Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Levetiracetam Accord (levetiracetam) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N03AX14

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaLevetiracetam Accord
Kodiċi ATCN03AX14
Sustanzalevetiracetam
ManifatturAccord Healthcare Ltd  

1.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

Levetiracetam Accord 250 mg pilloli miksija b’rita

Levetiracetam Accord 500 mg pilloli miksija b’rita

Levetiracetam Accord 750 mg pilloli miksija b’rita

Levetiracetam Accord 1000 mg pilloli miksija b’rita

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Levetiracetam Accord 250 mg pilloli miksija b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 250 mg ta’ levetiracetam

Levetiracetam Accord 500 mg pilloli miksija b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 500 mg ta’ levetiracetam

Levetiracetam Accord 75 mg pilloli miksija b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 750 mg ta’ levetiracetam

Eċċipjent b’effett magħruf:

Kull pillola miksija b’rita fiha 0.013 mg ta’ sunset yellow FCF (E110)

Levetiracetam Accord 1000 mg pilloli miksija b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 1000 mg ta’ levetiracetam

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b'rita.

Il-pillola tista’ tinqasam f’żewġ nofsijiet ugwali

Levetiracetam Accord 250 mg pilloli miksija b’rita

Bajda għal abjad mitfi, ovali, ġejja għat-tond miż-żewġ naħat, imnaqqxa b’'L 64' u b’linja minn fejn tinqasam fuq naħa u lixxa min-naħa l-oħra

Levetiracetam Accord 500 mg pilloli miksija b’rita

Lewn isfar, ovali, ġejja għat-tond miż-żewġ naħat, imnaqqxa b’'L 65' u b’linja minn fejn tinqasam fuq naħa u lixxa min-naħa l-oħra.

Levetiracetam Accord 750 mg pilloli miksija b’rita

Lewn roża, ovali, ġejja għat-tond miż-żewġ naħat, imnaqqxa b’'L 66' u b’linja minn fejn tinqasam fuq naħa u lixxa min-naħa l-oħra.

Levetiracetam Accord 1000 mg pilloli miksija b’rita

Bajda għal abjad mitfi, ovali, ġejja għat-tond miż-żewġ naħat, imnaqqxa b’'L 67' u b’linja minn fejn tinqasam fuq naħa u lixxa min-naħa l-oħra

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Levetiracetam huwa indikat biex ikun użat bħala monoterapija fit-trattament ta' aċċessjonijiet tat-tip parzjali kemm meta jkun hemm, kif ukoll meta ma jkunx hemm ġeneralizzazzjoni sekondarja f'adulti u adolexxenti li għandhom minn 16 il-sena li għadhom kif ġew dijanjostikati b’ epilessija.

Levetiracetam huwa indikat biex ikun użat bħala parti mit-terapija mizjuda

fit-trattament ta' aċċessjonijiet tat-tip parzjali kemm meta jkun hemm, kif ukoll meta ma jkunx hemm ġeneralizzazzjoni sekondarja f’adulti, adolexxenti, tfal u trabi minn eta` ta’ xahar b’epilessija.

fit-trattament ta’ aċċessjonijiet tat-tip mijokloniċi f’adulti u addoloxxenti minn 12- il senab’epilessija tat-tip Mijoklonika li tibda fiż-żgħożija

Fit-trattament ta’ aċċessjonijiet primarji u ġeneralizzati tat-tip tonic-clonic f’adulti u addoloxxenti minn 12-il sena b’Epilessija Ġeneralizzata Idjopatika.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Monoterapija għal adulti u adoloxxenti minn 16-il sena ‘l fuq

Id-doża rikkmandata tal-bidu hi ta’ 250 mg darbtejn kuljum li għandha tiżdied għal doża terapewtika iniżjali ta’ 500 mg darbtejn kuljum wara ġimgħatejn. Id-doża tista’ tkompli tiżdied b’ 250 mg darbtejn kuljum kull ġimagħtejn skond ir-rispons kliniku. Id-doża massima hi ta’ 1500 mg darbtejn kuljum.

Terapija miżjuda għal adulti (≥18-il sena ) u addoloxxenti (12 sa 17-il sena) li jiżnu iżjed minn 50 kg jew iżjed.

Id-doża tal-bidu hija ta' 500 mg darbtejn kuljum. Din id-doża tista' tibda tittieħed mill-ewwel ġurnata tat-trattament.

Id-doża ta' kuljum tista' tiġi miżjuda jew mnaqqsa għal massimu ta' 1,500 mg darbtejn kuljum, skond ir-respons kliniku u skond kemm il-mediċina tkun ittollerata mill-pazjent. Tibdil fid-doża jista' jsir kull ġimagħtejn sa erba' ġimgħat u tista' tiżdied jew titnaqqas b’500 mg darbtejn kuljum.

Twaqqif

Jekk levetiracetam għandu jitwaqqaf hu rrikkmandat li jitwaqqaf gradwalment (ez. F’adulti u adoloxxenti li jiżnu iżjed minn 50 kg: tnaqqis ta’ 500 mg darbtejn kuljum kull ġimagħtejn sa erba ġimgħat; f’trabi akbar minn 6 xhur, tfal u adoloxxenti li jiżni inqas minn 50 kg: it-tnaqqis fid-doża m’għandiex taċċedi 10 mg/kg darbtejn kuljum kull ġimagħtejn; f’trabi (ta’ inqas minn 6 xhur): it- tnaqqis fid-doża m’għandiex taċċedi 7 mg/kg darbtejn kuljum kull ġimagħtejn.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani (65 sena u fuqhom)

Hu rrikkmandat li f' pazjenti anzjani li għandhom funzjoni mnaqqsa tal-kliewi, tiġi aġġustata d-doża (ara “Indeboliment tal-kliewi” hawn taħt).

Indeboliment tal-kliewi

Id-doża li tingħata kuljum tiddependi mill-funzjoni tal-kliewi ta' kull pazjent individwali.

Għal pazjenti adulti, imxi ma' t-tabella hawn taħt biex tkun tista' tagħmel tibdil fid-doża kif indikat. Biex tuża din it-tabella hemm bzonn tkun taf l-estimu tar-rata li biha titneħħa il-krejatinina (CLcr) f' ml/min fil-pazjent. Din ir-rata tista' tigi stmata mill-livell ta' krejatinina kkalkulata fis-serum (mg/dl), għal adulti u addoloxenti ta’ 50 kg jew aktar, billi tuża din il-formula:

 

[140 - eta` (snin)] x piż (kg)

Clcr (ml/min) =

------------------------------------------------ (x 0.85 għan-nisa)

 

72 x livell ta' krejatinina fis-serum (mg/dl)

 

Imbagħad, CLcr huwa aġġustat għall-erja tas-superfiċje tal-ġisem (BSA) bħal hawn taħt:

CLcr (ml/min/1.73 m2) =

CLcr (ml/min)

---------------------------- x 1.73

 

BSA pazjent (m 2 )

Regolar tad-doża f'pazjenti adulti u addoloxxenti li jiżnu iżjed minn 50kg b’ indeboliment fil-kliewi:

Grupp

Rata ta' tneħħija tal-

Doża u frekuenza

 

krejatinina

 

 

(ml/min/1.73 m2)

 

Normali

> 80

500 sa 1,500 mg darbtejn kuljum

Ħafifa

50-79

500 sa 1,000 mg darbtejn kuljum

Moderata

30-49

250 sa 750 mg darbtejn kuljum

Severa

< 30

250 sa 500 mg darbtejn kuljum

Pazjenti fl-aħħar stadji tal-marda tal-kliewi

-

500 to 1,000 mg darba kuljum (2)

li jagħmlu d-dijaliżi (1)

 

 

(1)Doża kbira ta’ 750 mg hija rrikkmandata fl-ewwel ġurnata tat-trattament b’levetiracetam.

(2)Wara id-dijaliżi, hija rrikkmandata doża supplimentari ta' bejn 250 u 500 mg.

F’ tfal b’indeboliment tal-kliewi, id-doża ta’ levetiracetam għandha tiġi aġġustata skond il-funzjoni renali għaliex clearance ta’ levetiracetam huwa marbut mal-funzjoni renali. Din ir-rekkomandazzjoni hija bażata fuq studju li sar f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi.

Il-CLcr f' ml/min/1.73 m2 tista' tigi kkalkulata mill-livell ta' krejatinina fis-serum (mg/dl), għal addoloxenti żgħar, tfal u trabi, billi tuża din il-formula (formula Schwartz):

Tul (ċm) x ks

CLcr (ml/min/1.73 m2) = --------------------------------

Kreatinina fis-serum (mg/dl)

ks= 0.45 f’Trabi li twieldu fiż-żmien sa eta` ta’ sena; ks= 0.55 f’ Tfal sa inqas minn 13-il sena u fl’addoloxxenti feminili; ks= 0.7 f’ addoloxxenti maskili

Aġġustament fid-doża f’pazjenti trabi, tfal u addoloxxenti li jiżnu inqas minn 50 kg b’ indeboliment fil-kliewi:

Grupp

Rata ta' tneħħija

Doża u frekuenza (1)

 

tal-krejatinina

 

 

 

(ml/min/1.73 m2)

Trabi ta’ bejn xahar sa

Trabi ta’ bejn 6 sa 23-il xahar,

 

 

inqas minn 6 xhur

tfal u addoloxenti li jiżnu

 

 

 

inqas minn 50 kg

Normali

> 80

7 sa 21 mg/kg (0.07 sa

10 sa 30 mg/kg (0.10 sa

 

 

0.21 ml/kg) darbtejn

0.30 ml/kg) darbtejn kuljum

 

 

kuljum

 

Ħafifa

50-79

7 sa 14 mg/kg (0.07 sa

10 sa 20 mg/kg (0.10 sa

 

 

0.14 ml/kg) darbtejn

0.20 ml/kg) darbtejn kuljum

 

 

kuljum

 

Moderat

30-49

3.5 sa 10.5 mg/kg (0.035

5 sa 15 mg/kg (0.05 sa

 

 

sa 0.105 ml/kg)darbtejn

0.15 ml/kg) darbtejn kuljum

 

 

kuljum

 

Severa

< 30

3.5 sa 7 mg/kg (0.035 sa

5 sa 10 mg/kg (0.05 sa

 

 

0.07 ml/kg)

0.10 ml/kg) darbtejn kuljum

 

 

(0.105 ml/kg)darbtejn

 

 

 

kuljum

 

 

 

 

Pazjenti fl-aħħar

--

7 sa 14 mg/kg (0.07 sa

10 sa 20 mg/kg (0.10 sa

stadji tal-marda

 

0.14 ml/kg) darba kuljum

0.20 ml/kg) darba kuljum (3) (5)

tal-kliewi

 

(2) (4)

 

 

 

 

jagħmlu d-dijaliżi

 

 

 

(1)Levetiracetam soluzzjoni orali għandha tintuża għal dożi taħt il-250 mg, għal dożi mhux multipli ta’ 250 mg meta r-rikomandazzjoni tad-dożaġġ ma jistax jintlaħaq billi jittieħdu pilloli multipli u għal pazjenti li ma jistgħux jibilgħu l-pilloli.

(2)Doża kbira ta’ 10.5 mg/kg (0.105 ml/kg) hija rrikkmandata fl-ewwel ġurnata tat-trattament b’levetiracetam.

(3)Doża kbira ta’ 15 mg/kg (0.15 ml/kg) hija rrikkmandata fl-ewwel ġurnata tat-trattament b’levetiracetam.

(4)Wara id-dijaliżi, hija rrikkmandata doża supplimentari ta' bejn 3.5 u 7 mg/kg. (0.035 sa 0.07 ml/kg)

(5)Wara id-dijaliżi, hija rrikkmandata doża supplimentari ta' bejn 5 u 10 mg/kg. (0.05 sa 0.10 ml/kg)

Indeboliment tal-fwied

M'hemmx għalfejn tibdil fid-doża ta' pazjenti b’indeboliment ħafifa għal moderata fil-fwied. F'pazjenti b’indeboliment severa fil-fwied, r-rata li biha titneħħa l-krejatinina tista' taħbi il-veru nuqqas fil-funzjoni tal-kliewi. Għalhekk huwa rrikkmandat li meta r-rata li biha titneħħa l-krejatinina tkun < 60 ml/min/1.73 m2, għandu jkun hemm tnaqqis ta' 50 % tad-doża ta' kuljum.

Popolazzjoni pedjatrika

It-tabib għandu jikteb l-iżjed għamla farmaċewtika, preżentazzjoni u saħħa addatata,skond l-eta`, il- piz u d-doża.

Il-formulazzjoni tal-pilloli mhux addattata għall-użu fi trabi u tfal taħt is-6 snin.

Levetiracetam soluzzjoni orali hija l-formulazzjoni preferita għall-użu f’din il-popolazzjoni. Barra minn hekk, id-dożi li ssib tal-pilloli mhux addattati għat-trattament tal-bidu fit-tfal li jiżnu inqas minn 25 kg, għal pażjenti li ma jistgħux jibilgħu jew għat-teħid ta’ dożi inqas minn 250 mg.F’dawn il-każi kollha msemmija hawn fuq, għandha tintuża Levetiracetam soluzzjoni orali.

Monoterapija

Is-sigurta’ u l-effikaċja ta’ Levetiracetam f’tfal u addoloxxenti ta’ taħt is-16-il sena bħala monoterapija ma ġietx determinata.

Dejta mhux disponibbli.

Terapija miżjuda fit-trabi minn eta` ta’ 6 sa 23 xahar, tfal (2 sa 11-il sena) u addoloxxenti (12 sa 17-il sena) li jiżnu inqas minn 50 kg

Levetiracetam soluzzjoni orali hija l-formulazzjoni preferita għall-użu fit-trabi u tfal taħt is-6 snin.

Għal tfal minn 6 snin ‘l fuq, Levetiracetam soluzzjoni orali għandha tintuża għal dożi taħt 250 mg, għal dożi mhux multipli ta’ 250 mg meta r-rikomandazzjoni tad-dożaġġ ma jistax jintlaħaq billi jittieħdu pilloli multipli u għal pazjenti li ma jistgħu jibilgħu.

L-iżgħar doża effettiva għandha tintuża. Id-doża tal-bidu għal tifel jew tifla jew adolexxent ta’ 25 kg għandha tkun 250 mg darbtejn kuljum b’doża massima ta’ 750 mg darbtejn kuljum.

Id-dożaġġ fit-tfal ta’ 50 kg jew iżjed huma l-istess bħal dik fl-adulti.

Terapija miżjuda fi trabi minn eta` ta’ xahar sa inqas minn 6 xhur

Is-soluzzjoni orali hija l-għamla li għandha tintuża fit-trabi.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-pilloli miksija b'rita jittieħdu mill-ħalq. Tiblaħhom ma biżżejjed ilma kemm ma' l-ikel u kif ukoll fuq stonku vojt. Id-doża ta' kuljum tinqasam f'żewġ dożi indaqs.

4.3 Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew derivattivi oħrajn ta' pyrrolidone, jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Insuffiċjenza renali

Jista' jkun hemm bżonn ta' tibdil fid-doża meta levetiracetam jingħata lil pazjenti b’indeboliment fil- kliewi. F' każi fejn ikun hemm indeboliment severa fil-fwied, huwa rrikkmandat li jsir eżami tal- funzjoni tal-kliewi qabel ma tiġi deċiża d-doża (ara sezzjoni 4.2).

Ħsara akuta fil-kliewi

L-użu ta’ levetiracetam kien assoċjat rarament ħafna ma’ ħsara akuta fil-kliewi, li seħħet minn ftit ġranet sa diversi xhur żmien mill-bidu.

Għadd ta’ ċelloli fid-demm

Każijiet rari ta’ għadd imnaqqsin ta’ ċelloli fid-demm (newtropinja, agranulositożi, lukopinja, trombositopinja u pankositopinja) kienu deskritti b’konnessjoni mat-teħid ta’ levetiracetam, ġeneralment fil-bidu tat-trattament. Għadd ta’ ċelloli tad-demm kompleti huma rrikkmandati f’pazjenti li jħossu debbolezza importanti, deni, infezzjonijiet rikorrenti jew mard ta’ koagulazzjoni (sezzjoni 4.8).

Suwiċidju

Suwiċidju, attentat ta’ suwiċidju, ħsibijiet u mġieba suwiċidali kienu rrappurtati f’pazjenti trattati b’ mediċini ta’ kontra l-epilessija (inkluż levetiracetam). Meta-analiżi ta’ provi arbitrarji u kkontrollati mill-plaċebo ta’ prodotti mediċinali ta’ kontra l-epilessija juri żieda żgħira fil-ħsibijiet u mġieba suwiċidali. Il-mekkaniżmu ta’ dan ir-riskju mhux magħruf.

Għalhekk il-pazjenti għandhom jiġu ċċekkjati għal sinjali ta’ depressjoni u/jew ħsibijiet u mġieba suwiċidali u għandu jitqies trattament xieraq. Il-pazjenti (u dawk li jieħdu ħsieb il-pazjenti) għandhom jingħataw il-parir li jfittxu parir mediku jekk jitfaċċaw sinjali ta’ depressjoni u/jew ħsibijiet u mġieba suwiċidali.

Popolazzjoni pedjatrika

L-għamla ta’ pilloli mhux addatatta għall-użu fit-trabi u tfal ta’ taħt is-6 snin.

M’hemmx ħjiel ta’ ebda impatt fuq il-kobor u l-puberta’ f’dejta li teżisti dwar it-tfal. Madanakollu, mhumiex magħrufa l-effetti fit-tul fuq it-tagħlim, l-intelliġenza, il-kobor, il-funzjoni endokrinali, il- puberta’ u l-potenzjal li wieħed ikollu t-tfal.

Eċċipjenti

Levetiracetam Accord 750 mg pilloli miksija b’rita fihom sunset yellow (E110) li jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Prodotti mediċinali ta’ kontra l-epilessija

Tagħrif minn studji kliniċi f’adulti li saru qabel ma ħareġ fis-suq, juri li levetiracetam ma kellu ebda effett fuq il-konċentrazzjonijiet ta' mediċini eżistenti kontra l-epilessija (phenytoin, carbamazepine, valproic acid, phenobarbital, lamotrigine, gabapentin u primidone), u li dawn il-prodotti ma kellhom ebda effett fuq il-profil farmakokinetiku ta' levetiracetam.

Bħal fl-adulti, m’hemm ebda evidenza klinikament sinifikanti ta’ effetti ta’ mediċini oħra f’ pazjenti pedjatriċi li jieħdu sa 60 mg/kg/ġurnata ta’ levetiracetam.

Studju retrospettiv ta’ interazzjoni farmakokinetika fit-tfal u l-addoloxxenti b’epilessija (4 sa 17 il- sena) ikkonferma li terapija miżjuda b’ levetitacetam li jittieħed mill-ħalq ma kellux effett fuq konċentrazzjonijiet tas-serum fi stat fiss ta’ carbamazepine u valproate li jingħataw fl-istess ħin. Iżda, id-dejta tissuġġerixxi clearance ta’ levetiracetam ogħla b’20 % f’tfal li jieħdu mediċini ta’ kontra l- epilessija li jindottaw l-enżimi. M’hemmx bżonn aġġustament tad-doża.

Probenecid

Ġie muri li probenecid li jwaqqaf il-passaġġ attiv ta' ċerti sustanzi għal ġot-tubules tal-kliewi, f’dożi ta’500 mg erba' darbiet kuljum, m'għandu ebda effett fuq levetiracetam. Probenecid f'dawn id-dożi iwaqqaf it-tneħħija mill-kliewi tal-prodott ewlieni tal-metabolit, imma mhux ta' levetiracetam. Madanakollu l-konċentrazzjoni tiegħu xorta tibqa' żgħira.

Methotrexate

It-teħid flimkien ta’ levetiracetam u methotrexate kien irrapurtat li jnaqqas clearance ta’ methotrexate, li jirriżulta f’żieda / prolongament ta’ konċentrazzjoni fid-demm ta’ methotrexate f’livelli potenzjalment tossiċi. Livelli ta’ methotrexate u levetiracetam fid-demm għandhom ikunu osservati b’attenzjoni f’pazjenti fuq trattament biż-żewġt mediċini flimkien.

Kontraċettivi orali u interazzjonijiet farmakokinetiċi oħra

Levitiracetam 1,000 mg kuljum ma kellux effett fuq il-farmakokinetika ta’ kontraċettivi orali (ethinylestradiol u levonorgestrel); il-parametri endokrinali (luteinizing hormone u progesterone) ma kienux modifikat. Levitiracetam 2,000 mg kuljum ma kellux effett fuq il-farmakokinetika ta’ digoxin u warfarin; il-prothrombin times ma kienux modifikat. It-teħid flimkien ta’ digoxin, kontraċettivi orali u warfarina ma kellhomx effett fuq il-farmakokinetika ta’ levetiracetam.

Lassattivi

Kien hemm rapporti iżolati ta’ tnaqqis fl-effiċjenza ta’ levetiracetam meta il-lassattiv ożmotiku macrogol ingħata flimkien ma’ levetiracetam mill-ħalq. Għalhekk, macrogol m’għandux jingħata mill-ħalq minn siegħa qabel u sa siegħa wara li jittieħed levetiracetam.

Ikel u alkoħol

L-ikel ma kellu ebda effett fuq l-assorbiment ta' levetiracetam, izda r-rata kienet ħarira mnaqqsa. M'hemmx dejta dwar jekk jaqbilx levetiracetam ma' l-alkoħol.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Dejta minn wara t-tqegħid fis-suq minn diversi reġistri tat-tqala prospettivi ddokumentaw ir-riżulatai minn ‘l fuq minn 1,000 mara esposti għal monoterapija b’levitiracetam waqt l-ewwel trimestru tat- tqala. B’kollox, dan id-dejta ma jissuġġerix żieda sostanzjali fir-riskju ta’ malformazzjonijiet konġenitali maġġuri, għalkemm riskju teratoġeniku jeżisti u ma jistax jiġi eskluż kompletament. Terapija m’ AED multipli huwa assoċjat b’riskju ogħla ta’ malformazzjonijiet konġenitali minn monoterapija. Għalhekk għandha tiġi kunsidrata monoterapija. Studji f'annimali wrew tossiċità fuq is- sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3). Levetiracetam mhux rrikkmandat għal waqt it-tqala u f’nisa

f’età li jista’ jkollhom it-tfal li mhumiex qegħdin jużaw kontraċettivi sakemm mhux klinikament neċessarju.

Tibdil fiżjoloġiku waqt it-tqala jista’ jkollu effett fuq il-konċentrazzjoni ta’ levetiracetam. Ġie osservat tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta’ levetiracetam fil-plażma waqt it-tqala. Dan it-tnaqqis kien akbar waqt it-tielet trimester ( sa 60 % tal-konċentrazzjoni tal-linja bażi qabel it-tqala). Irid jiġi assigurat immaniġġjar kliniku xieraq tan-nisa tqal trattati b’levetiracetam. Meta jitwaqqaf it-trattament ta' kontra l-epilessija, il-kundizzjoni medika tista' tmur għall-agħar u għalhekk tista’ tkun ta' ħsara għall-omm u l-fetu.

Treddigħ

Levetiracetam jitneħħa fil-ħalib ta’ l-omm, għalhekk it-treddigħ mhux irrikkmandat. Madanakollu, jekk ikun hemm bżonn trattament b’levetiracetam waqt it-treddigħ, irid jitqies il- benefiċċju/riskju tat-trattament peress li t-treddigħ huwa importanti.

Fertilita`

Ebda impatt fuq il-fertilita` ma nstab f’studji fl-annimali (ara sezzjoni 5.3). Mhix disponibli dejta klinika, riskju potenzjali għal bniedem mhux magħruf.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Levetiracetam għandu effett żgħir jew moderat fuq il-ħila li ssuq jew tħaddem magni. Speċjalment fil-bidu tat-trattament jew wara żieda fid-doża, xi pazjenti li possibilment ikunu iżjed sensittivi, jistgħu jitħeddlu jew iħossu sintomi oħrajn relatati mas-sistema nervuża ċentrali. Għalhekk, attenzjoni speċjali hi rrikkmandata f'dawn il-pazjenti meta jkunu qed jagħmlu xogħolijiet ta' ċertu ħila, ez. sewqan ta' vetturi jew tħaddim ta' makkinarju. Il-pazjenti jingħataw parir biex ma jsuqux jew jużgħux magni sakemm ma jiġi stabbilit li mhux affetwat il-ħila tagħhom li jagħmlu dawn l-attivitajiet.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurta’

Ir-reazzjonijiet avversi li huma l-iżjed irrappurtata frekwentament kienu nażofaninġite, nagħas, uġigħ ta’ ras, għajja u sturdament. Il-profil tar-reazzjonijiet avversi ppreżentati hawn taħt huwa bbażat fuq l- analiżi ta’ ġabra ta’ provi kliniċi kkontrollati bil-plaċebo fejn ġew studjati l-indikazzjonijiet kollha, b’total ta’ 3,416 pazjent trattati b’levetiracetam. Din id-dejta hija miżjudha b’użu ta’ levetiracetam f’ studji li jikkorrespondu ta’ estenzjoni open-label, flimkien ma’ esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Il-profil ta’ sigurta` ta’ levitiracetam huwa ġeneralment simili fil-gruppi kollha ta’ l-etajjiet (adulti u pażjenti pedjatriċi) u fl-indikazzjonijiet approvati ta’ epilessija kollha.

Lista f’ tabella tar-reazzjonijiet avversi

Fit-Tabella hawn taħt hawn il-lista tar-reazzjonijiet avversili gew rapportati fi studji kliniċi (adulti, addoloxxenti, tfal u trabi > xahar) u wara t-tqeghid tal-prodott fis-suq. Huma mniżżla skont is-sistema tal-klassifika tal-organi u skont il-frekwenza, bl-aktar frekwenti jitniżżlu l-ewwel.

Ir-reazzjonijiet avversi kienu ppreżentati f’ordni ta’ gravita` minn ħafna għal ftit u il-frekwenza huma

mfissra kif ġejjin: komuni hafna (≥1/10); komuni: (>1/100 sa ≤1/10); mhux komuni: (>1/1,000 sa ≤1/100) u rari: (≥1/10,000 sa ≤1/1,000); rari ħafna: (≤1/10,000).

MedDRA SOC

 

Frekwenza tal-kategorija

 

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

 

Infezzjonijiet u

Nażofarinġite

 

 

Infezzjoni

infestazzjonijiet

 

 

 

 

Mard tad-demm u

 

 

Trombositopinja,

Pansitopenja

s-sistema

 

 

lukopinja

newtropenja

limfatika

 

 

 

agranuloċitożi

Mard tas-sistema

 

 

 

Reazzjoni

immuni

 

 

 

għall-mediċina

 

 

 

 

b’ esinofilja u

 

 

 

 

sintomi

 

 

 

 

sistemiċi

 

 

 

 

(DRESS),

 

 

 

 

Ipersensittivita`

 

 

 

 

(li jinkludi

 

 

 

 

anġjoedema u

 

 

 

 

anafillassi))

Mard tal-

 

Anoressija

Tnaqqis fil-piz ,

Iponatrimja

metaboliżmu u

 

 

żieda fil-piz

 

nutrizzjoni

 

 

 

 

Mard psikjatriku

 

Depressjoni, ostilita`/

Attenta ta’

Suwiċidju li

 

 

aggressjoni, anzjeta`,

suwiċidju, ħsibijiet

jsir, mard tal-

 

 

insomnja,

ta’ suwiċidju,mard

personalita`,

 

 

nervożita`/irritabilta`

psikotiċi, mġieba

ħsibijiet

 

 

 

abnormali,

abnormali

 

 

 

alluċinazzjonijiet,

 

 

 

 

rabja, stat

 

 

 

 

konfużjonali , attakk

 

 

 

 

ta’ paniku, tibdil fl-

 

 

 

 

emozzjonijiet/tibdil

 

 

 

 

fil-burdati,

 

 

 

 

agitazzjoni

 

Mard tas-sistema

Naġħas, uġigħ

Aċċessjoni, mard tal-

Amneżija,

Koreoatetożi,

nervuża

ta’ ras

bilanċ, sturdament,

impediment tal-

diskinesija,

 

 

telqa, rogħda

memorja, ko-

iperkinesja

 

 

 

ordinazzjoni

 

 

 

 

abnormali/ataxja,

 

 

 

 

paraestesija, disturbi

 

 

 

 

fl’ attenzjoni

 

Mard tal-għajn

 

 

Diplopja, viżjoni

 

 

 

 

mċajpra

 

Mard tal-widna u

 

Vertigo

 

 

tas-sistema

 

 

 

 

labirinta

 

 

 

 

Mard respiratorju

 

Sogħla

 

 

toraċiku u

 

 

 

 

medjastinali

 

 

 

 

Mard

 

Uġigħ fl-addomenu,

 

Pankrejatite

gastrointestinali

 

dijarreja, dispepsja,

 

 

 

 

rimettar, dardir

 

 

Mard tal-fwied u

 

 

Test tal-funzjoni tal-

Insuffiċjenza

l-marrara

 

 

fwied abnormali

epatika, epatite

Mard tal-kliewi u

 

 

 

Ħsara akuta fil-

dak urinarju

 

 

 

kliewi

Mard tal-ġilda u t-

 

Raxx

Alopacja, ekzema,

Nekroliżi

tessut subkutanju

 

 

ħakk,

epidermali

 

 

 

 

 

 

 

 

tossiku,

 

 

 

 

sindromu ta’

 

 

 

 

Stevens-

 

 

 

 

Johnson,

 

 

 

 

eritema

 

 

 

 

multiforme

Mard

 

 

Debbulezza

Rabdomijolożi

muskoluskeletali

 

 

muskolari, mijalġja

u żieda fil-

u tat-tessut

 

 

 

creatinine

konnettiv

 

 

 

phosphokinase

 

 

 

 

fid-demm*

Mard ġenerali u

 

Astenja/għajja

 

 

kondizzjonijiet

 

 

 

 

tal-post tat-teħid

 

 

 

 

Korriment,

 

 

Korriment

 

avvelenament u

 

 

 

 

komplikazzjonijiet

 

 

 

 

proċedurali

 

 

 

 

* Il-prevalanza hija sinifikament ogħla f’pazjenti Ġappuniżi meta mqabbla ma’ pazjenti mhux Ġappuniżi.

Każijiet ta’ enċefalopatija kienu osservati rarament wara t-teħid ta’ levetiracetam. Dawn l-effetti mhux mixtieqa ġeneralment iseħħu fil-bidu tat-trattament (ftit ġranet sa ftit xhur) u kienu riversibbli wara t-twaqqif tat-trattament.

Deskrizzjoni ta’ xi effetti mhux mixtieqa magħżula

Ir-riskju ta’ anorexja huwa ogħla meta ngħata topiramate flimkien ma’ levetiracetam. F’każi ta’ alopeċja, kien osservat irkupru meta twaqqaf levetiracetam. Kien identifikat is-soppressjoni tal- mudullun f’xi każi ta’ pankoċitopenja.

Popolazzjoni pedjatrika

F’pazjenti minn eta` ta’ xahar sa inqas minn 4 snin, total ta’ 190 pazjent kienu ttrattati b’ levetiracetam f’studji ta’ estenzjoni open label u kkontrollati bil-plaċebo. Sittin (60) minn dawn il- pazjenti ġew trattati b’levetiracetam f’studji kkontrollati bil-plaċebo. F’pazjenti ta’ eta` ta’ 4-16-il sena, total ta’ 645 pazjent kienu trattati b’levetiracetam f’studji ta’ estenzjoni open label u kkontrollati bil-plaċebo. 233 minn dawn il-pazjenti kienu trattati b’levetiracetam f’studji kkontrollati bil-plaċebo. F’ dawn iż-żewġ meded t’etajjiet pedjatriċi, din id-dejta kienet miżjudha b’ esperjenza ta’ wara t- tqegħid fis-suq tal-użu ta’ levetiracetam.

Barra minn hekk, 101 tarbija ta’ inqas minn 12-il xahar kienu esposti f’ studju ta’ sigurta` wara l- awtorizzazzjoni, Ma kienux identifikati punti ta’ sigurta` ġodda għal levetiracetam fi trabi b’epilessija ta’ inqas minn 12-il xahar.

Il-profil ta’ reazzjonijiet avversi ta’ levitiracetam huwa ġeneralment simili fil-gruppi kollha ta’ l- etajjiet (adulti u pażjenti pedjatriċi) u fl-indikazzjonijiet approvati ta’ epilessija kollha. Ir-riżultati ta’ sigurta` f’pazjenti pedjatriċi f’studji kkontrollati bil-plaċebo kienu konsistenti mal-profil ta’ sigurta` ta’ levetiracetam fl-adulti ħlief għar-reazzjonijiet avversi ta’ mġieba u psikjatriċi li kienu iżjed komuni fit-tfal milli fl-adulti. Fit-tfal u addoloxxenti t’eta` ta’ 4-16-il sena, ir-rimettar (komuni ħafna, 11.2%), aġitazzjoni (komuni, 3.4%), tibdil fil-burdati (komuni, 2.1%), tibdil spiss ta’ emozzjonijiet (komuni, 1.7%), aggressjoni (komuni, 8.2%), mġieba abnormali (komuni, 5.6%), u telqa (komuni, 3.9%) kienu rappurtati iżjed frekwentament minn gruppi ta’ etajjiet oħra jew mill-profil ta’ sigurta` totali. F’trabi u tfal t’eta` minn xahar sa inqas minn 4 snin, irritabilta` (komuni ħafna, 11.7%) u ko-ordinazzjoni abnormali (komuni, 3.3%) kienu rappurtati iżjed frekwentament minn fil-gruppi t’etajjiet oħra jew mill-profil ta’ sigurta` totali.

Studju li sar f’pazjenti pedjatriċi (4 sa 16 il-sena) b’ aċċessjonijiet tat-tip parzjali juru li 55.4 % tal- pazjenti fil-grupp ta’ levetiracetam u 40.2 % tal-pazjenti fil-grupp tal-plaċebo kellhom effetti mhux mixtieqa. Ebda mill-pazjenti fil-grupp ta’ levetiracetam u 1.0 % ta’ pazjenti fil-grupp ta’ plaċebo kellhom effetti mhux mixtieqa serji. L-iżjed effetti mhux mixtieqa serji fil-popolazzjoni pedjatrika, kienu nagħas, ostilita`, nervi, instabbilta` emozzjonali, aġitazzjoni, anoressija, astenja u uġigħ ta’ ras. Risultati dwar sigurta` f’pazjenti pedjatriċi kienu konsistenti mal-profil ta’ sigurta` ta’ levetiracetam f’adulti minn barra minn effetti mhux mixtieqa fl-aġir u psikjatriċi li keinu iżjed komuni fit-tfal minn fl-adulti (38.6 % versus 18.6 %). Iżda, ir-riskju relattiv kien simili fit-tfal meta mqabbel ma’ l-adulti.

Studju li sar f’pazjenti pedjatriċi (xahar sa inqas minn 4 snin) b’ aċċessjonijiet tat-tip partial onset wrew li 21.7 % tal-pazjenti fil-ġrupp tal-levetiracetam u 7.1 % tal-pazjenti fil-grupp tal-plaċebo kellhom effetti mhux mixtieqa. Ma kienx hemm effetti mhux mixtieqa serji fil-pazjenti fil-grupp tal- levetiracetam jew Plaċebo. Waqt l-istudju ta’ follow-up fit-tul N01148, l-iżjed effetti mhux mixtieqa li ħarġu wara trattament bil-mediċina fil grupp ta’ bejn ix-xahar -< 4snin kienu irritabilta` (7.9 %), aċċessjonijiet (7.2 %), nagħas (6.6 %), iperattivita` psikomotor (3.3 %), mard tal-irqad (3.3 %), u aggressjoni (3.3 %). Riżultati ta’ sigurta’ f’pazjenti pedjatriċi kienu konsistenti mal-profil ta’ sigurta’ ta’ levetiracetam f’tfal akbar t’ eta` bejn l-4 sa 16-il sena.

Studju ta’ sigurta’ fil-pedjatrija, ikkontrollat mill-plaċebo u double-blind b’disinn non-inferiority kejjel l-effetti kognittivi u newropsikoloġiċi ta’ levetiracetam f’tfal ta’ 4 sa 16-il sena t’eta` b’ aċċessjonijiet tat-tip partial onset. Kien konkluż li levetiracetam ma kienx differenti (mhux inferjuri) mill-plaċebo fejn jidħol il-bidla mill-linja bażi tal- Leiter-R Attention and Memory, Memory Screen Composite score fil-popolazzjoni skond il-protokol. Riżultati li għandhom x’jaqsmu mal-funzjoni tal- imġiba u dik emozjonali juru aggravament fil-pazjenti trattati b’ Levetiracetam f’imġiba aggressiva kif imkejjel b’mod standardizzat u sistematiku bl-użu ta’ strument validat (CBCL – Achenbach Child Behavior Checklist). Iżda pazjenti li ħadu levetiracetam fl-istudju ta’ follow-up open label li sar fit- tul, ma kellhomx espenjenza ta’ aggravament, u fil-medda, fil-funzjoni tal-imġieba u emozjonali; f’kejl partikolari ta’ mġiba aggressiva, din ma kinitx agħar mill-linja bażi.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Sintomi

Wara dożi eċċessivi ta' Levetiracetam, ġew osservati effetti ta' ħedla, aġitazzjoni, aggressjoni, tnaqqisfil-livell ta' kuxjenza, livell baxx tar-rifless respiratorju, u koma.

X'għandek tagħmel f'każ ta' doża eċċessiva

Wara doża eċċessiva akuta, l-istonku jista' jiġi mbattal permezz ta' ħasil ta’ l-istonku jew billi l- pazjent jinġiegħel jirremetti. M'hemmx antidotu speċifiku għal levetiracetam. Wara doża eċċessiva jiġu trattati s-sintomi. Dan jista' jinvolvi anke id-dijaliżi tad-demm. L-effiċjenza ta’ l-estrazzjoni tad- dijaliżi hija ta' 60 % għal levetiracetam u ta' 74 % għall-prodott ewlieni tal-metaboliżmu.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: mediċini għall-kontra l-epilessija, mediċini għall-kontra l-epilessija oħra, Kodiċi ATC: N03AX14.

Is-sustanza attiva, levetiracetam hija derivattiva ta' pyrrolidone (S-enantiomer ta’ α-ethyl-2-oxo-1- pyrrolidine acetamide), u ma jixbahx kimikament lil sustanzi attivi oħrajn li jintużaw kontra l- epilessija.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Il-mod kif jaħdem levetiracetam għadu jrid jiġi ċċarat. Esperimenti li saru in vitro u in vivo jgħatu x'nifhmu li levetiracetam ma jibdilx il-karatteristiċi taċ-ċelloli basiċi u n-newrotrasmissjoni normali. Studji in vitro juru li levetiracetam jaffetwa livelli ta’ Ca2+ intranewronali billi jinibixxi parzjalment il- kurrenti ta’ Ca2+ tat-tip N u billi jnaqqas kemm jintreħa Ca2+ mill-ħażniet intranewronali. Huwa wkoll jaqleb parzjalment it-tnaqqis f’kurrenti gated b’ GABA u glycine indotti b’ żingu u ß-carbolines. Barra minn dan, levetiracetam kien ukoll muri f’ studji in vitro li jeħel ma post speċifiku fit-tessut tal- moħħ tal-ġrieden u annimali gerriema. Dan il-post fejn jeħel huwa l-proteina tal-bużżieqa tas-sinapsi 2A , li hu magħruf li hu involut fil-fużjoni tal-bużżieqa u exositożi ta’ neurotransmitter. Levetiracetam u sustanzi relatati oħra juru affinita` li jeħlu mal-proteina tal-bużżieqa tas-sinapsi 2A b’rata li tikkorralata mal-qawwa tal-protezzjoni li jagħtu kontra l-aċċessjonijiet fil-mudell ta’ l-epilessija awdjoġeniku fil-ġurdien. Dan it-tagħrif jissuġġerixxi li l-interazzjoni bejn levtiracetam u l-proteina tal-bużżieqa tas-sinapsi 2A donnhom jikkontribwixxu għall-mekkaniżmu t’azzjoni kontra l-epilessija tal-prodott mediċinali.

Effetti farmakodinamiċi

Levetiracetam jgħati protezzjoni kontra aċċessjonijiet kemm tat-tip parzjali kif ukoll tat-tip primarji ġeneralizzati f'firxa wiesgħa ta' mudelli f'annimali. Dan jsir mingħajr ma jkollu l-effett li jikkawża aċċessjonijiet. Il-prodott ewlieni tal-metaboliżmu m'huwiex attiv. Il-profil farmakoloġiku wiesa’ ta’ levetiracetam ġie ikkomfermat permezz ta’ l-azzjoni fil-bniedem fuq l-epilessija kemm dik tat-tip parzjali u kemm dik ġeneralizzata (l-attività elettrika tipika fl-epilessija/ r-rispons fotoparoksiżimali).

Effikaċja klinika u sigurtà

Terapija miżjuda fit-trattament ta’ aċċessjonijiet tat-tip parzjali kemm b’ġeneralizazzjoni sekondarja kif ukoll mingħajr f’adulti, addoloxxenti, tfalu trabi minn eta` ta’ xahar b’epilessija.

F’adulti, l-effiċjenza ta’ levetiracetam kiem muri fi 3 studji double-blind ikkontrollati minn plaċebo f dożi ta’ 1000 mg, 2000 mg, jew 3000 mg/ kuljum, mogħtija f’ 2 dożi separati, b’trattament li dam sa 18 il-ġimgħa. F’analisi miġbur, il-perċentaġġ ta’ pazjenti li laħqu tnaqqis ta’ 50 % jew iżjed mill-linja bażi fil-frekwenza fil-ġimgħa ta’ aċċessjonijiet tat-tip parzjali b’doża stabli (12/14 ġimgħa), kien ta’ 27.7 %, 31.6 % u 41.3 % għal pazjenti fuq 1000, 2000, jew 3000 mg ta’ levetiracetam rispettivament u ta’ 12.6 % għal pazjenti fuq il-plaċebo.

Popolazzjoni pedjatrika

F’pazjenti pedjatriċi (4 sa 16 il-sena), l-effiċjenza ta’ levetiracetam kiem muri f’ studju double-blind ikkontrollat minn plaċebo li inkluda 198 pazjent b’trattament li dam 14 il-ġimgħa. F’dan l-istudju, il- pazjenti ħadu levetiracetam bħala doża fissa ta’ 60 mg/kg/ġurnata (maqsuma f’darbtejn kuljum).

44.6 % ta’ pazjenti fuq levetiracetam u 19.6 % ta’ pazjenti fuq il-plaċebo kellhom tnaqqis ta’ 50 % jew iżjed mill-linja bażi fil-frekwenza fil-ġimgħa ta’ aċċessjonijiet tat-tip parzjali. Bi trattament li jikompla fit-tul, 11.4 % tal-pazjenti ma kellhomx aċċessjonijiet għal mill-inqas 6 xhur u 7.2 % ma kellhomx aċċessjonijiet għal mill-inqas sena.

F’pazjenti pedjatriċi (t’eta` ta’ xahar sa inqas minn 4 snin), l-effikaċja ta’ levetiracetam kienet stabbilita f’studju kkontrollat mill-plaċebo u double-blind li inkludew 116-il pazjent u kellu tul ta’ trattament ta’ 5 tijiem. F’dan l-istudju, il-pazjenti ġew mogħtija dożi ta’ kuljum ta’ 20 mg/kg,

25 mg/kg, 40 mg/kg jew 50 mg/kg ta’ soluzzjoni orali bbażati fuq l-iskeda tat-titrazzjoni skond l-eta`. Doża ta’ 20 mg/kg/ġurnata sa 40 mg/kg/ġurnata għal trabi ta’ xahar sa inqas minn sitt xhur u doża ta’

25 mg/kg/ġurnata sa 50 mg/kg/ġurnata għal trabi u tfal minn 6 xhur sa inqas minn 4snin t’eta`, kienu wżati f’dan l-istudju. Id-doza totali ta’ kuljum kienet tingħata darbtejn kuljum.

Il-kejl primarju ta’ effettivita` kienet ir-rata ta’ pazjenti li rrispondew (persentaġġ tal-pazjenti b’ ≥ 50 % tnaqqis mill-linja bażi fil-frekwenza tal-medda ta’ aċċessjonijiet tat-tip partial onset f’ġurnata) mkejla b’ blinded central reader bl’użu ta’ vidjo EEG ta’ 48 siegħa. L’analiżi tal-effikaċja kienet

tikkonsisti minn 109 pazjenti li kellhom mill-inqas 24 siegħa ta’ vidjo EEG kemm fil-perjodu tal-linja bażi kif ukoll fil-perjodu tal-evalwazzjoni. 43.6 % tal-pazjenti trattati b’levetiracetam u 19.6 % tal- pazjenti fuq plaċebo kienu kkonsidratai bħala li rrispondew. Ir-riżultati kienu konsistenti fil-gruppi tal-eta`. B’trattament kontinwu fit-tul, 8.6 % tal-pazjenti kienu mingħajr aċċessjonijiet għal mill-inqas 6 xhur u 7.8 % kienu mingħajr aċċessjonijiet għal mill-inqas sena.

35 trabi ta’ inqas minn sena b’ aċċessjonijiet partial onset kienu esposti f’studji kliniċi kkontrollati minn plaċebo li minnhom 13 biss kienu iżgħar minn 6 xhur.

Monoterapija fit-trattament ta’ aċċessjonijiet tat-tip parzjali kemm b’ġeneralizazzjoni sekondarja kif ukoll mingħajr f’pazjenti minn 16 il- sena li għadhom kif ġew dijanjostikati b’ epilessija.

L-effikaċja ta’ levetitacetam bħala monoterapija ġiet stabbilita f’studju li qabblu b’mod double-blind, parallel group, non-inferiority ma’ carbamazepine f’ għamla li jintreħa b’ mod kontrollat (CR) f’576 pazjenti ta’ 16 il-sena jew iżjed li għadhom kif ġew dijanjostikati b’ epilessija. Il-pazjenti kellhom jippreżentaw ruħhom b’aċċessjonijiet parzjali mhux provokati jew b’aċċessjonijiet ġeneralizzati tat-tip tonic-clonic biss. Il-pazjenti kienu maqsuma mingħajr ma ġew magħżula biex jieħdu jew carbamazepine CR 400-1200 mg/ġurnata jew levetiracetam 1000-3000 mg/ġurnata, b’trattament li dam sa 121 ġimgħa skond kemm kien ir-rispons.

Kien hemm 73.0 % tal-pazjenti li ġew trattati b’ levetiracetam u 72.8 % ta’ pazjenti li ġew trattati b’ carbamazepine-CR li damu sitt xhur mingħajr aċċessjonijiet; id-differenza assoluta aġġustata bejn it- trattamenti kienet ta’ 0.2 %(95 % CI:-7.8 8.2). Iżjed minn nofs il-pazjenti baqaw mingħajr aċċessjonijet għal 12 il-xahar ( 56.6 % u 58.5 % tal-pazjenti fuq levetiracetam u fuq carbamazepine CR rispettivament).

Fi studju li jirrifletti l-prattika klinika, l-mediċini ta’ kontra l-epilessija li ingħataw fl-istess ħin setgħu jiġu mwaqqfa f’numru limitat ta’ pazjenti li rrispondew għal terapija miżjuda b’ levetiracetam (36 pazjent minn 69).

Terapija miżjuda fit-trattament ta’ aċċessjonijiet mijokloniċi f’adulti u addoloxxenti min 12 il-sena b’epilessija mijoklonika li tibda fiż-żgħożija.

L-effiċjenza ta’ levetiracetam kien muri f’ studju double-blind ikkontrollati minn plaċebo f i studju li dam 16 il-ġimgħa, f’pazjenti ta’ 12 il-sena jew iżjed li jbagħtu minn epilessija ġeneralizzata idjopatika b’aċċessjonijiet mijokloniċi b’sindromi differenti. Il-maġġoranza ta’ pazjenti ppreżentaw b’ epilessija tat-tip mijoklonika li tibda fiż-żgħożija.

F’dan l-istudju, levetiracetam ingħata f’doza ta’ 3000 mg/ġurnata f’żewġt dożi separati.

58.3 % tal-pazjenti trattati b’ levetiracetam u 23.3 % tal-pazjenti fuq plaċebo kellhom mill-inqas 50 % ta’ tnaqqis fil-ġranet b’aċċessjonijiet mijokloniċi fil-ġimgħa. B’trattament li jitkompla fit-tul, 28.6 % tal-pazjenti ma kellhomx aċċessjonjiet mijokloniċi għal mill-inqas 6 xhur u 21.0 % ma kellhomx aċċessjonjiet mijokloniċi għal mill-inqas sena.

Terapija miżjuda fit-trattament ta’ aċċessjonijiet ġeneraliżżati primarji tat-tip tonic-clonic f’ adulti u addoloxxenti minn 12 il-sena b’epilessija ġeneralizzata idjopatika.

L-effikaċja ta’ levetiracetam kienet stabbilita f’studju double-blind, ikkontrollat minn plaċebo ta’ 24 ġimgħa, li inkludiet adulti, addoloxxenti u numru limitat ta’ tfal b’ epilessija tat-tip ġeneralizzata idjopatika b’aċċessjonijiet ġeneralizzati primarji tat-tip tonic-clonic (PGTC) f’sindromi ( epilessija mijoklonika li tibda fiż-żgħożija, epilessija tat-tip absence li tibda fiż-żgħożija, epilessija tat-tip absence fit-tfal, jew epilessija b’aċċessjonijiet Grand Mal meta jqumu). F’dan l-istudju, id-doża ta’ levetiracetam kienet ta’ 3000 mg/ġurnata fl-adulti u l-addoloxxenti jew 60 mg/kg/ġurnata fit-tfal, li ingħataw f’2 dożi separati.

72.2 % ta’ pazjenti fuq levetiracetam u 45.2 % tal-pazjenti fuq plaċebo kellhom tnaqqis ta’ 50 % jew aktar fil-frekwenza ta’ aċċessjonijiet PGTC fil-ġimgħa. B’trattament li jitkompla fit-tul, 47.4 % tal- pazjenti ma kellhomx aċċessjonijiet tat-tip tonic-clonic għal mill-inqas 6 xhur u 31.5 % ma kellhomx aċċessjonijiet tat-tip tonic-clonic għal mill-inqas sena.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Levetiracetam għandu solubilità għolja u huwa permejabbli. Il-profil farmakokinetiku huwa linejari bi ftit varjazzjoni bejn pazjenti differenti u fl-istess pazjenti infishom. M'hemm ebda differenza fir-rata li biha jitneħħa mill-ġisem wara li jingħata ripetutament. Xejn ma juri li hemm xi varjabilità rilevanti f'pazjenti ta' sess, razza jew ritmu ċirkadjan differenti. Il-profil farmakokinetiku f'voluntiera f'saħħithom jixbah lil dak f'pazjenti bl-epilessija.

Minħabba li jiġi assorbit kompletament u linejarment, il-livell fil-plażma jista' jiġi kkalkulat minn qabel mid-doża ta’ levetiracetam meta meħudha bħala mg/ kg piż tal-pazjent. M'hemmx għalfejn jiġi eżaminat il-livell ta' levetiracetam fil-plażma.

Intwera korrelazzjoni sinifikanti bejn il-konċentrazzjonijiet fil-bżieq u fil-plażma fl-adulti u fit-tfal ( proporzjon ta’ konċentrazzjonijiet fil-bżieq/ plażma kienu f’medda ta’ bejn 1 sa 1.7 b’ pillola orali u wara 4 siegħat wara d-doża b’soluzzjoni orali).

Adulti u addoloxxenti

Assorbiment

Levetiracetam huwa assorbit malajr wara li jittieħed mill-ħalq. Wara li jittieħed mill-ħalq jinfirex kwazi kollu (100 %) fil-gisem. Jintlaħqu il-konċentrazzjonijiet massimi (Cmax) 1.3 sigħat wara li tittieħed id-doża. Il-livell fiss jintlaħaq wara jumejn fejn jittieħdu żewġ dożi kuljum. Il-livelli massimi

(Cmax) huma ssoltu 31 g/ml wara doża waħda ta' 1,000 mg u 43 g/ml wara doża ripetuta ta' 1,000 mg darbtejn kuljum.

Kemm id-doża kif ukoll l-ikel ma għandhomx effett fuq kemm jiġi assorbit.

Distribuzzjoni

M'hemmx dejta fuq id-distribuzzjoni fit-tessut tal-bniedem.

La levetiracetam u lanqas il-prodott ewlieni tal-metaboliżmu ma jeħlu wisq mal-proteini tal-plażma (<10 %). Levetiracetam jinfirex f'volum li huwa bejn wieħed u ieħor minn 0.5 sa 0.7 l/kg. Dan il-valur huwa qrib il-volum totali ta’ l-ilma fil-ġisem.

Bijotrasformazzjoni

Levetiracetam mhux metabolizzat estensivament fil-bniedem. Il-mod prinċipali kif jiġi metabolizzat (24 % tad-doża) huwa permezz ta' idroliżi tal-grupp aċetamajd.L-iżoformi taċ-ċitokromju P450 fil- fwied ma jgħinux il-produzzjoni ta' ucb L057, li huwa l-prodott ewlieni tal-metaboliżmu. L-idroliżi tal-grupp aċetamajd seta` jiġi mkejjel f'numru kbir ta' tessuti fosthom iċ-ċelloli tad-demm. Ucb L057 mhuwiex attiv farmakoloġikament.

Kienu wkoll identifikati żewġ prodotti tal-metaboliżmu inqas importanti. Wieħed isir permezz ta’ l- idroliżi taċ-ċirku ta’ pyrrolidone (1.6 % tad-doża) u l-ieħor isir permezz tal-ftuħ taċ-ċirku ta’ pyrrolidone (0.9 % tad-doża). Komponenti oħrajn li ma ġewx identifikati jagħmlu biss 0.6 % mid- doża kollha.

Ma kien hemm ebda evidenza in vivo li kien hemm xi tibdil enantjomeriku kemm f' levetiracetam kif ukoll fil-prodott ewlieni tal-metaboliżmu.

In vitro, kemm levetiracetam u kemm il-prodott ewlieni tal-metabolożmu ma fixklux l-iżoformi taċ- ċitokromju P450 fil-fwied ( CYP3A4, 2A6, 2C9, 2C19, 2D6, 2E1 u 1A2), glucuronyl transferase

(UGT1A1 u UGT1A6) u l-attivitajiet ta’ l-epoxide hydroxylase . Levetiracetam m’għandu ebda effett ukoll fuq il-glukuronidazzjoni ta’ valproic acid in vitro.

Levitiracetam kellu ftit jew ebda effett fuq CYP1A2, SULT1E1 jew UGT1A1 f'kolturi ta' ċelloli tal- fwied umani. Levitiracetam ikkawża induzzjoni ħafifa ta’ CYP2B6 u CYP3A4. Tagħrif in vitro u tagħrif dwar l-interazzjoni in vivo fuq kontraċettivi orali, digoxin u warfarina jindika li mhux mistenni li jkun hemm induzzjoni sinifikanti ta’ l-enżimi. Għalhekk hija improbabbli li Levetiracetam ma jaqbilx ma' sustanzi oħra, u viċe versa.

Eliminazzjoni

Il-half life fil-plażma fl-adulti kienet 7+1 sigħat. Din ir-rata ma titbiddilx kemm jekk titbiddel id-doża, kemm jekk jitbiddel il-metodu kif jingħata levetiracetam, kif ukoll jekk jingħata ripetutament. Ir-rata medja li biha jitneħħa għall-kollox kienet ta' 0.96 ml/min/kg.

Il-metodu prinċipali li bih jitneħħa huwa fl-awrina. 95 % tad-doża titneħħa b'dan il-mod. Kwazi 93 % tad-doża kienet mneħħija f' 48 siegħa. 0.3 % tad-doża biss titneħħa ġo l-ippurgar.

Fl-ewwel 48 siegħa, it-tneħħija kumulattiva ta' levetiracetam fl-awrina kienet ta' 66 % tad-doża, iżda dik tal-prodott ewlieni tal-metaboliżmu kienet tagħmel biss 24 % tad-doża.

Ir-rata ta' tneħħija ta' levetiracetam mill-kliewi hija ta' 0.6 ml/min/kg, filwaqt li dik ta' ucb L057 hija ta' 4.2 ml/min/kg. Dan juri li levetiracetam jitneħħa permezz ta' filtrazzjoni glomerulari u wara jerġa' jiġi assorbit mit-tubules, u li ucb L057 jitneħħa permezz ta' filtrazzjoni glomerulari kif ukoll permezz ta' passaġġ attiv mit-tubules tal-kliewi. It-tneħħija ta' levetiracetam tixbah dik tal-krejatinina.

Anzjani

Fl-anzjani, il-half life ta' levetiracetam fid-demm tiżdied b’40 % ( 10 sa 11 il-siegħa). Din hija relatata ma’ tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi fl-anzjani. (ara sezzjoni 4.2 “Pożoloġija”).

Indeboliment tal-kliewi

It-tneħħija kemm ta' levetiracetam u kemm tal-prodott ewlieni tal-metaboliżmu tixbah dik tal- krejatinina. Għalhekk hija rrikkmandata li f' pazjenti li jkollhom indeboliment moderat u sever fil- kliewi, id-doża ta' Levetiracetam tkun maħduma fuq ir-rata li biha titheħħa l-krejatinina (ara sezzjoni 4.2).

F' pazjenti adulti li kienu fl-aħħar stadji tal-marda tal-kliewi u fejn ma' jkunu qed jgħaddu xejn mill- kliewi, il-half life ta' levetiracetam fid-demm kienet 25 siegħa waqt perijodi ta' bejn id-dijaliżi u 3.1 sigħat fil-perijodi waqt li tkun qed issir id-dijaliżi.

It-tneħħija frazzjonali kienet ta’51 % ta' levetiracetam waqt sezzjoni tad-dijaliżi tipika li damet 4 sigħat.

Indeboliment tal-fwied

M'hemmx differenzi fir-rata ta' tneħħija ta' levetiracetam f' pazjenti b' mard hafif u moderat tal-fwied. Fil-biċċa l-kbira tal-pazjenti b' mard serju tal-fwied din kienet imnaqqsa b'iżjed minn 50 % minħabba ħsara wkoll fil-kliewi (ara sezzjoni 4.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Tfal ( 4 sa 12-il sena)

Wara li ngħatat doża orali waħda li tammonta għal 20 mg/kg lil tfal bl-epilessija (6 sa 12 il-sena), il- half life ta’ levetiracetam kienet 6.0 sigħat. It-tneħħija ta' levetiracetam fit-tfal kienet 30 % iżjed minn dik f'adulti li jbatu mill-epilessija meta ġiet ikkonsidrata d-differenza fil-piż.

Levetiracetam kien assorbit malajr f’tfal b’epilessija (4 sa 12 il-sena) wara li ingħataw doża orali repetuta (20 sa 60 mg/kg/day). Il-konċentrazzjoni massima fil-plażma kienu osservati 0.5 sa 1.0 siegħa wara d-doża. Żiediet linejari u proporzjonali għad-doża kienu osservati bil- konċentrazzjonijiet massimi fil-plażma u l-erja taħt il-kurva. Il-half-life ta’ eliminazzjoni kien bejn wieħed u ieħor 5 siegħat. Il-clearance fil-ġisem deher li kien 1.1 ml/min/kg.

Trabi u tfal (xahar sa 4 snin)

Wara li ngħatat doża waħda (20 mg/kg) ta’ 100 mg/ml soluzzjoni orali lil tfal epilettiċi (xahar sa 4 snin), levetiracetam kien assorbit malajr u l-konċentrazzjonijiet massimi fil-plażma kienu osservati bejn wieħed u ieħor siegħa wara d-doża. Ir-riżultati farmakokinetiċi wrew li l-half-life kien iqsar (5.3 h) minn dak fl-adulti (7.2 h) u l-clearance li deher kien iżjed mgħaġġel ( 1.5 ml/min/kg) minn dak fl- adulti (0.96 ml/min/kg).

F’analiżi tal-farmakokinetika fil-popolazzjoni li sar fil-pazjenti minn xahar sa 16-il sena t’eta`, il-piz tal-ġisem kien sinifikament marbut mal-clearence li jidher ( il-clearance żdied flimkien ma’ żieda fil- piz tal-ġisem) u l-volum ta’ distribuzzjoni li jidher. L-eta` kellha wkoll effett fuq iż-żewġt parametri. Dan l-effett kien akbar fit-trabi żgħar, u naqas flimkien ma’ żieda fl-eta` sakemm sar negliġibli ta’madwar 4 snin t’eta`.

Fiż-żewġt analiżi tal-farmakokinetika fil-popolazzjoni, kien hemm żieda ta’ madwar 20 % fil- clearance li tidher ta’ levetiracetam meta ngħatat flimkien mal-prodott mediċinali takontra l- epilessija li jindotta l-enżimi.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku fuq il- ġeni u riskju ta’ kanċer, u riskju ta’ kanċer, ma’ turi l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

Fl-livelli t’esponiment simili ta’ dik fil-bniedem, dehru effetti mhux mixtieqa l-izjed fil-far u fl-livelli inqas fil-ġurdien li ma dehrux waqt studji kliniċi. Dawk l-effetti li jista' jkollhom rilevanza fl-użu kliniku huma: bidliet fil-fwied li jindikaw rejazzjonijiet bħal żieda fil-piż u ipertrofija ċentrilobulari, żieda fil-livell tax-xaħam u żieda fl-enżimi tal-fwied fil-plażma.

Ebda reazzjonijiet avversi mhux mixtieq fuq il-fertilita` maskili jew femminili jew abbilta` riproduttiva ma kienu osservati fil-firien f’dożi sa 1800 mg/kg/day (x 6 l-MRHD fuq bażi ta’ mg/m2 jew t’esponiment) fil-ġenituri u l-ġenerazzjoni F1.

Żewġt studji fuq l-iżvillup ta’ l-embriju u l-fetu (EFD) saru fil-far b’400, 1200 u 3600 mg/kg/ġurnata. B’ 3600 mg/kg/ġurnata, f’studju wieħed miż-żewġt studji EFD,kien hemm tnaqqis żgħir fil-piz tal- fetu marbut ma’ żieda marġinali f’varjazzjonijiet skeletali/ abnormalitajiet minuri. Ma kienx hemm effett fuq il-mortalita` tal-embriju u ebda żieda fl-inċidenza ta’ malformazzjonijiet. The NAOEL (Livell ta’Ebda Effett Avvers Osservat) kien ta’ 3600 mg/kg/ġurnata għal firien feminili tqal ( x12 il- MRHD fuq bażi ta’ mg/m2) u 1200 mg/kg/ġurnata għal feti.

Erba’ studji dwar l-iżvillup tal-embriju u l-fetu saru fil-fniek li koprew dożi ta’ 200, 600, 800, 1200 u 1800 mg/kg/ġurnata. Il-livell tad-doża ta’ 1800 mg/kg/ġurnata indotta tossiċita` materna sostanzjali u tnaqqis fil-piz tal-fetu assoċjat ma’ tnaqqis fl-inċidenza ta’ feti b’abnormalitajiet cardjovaskolari/skeltrali. In- NOAEL kien ta’ <200 mg/kg/ġurnata fl-ommijiet u 200 mg/kg/ġurnata għal-feti (ugwali għal MRHD fuq bażi ta’ mg/m2).

Studju fuq l-iżvillup li sar waqt u wara t-tqala sar fil-firien b’dożi ta’ levetiracetam ta’ 70, 350 u 1800 mg/kg/ġurnata. In- NOAEL kien ta’ ≥ 1800 mg/kg/ġurnat għal firien feminili F0, u għas- sopravivenza, kobor u l-iżvillup taż-żrameġ F1 sa kemm jibdew jieklu weħedhom ( x6 il-MRHD fuq bażi ta’ mg/m2).

Studji fl-annimali tat-twelid u ġovanili fil-firien u l-klieb wrew li ma kienx hemm effetti avversi fil- punti tat-tmiem standard tal-iżvillup jew maturazzjoni b’dożi sa 1800 mg/kg/ġurnata ( x6 – 17 il- MRHD fuq bażi ta’ mg/m2).

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Pillola

Croscarmellose Sodium

Povidone K-30

Colloidal anhydrous silica

Magnesium Stearate (E470b)

Kisja tar-rita

Polyvinyl alcohol

Titanium dioxide (E171)

Macrogol

Talc

500 mg

Iron oxide yellow (E172)

750 mg

Iron oxide red (E172) Sunset yellow FCF (E110)

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux l-ebda ħtiġijiet speċjali għal ħażna.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Pakkett ta’ folji tal-PVC-Alu:

Pakkett waħdieni li fih 10, 20, 30, 50, 60, 100, 200 pillola.

Pakkett ta’ doża waħda (folja ta’ doża waħda perforata) li fiha 30x1, 60x1 u 100x1 pillola Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Accord Healthcare Limited

Sage House, 319 Pinner Road,

North Harrow, Middlesex HA1 4HF,

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Għal 250mg:

EU/1/11/712/001-007 (10/20/30/50/60/100/200 pillola f’Folja tal-PVC/alu) EU/1/11/712/029-031(30/60/100 pillola f’Folja ta’ doża Waħda)

Għal 500mg:

EU/1/11/712/008-014 (10/20/30/50/60/100/200 pillola f’Folja tal-PVC/alu) EU/1/11/712/032-034 (30/60/100 pillola f’Folja ta’ doża Waħda)

Għal 750mg:

EU/1/11/712/015-021 (10/20/30/50/60/100/200 pillola f’Folja tal-PVC/alu) EU/1/11/712/035-037 (30/60/100 pillola f’Folja ta’ doża Waħda)

Għal 1000mg:

EU/1/11/712/022-028 (10/20/30/50/60/100/200 pillola f’Folja tal-PVC/alu) EU/1/11/712/038-040(30/60/100 pillola f’Folja ta’ doża Waħda)

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: Ottubru 3, 2011

Data tal-aħħar tiġdid: 22 Lul 2016

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati