil-kulur tal-ġilda.

Kif tuża l-impjastru

Kull impjastru hu ppakkjat f’qartas separat. Għandek twaħħal Leganto fuq il-ġilda tiegħek hekk kif tkun ftaħt il-qartas u neħħejt l-inforra tar-rilaxx.

1. Biex tiftaħ il-qartas, żomm iż-żewġ naħat tal-qartas. Qaxxar il-fojl u iftaħ il- qartas.

2. Oħroġ l-impjastru mill- qartas.

3. In-naħa li teħel tal-impjastru hi miksija b’inforra tar-rilaxx trasparenti. Żomm l- impjastru f’idejk it-tnejn bl- inforra tar-rilaxx tħares lejk.

4. Ilwi l-impjastru min-nofs sabiex il-qasma f’forma ta’ S fl-inforra tinfetaħ.

5. Qaxxar naħa waħda ta’ l- inforra tar-rilaxx. Tmissx in- naħa li teħel tal-impjastru b’subgħajk.

6. Żomm in-nofs l-ieħor ta’ l- inforra tar-rilaxx riġida u poġġi l-wiċċ li jeħel tal- impjastru fuq il-ġilda. Agħfas b’mod sod in-naħa li teħel tal-impjastru fil-post.

7. Itwi lura n-nofs l-ieħor tal- impjastru u neħħi n-naħa l- oħra ta’ l-inforra tar-rilaxx.

8. Agħfas l-impjastru b’mod sod bil-keffa ta’ idejk għal madwar 20 sa 30 sekonda biex taċċerta ruħek li l- impjastru jkun qed imiss mal-ġilda u li t-truf ikunu mwaħħlin tajjeb.

Aħsel idejk bis-sapun u bl-ilma minnufih malli tkun lestejt.

Kif tneħħi impjastru użat

Qaxxar l-impjastru l-qadim bil-mod u bl-attenzjoni.

Il-ħasil bil-mod taż-żona tal-ġilda b’ilma sħun u sapuna ħafifa, għandu jneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li tibqa’ fuq il-ġilda wara li tneħħi l-impjastru. Tista’ wkoll tuża ammont żgħir ta’ żejt tat-trabi biex tneħħi kwalunkwe sustanza li twaħħal li ma tkunx tista’ tinqala’.

Tużax alkoħol jew solventi oħrajn bħal nail polish remover għax dawn jistgħu jirritawlek il-ġilda. Għażel post ġdid tal-ġilda fejn ser tpoġġi l-impjastru ġdid, u imbagħad segwi l-istruzzjonijiet t’hawn fuq.

Jekk tieħu aktar Leganto milli suppost

Jekk tuża dożaġġi ogħla ta’ Leganto minn dawk li kitiblek t-tabib tiegħek, dan jista’ jikkawża dardir (tħossok ħażin), rimettar, pressjoni tad-demm baxxa, alluċinazzjonijiet (tara u tisma’ affarijiet li mhumiex vera), konfużjoni jew ngħas estrem, movimenti involontarji u aċċessjonijiet.

Jekk tkun użajt iktar impjastri milli qallek it-tabib tiegħek, kellem lit-tabib tiegħek jew l-isptar għal parir immedjatament, u segwi l-parir tagħhom dwar it-tneħħija tal-impjastri.

Jekk użajt impjastru differenti (eż. Leganto 4 mg/24 siegħa minflok Leganto 2 mg/24 siegħa) minn dik li qallek it-tabib tiegħek, ikkuntatja lit-tabib tiegħek jew l-isptar għal parir immedjat, u segwi l-parir tagħhom dwar it-tibdil tal-impjastri.

Jekk għandek xi reazzjonijiet ħżiena, kellem lit-tabib tiegħek.

Jekk insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu

Jekk tkun insejt tibdel l-impjastru fil-ħin tas-soltu tieghek, biddel l-impjastru hekk kif tiftakar: neħħi l- impjastru l-qadim u uża impjastru ġdid. Jekk tkun insejt twaħħal impjastru ġdid wara li tneħħi l-qadim, uża impjastru ġdid malli tiftakar.

Fiż-żewġt każi, fil-jum ta’ wara, għandek tuża impjastru ġdid fil-ħin tas-soltu. M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt.

Jekk tieqaf tuża Leganto

Tieqafx tieħu Leganto għal għarrieda mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek. Jekk tieqaf f’daqqa jista jkollok kondizzjoni medika li jgħidula syndrome malinna newroleptika li tists’ tkun ta’ riskju maġġur għal saħħtek. Is-sintomi jinkludu akinesja( telf tal-moviment tal-muskoli), muskoli riġidi, deni, pressjoni tad-demm mhux stabbli, takikardja (żieda fit0taħbit tal-qalb), konfużjoni, livell iżjed baxx ta’ koxxenza (eż. koma)

Id-doża tiegħek ta’ kuljum ta’ Leganto għandha titnaqqas gradwalment

b’2 mg kull jumejn – jekk tuża Leganto għall-marda ta’ Parkinson.

Jekk għandek mistoqsijiet oħra fuq l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibli

Bħal kull mediċina oħra, din il- mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Jista’ jkollok dardir (tħossok ħażin) u rimettar fil-bidu tat-terapija. Dawn normalment ikunu ħfief jew moderati u jgħaddu malajr. Għandek tkellem lit-tabib tiegħek, jekk idumu u jekk tkun inkwitat.

Problemi fil-ġilda ikkawżati mill-impjastri

Jista’ jkollok reazzjonijiet tal-ġilda bħal ħmura u ħakk. Normalment dawn ikunu ħfief jew moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda fejn tkun tpoġġiet l-impjastru. Ir-reazzjonijiet is-soltu jgħibu wara ftit sigħat wara li tneħħi l-impjastru.

Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, reazzjoni severa, jew reazzjoni tal-ġilda li tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, għandek tkellem lit-tabib tiegħek.

Jista’ jkun li jkollok dawn l-effetti mhux mixtieqa li ġejjin:

Ma tkunx tista’ tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel azzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għalik jew għall-oħrajn, li jistgħu jinkludu:

impuls qawwi biex tilgħab il-flus b’mod eċċessiv avolja hemm konsekwenzi serji personali u għall-familja tiegħek

żieda jew tibdil fl-interess u l-aġir sesswali li jkun ta’ inkwiet għalik jew għal haddieħor, per eżempju żieda fil-libido

xiri u nfiq eċċessiv u bla kontroll

iffangar (tiekol kwantita` kbira ta’ ikel fi żmien qasir) jew ikel kompulsiv (tiekol iżjed minn normal biex tissodisfa l-ġuħ)

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tgħaddi minn kwalunque minn dawn l-aġir biex jiġu diskussi mezzi kif jiġu mmaniġjati jew jitnaqqsu s-sintomi.

Jista’ jkollok dardir (tħossok ħażin) u rimettar fil-bidu tat-terapija. Dawn normalment ikunu ħfief jew moderati u jgħaddu malajr. Għandek tkellem lit-tabib tiegħek, jekk idumu u jekk tkun inkwitat.

Problemi fil-ġilda ikkawżati mill-impjastri

Jista’ jkollok reazzjonijiet tal-ġilda bħal ħmura u ħakk. Normalment dawn ikunu ħfief jew moderati u jaffettwaw biss iz-zona tal-ġilda fejn tkun tpoġġiet l-impjastru. Ir-reazzjonijiet is-soltu jgħibu wara ftit sigħat wara li tneħħi l-impjastru.

Jekk ikollok reazzjoni tal-ġilda li ddum iktar minn ftit jiem, reazzjoni severa, jew reazzjoni tal-ġilda li tinfirex ’il barra miz-zona mgħottija mill-impjastru, għandek tkellem lit-tabib tiegħek.

Jista’ jkun li jkollok dawn l-effetti mhux mixtieqa li ġejjin:

Ma tkunx tista’ tirreżisti l-impuls, il-ġibda jew it-tentazzjoni li tagħmel azzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għalik jew għall-oħrajn, li jistgħu jinkludu:

impuls qawwi biex tilgħab il-flus b’mod eċċessiv avolja hemm konsekwenzi serji personali u għall-familja tiegħek

żieda jew tibdil fl-interess u l-aġir sesswali li jkun ta’ inkwiet għalik jew għal haddieħor, per eżempju żieda fil-libido

xiri u nfiq eċċessiv u bla kontroll

iffangar (tiekol kwantita` kbira ta’ ikel fi żmien qasir) jew ikel kompulsiv (tiekol iżjed minn

normal biex tissodisfa l-ġuħ)

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tgħaddi minn kwalunque minn dawn l-aġir biex jiġu diskussi mezzi kif jiġu mmaniġjati jew jitnaqqsu s-sintomi.

Jista’ jkollok nefħa fil-wiċċ, ilsien u/jew xofftejn. Jekk dawn is-sintomi jiżvilluppaw, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk qed tuża Leganto għall-marda ta’ Parkinson, dawn l-effetti mhux mixtieqa jistgħu jseħħu:

Effetti sekondarji komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti

ngħas, sturdament, uġigħ ta’ ras

tħossok ħażin (dardir), rimettar

irritazzjonijiet tal-ġilda taħt il-garża, bħal ħmura u ħakk

Effetti sekondarji komuni: jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 10 pazjenti

li tara jew tisma’ affarijiet li mhumiex reali (alluċinazzjonijiet)

ma tkunx tista’ torqod, disturbi fl-irqad, diffikulta’ biex torqod, ħmar il-lejl ħolm mhux tas- soltu

tintilef minn sensik, movimenti involontarji marbuta mal-marda ta’ Parkinson (diskinesija), tħossok stordut meta tqum bilwieqfa jew wara li toqgħod bilqiegħda minħabba tnaqqis fil- pressjoni tad-demm

vertigo (tħoss kollox idur bik)

tħoss qalbek tħabbat ħafna (palpitazzjonijiet)

pressjoni baxxa meta tqum bil-wieqfa, pressjoni tad-demm għolja

sulluzzu

stitikezza, ħalq xott, ħruq ta’istonku

ħmura, żieda fl-għaraq, ħakk,

nefħa fir-riġlejn u fis-saqajn

tħossok dgħajjef, tħossok għajjien

taqa'

tonqos fil-piż

l-inabbilta` sabiex tirreżiżti xenqa biex twettaq attivita` li tagħmel il-ħsara, li jinkludu logħob ta’ l-azzard eċċessiv, azzjonijiet ripetuti bla sens, iffangar, ikel kompulsiv u xiri kompulsiv

Effetti sekondarji mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 pazjent

reazzjonijiet allerġiċi

torqod għal għarrieda mingħajr l-ebda sinjal ta’ twissija

paranoia

diżorjentazzjoni

aġitazzjoni

ġibda ikbar għal attività sesswali, konfużjoni

viżżjoni mċajpra

disturbi tal-vista bħal meta tara kuluri jew dwal

rata irregolari ta’ taħbit tal-qalb

tnaqqis fil-pressjoni tad-demm

skonfort u wġigħ fl-istonku

ħakk ġeneralizzat, raxx fil-ġilda, irritazzjoni tal-ġilda

ma jkunx jista’ jkollok jew iżżomm erezzjoni

riżultati tat-testijiet tal-funzjoni tal-fwied għolja jew anormali

żieda fil-piż

żieda fir-rata tat-taħbit tal-qalb

livelli ogħla ta’ creatinine phosphokinase (CPK) fid-demm ta’ pazjenti Ġappuniżi (CPK huwa enżim li jinstab fil-biċċa l-kbira fil-muskoli skeltrali), m’hemm ebda informazzjoni f’ popolazzjonijiet oħrajn

Effetti sekondarji rari: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 pazjent

mard psikożi

aġir aggressive/aggressjoni

spażmi involontarji tal-muskoli (aċċessjonijiet)

raxx ġeneralizzat

irritabbilta`

delużjoni

delirju

Mhux magħruf: ma jistax jiġi stmat mid-dejta disponibbli

l-użu eċċessive ta’ Leganto (xenqa għal dożi kbar ta’ mediċina dopenerġika f’aċċess ta’ dak li hemm bżonn sabiex tikkontrolla sintomi motorili, magħruf bħala sindromu ta’ disregulazzjoni dopenerġika)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Leganto

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tjidhirx u ma jintlaħaqxmit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna.

Taħżinx ‘l fuq minn 30°C.

X’għandek tagħmel bl-impjastri użati u mhux użati

L-impjastri wżati xorta jkun għad fihom s-sustanza attiva, li jista’ jkun ta’ ħsara lil ħaddieħor. Itwi l- impjastru użat min-nofs, bin-naħa tas-sustanza li twaħħal tħares ’il ġewwa. Poġġi l-impastru fil-qartas oriġinali u mbagħad armih fejn ma jintlaħaqx mit-tfal.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew skart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek kif tiddisponi mill-mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. AKTAR TAGHRIF

X’fih Leganto

Is-sustanza attiva hi rotigotine.

Leganto 2 mg/ 24 siegħa

Kull impjastru jerħi 2 mg ta’ rotigotine kull 24 siegħa. Kull impjastru ta’ 10 cm2 fih 4.5 mg ta’ rotigotine.

Leganto 4 mg/ 24 siegħa

Kull impjastru jerħi 4 mg ta’ rotigotine kull 24 siegħa. Kull impjastru ta’ 20 cm2 fih 9.0 mg ta’ rotigotine.

Leganto 6 mg/ 24 siegħa

Kull impjastru jerħi 6 mg ta’ rotigotine kull 24 siegħa. Kull impjastru ta’ 30 cm2 fih 13.5 mg ta’ rotigotine.

Leganto 8 mg/ 24 siegħa

Kull impjastru jerħi 8 mg ta’ rotigotine kull 24 siegħa. Kull impjastru ta’ 40 cm2 fih 18.0 mg ta’ rotigotine.

Is-sustanzi l-oħra huma poly(dimethylsiloxane, trimethylsilyl silicate)-copolymerisate, povidoneK90, sodium metabisulphite (E223), ascorbyl palmitate (E304) u DL-α-tocopherol

(E307).

Saff ta’ wara: Film tal-polyester film, silikoniżżat, aluminiżżat, miksi b’kulur permezzz ta’ saff ta’ pigment (titanium dioxide (E171), pigment isfar 95, pigment aħmar 166) u stampat (pigment aħmar 144, pigment isfar 95, pigment iswed 7).

Inforra tar-rilaxx: Saff ta’ polyester miksi b’fluoropolimer trasparenti

Id-dehra ta’ Leganto u l-kontenuti tal-pakkett

Leganto hu garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda. Hi rqiqa u fiha tliet saffi. Għandha forma kwadra bi truf jagħtu fit-tond. In-naħa ta’ barra hi ta’ kulur kannella ċar u għandha l-kliem

Leganto 2 mg/24 h, 4 mg/24 h, 6 mg/24 h, 8 mg/24 h stampat fuqha.

Leganto hu disponibbli fid-daqsijiet tal-pakketti li ġejjin:

Pakkett tal-bidu tal-kura wieħed fih 28 ġarża li jipprovdi mediċina li tgħaddi taħt il-ġilda f’ 4 kaxxi tal- kartun b’ 2 mg, 4 mg, 6 mg, u 8 mg kull wieħed li huma ssiġillati individwalment fi qratas.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

UCB Manufacturing Ireland Ltd.

Shannon, Industrial Estate,

Co. Clare, L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

UCB Pharma SA/NV

UCB Pharma Oy Finland

Tél/Tel: +32 / (0)2 559 92 00

 

Tel: +358-92 514 4221 (Suomija)

България

Luxembourg/Luxemburg

Ю СИ БИ България ЕООД

UCB Pharma SA/NV

Teл.: + 359 (0) 2 962 30 49

 

Tél/Tel: +32-(0)2 559 92 00

Česká republika

Magyarország

UCB s.r.o.

UCB Magyarország Kft.

Tel: + 420 221 773 411

 

Tel.: +36-(1) 391 0060

Danmark

Malta

UCB Nordic A/S

Pharmasud Ltd.

Tlf: + 45 / 32 46 24 00

 

Tel: +356-21 37 64 36

Deutschland

Nederland

Bayer Vital GmbH

UCB Pharma B.V.

Tel: +49 (0)214-30 513 48

 

Tel.: +31-(0)76-573 11 40

Eesti

UCB Pharma Oy Finland

Tel: + 358-92 514 4221 (Soome)

Ελλάδα

UCB Α.Ε.

Τηλ: +30 / 2109974000

España

UCB Pharma S.A.

Tel: + 34 / 91 570 34 44

France

UCB Pharma S.A.

Tél: + 33 / (0)1 47 29 44 35

Hrvatska

Medis Adria d.o.o.

Tel: +385-(0)1 230 34 46

Ireland

UCB (Pharma) Ireland Ltd.

Tel: +353-(0)1 46 37 395

Ísland

Vistor hf.

Sími: +354-535 7000

Italia

UCB Pharma S.p.A.

Tel: +39-02 300 791

Κύπρος

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd

Τηλ: +357-22 34 74 40

Latvija

UCB Pharma Oy Finland

Tel: +358-92 514 4221 (Somija)

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Norge

UCB Nordic A/S

Tlf: +45-32 46 24 00

Österreich

UCB Pharma GmbH

Tel: +43-(1)291 80 00

Polska

UCB Pharma Sp. z o.o.

Tel.: +48-22 696 99 20

Portugal

BIAL-Portela & Cª, S.A.

Tel: +351-22 986 61 00

România

UCB Pharma România S.R.L.

Tel: +40-21 300 29 04

Slovenija

Medis, d.o.o.

Tel: +386-1 589 69 00

Slovenská republika

UCB s.r.o., organizačná zložka

Tel: +421-(0)2 5920 2020

Suomi/Finland

UCB Pharma Oy Finland

Puh/Tel: +358-92 514 4221

Sverige

UCB Nordic A/S

Tel: +46-(0)40 29 49 00

United Kingdom

UCB Pharma Ltd.

Tel : +44-(0)1753 534 655

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati