Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Levetiracetam Hospira (levetiracetam) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N03AX14

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaLevetiracetam Hospira
Kodiċi ATCN03AX14
Sustanzalevetiracetam
ManifatturHospira UK Limited

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Levetiracetam Hospira 100 mg/ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull ml fih 100 mg ta’ levetiracetam.

Kull kunjett ta’ 5 ml fih 500 mg ta’ levetiracetem

Eċċipjent b’effett magħruf:

Kull kunjett fih 19 mg ta’ sodju

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni (konċentrat sterili)

Soluzzjoni ċara mingħajr kulur

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Levetiracetam Hospira huwa indikat biex ikun użat bħala monoterapija fit-trattament ta' aċċessjonijiet tat-tip parzjali kemm meta jkun hemm, kif ukoll meta ma jkunx hemm ġeneralizzazzjoni sekondarja f’pazjenti li għandhom minn 16-il sena li għadhom kif ġew dijanjostikati b’epilessija.

Levetiracetam Hospira huwa indikat biex ikun użat bħala terapija aġġuntiva

fit-trattament ta' aċċessjonijiet tat-tip parzjali kemm meta jkun hemm, kif ukoll meta ma jkunx hemm ġeneralizzazzjoni sekondarja f’adulti, tfal u trabi minn età ta’ xahar b’epilessija.

fit-trattament ta’ aċċessjonijiet tat-tip mijokloniċi f’adulti u adolexxenti minn 12-il sena b’epilessija tat-tip Mijoklonika li tibda fiż-żgħożija

fit-trattament ta’ aċċessjonijiet primarji u ġeneralizzati tat-tip tonic-clonic f’adulti u adolexxenti minn 12-il sena b’Epilessija Ġeneralizzata Idjopatika.

Il-konċentrat ta’ Levetiracetem Hospira huwa alternattiva għal pazjenti li temporanjament ma’ jistgħux jieħdu mediċina mill-ħalq.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

It-terapija b’levetiracetam tista’ tinbeda jew bit-teħid minn ġol-vina jew minn ġol-ħalq.

Biex taqleb il-mod li tintuża minn dik orali għal ġol-vina jew viċe versa, m’hemmx għalfejn titrazzjoni. Id-doża totali kuljum u l-frekwenza tat-teħid tibqa l-istess.

Monoterapija għal adulti u adolexxenti minn 16-il sena ’l fuq

Id-doża rikkmandata tal-bidu hi ta’ 250 mg darbtejn kuljum li għandha tiżdied għal doża terapewtika

iniżjali ta’ 500 mg darbtejn kuljum wara ġimagħtejn. Id-doża tista’ tkompli tiżdied b’250 mg darbtejn kuljum kull ġimagħtejn skont ir-rispons kliniku. Id-doża massima hi ta’ 1,500 mg darbtejn kuljum.

Terapija aġġuntiva għal adulti (≥18 sena ) u adolexxenti (12 sa 17-il sena) li jiżnu 50 kg jew iżjed.

Id-doża tal-bidu hija ta' 500 mg darbtejn kuljum. Din id-doża tista' tibda tittieħed mill-ewwel ġurnata tat-trattament.

Id-doża ta' kuljum tista' tiġi miżjuda jew mnaqqsa għal massimu ta' 1,500 mg darbtejn kuljum, skont ir-respons kliniku u skont kemm il-mediċina tkun indrat mill-pazjent. Tibdil fid-doża jista' jsir kull ġimagħtejn sa erba' ġimgħat u tista' tiżdied jew titnaqqas b’500 mg darbtejn kuljum.

Kemm idum it-trattament

M’hemmx esperjenza bl-użu ta’ levetiracetam minn ġol-vina għal perjodi itwal minn 4 ijiem.

Twaqqif

Jekk levetiracetam għandu jitwaqqaf hu rrikkmandat li jitwaqqaf gradwalment (ez. f’adulti u adoloxxenti li jiżnu iżjed minn 50 kg: tnaqqis ta’ 500 mg darbtejn kuljum kull ġimagħtejn sa erba ġimgħat; f’tfal u adoloxxenti li jiżni inqas minn 50 kg: it-tnaqqis fid-doża m’għandiex taċċedi 10 mg/kg darbtejn kuljum kull ġimagħtejn).

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani (65 sena u fuqhom)

Hu rrikkmandat li f’pazjenti anzjani li għandhom funzjoni mnaqqsa tal-kliewi, tiġi aġġustata d-doża (ara “Indeboliment tal-kliewi” hawn taħt).

Indeboliment tal-kliewi

Id-doża li tingħata kuljum tiddependi mill-funzjoni tal-kliewi ta' kull pazjent individwali.

Għal pazjenti adulti, imxi mal-iskeda hawn taħt biex tkun tista' tagħmel tibdil fid-doża. Biex tuża din l-iskeda hemm bzonn stima tar-rata li biha titneħħa l-kreatinina (CLcr) f’ml/min fil-pazjent. Din ir-rata tista' tigi kkalkulata mill-livell ta' kreatinina fis-serum (mg/dl), għal adulti u adolexxenti ta’ 50 kg jew aktar, billi tuża din il-formula:

 

[140 -età (snin)] x piż (kg)

Clcr (ml/min) =

---------------------------------------------------- (x 0.85 għan-nisa)

 

72 x livell ta' kreatinina fis-serum (mg/dl)

Imbagħad, CLcr huwa aġġustat għall-erja tas-superfiċje tal-ġisem (BSA) bħal hawn taħt:

CLcr (ml/min/1.73 m2) =

CLcr(ml/min)

--------------------------- x 1.73

 

BSApazjent (m 2 )

Regolar tad-doża f'pazjenti adulti u adolexxenti li jiżnu iżjed minn 50kg b’indeboliment fil-kliewi:

Grupp

Rata ta’ tneħħija

Doża u frekwenza

 

tal-kreatinina

 

 

(ml/min/1.73 m2)

 

Normali

80

500 sa 1,500 mg darbtejn

 

 

kuljum

Ħafifa

50-79

500 sa 1,000 mg darbtejn

 

 

kuljum

Moderata

30-49

250 sa 750 mg darbtejn kuljum

Severa

< 30

250 sa 500 mg darbtejn kuljum

Pazjenti fl-aħħar stadji tal-marda tal-

-

500 sa 1,000 mg darbtejn

kliewi li jagħmlu d-dijaliżi(1)

 

kuljum(2)

(1)Doża inizjali ta’ 750 mg hija rrikkmandata fl-ewwel ġurnata tat-trattament b’levetiracetam.

(2)Wara d-dijaliżi, hija rrikkmandata doża supplimentari ta' bejn 250 u 500 mg.

Fi tfal b’indeboliment tal-kliewi, id-doża ta’ levetiracetam għandha tiġi aġġustata skont il-funzjoni renali għaliex tneħħija ta’ levetiracetam huwa marbut mal-funzjoni renali. Din ir-rekkomandazzjoni hija bażata fuq studju li sar f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi.

Il-CLcr f’ml/min/1.73 m2 tista' tigi kkalkulata mill-livell ta' kreatinina fis-serum (mg/dl), għal adolexxenti żgħar, tfal u trabi, billi tuża din il-formula (formula Schwartz):

Tul (ċm) x ks

CLcr (ml/min/1.73 m2) = --------------------------------

Kreatinina fis-serum (mg/dl)

ks= 0.55 fi tfal sa inqas minn 13-il sena u fl-adolexxenti feminili; ks= 0.7 f’adolexxenti maskili.

Aġġustament fid-doża f’pazjenti trabi, tfal u adolexxenti li jiżnu inqas minn 50 kg b’indeboliment fil- kliewi

Grupp

Tneħħija ta’

Doża u frekwenza

 

kreatinina

Tfal minn 4 snin u adolexxenti li jiżnu

 

(ml/min/1.73 m2)

inqas minn 50 kg

Normali

≥80

10 sa 30 mg/kg (0.10 sa 0.30 ml/kg)

 

 

darbtejn kuljum

Ħafif

50-79

10 sa 20 mg/kg (0.10 sa 0.20 ml/kg)

 

 

darbtejn kuljum

Moderat

30-49

5 sa 15 mg/kg (0.05 sa 0.15 ml/kg)

 

 

darbtejn kuljum

Sever

<30

5 sa 10 mg/kg (0.05 sa 0.10 ml/kg)

 

 

darbtejn kuljum

Pazjenti fl-aħħar stadji tal-

--

10 sa 20 mg/kg (0.10 sa 0.20 ml/kg) darba

marda tal-kliewi jagħmlu d-

 

kuljum (1)(2)

dijaliżi

 

 

(1)Doża inizjali ta’ 15 mg/kg (0.15 ml/kg) hija rrikkmandata fl-ewwel ġurnata tat-trattament b’levetiracetam.

(2)Wara d-dijaliżi, hija rrikkmandata doża supplimentari ta' bejn 5 u 10 mg/kg (0.05 sa 0.10 ml/kg).

Indeboliment tal-fwied

M'hemmx għalfejn tibdil fid-doża ta' pazjenti b’indeboliment ħafif għal moderata fil-fwied. F’pazjenti bi ħsara severa fil-fwied, ir-rata li biha titneħħa l-kreatinina tista' taħ bi il-veru nuqqas fil-funzjoni tal-kliewi. Għalhekk huwa rrikkmandat li meta r-rata li biha titneħħa l-kreatinina tkun

< 60 ml/min/1.73 m2, għandu jkun hemm tnaqqis ta' 50 % tad-doża ta' kuljum.

Popolazzjoni pedjatrika

It-tabib għandu jikteb l-iżjed għamla farmaċewtika, preżentazzjoni u qawwa adattata, skont l-età, il-piż u d-doża.

Monoterapija

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ levetiracetam fi tfal u adolexxenti ta’ taħt is-16-il sena bħala monoterapija ma ġietx determinata.

Dejta mhix disponibbli.

Terapija aġġuntiva fi tfal bejn l-4 snin sa 11-il sena u adolexxenti (12 sa 17-il sena) li jiżnu inqas minn 50 kg

Id-doża terapewtika tal-bidu hija 10 mg/kg darbtejn kuljum.

Id-doża ta' kuljum tista' tiġi miżjuda jew mnaqqsa għal massimu ta' 30 mg/kg darbtejn kuljum, skond ir-respons kliniku u skond ir-rispons kliniku u t-tolerabbilta`. Tibdil fid-doża ma jistgħux ikunu iżjed min żieda jew tnaqqis ta’ 10 mg/kg darbtejn kuljum kull ġimagħtejn. L-iżgħar doża effettiva għandha tintuża.

Id-dożaġġ fit-tfal ta’ 50 kg jew iżjed huma l-istess bħal dik fl-adulti.

Doża rakkomandata għal tfal u adolexxenti

Piż

Doża tal-bidu:

Doża massima:

10 mg/kg darbtejn kuljum

30 mg/kg darbtejn kuljum

 

15 kg (1)

150 mg darbtejn kuljum

450 mg darbtejn kuljum

20 kg (1)

200 mg darbtejn kuljum

600 mg darbtejn kuljum

25 kg (1)

250 mg darbtejn kuljum

750 mg darbtejn kuljum

Minn 50 kg (2)

500 mg darbtejn kuljum

1500 mg darbtejn kuljum

(1)Tfal ta’ 25 kg jew inqas għandhom preferabilment jibdew it-trattament b’soluzzjoni orali ta’ levetiracetam 100mg/ml

(2)Id-dożaġġ fi tfal u adolexxenti ta’ 50 kg jew iżjed hija l-istess bħal dik fl-adulti

Terapija miżjuda fi trabi u tfal ta’inqas minn eta`ta’ 4snin

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ levetiracetam konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni fi trabi u tfal ta’inqas minn eta`ta’ 4snin, ma ġietx stabbilita.

Dejta disponibli fil-preżent hija deskritta f’sezzjonijiet 4.8, 5.1, u 5.2 iżda ma jistgħux isiru rakkomandazzjonijiet fuq pożoloġija.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-konċentrat ta’ Levetiracetam Hospira hu għall-użu ġol-vina biss u d-doża rakkomandata għandha tiġi dilwita għal tal-anqas 100 ml ma’ diluwent kompatibbli u mogtija bħala infużjoni ġol-vina ta’ 15-il minuta (ara sezzjoni 6.6).

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew derivati oħrajn ta' pyrrolidone, jew għal kwalunkwe wieħed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Indeboliment renali

Jista' jkun hemm bżonn ta' tibdil fid-doża meta levetiracetam jingħata lil pazjenti b’indeboliment fil-kliewi. F’każi fejn ikun hemm indeboliment sever fil-fwied, huwa rrikkmandat li jsir eżami tal-funzjoni tal-kliewi qabel ma tiġi deċiża d-doża (ara sezzjoni 4.2).

Ħsara akuta fil-kliewi

L-użu ta’ levetiracetam rari kien assoċjat ma’ ħsara akuta fil-kliewi, bi żmien sal-bidu li varja minn ftit jiem sa diversi xhur.

Għadd taċ-ċelluli tad-demm

Każijiet rari ta’ tnaqqis fl-għadd taċ-ċelluli tad-demm (newtropenija, agranuloċitożi, lewkopenija, tromboċitopenija u panċitopenija) ġew deskritti f’assoċjazzjoni mal-għoti ta’ levetiracetam, ġeneralment fil-bidu tal-kura. Hu rakkomandat li jittieħed l-għadd sħiħ taċ-ċelluli tad-demm f’pazjenti li jkollhom dgħufija, deni, infezzjonijiet rikorrenti jew disturbi fil-koagulazzjoni importanti (sezzjoni 4.8).

Suwiċidju

Suwiċidju, attentat ta’ suwiċidju, ħsibijiet u mġiba suwiċidali kienu rrappurtati f’pazjenti trattati b’mediċini ta’ kontra l-epilessija (inkluż levetiracetam). Metanaliżi ta’ provi każwali u bil-plaċebo bħala kontroll ta’ prodotti mediċinali ta’ kontra l-epilessija juri żieda żgħira fil-ħsibijiet u mġiba suwiċidali. Il-mekkaniżmu ta’ dan ir-riskju mhux magħruf.

Għalhekk il-pazjenti għandhom jiġu ċċekkjati għal sinjali ta’ depressjoni u/jew ħsibijiet u mġiba suwiċidali u għandu jitqies trattament xieraq. Il-pazjenti (u dawk li jieħdu ħsieb il-pazjenti) għandhom jingħataw il-parir li jfittxu parir mediku jekk jitfaċċaw sinjali ta’ depressjoni u/jew ħsibijiet u mġiba suwiċidali.

Popolazzjoni pedjatrika

M’hemmx ħjiel ta’ ebda impatt fuq il-kobor u l-pubertà f’dejta li teżisti dwar it-tfal. Madanakollu, mhumiex magħrufa l-effetti fit-tul fuq it-tagħlim, l-intelliġenza, il-kobor, il-funzjoni endokrinali, il-pubertà u l-potenzjal li wieħed ikollu t-tfal.

Eċċipjenti

Dan il-prodott mediċinali fih 2.5 mmol (jew 57 mg) sodium għal kull doża massima (0.8 mmol (jew 19 mg) f’kull kunjett). Dan għandu jitqies minn pazjenti fuq dieta nieqsa mis-sodju.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Prodotti mediċinali ta’ kontra l-epilessija

Tagħrif minn studji kliniċi f’adulti li saru qabel ma ħareġ fis-suq, juri li levetiracetam ma kellu ebda effett fuq il-konċentrazzjonijiet fis-serum ta' mediċini eżistenti kontra l-epilessija (phenytoin, carbamazepine, valproic acid, phenobarbital, lamotrigine, gabapentin u primidone), u li dawn il-prodotti mediċinali ma kellhom ebda effett fuq il-profil farmakokinetiku ta' levetiracetam.

Bħal fl-adulti, m’hemm ebda evidenza klinikament sinifikanti ta’ effetti ta’ mediċini oħra f’pazjenti pedjatriċi li jieħdu sa 60 mg/kg/ġurnata ta’ levetiracetam.

Studju retrospettiv ta’ interazzjoni farmakokinetika fi tfal u adolexxenti b’epilessija (4 sa 17-il sena) ikkonferma li terapija miżjuda b’levetitacetam li jittieħed mill-ħalq ma kellux effett fuq konċentrazzjonijiet tas-serum fi stat fiss ta’ carbamazepine u valproate li jingħataw fl-istess ħin. Iżda, id-dejta tissuġġerixxi tneħħija ta’ levetiracetam ogħla b’20 % fi tfal li jieħdu mediċini ta’ kontra l-epilessija li jindottaw l-enżimi. M’hemmx bżonn aġġustament tad-doża.

Probenecid

Probenecid (500 mg erba' darbiet kuljum),sustanza li timpedixxi t-tnixxija ġot-tubi żgħar tal-kliewi, intwera li jxekkel t-tneħħija tal-metabolit prinċipali, imma m'għandux effett fuq levetiracetam. Madanakollu l-konċentrazzjoni tiegħu xorta tibqa' baxxa.

Methotrexate

It-teħid flimkien ta’ levetiracetam u methotrexate kien irrapurtat li jnaqqas clearance ta’ methotrexate, li jirriżulta f’żieda / prolongament ta’ konċentrazzjoni fid-demm ta’ methotrexate f’livelli potenzjalment tossiċi. Livelli ta’ methotrexate u levetiracetam fid-demm għandhom ikunu osservati b’attenzjoni f’pazjenti fuq trattament biż-żewġt mediċini flimkien.

Kontraċettivi orali u interazzjonijiet farmakokinetiċi oħra

Levetiracetam 1,000 mg me kellu ebda effett fuq il-farmakokinetika ta’ kontraċettivi orali (ethinyl- estradiol u levonorgestrel); parametric endokrinarji ( luteinizing hormone u progesterone).

ma kienux mibdulin. Levetiracetam 2,000 mg kuljum ma kellux effett fuq il-farmakokinetika ta’ digoxin u warfarin; ma kienux mibdulin il-prothrombin times. Ma kien hemmx tibdil fil- farmakokinetika ta’ levetiracetam meta ittieħed flimkien ma’ digoxin, kontraċettivi orali u warfarin.

Alkoħol

M'hemmx dejta dwar l-effett ta’ levetiracetam mal-alkoħol.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Dejta minn wara t-tqegħid fis-suq minn diversi reġistri tat-tqala prospettivi ddokumentaw ir-riżultati minn ’il fuq minn 1000 mara esposti għal monoterapija b’levitiracetam waqt l-ewwel trimestru tat- tqala. B’kollox din id-dejta ma tissuġerrix żieda sostanzjali fir-riskju ta’ malformazzjonijiet konġenitali maġġuri, għalkemm riskju teratoġeniku jeżisti u ma jistax jiġi eskluż kompletament. Terapija ta’ AED multiplu huwa assoċjat ma’ riskju ogħla ta’ malformazzjonijiet konġenitali minn monoterapija. Għalhekk għandha tiġi kkonsidrata monoterapija. Studji f'annimali wrew tossiċità fuq is-sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3).

Levetiracetam mhux rrikkmandat għal waqt it-tqala u f’nisa f’età li jista’ jkollhom it-tfal li mhumiex qegħdin jużaw kontraċettivi sakemm mhux klinikament neċessarju.

Tibdil fiżjoloġiku waqt it-tqala jista’ jkollu effett fuq il-konċentrazzjoni ta’ levetiracetam. Ġie osservat tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta’ levetiracetam fil-plażma waqt it-tqala. Dan it-tnaqqis kien akbar waqt it-tielet trimestru (sa 60 % tal-konċentrazzjoni tal-linja bażi qabel it-tqala). Irid jiġi assigurat immaniġġjar kliniku xieraq tan-nisa tqal trattati b’levetiracetam. Meta jitwaqqaf it- trattament ta' kontra l-epilessija, il-kundizzjoni medika tista' tmur għall-agħar u għalhekk tista’ tkun ta' ħsara għall-omm u l-fetu.

Treddigħ

Levetiracetam jitneħħa fil-ħalib ta’ l-omm, għalhekk l-irdigħ mhux irrikkmandat. Madanakollu, jekk ikun hemm bżonn trattament b’levetiracetam waqt it-treddigħ, irid jitqies il- benefiċċju/riskju tat-trattament peress li t-treddigħ huwa importanti.

Fertilità

Ebda impatt fuq il-fertilità ma nstab f’studji fl-annimali (ara sezzjoni 5.3). Mhix disponibli dejta klinika, riskju potenzjali għal bniedem mhux magħruf.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Levetiracetam għandu effett żgħir jew moderat fuq il-ħila li ssuq u tħaddem magni.Minħabba sensittivitajiet individwali differenti xi pazjenti jistgħu jesperjenzaw tħeddil jew sintomi oħra marbuta mas-sistema nervuża ċentrali, speċjalment fil-bidu tal-kura wara żieda fid-doża. Għalhekk, attenzjoni speċjali hi rrikkmandata f'dawn il-pazjenti meta jkunu qed jagħmlu xogħlijiet ta' ċertu ħila, eż. sewqan ta' vetturi jew tħaddim ta' makkinarju. Il-pazjenti jingħataw parir biex ma jsuqux jew jużawx magni sakemm ma jiġix stabbilit li mhux affettwata l-ħila tagħhom li jagħmlu dawn l-attivitajiet.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

L-iżjed reazzjonijiet avversi li kienu irrappurtati ta’ spiss kienu nażofarinġite, nagħas, uġigħ ta’ ras, għajja u sturdament. Il-profil ta’ każijiet avversi t’hawn isfel hu bażat fuq analiżi minn provi kliniċi li saru bil-plaċebo bħala kontroll bl-indikazzjonijiet kollha studjati, b’total ta’ 3,416-il-pazjent ikkurat b’levetiracetam. Dan it-tagħrif hu supplimentat bl-użu ta’ levetiracetam fi studji ta’ estensjoni bit- tikketta tingħaraf, kif ukoll l-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Il-profil ta’ sigurtà ta’ levetiracetam huwa ġeneralment simili fil-gruppi ta’ età (pazjenti adulti u pedjatriċi) u fl- indikazzjonijiet ta’ epilessija indikati. Peress li kien hemm esponiment limitat għal levetiracetam li ngħata minn ġol-vina u peress li l-formulazzjonijiet li tingħata ġol-vina u dik orali huma bijoekwivalenti, l-informazzjoni ta’ sigurtà ta’ levetiracetam li jingħata minn ġol-vina ser joqgħod fuq l-użu orali ta’ levetiracetam

Lista f’tabella tar-reazzjonijiet avversi

Fl-iskeda hawn taħt hawn il-lista tar-reazzjonijiet avversi li gew rapportati fi studji kliniċi (adulti, adolexxenti, tfal u trabi > xahar) u wara l-użu tal-prodott fis-suq skont is-sistema tal-klassifika tal- organi u l-frekwenza. Ir-reazzjonijiet avversi kienu ppreżentati f’ordni ta’ gravita` minn ħafna għal ftit u il-frekwenza fil-provi kliniċi giet mfissra b'dan il-mod: komuni hafna (≥1/10); komuni: (>1/100 sa ≤1/10); mhux komuni: (>1/1,000 sa ≤1/100); rari: (≥1/10,000 sa ≤1/1,000); rari ħafna: (≤1/10,000).

MedDRA SOC

 

Kategorija ta’ frekwenza

 

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

 

Infezzjonijiet u

Nasofarinġite

 

 

Infezzjoni

infestazzjonijiet

 

 

 

 

Disturbi tad-

 

 

Tromboċitopenija,

Panċitopenija,

demm u tas-

 

 

lewkopenija

newtropenija

sistema limfatika

 

 

 

agranuloċitożi

Mard tas-sistema

 

 

 

Reazzjoni għall-

immuni

 

 

 

mediċina

 

 

 

 

b’esinofilja u

 

 

 

 

sintomi sistemiċi

 

 

 

 

(DRESS)

 

 

 

 

Ipersensittivita`

 

 

 

 

(inkluż

 

 

 

 

anġjoedima u

 

 

 

 

anafillassi)

Disturbi fil-

 

Anoressija

Tnaqqis fil-piż,

Iponatrimja

metaboliżmu u

 

 

żieda fil-piż

 

fin-nutrizzjoni

 

 

 

 

Disturbi

 

Depressjoni,

Attentat ta’

Suwiċidju

psikjatriċi

 

ostilità/aggressjoni,

suwiċidju,

mitmum, disturb

 

 

ansjetà, insomnija,

ħsibijiet

fil-personalità,

 

 

nervożità/irritabilità

suwiċidali, disturb

ħsibijiet

 

 

 

psikotiku, imġieba

abnormali

 

 

 

abnormali,

 

 

 

 

alluċinazzjoni,

 

 

 

 

rabja, stat

 

 

 

 

konfużjonali,

 

 

 

 

attakki ta’ paniku,

 

 

 

 

responsabilità

 

 

 

 

affettwata/xejriet

 

 

 

 

fil-burdata,

 

 

 

 

agitazzjoni

 

Disturbi fis-

Ħedla,

Aċċessjoni, disturb

Amnesija,

Kloreoatetosi,

sistema nervuża

uġigħ ta’ ras

fl-ekwilibriju,

indeboliment

diskinesja,

 

 

sturdament,

fil-memorja,

iperkinesja

 

 

letarġija, rogħda

koordinazzjoni

 

 

 

 

abnormali/atassja,

 

 

 

 

paraestesija,

 

 

 

 

disturb fl-

 

 

 

 

attenzjoni

 

Disturbi fl-

 

 

Diplopja, vista

 

għajnejn

 

 

mċajpra

 

Disturbi fil-

 

Vertigo

 

 

widnejn u fis-

 

 

 

 

sistema labirintika

 

 

 

 

Disturbi

 

Sogħla

 

 

respiratorji,

 

 

 

 

toraċiċi u

 

 

 

 

medjastinali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

Uġigħ addominali,

 

Pankreatite

gastrointestinali

 

dijarea, dispepsja,

 

 

 

 

remettar, tqalligħ

 

 

MedDRA SOC

 

 

Kategorija ta’ frekwenza

 

Komuni ħafna

Komuni

 

Mhux komuni

Rari

 

 

Disturbi fil-fwied

 

 

 

Riżultat anormali

Insuffiċjenza

u fil-marrara

 

 

 

tat-test tal-

tal-fwied, epatite

 

 

 

 

funzjoni epatika

 

Disturbi tal-ġilda

 

Raxx

 

Alopeċja, ekżema,

Nekrolisi

u fit-tessuti ta’

 

 

 

ħakk

epidermali

taħt il-ġilda

 

 

 

 

tossika,

 

 

 

 

 

Sindromu ta’

 

 

 

 

 

Stevens-Johnson,

 

 

 

 

 

eritema

 

 

 

 

 

multiforme

Disturbi

 

 

 

Dgħufija

Rabdomijolożi u

muskoluskelettriċi

 

 

 

muskolari, uġigħ

żieda fi creatine

u tat-tessut

 

 

 

fl-għadam

phosphokinase

konnettiv

 

 

 

 

fid-demm *

Disturbi fil-kliewi

 

 

 

 

Ħsara akuta tal-

u fis-sistema

 

 

 

 

kliewi

urinarja

 

 

 

 

 

Disturbi ġenerali

 

Astenja/għeja

 

 

u kondizzjonijiet

 

 

 

 

 

ta’ mnejn

 

 

 

 

 

jingħatas

 

 

 

 

 

Korriment,

 

 

 

Ferriment

 

avvelenament u

 

 

 

 

 

komplikazzjonijie

 

 

 

 

 

t ta’ xi proċedura

 

 

 

 

 

* Il-prevalenza hi aktar għolja b’mod sinifikanti f’pazjenti Ġappuniżi meta mqabbla ma’ pazjenti mhux Ġappuniżi.

Każijiet ta’ enċefalopatija rari ġew osservati wara l-għoti ta’ levetiracetam. Ġeneralment, dawn l- effetti mhux mixtieqa seħħew fil-bidu tal-kura (minn ftit jiem sa ftit xhur) u kienu riversibbli wara t- twaqqif tal-kura.

Deskrizzjoni ta’ xi effetti mhux mixtieqa magħżula

Ir-riskju ta’ anoressija huwa ogħla meta ngħata levetiracetam flimkien ma’ topiramate.

F’diversi każi ta’ alopeċja, kien osservat irkupru meta twaqqaf levetiracetam.

Trażżin tal-mudullun kien identifikat f’xi każi ta’ panċitopenija

Popolazzjoni pedjatrika

F’pazjenti minn eta` ta’ xahar sa inqas minn 4 snin, total ta’ 190 pazjent kienu ttrattati b’ levetiracetam f’studji ta’ estenzjoni open label u kkontrollati bil-plaċebo. Sittin minn dawn il-pazjenti ġew trattati b’levetiracetam f’studji kkontrollati bil-plaċebo. F’pazjenti ta’ eta` ta’ 4-16-il sena, total ta’ 645 pazjent kienu trattati b’levetiracetam f’studji ta’ estenzjoni open label u kkontrollati bil- plaċebo. 233 minn dawn il-pazjenti kienu trattati b’levetiracetam f’studji kkontrollati bil-plaċebo. F’ dawn iż-żewġ meded t’etajjiet pedjatriċi, din id-dejta kienet miżjudha b’ esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq tal-użu ta’ levetiracetam.

Barra minn hekk, 101 tarbija ta’ inqas minn 12-il xahar kienu esposti f’ studju ta’ sigurta` wara l- awtorizzazzjoni, Ma kienux identifikati punti ta’ sigurta` ġodda għal levetiracetam fi trabi b’epilessija ta’ inqas minn 12-il xahar.

Il-profil ta’ reazzjonijiet avversi ta’ levetiracetam huwa ġeneralment simili fil-gruppi kollha ta’ l- etajjiet (adulti u pażjenti pedjatriċi) u fl-indikazzjonijiet approvati ta’ epilessija kollha. Ir-riżultati ta’ sigurta` f’pazjenti pedjatriċi f’studji kkontrollati bil-plaċebo kienu konsistenti mal-profil ta’ sigurta` ta’ levetiracetam fl-adulti ħlief għar-reazzjonijiet avversi ta’ mġieba u psikjatriċi li kienu iżjed komuni fit-tfal milli fl-adulti. Fit-tfal u addoloxxenti t’eta` ta’ 4-16-il sena, ir-rimettar (komuni ħafna, 11.2%), aġitazzjoni (komuni, 3.4%), tibdil fil-burdati (komuni, 2.1%), tibdil spiss ta’ emozzjonijiet (komuni, 1.7%), aggressjoni (komuni, 8.2%), mġieba abnormali (komuni, 5.6%), u telqa (komuni, 3.9%) kienu rappurtati iżjed frekwentament minn gruppi ta’ etajjiet oħra jew mill-profil ta’ sigurta` totali. F’trabi u tfal t’eta` minn xahar sa inqas minn 4 snin, irritabilta` (komuni ħafna, 11.7%) u ko-ordinazzjoni abnormali (komuni, 3.3%) kienu rappurtati iżjed frekwentament minn fil-gruppi t’etajjiet oħra jew mill-profil ta’ sigurta` totali.

Studju ta’ sigurtà fil-pedjatrija, ikkontrollat mill-plaċebo u double-blind b’disinn non-inferiority kejjel l-effetti kognittivi u newropsikoloġiċi ta’ levetiracetam fi tfal ta’ 4 sa 16-il sena ta’ età b’aċċessjonijiet tat-tip partial onset. Kien konkluż li levetiracetam ma kienx differenti (mhux inferjuri) mill-plaċebo fejn jidħol il-bidla mill-linja bażi tal-Leiter-R Attention and Memory, Memory Screen Composite score fil-popolazzjoni skont il-protokol. Riżultati li għandhom x’jaqsmu mal- funzjoni tal-imġiba u dik emozjonali juru aggravament fil-pazjenti trattati b’levetiracetam f’imġiba aggressiva kif imkejjel b’mod standardizzat u sistematiku bl-użu ta’ strument validat (CBCL – Achenbach Child Behaviour Checklist). Iżda pazjenti li ħadu levetiracetam fl-istudju ta’ follow-up open label li sar fit-tul, ma kellhomx espenjenza ta’ aggravament, u fil-medda, fil-funzjoni tal-imġiba u emozjonali; f’kejl partikolari ta’ mġiba aggressiva, din ma kinitx agħar mill-linja bażi.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Sintomi

Wara dożi eċċessivi ta' levetiracetam, ġew osservati effetti ta' ħedla, aġitazzjoni, aggressjoni, tnaqqis fil-livell ta' kuxjenza, livell baxx tar-rifless respiratorju, u koma.

Ġestjoni f’każ ta’ doża eċċessiva

M'hemmx antidotu speċifiku għal levetiracetam. Wara doża eċċessiva jiġu trattati s-sintomi u jistgħu jinkludu d-dijaliżi tad-demm. L-effiċjenza tal-estrazzjoni tad-dijaliżi hija ta' 60 % għal levetiracetam u ta' 74 % għall-prodott ewlieni tal-metaboliżmu.

5.TAGĦRIF FARMAKOLOĠIKU

5.1Tagħrif farmakodinamiku

Kategorija farmakoterapewtika: mediċini għall-kontra l-epilessija, mediċini għall-kontra l-epilessija oħra, Kodiċi ATC: N03AX14.

Is-sustanza attiva, levetiracetam hija derivat ta' pyrrolidone (S-enantiomer ta’ α-ethyl-2- oxo-1- pyrrolidine acetamide), u ma tixbahx kimikament lil sustanzi attivi oħrajn li jintużaw kontra l-epilessija.

Mekkaniżmi ta’ azzjoni

Il-mod kif jaħdem levetiracetam għadu qagħad jrid jiġi ċċarat.Esperimenti li saru in vitro u in vivo jagħtu x'nifhmu li levetiracetam ma jibdilx il-karatteristiċi taċ-ċelluli bażiċi u n-newrotrasmissjoni normali.

Studji in vitro juru li levetiracetam jaffetwa livelli ta’ Ca2+ intranewronali billi jinibixxi parzjalment il-kurrenti ta’ Ca2+ tat-tip N u billi jnaqqas kemm jintreħa Ca2+ mill-ħażniet intranewronali. Huwa wkoll jaqleb parzjalment it-tnaqqis f’kurrenti mxattba b’GABA u glycine indotti b’żingu u ß-carbolines. Barra minn dan, levetiracetam kien ukoll muri f’studji in vitro li jeħel ma post speċifiku fit-tessut tal-moħħ tal-ġrieden u annimali gerriema. Dan il-post fejn jeħel huwa l-proteina tal-bużżieqa tas-sinapsi 2A, li hu magħruf li hu involut fil-fużjoni tal-bu żżieqa u exositożi ta’ neurotransmitter. Levetiracetam u sustanzi relatati oħra juru affinità li jeħlu mal-proteina tal-bużżieqa tas-sinapsi 2A b’rata li tikkorralata mal-qawwa tal-protezzjoni li jagħtu kontra l-aċċessjonijiet fil-mudell tal- epilessija awdjoġeniku fil-ġurdien. Dan it-tagħrif jissuġġerixxi li l-interazzjoni bejn levtiracetam u l-proteina tal-bużżieqa tas-sinapsi 2A donnhom jikkontribwixxu għall-mekkaniżmu ta’ azzjoni kontra l-epilessija tal-prodott mediċinali.

Effetti farmakodinamiċi

Levetiracetam jinduċi protezzjoni kontra aċċessjonijiet kemm tat-tip parzjali kif ukoll tat-tip primarji ġeneralizzati f'firxa wiesgħa ta' mudelli f'annimali mingħajr ma jkollu l-effett li jikkawża aċċessjonijiet. Il-prodott ewlieni tal-metaboliżmu m'huwiex attiv. Il-profil farmakoloġiku wiesa’ ta’ levetiracetam ġie ikkomfermat permezz tal-azzjoni fil-bniedem fuq l-epilessija kemm dik tat-tip parzjali u kemm dik ġeneralizzata (l-attività elettrika tipika fl-epilessija/ r-rispons fotoparoksiżimali).

Effikaċja u sigurtà klinika

Terapija aġġuntiva fit-trattament ta’ aċċessjonijiet tat-tip parzjali kemm b’ġeneralizazzjoni sekondarja kif ukoll mingħajr f’adulti, adolexxenti u tfal minn 4 snin b’epilessija.

F’adulti, l-effiċjenza ta’ levetiracetam kien muri fi 3 studji double-blind ikkontrollati minn plaċebo f dożi ta’ 1000 mg, 2000 mg, jew 3000 mg/ kuljum, mogħtija f’2 dożi separati, b’trattament li dam sa 18 il-ġimgħa. F’analisi miġbur, il-perċentaġġ ta’ pazjenti li laħqu tnaqqis ta’ 50 % jew iżjed mill-linja bażi fil-frekwenza fil-ġimgħa ta’ aċċessjonijiet tat-tip parzjali b’doża stabli (12/14 ġimgħa), kien ta’ 27.7 %, 31.6 % u 41.3 % għal pazjenti fuq 1000, 2000, jew 3000 mg ta’ levetiracetam rispettivament u ta’ 12.6 % għal pazjenti fuq il-plaċebo.

Popolazzjoni pedjatrika

F’pazjenti pedjatriċi (4 sa 16-il sena), l-effiċjenza ta’ levetiracetam kienet murija fi studju double- blind ikkontrollat minn plaċebo li inkluda 198 pazjent b’trattament li dam 14-il ġimgħa. F’dan l- istudju, il-pazjenti ħadu levetiracetam bħala doża fissa ta’ 60 mg/kg/ġurnata (maqsuma f’darbtejn kuljum).

44.6 % ta’ pazjenti fuq levetiracetam u 19.6 % ta’ pazjenti fuq il-plaċebo kellhom tnaqqis ta’ 50 % jew iżjed mill-linja bażi fil-frekwenza fil-ġimgħa ta’ aċċessjonijiet tat-tip parzjali. Bi trattament li jikompla fit-tul, 11.4 % tal-pazjenti ma kellhomx aċċessjonijiet għal mill-inqas 6 xhur u 7.2 % ma kellhomx aċċessjonijiet għal mill-inqas sena.

35 trabi ta’ inqas minn sena b’ aċċessjonijiet partial onset kienu esposti f’studji kliniċi kkontrollati minn plaċebo li minnhom 13 biss kienu iżgħar minn 6 xhur.

Monoterapija fit-trattament ta’ aċċessjonijiet tat-tip parzjali kemm b’ġeneralizazzjoni sekondarja kif ukoll mingħajr f’pazjenti minn 16-il sena li għadhom kif ġew dijanjostikati b’epilessija.

L-effikaċja ta’ levetitacetam bħala monoterapija ġiet stabbilita fi studju double-blind, fi grupp parallel, mhux ta’ inferjorità ma’ carbamazepine f’għamla li jintreħa b’mod kontrollat (CR) f’576 pazjent ta’ 16-il sena jew iżjed li għadhom kif ġew dijanjostikati b’epilessija. Il-pazjenti kellhom jippreżentaw ruħhom b’aċċessjonijiet parzjali mhux provokati jew b’aċċessjonijiet ġeneralizzati tat- tip tonic-clonic biss. Il-pazjenti kienu magħżula b’mod każwali biex jieħdu jew carbamazepine CR 400-1200 mg/ġurnata jew levetiracetam 1000-3000 mg/ġurnata, b’trattament li dam sa 12-i1 ġimgħa skont kemm kien ir-rispons.

Kien hemm 73.0 % tal-pazjenti li ġew trattati b’levetiracetam u 72.8 % ta’ pazjenti li ġew trattati b’carbamazepine-CR li damu sitt xhur mingħajr aċċessjonijiet; id-differenza assoluta aġġustata bejn it-trattamenti kienet ta’ 0.2 % (95 % CI:-7.8 8.2) . Iżjed min-nofs il-pazjenti baqgħu mingħajr aċċessjonijet għal 12-il xahar ( 56.6 % u 58.5 % tal-pazjenti fuq levetiracetam u fuq carbamazepine CR rispettivament).

Fi studju li jirrifletti l-prattika klinika, l-mediċini ta’ kontra l-epilessija li ngħataw fl-istess ħin setgħu jiġu mwaqqfa f’numru limitat ta’ pazjenti li rrispondew għal terapija miżjuda b’levetiracetam (36 pazjent minn 69).

Terapija aġġuntiva fit-trattament ta’ aċċessjonijiet mijokloniċi f’adulti u adolexxenti min 12-il sena b’epilessija mijoklonika ġovanili.

L-effiċjenza ta’ levetiracetam dehret fi studju double-blind ikkontrollata minn plaċebo fi studju li dam 16-il ġimgħa, f’pazjenti ta’ 12-il sena jew iżjed li jbatu minn epilessija ġeneralizzata idjopatika b’aċċessjonijiet mijokloniċi b’sindromi differenti. Il-maġġoranza ta’ pazjenti ppreżentaw b’epilessija mijoklonika ġovanili. F’dan l-istudju, levetiracetam ingħata f’doza ta’ 3000 mg/ġurnata f’żewġt dożi separati. 58.3 % tal-pazjenti trattati b’levetiracetam u 23.3 % tal-pazjenti fuq plaċebo kellhom mill-inqas 50 % ta’ tnaqqis fil-ġ ranet b’aċċessjonijiet mijokloniċi fil-ġimgħa. B’trattament li jitkompla fit-tul, 28.6 % tal-pazjenti ma kellhomx aċċessjonjiet mijokloniċi għal mill-inqas 6 xhur u 21.0 % ma kellhomx aċċessjonjiet mijokloniċi għal mill-inqas sena.

Terapija aġġuntiva fit-trattament ta’ aċċessjonijiet ġeneraliżżati primarji tat-tip tonic-clonic f’adulti u adolexxenti minn 12-il sena b’epilessija ġeneralizzata idjopatika.

L-effikaċja ta’ levetiracetam kienet stabbilita fi studju double-blind, ikkontrollata minn plaċebo ta’ 24 ġimgħa, li inkludiet adulti, adolexxenti u numru limitat ta’ tfal b’epilessija tat-tip ġeneralizzat idjopatiku b’aċċessjonijiet ġeneralizzati primarji tat-tip tonic-clonic (PGTC) f’sindromi (epilessija mijoklonika ġovanili, epilessija assenti ġovanili, epilessija assenti tat-tfal, jew epilessija b’aċċessjonijiet Grand Mal meta jqumu). F’dan l-istudju, id-doża ta’ levetiracetam kienet ta’

3,000 mg/jum fl-adulti u l-adolexxenti jew 60 mg/kg/jum fi tfal, li ingħataw f’2 dożi separati.

72.2 % ta’ pazjenti fuq levetiracetam u 45.2 % tal-pazjenti fuq plaċebo kellhom tnaqqis ta’ 50 % jew aktar fil-frekwenza ta’ aċċessjonijiet PGTC fil-ġimgħa. Bi trattament li jitkompla fit-tul, 47.4 % tal-pazjenti ma kellhomx aċċessjonijiet tat-tip tonic-clonic għal mill-inqas 6 xhur u 31.5 % ma kellhomx aċċessjonijiet tat-tip tonic-clonic għal mill-inqas sena.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-profil farmakokinetiku ġie karaterizzat wara l-għoti orali. Doża waħda ta’ 1,500 mg levetiracetam dilwita f’100 ml ta’ diluwent kompatibbli u infuż ġol-vina fuq 15-il minuta hu bijoekwivalenti għal teħid orali ta’ 1,500 mg levetiracetam, mogħti bħala tliet pilloli ta’ 500 mg.

L-għoti ġol-vina ta’ doża sa 4,000 mg dilwita f’100 ml ta’ 0.9% sodium chloride mogħti fuq perijodu ta’ aktar minn 15-il minuta u dożi għoljin sa 2,500 mg dilwiti b’100 ml ta’ 0,9 sodium chloride infużi

fuq aktar minn 5 minuti kienu evalwati. Il-profili farmakokinetiċi u tas-sigurtà ma identifikawx xi tħassib dwar is-sigurtà.

Levetiracetam huwa kompost li jinħall faċilment u huwa permeabbli. Il-profil farmakokinetiku huwa lineari bi ftit varjazzjoni bejn pazjenti differenti u fl-istess pazjenti infishom. M'hemm ebda differenza fir-rata li biha jitneħħa mill-ġisem wara li jingħata ripetutament. Il-profil farmakokinetiku ta’ levetiracetem dwar l-indipendenza mill-ħin ġie kkonfermat wara għoti ta’ 1,500 mg infużjoni ġol-vina għal 4 ijiem b’doża darbtejn kuljum.

Xejn ma juri li hemm xi varjabilità rilevanti f'pazjenti ta' sess, razza jew ritmu ċirkadjan differenti. Il- profil farmakokinetiku f'voluntiera f'saħħithom jixbah lil dak f'pazjenti bl-epilessija.

Adulti u adolexxenti

Distribuzzjoni

Il-konċentrazzjoni massima fil-plażma (Cmax) osservata fi 17-il individwu wara doża waħda ġol-vina ta’ 1,500 mg infuża fuq perijodu ta’ 15-il minuta kienet ta’ 51 ± 19 mikrogrammi/ml (medja aritmetika ± devjazzjoni standard).

M'hemmx tagħrif fuq id-distribuzzjoni fit-tessut tal-bniedem.

La levetiracetam u lanqas il-prodott ewlieni tal-metaboliżmu ma jeħlu wisq mal-proteini tal-plażma (<10 %). Levetiracetam jinfirex f'volum li huwa bejn wieħed u ieħor minn 0.5 sa 0.7 l/kg. Dan il-valur huwa qrib il-volum totali tal-ilma fil-ġisem.

Bijotrasformazzjoni

Levetiracetam mhux metabolizzat estensivament fil-bniedem. Il-mod prinċipali kif jiġi metabolizzat (24 % tad -doża) huwa permezz ta' idroliżi tal-grupp aċetamide.L-iżoformi taċ-ċitokromju P450 fil-fwied ma jgħinux il-produzzjoni ta' ucb L057, li huwa l-prodott ewlieni tal-metaboliżmu. L-idroliżi tal-grupp aċetamide setà jiġi mkejjel f'numru kbir ta' tessuti fosthom iċ-ċelluli tad-demm. Il-metabolit ucb L057 mhuwiex attiv farmakoloġikament.

Kienu wkoll identifikati żewġ prodotti tal-metaboliżmu inqas importanti. Wieħed isir permezz tal-idroliżi taċ-ċirku ta’ pyrrolidone (1.6 % tad-doża) u l-ieħor isir permezz tal-ftuħ taċ-ċirku ta’ pyrrolidone. Komponenti oħrajn li ma ġewx identifikati jagħmlu biss 0.6 % mid-doża kollha.

Ma kien hemm ebda evidenza in vivo li kien hemm xi tibdil enantjomeriku kemm f’levetiracetam kif ukoll fil-prodott ewlieni tal-metaboliżmu.

In vitro, kemm levetiracetam u kemm il-prodott ewlieni tal-metabolożmu ma fixklux l-iżoformi taċ-ċitokromju P450 fil-fwied ( CYP3A4, 2A6, 2C9, 2C19, 2D6, 2E1 u 1A2), glucuronyl transferase (UGT1A1 u UGT1A6) u l-attivitajiet tal-epoxide hydroxylase. Levetiracetam m’għandu ebda effett ukoll fuq il-glukuronidazzjoni ta’ valproic acid in vitro.

Levitiracetam kellu ftit jew ebda effett fuq CYP1A2, SULT1E1 jew UGT1A1 f'kolturi ta' ċelloli tal-fwied umani. Levitiracetam ikkawża induzzjoni ħafifa ta’ CYP2B6 u CYP3A4. Tagħrif in vitro u tagħrif dwar l-interazzjoni in vivo fuq kontraċettivi orali, digoxin u warfarina jindika li mhux mistenni li jkun hemm induzzjoni sinifikanti tal-enżimi. Għalhekk hija improbabbli li levetiracetam ma jaqbilx ma' sustanzi oħra, u viċe versa.

Eliminazzjoni

Il-half life fil-plażma fl-adulti kienet 7+1 sigħat u din ir-rata ma titbiddilx kemm jekk titbiddel id-doża, kemm jekk jitbiddel il-metodu kif jingħata levetiracetam, kif ukoll jekk jingħata ripetutament.

Ir-rata medja li biha jitneħħa għall-kollox kienet ta' 0.96 ml/min/kg.

Il-metodu prinċipali li bih jitneħħa huwa fl-awrina li tgħodd medja ta’ 95 % tad-doża (madwar 93 % tad-doża kienet eliminata fi żmien 48 siegħa). L-eliminazzjoni permezz tal-ippurgar kienet tgħodd għal 0.3 % tad-doża biss. Fl-ewwel 48 siegħa, it-tneħħija kumulattiva ta' levetiracetam fl-awrina kienet ta' 66 % tad-doża, iżda dik tal-prodott ewlieni tal-metaboliżmu kienet tagħmel biss 24 % tad- doża.

Ir-rata ta' tneħħija ta' levetiracetam mill-kliewi hija ta' 0.6 ml/min/kg, filwaqt li dik ta' ucb L057 hija ta' 4.2 ml/min/kg. Dan juri li levetiracetam jitneħħa permezz ta' filtrazzjoni glomerulari u wara jerġa' jiġi assorbit mit-tubules, u li ucb L057 jitneħħa permezz ta' filtrazzjoni glomerulari kif ukoll permezz ta' passaġġ attiv mit-tubules tal-kliewi. L-eliminazzjoni ta' levetiracetam tikkorelata mat-tneħħija tal-kreatinina.

Anzjani

Fl-anzjani, il-half life ta' levetiracetam fid-demm tiżdied b’40 % (10 sa 11-il siegħa). Din hija relatata ma’ tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi fl-anzjani. (ara sezzjoni 4.2 “Pożoloġija”).

Indeboliment tal-kliewi

It-tneħħija apparenti mill-ġisem kemm ta' levetiracetam u kemm tal-prodott ewlieni tal-metaboliżmu hija marbuta mat-tneħħija ta’ kreatinina. Għalhekk hija rrikkmandata li f’pazjenti li jkollhom indeboliment moderat u sever fil-kliewi, id-doża ta' kuljum levetiracetam tkun maħduma fuq ir-rata li biha titheħħa l-kreatinina (ara sezzjoni 4.2).

F’pazjenti adulti li kienu fl-aħħar stadji tal-marda tal-kliewi u fejn ma' jkunu qed jgħaddu xejn mill-kliewi, il-half life ta' levetiracetam fid-demm kienet 25 siegħa waqt perijodi ta' bejn id-dijaliżi u 3.1 sigħat fil-perijodi waqt li tkun qed issir id-dijaliżi.

It-tneħħija parzjali ta' levetiracetam kienet ta’51 % waqt sezzjoni tad-dijaliżi tipika li damet 4 sigħat.

Indeboliment tal-fwied

M'hemmx differenzi fir-rata ta' tneħħija ta' levetiracetam f’pazjenti b’mard hafif u moderat tal-fwied. Fil-biċċa l-kbira tal-pazjenti b’mard serju tal-fwied din kienet imnaqqsa b'iżjed minn 50 % minħabba ħsara wkoll fil-kliewi (ara sezzjoni 4.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Tfal (4 sa 12-il sena)

Il-farmakokinetiċi ta’ pazjenti pedjatriċi ma ġewx mistħarrġa wara l-għoti ġol-vina. Madanakollu, abbażi tal-karatteristiċi farmakokinetiċi ta’ levetiracertam, il-farnakokinetiċi f’adulti wara l-għoti ġol-vina l-farmakokinetiċi fi tfal wara għoti orali, l-esponiment (AUC) ta’ levetiracetam hu mistenni li jkun simili f’pazjenti pedjatriċi bejn l-etajiet ta’ 4 sa 12-il sena wara għoti ġol-vina u orali.

Wara li ngħatat doża orali waħda li tammonta għal 20 mg/kg lil tfal bl-epilessija (6 sa 12 il-sena), il-half life ta’ levetiracetam kienet ta’ 6.0 sigħat. It-tneħħija ta' levetiracetam fit-tfal kienet 30 % iżjed minn dik f'adulti li jbatu mill-epilessija meta ġiet ikkonsidrata d-differenza fil-piż.

Levetiracetam kien assorbit malajr fi tfal b’epilessija (4 sa 12-il sena) wara li ingħataw doża orali repetuti (20 sa 60 mg/kg/jum). Il-konċentrazzjoni massima fil-plażma kienet osservata f’0.5 sa 1.0 siegħa wara d-doża. Żiediet lineari u proporzjonali għad-doża kienu osservati bil-konċentrazzjonijiet massimi fil-plażma u l-erja taħt il-kurva. Il-half-life ta’ eliminazzjoni kien bejn wieħed u ieħor 5 sigħat. It-tneħħija fil-ġisem deher li kien 1.1 ml/min/kg.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Informazzjoni mhux klinika, magħmula fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku fuq il-ġeni, u riskju ta’ kanċer, ma turi l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin u għall-iżvilupp.

F’livelli ta’ esponiment simili ta’ dik fil-bniedem, effetti avversi li ma ġewx osservati fl-istudji kliniċi imma osservati fil-firien u f’livelli inqas fil-ġurdien u b’rilevanza possibbli għal użu kliniku kienu bidliet fil-fwied li jindika rispons adattiv żieda fil-piż u ipertrofija ċentrilobulari, infiltrazzjoni ta’ xaħam u żieda fl-enżimi tal-fwied fil-plażma.

Ebda reazzjonijiet avversi fuq il-fertilità maskili jew femminili jew prestazzjoni riproduttiva ma kienu osservati fil-firien f’dożi sa 1800 mg/kg/day (x 6 l-MRHD fuq bażi ta’ mg/m2 jew ta’ esponiment) fil-ġenituri u l-ġenerazzjoni F1.

Żewġ studji fuq l-iżvilupp tal-embriju u l-fetu (EFD) saru fil-far b’400, 1200 u 3600 mg/kg/ġurnata. B’3600 mg/kg/ġurnata, fi studju wieħed miż-żewġ studji EFD,kien hemm tnaqqis żgħir fil-piż tal-fetu marbut ma’ żieda marġinali f’varjazzjonijiet skeletriċi/anormalitajiet minuri. Ma kienx hemm effett fuq il-mortalità tal-embriju u ebda żieda fl-inċidenza ta’ mankamenti. The NAOEL (Livell ta’ Ebda Effett Avvers Osservat) kien ta’ 3600 mg/kg/ġurnata għal firien feminili tqal (x 12 il-MRHD fuq bażi ta’ mg/m2) u 1200 mg/kg/ġurnata għal feti.

Erba’ studji dwar l-iżvilupp tal-embriju u l-fetu saru fil-fniek li koprew dożi ta’ 200, 600, 800, 1200 u 1800 mg/kg/ġurnata. Il-livell tad-doża ta’ 1800 mg/kg/ġurnata indotta tossiċità materna notevoli u tnaqqis fil-piż tal-fetu assoċjat ma’ żieda fl-inċidenza ta’ feti b’anormalitajiet kardjovaskolari/skeltrali. In-NOAEL kien ta’ <200 mg/kg/ġurnata fl-ommijiet u 200 mg/kg/ġurnata għal-feti (ugwali għal MRHD fuq bażi ta’ mg/m2).

Studju fuq l-iżvilupp li sar waqt u wara t-tqala sar fil-firien b’dożi ta’ levetiracetam ta’ 70, 350 u 1800 mg/kg/ġurnata. In-NOAEL kien ta’ ≥ 1800 mg/kg/ġurnata għal firien feminili F0, u għas-sopravivenza, kobor u l-iżvilupp taż-żrameġ F1 sa kemm jibdew jieklu weħedhom ( x 6 il- MRHD fuq bażi ta’mg/m2).

Studji fl-annimali tat-twelid u ġovanili fil-firien u l-klieb urew li ma kienx hemm effetti avversi fil-punti tat-tmiem standard tal-iżvilupp jew maturazzjoni b’dożi sa 1800 mg/kg/ġurnata (x 6 – 17-il MRHD fuq bażi ta’ mg/m2).

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Sodium acetate trihydrate

Glacial acetic acid

Sodium chloride

Ilma għal injezzjonijiet

6.2Inkompatibbiltajiet

Dan il-prodott mediċinali ma’ jistax jiġi dilwit ma’ prodotti oħra mediċinali għajr dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn

Stabilità kimika u fiżika waqt l-użu tal-prodott dilwit miżmum f’boroż tal-PVC ġew murija għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 30 oC u f’temperatura ta’ 2-8 oC. Mil-lat mikrobijoloġiku, ħlief meta l-metodu ta’ dilwazzjoni jipprekludi r-riskju ta’ tniġġis mikrobijali,il-prodott għandu jintuża minnufih. Jekk ma jintużax minnufih, l-użu waqt il-ħin li jkun maħżun u l-kondizzjonijiet ta’ qabel l-użu huwa responsabbli għalihom l-utent.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn l-ebda kundizzjoni ta' temperatura speċjali għall-ħażna.

Għal kondizzjonijiet ta’ ħażna tal-prodott mediċinali dilwit, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjett tal-ħġieġ ta’ 5 ml (tip I) b’tapp tal-lastiku ta’ bromobutyl u siġill tal-aluminju li jinqala bis- saba’.

Kull kartuna fiha 10 jew 25 kunjett.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

Ara t-tabella t’hawn isfel għall-preparazzjoni rakkomandata u l-għoti tal-konċentrat ta’ Levetiracetam Hospira għal soluzzjoni għall-infużjoni

sabiex tintlaħaq id-doża totali ta’ kuljum ta’ 500 mg, 1,000 mg, 2,000 mg, jew 3,000 mg f’żewġ dożi kondiviżi.

Il-preparazzjoni u l-għoti tal-konċentrat ta’ Levetiracetam Hospira għal soluzzjoni għall-infużjoni

Doża

Volum li jinġibed

Volum ta’

 

Ħin tal-

Frekwenza

 

Doża Totali

 

 

diluwent

 

infużjoni

ta’ kif

 

ta’ Kuljum

 

 

 

 

 

jingħata

 

 

250 mg

2.5 ml (nofs kunjett

100 ml

 

15-il minuta

Darbtejn

 

500 mg/

 

ta’ 5 ml)

 

 

 

kuljum

 

ġurnata

500 mg

5 ml (kunjett wieħed

100 ml

 

15-il minuta

Darbtejn

 

1,000 mg/

 

ta’ 5 ml)

 

 

 

kuljum

 

ġurnata

1,000 mg

10 ml (żewġ kunjetti

100 ml

 

15-il minuta

Darbtejn

 

2,000 mg/

 

ta’ 5 ml)

 

 

 

kuljum

 

ġurnata

1,500 mg

15 ml (tliet kunjetti

100 ml

 

15-il minuta

Darbtejn

 

3,000 mg/

 

ta’ 5 ml)

 

 

 

kuljum

 

ġurnata

Dan il-prodott mediċinali huwa għall-użu ta’ darba,

xi soluzzjoni li ma tintużax trid

tintrema.

Il-konċentrat ta’ Levetiracetam għal soluzzjoni għall-infużjoni instab li hu fiżikament kompatibbli u kimikament stabbli meta jitħallat mad-diluwenti li ġejjin

Sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoniSoluzzjoni għall-injezzjoni ta’ Lactated Ringer

Soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ dextrose 50 mg/ml (5%)

Prodott mediċinali bi frak jew tibdil fil-kulur m’għandux jintuża.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Hospira UK Limited

Horizon

Honey Lane

Hurley

Maidenhead

SL6 6RJ

Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/13/889/001

EU/1/13/889/002

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 8 ta’ Jannar 2014

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

{XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati