Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Lemtrada (alemtuzumab) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L04AA34

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaLemtrada
Kodiċi ATCL04AA34
Sustanzaalemtuzumab
ManifatturGenzyme Therapeutics Ltd

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

LEMTRADA 12-il mg konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett fih 12-il mg ta' alemtuzumab f'1.2 ml (10 mg/ml).

Alemtuzumab hu antikorp monklonali li jiġi magħmul f’sospensjoni ta’ koltura ta' ċelluli mammiferi (Ovarju tal-Ħamster Ċiniż) f'sustanza ta' nutrijenti minn teknoloġija ta’ DNA rikombinanti.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni (konċentrat sterili).

Konċentrat ċar, bla kulur sa ftit isfar, b'pH ta' 7.0 - 7.4.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

LEMTRADA hu indikat f'pazjenti adulti bi sklerożi multipla li tirkadi u tbatti (RRMS) bil-marda attiva definita permezz ta’ karatteristiċi kliniċi jew ta’ immaġini (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.1).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-kura b'LEMTRADA għandha tinbeda u tiġi mmaniġġjata minn newroloġista b'esperjenza fil-kura ta' pazjenti b'MS. Speċjalisti u tagħmir meħtieġ għad-dijanjosi f’waqtha kif ukoll għall-immaniġġar tal-iktar reazzjonijiet avversi frekwenti, speċjalment kundizzjonijiet u infezzjonijiet awtoimmuni, għandhom ikunu disponibbli.

Riżorsi għall-immaniġġjar ta' sensittività eċċessiva u/jew reazzjonijiet anafilattiċi għandhom ikunu disponibbli.

Pazjenti kkurati b’LEMTRADA jridu jingħataw il-Kard tal-Pazjent u l-Gwida tal-Pazjent u jiġu infurmati dwar ir-riskji ta’ LEMTRADA (ara wkoll il-fuljett ta’ tagħrif).

Pożoloġija

Id-doża rakkomandata ta' LEMTRADA hi ta' 12-il mg/jum mogħtija permezz ta' infużjoni ġol-vini għal 2 korsijiet ta' kura.

Kors ta' kura inizjali: 12-il mg/jum f’5 ijiem konsekuttivi (doża totali ta' 60 mg)

It-tieni kors ta' kura: 12-il mg/jum f’3 ijiem konsekuttivi (doża totali ta' 36 mg) mogħtija 12-il xahar wara l-kors ta' kura inizjali.

Dożi li jkunu nqabżu m'għandhomx jingħataw fl-istess jum tad-doża skedata.

Segwir ta' pazjenti

It-terapija hi rakkomandata bħala 2 korsijiet ta' kura (ara pożoloġija) b'segwir ta' sigurtà tal-pazjenti mill- bidu tal-kura u sa 48 xahar wara l-aħħar infużjoni (ara sezzjoni 4.4).

Kura minn Qabel

Il-pazjenti għandhom jingħata kura minn qabel b'kortikosterojdi immedjatament qabel l-għoti ta' LEMTRADA f’kull waħda mill-ewwel 3 ijiem ta’ kwalunkwe kors ta' kura. Fil-provi kliniċi, il-pazjenti ġew ikkurati minn qabel b'1,000 mg ta' methylprednisolone għall-ewwel 3 ijiem ta' kull kors ta' kura b'LEMTRADA.

Flimkien ma' dan, il-kura minn qabel b'antiistamini u/jew mediċini kontra d-deni qabel l-għoti ta' LEMTRADA tista' wkoll tiġi kkunsidrata.

Profilassi orali għal infezzjoni bl-erpete għandha tingħata lil pazjenti kollha fl-ewwel jum tal-kura ta' kull kors ta' kura u titkompla għal mill-inqas xahar wara l-kura b'LEMTRADA (ara wkoll taħt ‘Infezzjonijiet’ f'sezzjoni 4.4). Fil-provi kliniċi, il-pazjenti ngħataw aciclovir 200 mg darbtejn kuljum jew ekwivalenti.

Anzjani

L-istudji kliniċi ma kienu jinkludu l-ebda pazjenti li kellhom iktar minn 55 sena. Ma ġiex stabbilit jekk jirrispondux b'mod differenti minn pazjenti iżgħar.

Indeboliment tal-kliewi jew tal-fwied

LEMTRADA ma ġiex studjat f'pazjenti b'indeboliment tal-kliewi jew tal-fwied.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ LEMTRADA fit-tfal b'MS minn età ta' 0 sa 18-il sena ma ġewx determinati s’issa. M'hemm l-ebda użu rilevanti ta’ alemtuzumab fi tfal mit-twelid sa inqas minn 10 snin għall-kura ta’ sklerożi multipla. Dejta mhux disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

LEMTRADA jrid jiġi dilwit qabel l-infużjoni. Is-soluzzjoni dilwita għandha tingħata permezz ta' infużjoni ġol-vini fuq perjodu ta' madwar 4 sigħat.

Għal struzzjonijiet fuq id-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali qabel l-amministrazzjoni, ara sezzjoni 6.6.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

Infezzjoni bil-Virus tal-Immunodefiċjenza Umana (HIV).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

LEMTRADA mhux irrakkomandat f’pazjenti b’marda li mhijiex attiva jew li huma stabbli fuq it-terapija kurrenti.

Pazjenti kkurati b’LEMTRADA jridu jingħataw il-Fuljett ta' Tagħrif, il-Kard tal-Pazjent u l-Gwida għall- Pazjent. Qabel il-kura, il-pazjenti jridu jiġu infurmati dwar ir-riskji u l-benefiċċji, u l-ħtieġa li jikkommettu ruħhom għal 48 xahar li matulhom jiġu segwiti wara l-aħħar infużjoni ta' LEMTRADA.

Awtoimmunità

Il-kura tista' tirriżulta fil-formazzjoni ta' awtoantikorpi u żżid ir-riskju ta' kundizzjonijiet medjati awtoimmuni li jinkludu purpura tromboċitopenika immuni (ITP), disturbi tat-tirojde jew, b’mod rari, nefropatiji (eż., marda tal-membrana basement antiglomerulari). Għandu jkun hemm kawtela f’pazjenti b’kundizzjonijiet awtoimmuni fil-passat li ma kinux MS, għalkemm dejta disponibbli tissuġġerixxi li ma jkunx hemm aggravament ta’ kundizzjonijiet awtoimmuni li jkunu jeżistu minn qabel wara l-kura b’alemtuzumab.

Purpura Tromboċitopenika Immuni (ITP)

Avvenimenti serji ta' ITP ġew osservati f'madwar 1% tal-pazjenti kkurati fi provi kliniċi kkontrollati f'MS. Fi prova klinika kkontrollata f'pazjenti b'MS, pazjenti wieħed żviluppa ITP li ma ntgħarfitx qabel l- implimentazzjoni ta' rekwiżiti ta' monitoraġġ tad-demm ta' kull xahar u miet minn emorraġija intraċerebrali. Il-bidu ta' ITP ġeneralment seħħ bejn 14-il xahar u 36 xahar wara l-ewwel esponiment. Sintomi ta' ITP jistgħu jinkludu (iżda mhumiex limitati għal) li wieħed jitbenġel faċilment, petekje, ħruġ ta' demm mukokutaneu spontanju (eż., epistassi, emoptisi), ħruġ ta' demm tal-mestrwazzjoni li jkun iktar mis-soltu jew li jkun irregolari. Emoptisi tista’ wkoll tkun indikattiva tal-marda kontra GBM (ara hawn taħt) u għandha ssir dijanjosi differenzjali adattata. Fakkar lill-pazjent biex jibqa’ viġilanti għal sintomi li jista’ jkollu u biex ifittex għajnuna medika immedjata jekk ikollu xi problemi.

Għadd sħiħ tad-demm bid-differenzjal għandu jinkiseb qabel il-bidu tal-kura u f'intervalli ta' kull xahar wara dan, sa 48 xahar wara l-aħħar infużjoni. Wara dan il-perjodu ta’ żmien, l-ittestjar għandu jitwettaq ibbażat fuq ir-riżultati kliniċi li jissuġġerixxu ITP. Jekk ikun hemm suspett ta' ITP, għandu jinkiseb għadd sħiħ tad-demm immedjatament.

Jekk il-bidu ta' ITP jiġi kkonfermat, intervent mediku adattat għandu jinbeda malajr, li jinkludi riferiment immedjat għand speċjalista. Dejta minn provi kliniċi f'MS uriet li l-aderenza mar-rekwiżiti tal-monitoraġġ tad-demm u edukazzjoni fir-rigward ta' sinjali u sintomi ta' ITP wasslu għas-sejbien bikri u l-kura ta' ITP bil-biċċa l-kbira tal-każijiet li rrispondew għal terapija primarja.

Ir-riskju potenzjali assoċjat mal-kura mill-ġdid b'LEMTRADA wara l-okkorrenza ta' ITP mhuwiex magħruf.

Nefropatiji

Nefropatiji, li jinkludu l-marda tal-membrana basement antiglomerulari (anti-GBM), ġew osservati f'0.3% tal-pazjenti fi provi kliniċi f'MS u ġeneralment seħħew fi żmien 39 xahar wara l-aħħar għoti ta' LEMTRADA. Fil-provi kliniċi, kien hemm 2 każijiet ta' marda anti-GBM. Iż-żewġ każijiet kienu serji,

kienu identifikati kmieni permezz ta' monitoraġġ kliniku u tal-laboratorju, u kellhom riżultat pożittiv wara l-kura.

Manifestazzjonijiet kliniċi ta' newropatija jistgħu jinkludu żieda fil-livell ta' kreatinina fis-serum, ematurija, u/jew proteinurija. Filwaqt li ma ġietx osservata fil-provi kliniċi, emorraġija alveolari li tidher bħala emoptisi tista' sseħħ mal-marda anti-GBM. Emoptisi tista’ wkoll tkun indikattiva ta’ ITP (ara hawn fuq) u għandha ssir dijanjosi differenzjali adattata. Il-pazjent għandu jiġi mfakkar biex jibqa’ viġilanti għal sintomi li jista’ jkollu u biex ifittex għajnuna medika immedjata jekk ikollu xi problemi. Mard kontra GBM jista’ jwassal għal insuffiċjenza tal-kliewi li tkun teħtieġ dijalisi u/jew trapjant jekk ma tiġix ikkurata malajr, u tista’ ta’ tkun periklu għall-ħajja jekk titħalla mhux ikkurata.

Il-livelli ta' kreatinina fis-serum għandhom jinkisbu qabel il-bidu tal-kura u f'intervalli ta' kull xahar wara dan, sa 48 xahar wara l-aħħar infużjoni. Analiżi tal-awrina flimkien mal-mikroskopija għandha tinkiseb qabel il-bidu u f’intervalli ta’ kull xahar wara dan dak il-perjodu sa 48 xahar wara l-aħħar infużjoni. L- osservazzjoni ta' tibdil sinifikanti b’mod kliniku mil-linja bażi fil-kreatinina fis-serum, ematurija mhux spjegabbli, u/jew proteinurija, għandhom ikunu sinjal biex issir evalwazzjoni addizzjonali għal nefropatiji li tinkludi riferiment immedjat għand speċjalista. Is-sejbien minn kmieni u l-kura ta' nefropatiji jista' jnaqqas ir-riskju ta' riżultati mhux mixtieqa. Wara dan il-perjodu ta’ żmien, l-ittestjar għandu jsir skont ir- riżultati kliniċi indikattivi ta’ nefropatiji.

Ir-riskju potenzjali assoċjat mal-kura mill-ġdid b'LEMTRADA wara l-okkorrenza ta' nefropatiji mhuwiex magħruf.

Disturbi tat-tirojde

Disturbi awtoimmuni tat-tirojde ġew osservati f'madwar 36% ta' pazjenti kkurati bi 12-il mg LEMTRADA fi provi kliniċi b'MS sa 48 xahar wara l-ewwel esponiment għal LEMTRADA. L-inċidenza ta’ avvenimenti tat-tirojde kienet ogħla f’pazjenti bi storja medika ta’ disturbi tat-tirojde kemm fil-grupp ta’ kura ta’ LEMTRADA kif ukoll fil-grupp ta’ interferon beta 1a (IFNB-1a). F’pazjenti li bħalissa għandhom disturb tat-tirojde, LEMTRADA għandu jingħata jekk il-benefiċċju potenzjali jiġġustifika r- riskji potenzjali. Disturbi awtoimmuni tat-tirojde osservati kienu jinkludu ipertirojdiżmu jew ipotirojdiżmu. Il-biċċa l-kbira tal-avvenimenti kienu minn ħfief sa moderati fis-severità. Qabel l- awtorizzazzjoni, avvenimenti serji seħħew f'<1% tal-pazjenti, bil-marda ta' Basedow (magħrufa wkoll bħala l-marda ta' Graves), ipertirojdiżmu u ipotirojdiżmu biss li seħħew f'iktar minn pazjent wieħed. Il- biċċa l-kbira tal-avvenimenti tat-tirojde kienu mmaniġġjati b'terapija medika konvenzjonali, madankollu xi pazjenti kienu jeħtieġu intervent kirurġiku. Fil-provi kliniċi, pazjenti li żviluppaw avvenimenti tat- tirojde ngħataw permess li jirċievu kura mill-ġdid b’LEMTRADA. Għalkemm l-esperjenza hija limitata, il-pazjenti li kienu kkurati mill-ġdid ġeneralment ma kellhomx deterjorament fis-severità ta’ disturbi tat- tirojde. Aktar kura b’LEMTRADA għandu jiġi kkunsidrat fuq bażi individwali filwaqt li wieħed għandu jikkunsidra l-kundizzjoni klinika tal-pazjent rispettiv.

Testijiet tal-funzjoni tat-tirojde, bħal-livelli tal-ormon li jistimula t-tirojde, għandhom jinkisbu qabel il- bidu tal-kura u kull 3 xhur wara dan, sa 48 xahar wara l-aħħar infużjoni. Wara dan il-perjodu ta’ żmien, l- ittestjar għandu jitwettaq skont ir-riżultati kliniċi li jissuġġerixxu disfunzjoni tat-tirojde.

Mard tat-tirojde jġib riskji speċjali f'nisa li jkunu tqal (ara sezzjoni 4.6).

Fil-provi kliniċi, l-istatus tal-antikorpi anti-thyroid peroxidase (anti-TPO) ta’ pazjent qabel il-kura ma kienx indikattiv għall-iżvilupp ta’ avveniment avversi relatati mat-tirojde. Nofs il-pazjenti li ttestjaw pożittivi fil-linja bażi, u kwart tal-pazjenti li ttestjaw negattivi fil-linja bażi għal antikorpi anti-TPO, żviluppaw avveniment tat-tirojde. Il-maġġoranza kbira (madwar 80%) tal-pazjenti li kellhom avveniment

tat-tirojde wara l-kura kienu negattivi għal antikorpi anti-TPO fil-linja bażi. Għalhekk, irrispettivament mill-istat ta’ kura minn qabel b’antikorpi anti-TPO, il-pazjenti jistgħu jiżviluppaw AE tat-tirojde u jrid ikollhom it-testijiet kollha mwettqa perjodikament kif deskritt hawn fuq.

Ċitopeniji

Ċitopeniji awtoimmuni ssuspettati bħal newtropenija, anemija emolitika u panċitopenija ġew irrappurtati b'mod mhux frekwenti fi provi kliniċi f'MS. Riżultati ta' għadd sħiħ tad-demm (ara hawn fuq taħt ITP) għandhom jintużaw biex jimmonitorjaw għal ċitopeniji. Jekk ċitopenija tiġi kkonfermata, intervent mediku adattat għandu jinbeda malajr, li jinkludi riferiment għand speċjalista.

Reazzjonijiet assoċjati mal-infużjoni (IARs)

Fi provi kliniċi kkontrollati, reazzjonijiet assoċjati mal-infużjoni (IARs) ġew definiti bħala kwalunkwe avveniment avvers li jseħħ matul jew fi żmien 24 siegħa mill-infużjoni ta' LEMTRADA. Il-maġġoranza ta' dawn tista' tkun minħabba l-ħruġ ta' cytokine waqt l-infużjoni. Il-biċċa l-kbira tal-pazjenti kkurati b'LEMTRADA fi provi kliniċi kkontrollati f'MS kellhom IARs minn ħfief sa moderati matul u/jew sa 24 siegħa wara l-għoti ta' 12-il mg LEMTRADA, li ta' spiss kienu jinkludu wġigħ ta' ras, raxx, deni, dardir, urtikarja, ħakk, nuqqas ta' rqad, tkexkix ta' bard, fwawar, għeja kbira, qtugħ ta' nifs, indeboliment fis-sens tat-togħma, skumdità fis-sider, raxx mifrux, takikardija, bradikardija, dispepsja, sturdament, u wġigħ. Reazzjonijiet serji seħħew fi 3% tal-pazjenti li jinkludu każijiet ta' deni, urtikarja, fibrillazzjoni atrijali, dardir, skumdità fis-sider, u pressjoni baxxa. Manifestazzjonijiet kliniċi ta’ anafilassi jistgħu jidhru u jkunu jixbħu lil manifestazzjonijiet kliniċi ta’ reazzjonijiet assoċjati mal-infużjoni, iżda

għandhom tendenza li jkunu iktar severi jew potenzjalment ta’ periklu għall-ħajja. Reazzjonijiet attribwiti għal anafilassi ġew irrappurtati b’mod rari b’kuntrast ma’ reazzjonijiet assoċjati mal-infużjoni.

Hu rakkomandat li l-pazjenti għandhom jiġu premedikati biex jittejbu l-effetti tar-reazzjonijiet għall- infużjoni (ara sezzjoni 4.2). Il-biċċa l-kbira tal-pazjenti fil-provi kliniċi kkontrollati rċivew antiistamini u/jew mediċini kontra d-deni qabel mill-inqas infużjoni waħda b'LEMTRADA. IARs jistgħu jseħħu fil- pazjenti minkejja l-kura minn qabel. Osservazzjoni għal reazzjonijiet għall-infużjoni hi rakkomandata matul u għal sagħtejn wara l-infużjoni b'LEMTRADA. Jekk isseħħ IAR, ipprovdi l-kura adattata għas- sintomi, skont il-ħtieġa. Jekk l-infużjoni ma tkunx ittollerata tajjeb, it-tul tal-infużjoni jista' jittawwal. Jekk iseħħu reazzjonijiet severi għall-infużjoni, għandu jiġi kkunsidrat it-twaqqif immedjat tal-infużjoni ġol-vini. Fil-provi kliniċi, anafilassi jew reazzjonijiet serji li kellhom bżonn it-twaqqif tal-kura kienu rari ħafna. It-tobba għandhom ikunu konxji tal-istorja kardijka tal-pazjent billi reazzjonijiet assoċjati mal- infużjoni jistgħu jinkludu sintomi kardijaċi bħal takikardija.

Riżorsi għall-immaniġġjar ta' anafilassi jew reazzjonijiet serji għandhom ikunu disponibbli.

Infezzjonijiet

Infezzjonijiet seħħew f'71% tal-pazjenti kkurati bi 12-il mg LEMTRADA meta mqabbla ma' 53% tal- pazjenti kkurati b'interferon beta-1a [IFNB 1a](44mkg 3 darbiet fil-ġimgħa) taħt il-ġilda fi provi kliniċi kkontrollati f'MS li damu għaddejin sa sentejn u li fil-biċċa l-kbira tagħhom kienu minn ħfief sa moderati fis-severità. Infezzjonijiet li seħħew iktar ta' spiss fil-pazjenti kkurati b'LEMTRADA milli f'pazjenti b'IFNB 1a kienu jinkludu nażofarinġite, infezzjoni fl-apparat tal-awrina, infezzjoni fin-naħa ta’ fuq tal- apparat respiratorju, sinożite, erpete orali, influwenza, u bronkite. Infezzjonijiet serji seħħew fi 2.7% tal- pazjenti kkurati b'LEMTRADA meta mqabbla ma' 1% tal-pazjenti kkurati b'IFNB-1a fi provi kliniċi kkontrollati f'MS. Infezzjonijiet serji fil-grupp ta' LEMTRADA kienu jinkludu: appendiċite, gastroenterite, pnewmonja, erpete żoster, u infezzjoni fis-snien. L-infezzjonijiet ġeneralment kienu ta' tul tipiku u fiequ wara kura medika konvenzjonali.

Infezzjonijiet serji bil-virus ta' variċella żoster, li jinkludu variċella primarja u attivazzjoni mill-ġdid ta' variċella żoster, seħħew aktar ta' spiss f'pazjenti kkurati bi 12-il mg LEMTRADA (0.3%) fil-provi kliniċi meta mqabbla ma' IFNB-1a (0%). Infezzjoni taċ-ċerviċi bil-virus tal-papilloma uman (HPV), li tinkludi displasija taċ-ċerviċi, ġiet irrappurtata wkoll f'pazjenti kkurati bi 12-il mg LEMTRADA (2%). Hu rakkomandat li pazjenti nisa jiġu eżaminati għal HPV kull sena.

It-tuberkulosi ġiet irrappurtata għal pazjenti kkurati b'LEMTRADA u IFNB-1a fil-provi kliniċi kkontrollati. Tuberkulosi attiva u moħbija ġew irrappurtati f'0.3% tal-pazjenti kkurati b'LEMTRADA, l- iktar ta' spiss f'reġjuni endemiċi. Qabel tinbeda t-terapija, il-pazjenti kollha jridu jiġu evalwati għall- infezzjoni tat-tuberkulosi kemm dik attiva kif ukoll dik inattiva (“moħbija”), skont il-linji gwida lokali.

Ġiet irrapportata l-listerjosi/Listeria meningitis f’pazjenti ttrattati b’LEMTRADA, ħafna drabi fi żmien xahar mill-infużjoni b’LEMTRADA. Sabiex jitnaqqas dan ir-riskju, il-pazjenti li qed jirċievu LEMTRADA għandhom jevitaw li jieklu laħmijiet li ma jkunux imsajrin jew li ma jkunux imsajrin sew, ġobnijiet rotob u prodotti tal-ħalib li ma jkunux ippasturizzati għal mill-inqas xahar wara t-trattament b’LEMTRADA.

Infezzjonijiet fungali superfiċjali, speċjalment kandidjasi orali u vaġinali, seħħew b'mod l-iktar komuni f'pazjenti kkurati b'LEMTRADA (12%) milli f'pazjenti kkurati b'IFNB-1a (3%) fi provi kliniċi kkontrollati f'MS.

It-tobba għandhom jikkunsidraw li jittardjaw il-bidu tal-għoti ta' LEMTRADA f'pazjenti b'infezzjoni attiva sakemm l-infezzjoni tiġi kkontrollata b'mod sħiħ.

Profilassi b'mediċina orali kontra l-erpete għandha tinbeda fl-ewwel jum tal-kura b'LEMTRADA u titkompla għal mill-inqas xahar wara kull kors ta' kura. Fil-provi kliniċi, il-pazjenti ngħataw aciclovir 200 mg darbtejn kuljum jew ekwivalenti.

LEMTRADA ma ngħatax għal kura ta' MS fl-istess ħin mat-terapiji antineoplastiċi jew warajhom jew immunosoppressivi. Bħal fil-każ ta’ terapiji immunomodulanti oħrajn, l-effetti kombinati potenzjali fuq is-sistema immunitarja tal-pazjent għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi kkunsidrat l-għoti ta’ LEMTRADA. L-użu ta' LEMTRADA fl-istess ħin ma' kwalunkwe waħda minn dawn it-terapiji jista' jżid ir-riskju ta' immunosoppressjoni.

M'hemmx dejta disponibbli fuq l-assoċjazzjoni ta' LEMTRADA mal-attivazzjoni mill-ġdid tal-virus tal- Epatite B (HBV) jew mal-virus tal-Epatite Ċ (HCV) għax pazjenti b'evidenza ta' infezzjonijiet attivi jew kroniċi ġew esklużi mill-provi kliniċi. Għandu jiġi kkunsidrat eżami ta' pazjenti f'riskju għoli ta' infezzjoni b'HBV u/jew HCV qabel il-bidu ta' LEMTRADA u għandu jkun hemm kawtela meta tingħata riċetta għal LEMTRADA lil pazjenti li jiġu identifikati bħala carriers ta' HBV u/jew HCV għax dawn il- pazjenti jistgħu jkunu f'riskju ta' ħsara irriversibbli tal-fwied b’rabta mal-potenzjal għall-attivazzjoni mill- ġdid tal-virus bħala konsegwenza tal-istat preeżistenti tagħhom.

Tumuri malinni

Bħal fil-każ ta’ terapiji immunomodulatorji oħrajn, għandu jkun hemm kawtela meta tinbeda t-terapija b’LEMTRADA f’pazjenti b’tumur malinn li kien jeżisti minn qabel u/jew li jkollhom tumur dak il-ħin. Bħalissa mhux magħruf jekk alemtuzumab jikkawżax riskju ogħla li jiżviluppaw tumuri malinni tat- tirojde, billi l-awtoimmunità tat-tirojde hi nfisha tista’ tkun fattur ta’ riskju għal tumuri malinni tat-tirojde.

Kontraċezzjoni

It-trasferiment mill-plaċenta u l-attività farmakoloġika potenzjali ta' LEMTRADA ġew osservati fil- ġrieden matul it-tqala u wara l-ħlas. Nisa li jistgħu joħorġu tqal għandhom jużaw miżuri ta’ kontraċezzjoni effettivi matul il-kura u sa 4 xhur wara kors ta' kura b'LEMTRADA (ara sezzjoni 4.6).

Tilqim

Hu rakkomandat li l-pazjenti jissodisfaw ir-rekwiżiti lokali tat-tilqim mill-inqas 6 ġimgħat qabel il-kura b'LEMTRADA. Il-ħila li jiġi ġġenerat rispons immuni għal kwalunkwe tilqima wara l-kura b'LEMTRADA ma ġiex studjat.

Is-sigurtà tat-tilqim b'tilqim virali ħaj wara kors ta' kura b'LEMTRADA ma ġiex studjata b’mod formali fi provi kliniċi kkontrollati f'MS u m'għandux tingħata lil pazjenti b'MS li jkunu rċivew kors ta' LEMTRADA dan l-aħħar.

Ittestjar għal antikorpi tal-virus/tilqim kontra l-virus tal-variċella żoster

Bħal kwalunkwe prodott mediċinali modulanti immuni, qabel jinbeda kors ta’ kura b'LEMTRADA, pazjenti mingħajr storja ta' ġidri r-riħ jew mingħajr tilqim kontra l-virus tal-variċella żoster (VZV) għandhom jiġu ttestjati għal antikorpi għal VZV. Il-tilqima kontra VZV f'pazjenti negattivi għall- antikorpi għandha tiġi kkunsidrata qabel il-bidu tal-kura b'LEMTRADA. Biex tippermetti li jseħħ l-effett sħiħ tat-tilqima kontra VZV, ipposponi l-kura b'LEMTRADA għal 6 ġimgħat wara t-tilqima.

Testijiet tal-laboratorju rakkomandati għal monitoraġġ ta' pazjenti

Testijiet tal-laboratorju għandhom isiru f'intervalli perjodiċi għal 48 xahar wara l-aħħar kors ta' kura b'LEMTRADA sabiex isir monitoraġġ għal sinjali bikrin ta' mard awtoimmuni:

Għadd sħiħ tad-demm bid-differenzjal (qabel il-bidu tal-kura u f'intervalli ta’ kull xahar minn hemm ’il quddiem)

Il-livelli ta' kreatinina fis-serum (qabel il-bidu tal-kura u f'intervalli ta’ kull xahar minn hemm ’il quddiem)

Analiżi tal-awrina flimkien mal-mikroskopija (qabel il-bidu tal-kura u f’intervalli ta’ kull xahar)

Test tal-funzjoni tat-tirojde, bħal-livell ta' l-ormon li jistimula t-tirojde (qabel il-bidu tal-kura, u f'intervalli ta’ kull 3 xhur minn hemm ’il quddiem)

Wara dan il-perjodu ta’ żmien, kwalunkwe riżultat kliniku indikattiv ta’ nefropatiji jew ta’ disfunzjoni tat- tirojde se jkun jeħtieġ aktar ittestjar.

Informazzjoni mill-użu ta' alemtuzumab qabel l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' LEMTRADA minn studji li ma kinux sponsorjati mill-kumpanija

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin ġew identifikati qabel ir-reġistrazzjoni ta' LEMTRADA waqt l-użu ta' alemtuzumab għall-kura ta' lewkimja limfoċitika kronika ta' ċelluli B (B-CLL), kif ukoll għall-kura ta' disturbi oħrajn, ġeneralment b'dożi ogħla u aktar frekwenti (eż. 30 mg) minn dak irrakkomandat fil-kura ta' MS. Minħabba li dawn ir-reazzjonijiet jiġu rrappurtati b'mod volontarju minn popolazzjoni ta' daqs mhux ċert, mhux dejjem ikun possibbli li ssir stima b'mod affidabbli tal-frekwenza tagħhom jew li tistabbilixxi jekk dawn kinux kawża ta’ esponiment għal alemtuzumab.

Mard awtoimmuni

Avvenimenti awtoimmuni rrappurtati f'pazjenti kkurati b'alemtuzumab jinkludu newtropenija, anemija emolitika (li tinkludi każ fatali), emofilija miksuba, mard kontra GBM, u mard tat-tirojde. Fenomeni awtoimmuni serji u xi kultant fatali li jinkludu anemija emolitika awtoimmuni, tromboċitopenija awtoimmuni, anemija aplastika, is-sindrome ta' Guillain-Barré, u poliradikulonewropatija demijelinanti infjammatorja kronika, ġew irrappurtati f'pazjenti kkurati b'alemtuzumab li ma kellhomx MS. Test ta' Coombs b'riżultat pożittiv ġie rrappurtat f'pazjent tal-onkoloġija kkurat b'alemtuzumab. Avveniment fatali ta' trasfużjoni assoċjat mal-marda ta’ min jirċievi kontra min jagħti ċelluli (graft vs host) ġie rrappurtat f'pazjent tal-onkoloġija kkurat b'alemtuzumab.

Reazzjonijiet assoċjati mal-infużjoni

IARs serji u xi kultat fatali li jinkludu bronkospażmu, ipoksja, sinkope, infiltrati pulmonari, sindrome ta' għeja respiratorja akuta, waqfien respiratorju, infart mijokardijaku, arritmiji, insuffiċjenza kardijaka akuta, u waqfien kardijaku ġew osservati f'pazjenti li ma kellhomx MS ikkurati b'alemtuzumab f'dożi ogħla u iktar frekwenti minn dawk użati f'MS. Anafilassi severa u reazzjonijiet oħrajn ta' sensitività eċċessiva, li jinkludu xokk anafilattiku u anġjoedema ġew irrappurtati wkoll.

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

Infezzjonijiet virali, batteriċi, protożoani, u fungali serji u xi kultant fatali, li jinkludu dawk li seħħew minħabba l-attivazzjoni mill-ġdid ta' infezzjonijiet moħbija, ġew irrappurtati f'pazjenti li ma kellhomx MS ikkurati b'alemtuzumab f'dożi ogħla u iktar frekwenti minn dawk użati f'MS. Lewkoenċefalopatija multifokali progressiva (PML) ġiet irrappurtata f'pazjenti b'B-CLL b’kura b'alemtuzumab jew mingħajrha. Il-frekwenza ta' PML f'pazjenti B-CLL ikkurati b'alemtuzumab mhijiex ikbar mill-frekwenza fl-isfond.

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

Reazzjonijiet severi ta' ħruġ ta' demm ġew irrappurtati f'pazjenti li ma kellhomx MS.

Disturbi fil-qalb

Insuffiċjenza konġestiva tal-qalb, kardjomijopatija, u tnaqqis fil-porzjon ta' tfigħ 'il barra ġew irrappurtati f'pazjenti kkurati b'alemtuzumab li ma kellhomx MS, li fil-passat kienu kkurati b'sustanzi potenzjalment kardjotossiċi.

Disturbi limfoproliferattivi assoċjati mal-Virus ta' Epstein-Barr

Disturbi limfoproliferattivi assoċjati mal-Virus ta' Epstein-Barr ġew osservati fi studji li ma kinux sponsorjati mill-kumpanija.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma twettqu l-ebda studji formali ta’ interazzjoni tal-mediċini b'LEMTRADA bl-użu tad-doża rakkomandata f'pazjenti b'MS. Fi prova klinika kkontrollata f'pazjenti b'MS li dan l-aħħar kienu ġew ikkurati b'beta interferon u glatiramer acetate, dawn kienu meħtieġa li jwaqqfu l-kura 28 jum qabel il-bidu tal-kura b'LEMTRADA.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Nisa li jistgħu joħorġu tqal

Il-konċentrazzjonijiet fis-serum kienu baxxi jew li ma setgħux jiġu osservati fis-serum f’bejn wieħed u ieħor 30 jum wara kull kors ta' kura. Għalhekk, nisa li jistgħu joħorġu tqal għandhom jużaw miżuri kontraċettivi effettivi meta jirċievu kors ta' kura b'LEMTRADA u għal 4 xhur wara dak il-kors ta' kura.

Tqala

Hemm dejta limitata dwar l-użu ta’ LEMTRADA f’nisa tqal. LEMTRADA għandu jintuża biss waqt it- tqala jekk il-benefiċċju potenzjali jiġġustifika r-riskju potenzjali lill-fetu.

Hu magħruf li IgG uman jaqsam l-ostaklu tal-plaċenta; alemtuzumab jista' jaqsam l-ostaklu tal-plaċenta wkoll u għaldaqstant jista' jkun ta' riskju għall-fetu. Studji f’annimali urew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva (ara 5.3). Mhux magħruf jekk alemtuzumab jistax jikkawża ħsara fil-fetu meta jingħata lil nisa tqal jew jekk jistax jaffettwa l-kapaċità riproduttiva.

Mard tat-tirojde (ara sezzjoni 4.4 Disturbi tat-Tirojde) iġib riskji speċjali f'nisa li jkunu tqal. Mingħajr kura għall-ipotirojdiżmu waqt it-tqala, hemm żieda fir-riskju għal korriment u effetti fetali bħal ritardament mentali u naniżmu. F'ommijiet li jkollhom il-marda ta' Graves, antikorpi materni tar-riċettur tal-ormon li jistimula lit-tirojde jistgħu jiġu ttrasferiti lil fetu li jkun qed jiżviluppa u jistgħu jikkawżaw il- marda temporanja ta' Graves fit-tarbija tat-twelid.

Treddigħ

Alemtuzumab ġie osservat fil-ħalib u fil-frieħ ta' ġrieden nisa li kienu qed ireddgħu.

Mhux magħruf jekk alemtuzumab jiġix eliminat mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Ir-riskju gћat-tarbija li qed terda’ mhux eskluż. Għalhekk, it-treddigħ għandu jitwaqqaf matul kull kors ta' kura b'LEMTRADA u għal 4 xhur wara l-aħħar infużjoni ta' kull kors ta' kura. Madankollu, il-benefiċċji ta' immunità konferita permezz tal-ħalib tas-sider jistgħu jegħlbu r-riskji ta' esponiment potenzjali għal alemtuzumab għat-tarbija li tkun qed terda'.

Fertilità

M'hemm l-ebda dejta klinika adegwata dwar is-sigurtà fuq l-effett ta' LEMTRADA fuq il-fertilità. F'sottostudju fi 13-il pazjent raġel ikkurati b'alemtuzumab (ikkurati jew bi 12-il mg jew 24 mg), ma kien hemm l-ebda evidenza ta' aspermija, ażoospermija, għadd ta' sperma li jkun baxx b'mod konsistenti, disturbi fil-motilità jew żieda fl-anormalitajiet morfoloġiċi tal-isperma.

CD52 hu magħruf li jkun preżenti fit-tessuti riproduttivi tal-bniedem u tal-annimali gerriema. Dejta dwar l-annimali wriet effetti fuq il-fertilità fi ġrieden umanizzati (ara sezzjoni 5.3), madankollu mhux magħruf jekk hemmx impatt potenzjali fuq il-fertilità umana matul il-perjodu ta' esponiment ibbażat fuq id-dejta disponibbli.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji fuq l-effetti ta' LEMTRADA fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

Ħafna mill-pazjenti kellhom IARs li jseħħu matul jew fi żmien 24 siegħa wara l-kura b’LEMTRADA. Xi wħud mill-IARs (eż. sturdament) jistgħu jkollhom impatt temporanju fuq il-ħila tal-pazjent biex isuq jew iħaddem magni u għandu jkun hemm kawtela sakemm dawn ifiequ.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Total ta' 1,188 pazjent b'MS li tirkadi u tbatti (RRMS) ikkurati b'LEMTRADA (12-il mg jew 24 mg) kienu jiffurmaw il-popolazzjoni tas-sigurtà f'analiżi miġbura ta' studji kliniċi kkontrollati li rriżultaw f'2,363 sena ta' pazjent ta' segwir tas-sigurtà u segwir medjan ta' 24 xahar.

L-iktar reazzjonijiet avversi importanti huma awtoimmunità (ITP, disturbi tat-tirojde, nefropatiji, ċitopeniji), IARs, u infezzjonijiet. Dawn huma deskritti f'sezzjoni 4.4.

L-iktar reazzjonijiet avversi komuni b'LEMTRADA (f'≥20% tal-pazjenti) huma raxx, uġigħ ta' ras, deni u infezzjonijiet tal-apparat respiratorju.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

It-tabella hawn taħt hi bbażata fuq id-dejta miġbura dwar is-sigurtà sa 24 xahar minn pazjenti b'RRMS ikkurati bi 12-il mg/jum LEMTRADA għal 5 ijiem konsekuttivi meta daħlu fl-istudju u għal 3 ijiem konsekuttivi fix-Xahar 12 tal-Istudju. Reazzjonijiet avversi li seħħew f'≥0.5% ta' pazjenti huma elenkati skont id-Dizzjunarju Mediku għal Attivitajiet Regolatorji (MedDRA), Klassi tas-Sistemi u tal-Organi (SOC) u Terminu Ppreferut (PT). Il-frekwenzi huma definiti skont il-konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (≥ 1/10); komuni (≥ 1/100 sa < 1/10); mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100). F’kull grupp ta’ frekwenza, ir-reazzjonijiet avversi ġew ippreżentati skont is-serjetà tagħhom, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel.

Tabella 1: Reazzjonijiet avversi fi studju 1, 2, u 3 osservati f'≥0.5% tal-pazjenti kkurati bi 12-il mg LEMTRADA

Klassi tas-Sistemi u

Komuni Ħafna

Komuni

Mhux Komuni

tal-Organi

 

 

 

Infezzjonijiet u

Infezzjoni fin-naħa

Infezzjonijiet fin-naħa

Infezzjoni fis-snien,

infestazzjonijiet

ta’ fuq tal-apparat

t'isfel tal-apparat

erpete ġenitali,

 

respiratorju,

respiratorju, erpete żoster,

onikomikosi

 

infezzjoni fl-apparat

gastroenterite, erpete

 

 

tal-awrina

orali, kandidjasi orali,

 

 

 

kandidjasi vulvovaġinali,

 

 

 

influwenza, infezzjoni fil-

 

 

 

widnejn

 

Disturbi tad-demm u

Limfopenija,

Limfadenopatija

Purpura tromboċitopenika

tas-sistema limfatika

lewkopenija

 

immuni,

 

 

 

tromboċitopenija, tnaqqis

 

 

 

fl-emoglobina, tnaqqis fl-

 

 

 

ematokrit

Disturbi fis-sistema

 

Sindrome tal-ħruġ ta'

 

immuni

 

cytokine

 

Disturbi fis-sistema

 

Marda ta' Basedow,

 

endokrinarja

 

ipertirojdiżmu, tirojdite

 

 

 

awtoimmuni,

 

 

 

ipotirojdiżmu, għanqra,

 

 

 

riżultat pożittiv għal

 

 

 

antikorpi kontra t-tirojde

 

Disturbi psikjatriċi

 

Nuqqas ta' rqad*, ansjetà

Dipressjoni

Disturbi fis-sistema

Uġigħ ta' ras*

Rikaduta ta' MS,

Disturb tas-sensi,

nervuża

 

sturdament*, ipoestesija,

iperestesija

 

 

parestesija, rogħda,

 

 

 

indeboliment fis-sens tat-

 

 

 

togħma*

 

Disturbi fl-għajnejn

 

Vista mċajpra

Konġuntivite

Disturbi fil-widnejn u

 

Mejt

 

fis-sistema labirintika

 

 

 

Disturbi fil-qalb

 

Takikardija*,

 

 

 

bradikardija*,

 

 

 

palpitazzjonijiet

 

Disturbi vaskulari

Fwawar*

Pressjoni baxxa*,

 

 

 

pressjoni għolja

 

Disturbi respiratorji,

 

Qtugħ ta' nifs*, sogħla,

Tagħfis fil-gerżuma,

toraċiċi u medjastinali

 

epistassi, uġigħ

sulluzzu, irritazzjoni fil-

 

 

orofarinġeali

gerżuma,

Disturbi gastro-

Dardir*

Uġigħ addominali,

Stitikezza, marda tar-

intestinali

 

rimettar, dijarea,

rifluss gastroesofagali,

 

 

dispepsja*, stomatite

ħruġ ta' demm mill-

 

 

 

ħanek, disfaġija

Disturbi fil-fwied u

 

 

Żieda f'aspartate

 

 

 

fil-marrara

 

 

 

aminotransferase

Disturbi fil-ġilda u fit-

Urtikarja*, raxx*,

 

Raxx mifrux*, eritema,

Infafet, għaraq matul il-

tessuti ta’ taħt il-ġilda

ħakk*

 

ekkimożi, alopeċja,

lejl

 

 

 

iperidrosi, akne

 

Disturbi muskolu-

 

 

Mijalġja, dgħufija fil-

 

skeletriċi u tat-tessuti

 

 

muskoli, artralġja, uġigħ

 

konnettivi

 

 

fid-dahar, uġigħ fl-

 

 

 

 

estremitajiet, spażmi tal-

 

 

 

 

muskoli, uġigħ fl-għonq

 

Disturbi fil-kliewi u

 

 

Proteinurija, ematurija

 

fis-sistema urinarja

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema

 

 

Mestrwazzjoni esaġerata,

Displasija taċ-ċerviċi,

riproduttiva u fis-sider

 

 

mestrwazzjoni irregolari

amenorrea

Disturbi ġenerali u

Deni*, għeja kbira*

 

Skumdità fis-sider*,

 

kondizzjonijiet ta’

 

 

tkexkix ta' bard*, uġigħ*,

 

mnejn jingħata

 

 

edima periferali, astenja,

 

 

 

 

mard bħal tal-influwenza,

 

 

 

 

telqa mingħajr sinjal ta’

 

 

 

 

mard, uġigħ fis-sit tal-

 

 

 

 

infużjoni

 

Investigazzjonijiet

 

 

 

Tnaqqis fil-piż

Korriment,

 

 

Kontużjoni

 

avvelenament u

 

 

 

 

kumplikazzjonijiet ta’

 

 

 

 

xi proċedura

 

 

 

 

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

 

 

It-termini mmarkati b'asterisk (*) f'Tabella 1 jinkludu reazzjonijiet avversi rrappurtati bħala Reazzjonijiet Assoċjati mal-Infużjoni. IAR’s jinkludu wkoll fibrillazzjoni atrijali u anafilassi li jseħħu taħt il-limitu ta' 0.5% għal avvenimenti relatati (ara sezzjoni 4.4).

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Fi provi kliniċi kkontrollati, żewġ pazjenti b'MS irċivew b'mod aċċidentali sa 60 mg ta' LEMTRADA (i.e., doża totali għall-kors tal-kura inizjali) f'infużjoni waħda u kellhom reazzjonijiet serji (uġigħ ta' ras, raxx, u jew pressjoni baxxa jew takikardija tas-sinus). Dożi ta' LEMTRADA li jkunu ikbar minn dawk ittestjati fl-istudji kliniċi jistgħu jżidu l-intensità u/jew it-tul tar-reazzjonijiet avversi assoċjati mal- infużjoni jew l-effetti immuni tagħha.

M’hemm l-ebda antidot magħruf għal doża eċċessiva ta’ alemtuzumab. Il-kura tikkonsisti fit-twaqqif tal- prodott mediċinali u terapija ta' appoġġ.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Immunosoppressanti selettivi, Kodiċi ATC: L04AA34.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Alemtuzumab hu antikorp monoklonali umanizzat derivat minn DNA rikombinanti dirett kontra l- glikoproteina CD52 ta' wiċċ iċ-ċellula 21-28 kD. Alemtuzumab hu antikorp kappa IgG1 b'qafas varjabbli uman u reġjuni kostanti, u reġjuni determinanti kumplimentari minn antikorp monoklonali ta’ annimal gerriemi (far). L-antikorp għandu piż molekulari approssimattiv ta' 150 kD.

Alemtuzumab jeħel ma' CD52, antiġen ta' wiċċ iċ-ċellula preżenti f'livelli għoljin fuq limfoċiti T (CD3+) u B (CD19+), u f'livelli iktar baxxi fuq ċelluli li huma qattiela naturali, monoċiti, u makrofaġi. Ikun hemm ftit jew xejn CD52 osservat fuq in-newtrofili, ċelluli tal-plażma, jew ċelluli mhux differenzjati tal- mudullun tal-għadam. Alemtuzumab jaġixxi permezz ta' ċitolosi ċellulari dipendenti fuq l-antikorpi u lisi medjata mill-komplement wara t-twaħħil fuq wiċċ iċ-ċellula ma' limfoċiti T u B.

Il-mekkaniżmu li bih LEMTRADA jeżerċita l-effetti terapewtiċi tiegħu f'MS ma jistax jiġi spjegat b'mod sħiħ. Madankollu, ir-riċerka tissuġġerixxi effetti immunomodulatorji permezz tat-tnaqqis u l-formazzjoni mill-ġdid ta' limfoċiti, li jinkludu:

-Tibdil fin-numru, fil-proporzjonijiet, u fil-propjetajiet ta' xi sottosettijiet ta' limfoċiti wara l-kura

-Żieda fir-rappreżentanza ta' sottosettijiet ta' ċelluli T regolatorji

-Żieda fir-rappreżentanza ta' limfoċiti T u B tal-memorja

-Effetti temporanji fuq komponenti ta' immunità konġenita (i.e. newtrofili, makrofaġi, ċelluli NK)

It-tnaqqis fil-livell ta' ċelluli B u T li jiċċirkolaw ġej minn LEMTRADA u l-formazzjoni sussegwenti mill-ġdid, jistgħu jnaqqsu l-potenzjal għal rikaduta, li finalment jittardja l-progressjoni tal-marda.

Effetti farmakodinamiċi

LEMTRADA inaqqas il-limfoċiti T u B li jiċċirkolaw wara kull kors ta' kura, bl-inqas valuri osservati li jseħħu xahar wara kors ta' kura (l-iktar punt ta' żmien bikri wara l-kura fl-istudji ta' fażi 3). Il-limfoċiti jerġgħu jiffurmaw maż-żmien bl-irkupru ta' ċelluli B li normalment jitlesta fi żmien 6 xhur. L-għadd ta' limfoċiti CD3 + u CD4 + jogħla iktar bil-mod lejn il-livell normali, iżda ġeneralment ma jirritornax għal- linja bażi sa 12-il xahar wara l-kura. Madwar 40% tal-pazjenti kellhom għadd totali ta' limfoċiti li laħaq il-limitu t'isfel tan-normal (LLN) sa 6 xhur wara kull kors ta' kura, u madwar 80% tal-pazjenti kellhom għadd totali ta' limfoċiti li laħaq l-LLN sa 12-il xahar wara kull kors.

Newtrofili, monoċiti, eosinofili, basofili u ċelluli li huma qattiela naturali jiġu affettwati biss temporanjament minn LEMTRADA.

Effikaċja klinika u sigurtà

Is-sigurtà u l-effikaċja ta' LEMTRADA ġew evalwati fi 3 provi kliniċi rater-blinded, b'komparatur attiv, fejn il-parteċipanti ntgħażlu b'mod każwali, f'pazjenti b'RRMS.

Għal studji 1 u 2, id-Disinn/demografika tal-istudju u r-riżultati qed jintwerew f'Tabella 2 u Tabella 3 rispettivament.

Tabella 2: Disinn tal-Istudju u Karatteristiċi fil-Linja Bażi għal Studji 1 u 2

 

Studju 1

 

Studju 2

Isem tal-istudju

CAMMS323

 

CAMMS32400507

(CARE-MS I)

 

(CARE-MS II)

 

 

Disinn tal-istudju

 

 

 

Storja medika ta' mard

Pazjenti b'MS attiva, definita bħala mill-inqas 2 rikaduti fi

 

żmien is-sentejn ta' qabel.

 

 

 

Segwir

 

Sentejn

 

 

Popolazzjoni tal-istudju

Pazjenti li qatt ma rċivew kura Pazjenti b'rispons inadegwat

fil-passat

 

għat-terapija ta' qabel*

 

 

Karatteristiċi fil-linja bażi

 

 

 

 

 

 

Età Medja (snin)

 

 

 

 

Medja/Medjan ta' tul ta' żmien

Sentejn/1.6 snin

 

4.5/3.8 snin

tal-Marda

 

 

 

 

Medja ta' tul ta' żmien tat-

Xejn

 

36 xahar

terapija għal MS fil-passat (≥1

 

mediċina użata)

 

 

 

% li rċivew ≥2 terapiji għal MS

Mhux applikabbli.

28%

fil-passat

 

 

 

Medja tal-punteġġ EDSS fil-

2.0

2.7

linja bażi

 

 

 

*Definit bħala pazjenti li kellhom mill-inqas rikaduta waħda matul il-kura b'beta interferon jew glatiramer acetate wara li kienu fuq terapija bil-prodott mediċinali għal mill-inqas 6 xhur.

Tabella 3: Punti Aħħarin Ewlenin Kliniċi u tal-MRI minn Studji 1 u 2

 

Studju 1

Studju 2

Isem tal-istudju

CAMMS323

CAMMS32400507

(CARE-MS I)

(CARE-MS II)

 

 

LEMTRADA

SC IFNB-1a

LEMTRADA

 

SC IFNB-1a

 

12-il mg

(N=187)

12-il mg

 

(N=202)

Punti aħħarin kliniċi

(N=376)

 

(N=426)

 

 

Rata ta' Rikaduta1

 

 

 

 

 

Rata ta’ Rikaduta Annwalizzata

 

 

 

 

 

(ARR)

0.18

0.39

0.26

 

0.52

(95% CI)

(0.13, 0.23)

(0.29, 0.53)

(0.21, 0.33)

 

(0.41, 0.66)

Proporzjon ta' rata (95% CI)

0.45 (0.32, 0.63)

0.51 (0.39, 0.65)

Tnaqqis tar-riskju

54.9

49.4

 

 

(p<0.0001)

(p<0.0001)

 

 

 

 

 

 

Diżabilità2

 

 

 

 

 

(Akkumulazzjoni Sostnuta ta’ Diżabilità

 

 

 

 

 

[SAD] ≥6 xhur1)

8.0%

11.1%

12.7%

 

21.1%

Pazjenti b'6 xhur SAD

(5.7, 11.2)

(7.3, 16.7)

(9.9, 16.3)

 

(15.9, 27.7)

(95% CI)

 

 

 

 

 

Proporzjon ta' periklu (95% CI)

0.70 (0.40, 1.23)

0.58 (0.38,

0.87)

 

(p=0.22)

(p=0.0084)

 

 

 

 

 

 

Pazjenti li ma kellhom l-ebda rikaduta

 

 

 

 

 

f'Sena 2 (95% CI)

77.6%

58.7%

65.4%

 

46.7%

 

(72.9, 81.6)

(51.1, 65.5)

(60.6, 69.7)

 

(39.5, 53.5)

 

(p<0.0001)

 

(p<0.0001)

 

 

Bidla mil-Linja Bażi f'EDSS f'Sena 2

 

 

 

 

 

Stima (95% CI)

-0.14 (-0.25, -0.02)

-0.14 (-0.29, 0.01)

-0.17 (-0.29, -0.05)

0.24 (0.07, 0.41)

 

(p=0.42)

 

(p<0.0001)

 

 

 

 

 

 

 

 

Punti aħħarin tal-MRI (0-sentejn)

 

 

 

 

 

Medjan ta’ % tal-bidla fil-volum tal-

-9.3 (-19.6, -0.2)

-6.5 (-20.7, 2.5)

-1.3

 

-1.2

leżjonijiet MRI-T23

(p=0.31)

 

(p=0.14)

 

 

 

 

 

 

 

Pazjenti b'leżjonijiet T2 ġodda jew li qed

48.5%

57.6%

46.2%

 

67.9%

jikbru sa Sena 2

(p=0.035)

 

(p<0.0001)

 

 

 

 

 

 

 

Pazjenti b'leżjonijiet li jidhru aktar

15.4%

27.0%

18.5%

 

34.2%

b’Gadolinium sa Sena 2

(p=0.001)

 

(p<0.0001)

 

 

 

 

 

 

 

Pazjenti b'leżjonijiet ipointensi T1 ġodda

24.0%

31.4%

19.9%

 

38.0%

sa Sena 2 (%)

(p=0.055)

 

(p<0.0001)

 

 

 

 

 

 

 

Medjan ta’ % tal-bidla fil-Porzjon

-0.867

-1.488

-0.615

 

-0.810

Parenkimali tal-Moħħ

(p<0.0001)

 

(p=0.012)

 

1Punti aħħarin koprimarji: ARR u SAD. L-istudju ġie ddikjarat li rnexxa jekk mill-inqas wieħed miż-żewġ punti aħħarin koprimarji ntlaħaq.

2Żmien sal-bidu ta' SAD ġie definit bħala żieda ta' mill-inqas punt wieħed fuq l-iskala tal-istat ta' diżabilità mkabbra (EDSS) minn punteġġ EDSS fil-linja bażi ta' ≥ 1.0 (żieda ta' 1.5 punti għal pazjenti b'EDSS fil-linja bażi ta' 0) li kienet sostnuta għal 6 xhur.

Figura 1: Żmien għal Akkumulazzjoni Sostnuta ta' Diżabilità ta' 6 xhur fi Studju 2

Alemtuzumab

Alemtuzumab

SC IFNB-1a

SC IFNB-1a

Severità tar-rikaduta

F'allinjament mal-effett fuq ir-rata ta' rikaduta, analiżijiet ta' appoġġ minn Studju 1 (CAMMS323) urew li LEMTRADA 12-il mg/jum wassal għal numru sinifikanti inqas ta’ pazjenti kkurati b'LEMTRADA li kellhom rikaduti severi (tnaqqis ta' 61%, p=0.0056) u numru sinifikanti inqas ta’ rikaduti li wasslu għal kura bi sterojdi (tnaqqis ta' 58%, p<0.0001) meta mqabbel ma' IFNB-1a.

Analiżijiet ta' appoġġ minn Studju 2 (CAMMS32400507) urew li LEMTRADA 12-il mg/jum wassal għal numru sinifikanti inqas ta’ pazjenti kkurati b'LEMTRADA li kellhom rikaduti severi (tnaqqis ta' 48%, p=0.0121), u numru sinifikanti inqas ta’ rikaduti li wasslu għal kura bi sterojdi (tnaqqis ta' 56%, p<0.0001) jew għal rikoveri l-isptar (tnaqqis ta' 55%, p=0.0045) meta mqabbel ma' IFNB-1a

Tnaqqis sostnut ta' diżabilità (SRD)

Żmien sal-bidu ta' SRD ġie definit bħala tnaqqis ta' mill-inqas punt wieħed fuq l-EDSS minn punteġġ EDSS fil-linja bażi ta' ≥ 2 li kien sostnut għal mill-inqas 6 xhur. SRD hu kejl għal titjib sostnut ta' diżabilità. 29% tal-pazjenti kkurati b'LEMTRADA laħqu SRD fi studju 2, filwaqt li 13% biss ta' pazjenti kkurati b'IFNB-1a mogħti minn taħt il-ġilda laħqu dan il-punt aħħari. Id-differenza kienet statistikament sinifikanti (p=0.0002).

Studju 3 (studju ta' fażi 2 CAMMS223) evalwa s-sigurtà u l-effikaċja ta' LEMTRADA f'pazjenti b'RRMS fuq perjodu ta’ 5 snin. Il-pazjenti kellhom EDSS minn 0-3.0, mill-inqas 2 episodji kliniċi ta' MS matul is- sentejn ta' qabel, u ≥1 leżjoni li tidher aktar b’gadolinium meta daħlu fl-istudju. Il-pazjenti ma kinux irċivew terapija għal MS fil-passat. Il-pazjenti ġew ikkurati b'LEMTRADA 12-il mg/jum (N=108) jew

24 mg/jum (N=108) mogħti darba kuljum għal 5 ijiem f'Xahar 0 u għal 3 ijiem f'Xahar 12 jew IFNB-1a 44 µg mogħti minn taħt il-ġilda (N=107) mogħti 3 darbiet kull ġimgħa għal 3 snin. Sitta u erbgħin pazjent irċivew it-tielet kors ta' kura b'LEMTRADA b'doża ta' 12-il mg/jum jew 24mg/jum għal 3 ijiem

f'Xahar 24.

Wara 3 snin, LEMTRADA naqqas ir-riskju ta' SAD għal 6 xhur b'76% (proporzjon ta' periklu ta' 0.24 [95% CI: 0.110, 0.545], p<0.0006) u naqqas l-ARR b'67% (proporzjon ta' rata ta' 0.33 [95% CI: 0.196, 0.552], p<0.0001) meta mqabbel ma' IFNB-1a mogħti minn taħt il-ġilda. Alemtuzumab 12-il mg/jum wassal għal punteġġi ta' EDSS li kienu iktar baxxi b'mod sinifikanti (imtejba meta mqabbla mal-linja bażi) sa sentejn ta' segwir, meta mqabbel ma' IFNB-1a (p<0.0001).

Wara 5 snin, LEMTRADA naqqas ir-riskju ta' SAD b'69% (proporzjon ta' periklu ta' 0.31 [95% CI: 0.161, 0.598], p=0.0005) u naqqas l-ARR b'66% (proporzjon ta' rata ta' 0.34 [95% CI: 0.202, 0.569], p<0.0001) meta mqabbel ma' IFNB-1a mogħti minn taħt il-ġilda.

Fi provi kliniċi open-label ta’ segwir ta' LEMTRADA, xi pazjenti rċivew kura addizzjonali “skont il- ħtieġa” b'LEMTRADA malli kien hemm evidenza dokumentata tat-tkomplija ta' attività tal-marda MS. Il- kors(ijiet) addizzjonali ta' LEMTRADA ngħataw b'doża ta' 12-il mg/jum għal 3 ijiem konsekuttivi (doża totali ta' 36 mg) mill-inqas 12-il xahar wara l-kors ta' kura ta' qabel. Il-benefiċċji u r-riskji ta' >2 korsijiet ta' kura ma ġewx stabbiliti b'mod sħiħ, iżda r-riżultati jissuġġerixxu li l-profil tas-sigurtà ma jidhirx li jinbidel b'korsijiet addizzjonali. Jekk ikunu se jingħataw korsijiet addizzjonali ta’ kura, dawn iridu jingħataw mill-inqas 12-il xahar wara l-kors ta’ qabel.

Immunoġeniċità

Bħal fil-każ tal-proteini terapewtiċi kollha, hemm il-potenzjal għal immunoġeniċità. Id-dejta tirrifletti l- perċentwal ta' pazjenti li r-riżultati tat-testijiet tagħhom kienu kkunsidrati li huma pożittivi għall-antikorpi għal alemtuzumab bl-użu ta' assaġġ immunosorbenti marbut mal-enzimi (ELISA) u kkonfermati minn assaġġ ta' twaħħil kompetittiv. Kampjuni pożittivi ġew evalwati b'mod addizzjonali għal evidenza ta' inibizzjoni in vitro bl-użu ta' assaġġ ta' ċitometrija tal-fluss. Pazjenti fi provi kliniċi kkontrollati f'MS itteħdulhom kampjuni tas-serum fix-xhur 1, 3, u 12 wara kull kors ta' kura biex jiġu stabbiliti antikorpi kontra alemtuzumab. Madwar 85% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu LEMTRADA, kellhom riżultat pożittiv għat-test ta' antikorpi kontra alemtuzumab matul l-istudju, bi 92% ta' dawn il-pazjenti b’riżultat pożittiv ukoll għal antikorpi li jinibixxu t-twaħħil ta' LEMTRADA in vitro. Pazjenti li żviluppaw antikorpi kontra alemtuzumab għamlu dan sa 15-il xahar wara l-esponiment inizjali. Ma kien hemm l- ebda assoċjazzjoni tal-preżenza ta' antikorpi kontra alemtuzumab jew ta' antikorpi inibitorji kontra alemtuzumab ma' tnaqqis fl-effikaċja, bidla fil-farmakodinamika, jew l-okkorrenza ta' reazzjonijiet avversi, li jinkludu reazzjonijiet assoċjati mal-infużjoni.

L-inċidenza ta' antikorpi hi dipendenti ħafna fuq is-sensittività u l-ispeċifiċità tal-assaġġ. Flimkien ma' dan, l-inċidenza osservata tal-pożittività tal-antikorpi (li jinkludu antikorp inibitorju) f'assaġġ tista' tkun influwenzata minn diversi fatturi li jinkludu l-metodoloġija tal-assaġġ, l-immaniġġjar tal-kampjuni, il-ħin meta jittieħed il-kampjun, medikazzjonijiet li jittieħdu fl-istess ħin, u mard diġà eżistenti. Għal dawn ir- raġunijiet, il-paragun tal-inċidenza ta' antikorpi għal LEMTRADA mal-inċidenza ta' antikorpi għal prodotti oħrajn jista' jqarraq b'dak li jkun.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jigu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’alemtuzumab fi tfal mit-twelid sa inqas minn 10 snin fil-kura ta’ sklerożi multipla (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku)

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini iddifferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b’LEMTRADA f’wieħed jew iktar settijiet tal-popolazzjoni pedjatrika f'RRMS (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-farmakokinetika ta' LEMTRADA ġiet evalwati f'total ta' 216-il pazjent b'RRMS li rċivew infużjonijiet ġol-vini ta' 12-il mg/jum jew 24 mg/jum għal 5 ijiem konsekuttivi, segwiti minn 3 ijiem konsekuttivi 12-il xahar wara l-kors ta' kura inizjali. Il-konċentrazzjonijiet fis-serum żdiedu ma' kull doża konsekuttiva matul kors ta' kura, bl-ogħla konċentrazzjonijiet osservati li seħħew wara l-aħħar infużjoni ta' kors ta'

kura. L-għoti ta' 12-il mg/jum wassal għal Cmax ta' 3014 ng/ml f'Jum 5 tal-kors ta' kura inizjali, u

2276 ng/ml f'Jum 3 tat-tieni kors ta' kura. Il-half-life alpha kienet ta' madwar jumejn u kienet komparabbli bejn il-korsijiet fejn wasslet għal konċentrazzjonijiet baxxi jew li ma setgħux jiġu osservati fis-serum f'bejn wieħed u ieħor 30 jum wara kull kors ta' kura.

Alemtuzumab hu proteina li għaliha r-rotta metabolika mistennija hi degradazzjoni għal peptides żgħar u amino acids individwali minn enzimi proteolitiċi ddistribwiti b'mod mifrux. Ma sarux studji dwar bijotrasformazzjoni klassika.

Ma jistgħux isiru konklużjonijiet bid-dejta disponibbli dwar l-effett tar-razza u s-sess fuq il- farmakokinetika ta’ LEMTRADA. Il-farmakokinetika ta’ LEMTRADA ma ġietx studjata f’pazjenti li għandhom 55 sena jew aktar.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Karċinoġenesi u mutaġenesi

Ma sarux studji biex jevalwaw il-potenzjal karċinoġeniku jew mutaġeniku ta' alemtuzumab.

Fertilità u riproduzzjoni

Kura b'alemtuzumab mogħti minn ġol-vini f'dożi sa 10 mg/kg/jum, mogħtija għal 5 ijiem konsekuttivi (AUC ta' 7.1 darbiet tal-esponiment fil-bniedem fid-doża rakkomandata ta' kuljum) ma kellha l-ebda effett fuq il-fertilità u l-prestazzjoni riproduttiva fi ġrieden transġeniċi rġiel huCD52. In-numru ta' sperma normali tnaqqas b'mod sinifikanti (<10%) meta mqabbel mal-kontrolli, u l-perċentwal tal-isperma anormali (irjus maqtugħa jew l-ebda rjus) żdied b'mod sinifikanti (sa 3%). Madankollu, dan it-tibdil ma affettwax il-fertilità u għalhekk kien ikkunsidrat bħala li ma kienx avvers.

Fi ġrieden nisa li ngħataw dożi ta' alemtuzumab sa 10 mg/kg/jum mogħtija minn ġol-vini (AUC ta'

4.7 darbiet tal-esponiment fil-bniedem bid-doża rakkomandata ta' kuljum) għal 5 ijiem konsekuttivi qabel il-koabitazzjoni ma' ġrieden irġiel li jinstabu fin-natura, il-medja tan-numru ta' corpora lutea u siti ta' impjantazzjoni għal kull ġurdien tnaqqsu b'mod sinifikanti meta mqabbla ma' ġrieden ikkurati bi plaċebo. Tnaqqis fiż-żieda tal-piż matul it-tqala meta mqabbel mal-kontrolli fuq plaċebo ġie osservat fi ġrieden tqal li ngħataw doża ta' 10 mg/kg/jum.

Studju dwar l-effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva fi ġrieden tqal esposti għal dożi ta' alemtuzumab sa 10 mg/kg/jum mogħtija minn ġol-vini (AUC ta' 2.4 darbiet tal-esponiment fil-bniedem bid-doża rakkomandata ta' 12-il mg/jum) għal 5 ijiem konsekuttivi matul it-tqala, wassal għal żidiet sinifikanti fin- numru ta' ommijiet ġrieden bil-feti kollha mejtin jew assorbiti mill-ġdid, flimkien ma' tnaqqis fl-istess ħin fin-numru ta' ommijiet ġrieden b'feti vijabbli. Ma kienu osservati l-ebda malformazzjonijiet jew varjazzjonijiet esterni, tat-tessut artab, jew skeletriċi, b'dożi sa 10 mg/kg/jum.

It-trasferiment mill-plaċenta u attività farmakoloġika potenzjali ta' alemtuzumab ġew osservati fil-ġrieden matul it-tqala u wara l-ħlas. Fi studji fuq il-ġrieden, alterazzjonijiet fl-għadd ta' limfoċiti ġew osservati fil- frieħ esposti għal alemtuzumab waqt it-tqala f'dożi ta' 3 mg/kg/jum għal 5 ijiem konsekuttivi (AUC

0.6darbiet tal-esponiment fil-bniedem fid-doża rakkomandata ta' 12-il mg/jum). L-iżvilupp konoxxittiv, fiżiku, u sesswali ta' frieħ esposti għal alemtuzumab waqt it-treddigħ ma ġiex affettwati b'dożi sa

10mg/kg/jum ta' alemtuzumab.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Disodium phosphate dihydrate (E339)

Disodium edetate dihydrate

Potassium chloride (E508)

Potassium dihydrogen phosphate (E340)

Polysorbate 80 (E433)

Sodium chloride

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbiltajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f'sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Konċentrat 3 snin

Soluzzjoni dilwita

L-istabbiltà kimika u fiżika waqt l-użu ntweriet għal 8 sigħat f'temperatura ta' 2 C - 8 C.

Minn aspett mikrobijoloġiku, hu rakkomandat li l-prodott għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament, iż-żmien tal-ħażna waqt l-użu u l-kundizzjonijiet ta' qabel l-użu huma r- responsabbiltà tal-utent, u m'għandux ikun itwal minn 8 sigħat f'temperatura ta' 2 C - 8 C, taħt protezzjoni mid-dawl.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Konċentrat.

Aħżen fi friġġ (2 C - 8 C). Tagħmlux fil-friża.

Żomm il-kunjett fil-kartuna ta' barra sabiex tilqa' mid-dawl.

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

LEMTRADA hu fornut f’kunjett tal-ħġieġ ċar ta' 2 ml, b’tapp tal-lastku tal-butyl u siġill tal-aluminju b'għatu tal-plastik flip-off.

Daqs tal-pakkett: kartuna b'kunjett 1.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Il-kontenut tal-kunjett għandu jiġi eżaminat għal xi frak u bdil ta’ kulur qabel jingħata. Tużax jekk ikun hemm xi frak jew jekk il-konċentrat ikun bidel il-kulur.

Tħawwadx il-kunjetti qabel l-użu.

Għal għoti ġol-vina, iġbed 1.2 ml ta' LEMTRADA mill-kunjett għal ġo siringa billi tuża teknika asettika. Injetta ġo 100 ml ta' soluzzjoni għall-infużjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) jew f’soluzzjoni għall- infużjoni ta’ glucose (5%). Dan il-prodott mediċinali m’għandux jiġi dilwit b’solventi oħrajn. Il-borża għandha tinqaleb ta' taħt fuq bil-mod biex tħallat is-soluzzjoni.

LEMTRADA ma fihx preservattivi kontra l-mikrobi u għalhekk għandu jkun hemm attenzjoni biex tiġi żgurata l-isterilità tas-soluzzjoni ppreparata. Hu rakkomandat li l-prodott dilwit jingħata immedjatament. Kull kunjett hu intenzjonat biex jintuża darba biss. Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Genzyme Therapeutics Ltd

4620 Kingsgate

Cascade Way

Oxford Business Park South

Oxford

OX4 2SU

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/13/869/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 12 settembru 2013

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati