Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Levetiracetam Sun (levetiracetam) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N03AX14

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaLevetiracetam Sun
Kodiċi ATCN03AX14
Sustanzalevetiracetam
ManifatturSun Pharmaceutical Industries Europe B.V.

1.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

Levetiracetam SUN 100 mg/ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull ml fiha 100 mg ta’ levetiracetam.

Kull vjala ta’ 5 ml fiha 500 mg ta’ levetiracetam.

Eċċipjent(i) b’effett magħruf

Kull vjalafih 19 mg ta’ sodju.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni (konċentrat sterili).

Konċentrat ċar, bla kulur

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Levetiracetam SUN huwa indikat biex ikun użat bħala monoterapija fit-trattament ta' aċċessjonijiet tat-tip parzjali kemm meta jkun hemm, kif ukoll meta ma jkunx hemm ġeneralizzazzjoni sekondarja f' adulti u addoloxxenti li għandhom minn 16 il-sena li għadhom kif ġew dijanjostikati b’ epilessija.

Levetiracetam SUN huwa indikat biex ikun użat bħala parti mit-terapija

-Fit-trattament ta' aċċessjonijiet tat-tip parzjali kemm meta jkun hemm, kif ukoll meta ma jkunx hemm ġeneralizzazzjoni sekondarja adulti, addoloxxenti u tfal minn 4 snin b’epilessija.

-Fit-trattament ta’ aċċessjonijiet tat-tip mijoklonika adulti u addoloxxenti minn 12 snin b’epilessija tat-tip Mijoklonika li tibda fiż-zgħożija

-Fit-trattament ta’ aċċessjonijiet primarji u ġeneralizzati tat-tip tonic-clonic f’adulti u addoloxxenti minn 12 il-sena b’Epilessija Ġeneralizzata Idjopatika.

Il-konċentrat Levetiracetam SUN huwa alternattiva għal pazjenti li temporanjament ma’ jistgħux jieħdu mediċina mill-ħalq.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Monoterapija għal adulti u adoloxxenti minn 16-il sena ‘l fuq.

Id-doża rikkmandata tal-bidu hi ta’ 250 mg darbtejn kuljum li għandha tiżdied għal doża terapewtika iniżjali ta’ 500 mg darbtejn kuljum wara ġimagħtejn. Id-doża tista’ tkompli tiżdied b’ 250 mg darbtejn kuljum kull ġimagħtejn skond ir-rispons kliniku. Id-doża massima hi ta’ 1500 mg darbtejn kuljum.

Terapija miżjuda għal adulti (≥18 sena ) u addoloxxenti (12 sa 17 il-sena) li jiżnu iżjed minn 50 kg jew iżjed.

Id-doża tal-bidu hija ta' 500 mg darbtejn kuljum. Din id-doża tista' tibda tittieħed mill-ewwel ġurnata

tat-trattament.

Id-doża ta' kuljum tista' tiġi miżjuda jew mnaqqsa għal massimu ta' 1,500 mg darbtejn kuljum, skond ir-respons kliniku u skond kemm il-mediċina tkun indrat mill-pazjent. Tibdil fid-doża jista' jsir kull ġimagħtejn sa erba' ġimgħat u tista' tiżdied jew titnaqqas b’500 mg darbtejn kuljum.

Tul tat-trattament

M’hemmx esperjenza bl-użu ta’ levetiracetam minn ġol-vina għal perjodi itwal minn 4 ijiem.

Twaqqif

Jekk levetiracetam għandu jitwaqqaf hu rrikkmandat li jitwaqqaf gradwalment (ez. f’adulti u adoloxxenti li jiżnu iżjed minn 50 kg: tnaqqis ta’ 500 mg darbtejn kuljum kull ġimagħtejn sa erba ġimgħat; f’tfal u adoloxxenti li jiżni inqas minn 50 kg: it-tnaqqis fid-doża m’għandiex taċċedi 10 mg/kg darbtejn kuljum kull ġimagħtejn).

Popolazzjonijiet specjali

Anzjani (65 sena u fuqhom)

Hu rrikkmandat li f' pazjenti anzjani li għandhom funzjoni mnaqqsa tal-kliewi, tiġi aġġustata d- doża (ara "Indeboliment tal-kliewi" hawn taħt).

Indeboliment tal-kliewi

Id-doża li tingħata kuljum tiddependi mill-funzjoni tal-kliewi ta' kull pazjent individwali.

Għal pazjenti adulti, imxi ma' l-iskeda hawn taħt biex tkun tista' tagħmel tibdil fid-doża. Biex tuża din l-iskeda hemm bzonn tkun taf l-estimu tar-rata li biha titneħħa il-krejatinina (CLcr) f'ml/min fil- pazjent. Din ir-rata tista' tigi kkalkulata mill-livell ta' krejatinina fis-serum (mg/dl), għal adulti u addoloxxenti li jiżnu 50 kg jew aktar, billi tuża din il-formula:

 

[140-eta`(snin)]x piż (kg)

Clcr (ml/min)=

------------------------------------------------ (x 0.85 għan-nisa)

 

72xlivellta'krejatininafis - serum (mg/dl)

Imbagħad, CLcr huwa aġġustat għall-erja tas-superfiċje tal-ġisem (BSA) bħal hawn taħt:

CLcr (ml/min/1.73 m2) =

CLcr(ml/min)

--------------------------------------x 1.73

 

BSApazjent(m 2)

Regolar tad-doża f'pazjenti adulti u addoloxxenti li jiżnu iżjed minn 50 kg b’indeboliment fil-kliewi:

Grupp

Rata ta' tneħħija tal-

Doża u frekuenza

 

krejatinina

 

 

(ml/min/1.73 m2)

 

Normali

>80

500 sa 1,500 mg darbtejn kuljum

Ħafifa

50-79

500 sa 1,000 mg darbtejn kuljum

Moderata

30-49

250 sa 750 mg darbtejn kuljum

Severa

< 30

250 sa 500 mg darbtejn kuljum

Pazjenti fl-aħħar stadji tal-marda tal-kliewi

--

500 to 1,000 mg darba kuljum (2)

jagħmlu d-dijaliżi (1)

 

 

(1)Doża kbira ta' 750 mg hija rrikkmandata fl-ewwel ġurnata tat-trattament b’levetiracetam.

(2)Wara id-dijaliżi, hija rrikkmandata doża supplimentari ta' bejn 250 u 500 mg.

F’ tfal b’indeboliment tal-kliewi, id-doża ta’ levetiracetam għandha tiġi aġġustata skond il- funzjoni renali għaliex clearance ta’ levetiracetam huwa marbut mal-funzjoni renali. Din ir-

rekkomandazzjoni hija bażata fuq studju li sar f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi.

Il-CLcr f' ml/min/1.73 m2 tista' tigi kkalkulata mill-livell ta' krejatinina fis-serum (mg/dl), għal addoloxenti żgħar, tfal u trabi, billi tuża din il-formula (formula Schwartz):

Tul (ċm) x ks

CLcr (ml/min/1.73 m2) = -------------------------------------

Kreatinina fis-serum (mg/dl)

ks= 0.55 f’ Tfal sa inqas minn 13-il sena u f’addoloxxenti feminili; ks= 0.7 f’ addoloxenti maskili

Aġġustament fid-doża f’pazjenti tfal u addoloxxenti li jiżnu inqas minn 50 kg b’ indeboliment fil- kliewi:

 

Grupp

 

Tneħħija tal-

Doża u frekwenza

 

 

 

krejatinina

Tfal minn 4 snin u adolexxenti li jiżnu inqas minn50 kg

 

 

 

(ml/min/1.73 m2)

 

 

Normali

> 80

10 sa 30 mg/kg (0.10 sa 0.30 ml/kg) darbtejn kuljum

 

Ħafifa

 

50-79

10 sa 20 mg/kg (0.10 sa 0.20 ml/kg) darbtejn kuljum

 

Moderat

30-49

5 sa 15 mg/kg (0.05 sa 0.15 ml/kg) darbtejn kuljum

 

Severa

 

< 30

5 sa 10 mg/kg (0.05 sa 0.10 ml/kg) darbtejn kuljum

 

Pazjenti fl-aħħar

--

10 sa 20 mg/kg (0.10 sa 0.20 ml/kg) darba kuljum (1) (2)

 

stadji tal-marda

 

 

 

tal-kliewi li jkun

 

 

 

qed jagħmlu d-

 

 

 

dijaliżi

 

 

 

 

1.

(1) Doża

kbira ta’ 15 mg/kg (0.15

ml/kg) hija rrikkmandata fl-ewwel ġurnata tat-trattament

b’levetiracetam.

1.(2) Wara id-dijaliżi, hija rrikkmandata doża supplimentari ta' bejn 5 u 10 mg/kg (0.05 sa

0.10ml/kg).

Indeboliment tal-fwied

M'hemmx għalfejn tibdil fid-doża ta' pazjenti bi ħsara ħafifa għal moderata fil-fwied. F'pazjenti bi ħsara severa fil-fwied, r-rata li biha titneħħa l-krejatinina tista' taħbi il-veru nuqqas fil-funzjoni tal- kliewi. Għalhekk huwa rrikkmandat li meta r-rata li biha titneħħa l-krejatinina tkun

< 60 ml/min/1.73 m2, għandu jkun hemm tnaqqis ta' 50 % tad-doża ta' kuljum.

Popolazzjoni pedjatrika

It-tabib għandu jikteb l-iżjed għamla farmaċewtika, preżentazzjoni u saħħa addatata,skond l-eta`, il-piz u d-doża.

Monoterapija

Is-sigurta’ u l-effikaċja ta’ Levetiracetam SUN f’tfal u addoloxxenti ta’ taħt is-16-il sena bħala monoterapija ma ġietx determinata.

Dejta mhux disponibbli.

Terapija miżjuda fit- tfal ta’ 4 sa 11-il sena u addoloxxenti (12 sa 17-il sena) li jiżnu inqas minn 50 kg

Id-doża terapewtika tal-bidu hija 10 mg/kg darbtejn kuljum.

Id-doża ta' kuljum tista' tiġi miżjuda jew mnaqqsa għal massimu ta' 30 mg/kg darbtejn kuljum, skond ir-respons kliniku u skond ir-rispons kliniku u t-tolerabbilta`. Tibdil fid-doża ma jistgħux ikunu iżjed min żieda jew tnaqqis ta’ 10 mg/kg darbtejn kuljum kull ġimagħtejn. L-iżgħar doża effettiva għandha tintuża.

Id-dożaġġ fit-tfal ta’ 50 kg jew iżjed huma l-istess bħal dik fl-adulti.

Dożaġġ rikkmandat għat- tfal u addoloxxenti:

Piż

Doża tal-bidu:

Doża Massima:

 

10 mg/kg darbtejn kuljum

30 mg/kg darbtejn kuljum

15 kg (1)

150 mg (1.5 ml) darbtejn kuljum

450 mg (4.5 ml) darbtejn kuljum

20 kg (1)

200 mg (2 ml) darbtejn kuljum

600 mg (6 ml) darbtejn kuljum

25 kg

250 mg darbtejn kuljum

750 mg darbtejn kuljum

Minn 50 kg (2)

500 mg darbtejn kuljum

1500 mg darbtejn kuljum

(1)Tfal ta’ 25 kg jew inqas għandhom preferabilment jibdew it-trattament b’soluzzjoni orali.

(2)Id-dożaġġ fit-tfal u addoloxxenti ta’ 50 kg jew iżjed hija l-istess bħal dik fl-adulti.

Terapija miżjuda fi trabi u tfal ta’inqas minn eta`ta’ 4snin

Is-sigurta’ u l-effikaċja tal-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni Levetiracetam SUN fi trabi u tfal ta’inqas minn eta`ta’ 4snin, ma ġietx stabbilita.

Dejta disponibli fil-preżent huma deskritti f’sezzjonijiet 4.8, 5.1, u 5.2 iżda ma jistgħux isiru rakkomandazzjonijiet fuq pożoloġija.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-konċentrat Levetiracetam SUN huwa għall-użu minn ġol-vina biss u d-doża rikkmandata trid tiġi dilwita f’ mill- inqas 100 ml ta’ dilwent kompattibli u tingħata b’infużjoni minn ġol-vina fuq medda ta’ 15 il-minuta (ara sezzjoni 6.6).

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew derivattivi oħrajn ta' pyrrolidone, jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati f’sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Indeboliment renali

Jista' jkun hemm bżonn ta' tibdil fid-doża meta levetiracetam jingħata lil pazjenti bi ħsara fil-kliewi. F' każi fejn ikun hemm ħsara severa fil-fwied, huwa rrikkmandat li jsir eżami tal-funzjoni tal-kliewi qabel ma tiġi deċiża d-doża (ara sezzjoni 4.2).

Ħsara akuta fil-kliewi

L-użu ta’ levetiracetam kien assoċjat rarament ħafna ma’ ħsara akuta fil-kliewi, minn ftit ġranet sa diversi xhur żmien mill-bidu.

Għadd ta’ ċelloli fid-demm

Każijiet rari ta’ għadd imnaqqsin ta’ ċelloli fid-demm (newtropinja, agranulositożi, lukopinja, trombositopinja u pankositopinja) kienu deskritti b’konnessjoni mat-teħid ta’ levetiracetam, ġeneralment fil-bidu tat-trattament. Għadd ta’ ċelloli tad-demm kompleti huma rrikkmandati f’pazjenti li jħossu debbolezza importanti, deni, infezzjonijiet rikorrenti jew mard ta’ koagulazzjoni (sezzjoni 4.8).

Suwiċidju

Suwiċidju, attentat ta’ suwiċidju, ħsibijiet u mġieba suwiċidali kienu rrappurtati f’pazjenti trattati b’ mediċini ta’ kontra l-epilessija (inkluż levetiracetam). Meta-analiżi ta’ provi randomized u kkontrollati mill-plaċebo ta’ mediċini ta’ kontra l-epilessija juri żieda żgħira fil-ħsibijiet u mġieba suwiċidali. Il- mekkaniżmu ta’ dan ir-riskju mhux magħruf.

Għalhekk il-pazjenti għandhom jiġu ċċekkjati għal sinjali ta’ depressjoni u/jew ħsibijiet u mġieba suwiċidali u għandu jitqies trattament xieraq. Il-pazjenti (u dawk li jieħdu ħsieb il-pazjenti) għandhom jingħataw il-parir li jfittxu parir mediku jekk jitfaċċaw sinjali ta’ depressjoni u/jew ħsibijiet u mġieba suwiċidali.

Popolazzjoni pedjatrika

M’hemmx ħjiel ta’ ebda impatt fuq il-kobor u l-puberta’ f’dejta li teżisti dwar it-tfal. Madanakollu, mhumiex magħrufa l-effetti fit-tul fuq it-tagħlim, l-intelliġenza, il-kobor, il-funzjoni endokrinali, il- puberta’ u l-potenzjal li wieħed ikollu t-tfal.

Sustanzi mhux attivi

Din il-mediċina fiha 2.5 mmol (jew 57 mg) ta’ sodju f’doża singola massima (0.8 mmol (jew 19 mg) kull vjala). Dan għandu jitqies minn pazjenti fuq dieta nieqsa mis-sodju.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Mediċini kontra l-epilessija

Tagħrif minn studji kliniċi f’adulti li saru qabel ma ħareġ fis-suq, juri li levetiracetam ma kellu ebda effett fuq il-konċentrazzjonijiet ta' mediċini eżistenti kontra l-epilessija (phenytoin, carbamazepine, valproic acid, phenobarbital, lamotrigine, gabapentin u primidone), u li dawn il-prodotti ma kellhom ebda effett fuq il-profil farmakokinetiku ta' levetiracetam.

Bħal fl-adulti, m’hemm ebda evidenza klinikament sinifikanti ta’ effetti ta’ mediċini oħra f’ pazjenti pedjatriċi li jieħdu sa 60 mg/kg/ġurnata ta’ levetiracetam. Studju retrospettiv ta’ interazzjoni farmakokinetika fit-tfal u l-addoloxxenti b’epilessija (4 sa 17 il- sena) ikkonferma li terapija miżjuda b’ levetitacetam li jittieħed mill-ħalq ma kellux effett fuq konċentrazzjonijiet tas-serum fi stat fiss ta’ carbamazepine u valproate li jingħataw fl-istess ħin. Iżda, id-dejta tissuġġerixxi clearance ta’ levetiracetam ogħla b’20 % f’tfal li jieħdu mediċini ta’ kontra l- epilessija li jindottaw l-enżimi. M’hemmx bżonn aġġustament tad-doża.

Probenecid

Ġie muri li probenecid li jwaqqaf il-passaġġ attiv ta' ċerti sustanzi għal ġot-tubules tal-kliewi, f’dożi ta’500 mg erba' darbiet kuljum, m'għandu ebda effett fuq levetiracetam. Probenecid f'dawn id-dożi iwaqqaf it-tneħħija mill-kliewi tal-prodott ewlieni tal-metaboliżmu ta' levetiracetam, imma madanakollu l-konċentrazzjoni tiegħu xorta tibqa' żgħira.

Methotrexate

It-teħid flimkien ta’ levetiracetam u methotrexate kien irrapurtat li jnaqqas clearance ta’ methotrexate, li jirriżulta f’żieda / prolongament ta’ konċentrazzjoni fid-demm ta’ methotrexate f’livelli potenzjalment tossiċi. Livelli ta’ methotrexate u levetiracetam fid-demm għandhom ikunu osservati b’attenzjoni f’pazjenti fuq trattament biż-żewġt mediċini flimkien.

Kontraċettivi orali u interazzjonijiet farmakokinetiċi oħra

Levetiracetam 1,000 mg me kellu ebda effett fuq il-farmakokinetika ta’ kontraċettivi orali (ethinyl- estradiol u levonorgestrel); parametric endokrinarji ( luteinizing hormone u progesterone). ma kienux mibdulin. Levetiracetam 2,000 mg kuljum ma kellux effett fuq il-farmakokinetika ta’ digoxin u warfarin; ma kienux mibdulin il-prothrombin times. Ma kien hemmx tibdil fil- farmakokinetika ta’ levetiracetam meta ittieħed flimkien ma’ digoxin, kontraċettivi orali u warfarin.

Alkoħol

M'hemmx tagħrif dwar jekk jaqbilx levetiracetam ma' l-alkoħol.

4.6Fertilita`, tqala u treddigħ

Tqala

Dejta minn wara t-tqegħid fis-suq minn diversi reġistri tat-tqala prospettivi ddokumentaw ir-riżulatai minn ‘l fuq minn 1000 mara esposti għal monoterapija b’levitiracetam waqt l-ewwel trimestru tat- tqala. B’kollox, dan id-dejta ma jissuġġerix żieda sostanzjali fir-riskju ta’ malformazzjonijiet konġenitali maġġuri, għalkemm riskju teratoġeniku jeżisti u ma jistax jiġi eskluż kompletament. Terapija m’ AED multipli huwa assoċjat b’riskju ogħla ta’ malformazzjonijiet konġenitali minn monoterapija. Għalhekk għandha tiġi kunsidrata monoterapija. Studji f'annimali wrew tossiċità fuq is- sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3). Levetiracetam mhux irrikkmandat waqt it-tqala u f’nisa f’età li jista’ jkollhom it-tfal li mhumiex qegħdin jużaw kontraċettivi sakemm mhux klinikament neċessarju. Bħal Tibdil fiżjoloġiku waqt it-tqala jista’ jkollu effett fuq il-konċentrazzjoni ta’ levetiracetam. Ġie osservat tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta’ levetiracetam fil- plażma waqt it-tqala. Dan it-tnaqqis kien akbar waqt it-tielet trimester ( sa 60 % tal-konċentrazzjoni tal-linja bażi qabel it-tqala). Irid jiġi assigurat immaniġġjar kliniku xieraq tan-nisa tqal trattati b’levetiracetam. Meta jitwaqqaf it- trattament ta' kontra l-epilessija, il-kundizzjoni medika tista' tmur għall-għar u għalhekk tista’ tkun ta' ħsara għall-omm u l-fetu.

Treddigħ

Levetiracetam jitneħħa fil-ħalib ta’ l-omm, għalhekk l-irdigħ mhux irrikkmandat. Madanakollu, jekk ikun hemm bżonn trattament b’levetiracetam waqt it-treddigħ, irid jitqies il- benefiċċju/riskju tat-trattament peress li t-treddigħ huwa importanti.

Fertilita`

Ebda impatt fuq il-fertilita` ma nstab f’studji fl-annimali (ara sezzjoni 5.3). Mhix disponibli dejta klinika, riskju potenzjali għal bniedem mhux magħruf.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Levetiracetam għandu effett żgħir jew moderat fuq il-ħila li ssuq u tħaddem magni. Speċjalment fil- bidu tat- trattament jew wara żieda fid-doża, xi pazjenti li possibilment ikunu iżjed sensittivi, jistgħu jitħeddlu jew iħossu sintomi oħrajn relatati mas-sistema nervuża ċentrali. Għalhekk, attenzjoni speċjali hi rrikkmandata f'dawn il-pazjenti meta jkunu qed jagħmlu xogħolijiet ta' ċertu ħila, ez. sewqan ta' vetturi jew tħaddim ta' makkinarju. Il-pazjenti jingħataw parir biex ma jsuqux jew jużgħux magni sakemm ma jiġi stabbilit li mhux affetwat il-ħila tagħhom li jagħmlu dawn l-attivitajiet.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurta’

L-iżjed reazzjonijiet avversi li kienu irrappurtati ta’ spiss kienu nażofarinġite, nagħas, uġigħ ta’ ras, għajja u sturdament. Il-profil tar-reazzjonijiet avversi ppreżentati hawn taħt huwa bbażat fuq l-analiżi ta’ ġabra ta’ provi kliniċi kkontrollati bil-plaċebo fejn ġew studjati l-indikazzjonijiet kollha, b’total ta’ 3,416 pazjent trattati b’levetiracetam. Din id-dejta hija miżjudha b’użu ta’ levetiracetam f’ studji li jikkorrespondu ta’ estenzjoni open-label, flimkien ma’ esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Il-profil ta’ sigurta` ta’ levitiracetam huwa ġeneralment simili fil-gruppi kollha ta’ l-etajjiet (adulti u pażjenti pedjatriċi) u fl-indikazzjonijiet approvati ta’ epilessija kollha.

Lista f’ tabella tar-reazzjonijiet avversi

Fl-iskeda hawn taħt hawn il-lista tar-reazzjonijiet avversi li gew rapportati fi studji kliniċi (adulti, addoloxxenti u tfal) u wara l-użu tal-prodott fis-suq. Huma maqsumin skond l-organu jew sistema u skond il-frekwenza. Ir-reazzjonijiet avversi kienu ppreżentati f’ordni ta’ gravita` minn ħafna għal ftit u

il-frekwenza giet mfissra b'dan il-mod: komuni hafna (≥1/10); komuni: (>1/100 sa ≤1/10); mhux komuni: (>1/1,000 sa 1/100) u rari: (≥1/10,000 sa 1/1,000); rari ħafna: (≤1/10,000)

MedDRA SOC

 

Frekwenza tal-kategorija

 

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

 

Infezzjonijiet u

Nażofarinġite

 

 

Infezzjoni

infestazzjonijiet

 

 

 

 

Mard tad-demm u

 

 

Trombositopinja,

Pansitopenja,,

s-sistema

 

 

lukopinja

newtropenja,

limfatika

 

 

 

agranuloċitiżi

Mard tas-sistema

 

 

 

Reazzjoni għall-

immuni

 

 

 

mediċina

 

 

 

 

b’esinofilja u

 

 

 

 

sintomi sistemiċi

 

 

 

 

(DRESS),

 

 

 

 

ipersensittivita`

 

 

 

 

(inkluż

 

 

 

 

anġjoedima u

 

 

 

 

anafillassi

Mard tal-

 

Anoressija

Tnaqqis fil-piz, żieda

Iponatrimja

metaboliżmu u

 

 

fil-piz

 

nutrizzjoni

 

 

 

 

Mard psikjatriku

 

Depressjoni, ostilita`/

Attenta ta’ suwiċidju,

Suwiċidju li jsir,

 

 

aggressjoni, anzjeta`,

ħsibijiet ta’ suwiċidju,

mard tal-

 

 

insomnja,

mard psikotiċi, mġieba

personalita`,

 

 

nervożita`/irritabilta`

abnormali,

ħsibijiet

 

 

 

alluċinazzjonijiet,

abnormali

 

 

 

rabja, stat konfużjonali,

 

 

 

 

attakk ta’ paniku, tibdil

 

 

 

 

fl-emozzjonijiet/tibdil

 

 

 

 

fil-burdati, agitazzjoni

 

Mard tas-sistema

Naġħas, uġigħ

Aċċessjoni, mard tal-

Amneżija, impediment

Koreoatetożi,

nervuża

ta’ ras

bilanċ, sturdament,

tal-memorja, ko-

diskinesija,

 

 

telqa, rogħda

ordinazzjoni

iperkinesja

 

 

 

abnormali/ataxja,

 

 

 

 

paraestesija, disturbi

 

 

 

 

fl’ attenzjoni

 

Mard tal-għajn

 

 

Diplopja, viżjoni

 

 

 

 

mċajpra

 

Mard tal-widna u

 

Vertigo

 

 

tas-sistema

 

 

 

 

labirinta

 

 

 

 

Mard respiratorju

 

Sogħla

 

 

toraċiku u

 

 

 

 

medjastinali

 

 

 

 

Mard

 

Uġigħ fl-addomenu,

 

Pankrejatite

gastrointestinali

 

dijarreja, dispepsja,

 

 

 

 

rimettar, dardir

 

 

Mard tal-fwied u

 

 

Test tal-funzjoni tal-

Insuffiċjenza

l-marrara

 

 

fwied abnormali

epatika, epatite

Mard tal-kliewi u

 

 

 

Ħsara akuta tal-

dak urinarju

 

 

 

kliewi

Mard tal-ġilda u t-

 

Raxx

Alopacja, ekzema,

Nekroliżi

tessut subkutanju

 

 

ħakk,

epidermali

 

 

 

 

tossiku, sindromu

 

 

 

 

ta’ Stevens-

 

 

 

 

Johnson, eritema

 

 

 

 

multiforme

Mard

 

 

Debbulezza muskolari,

 

muskoluskeletali

 

 

mijalġja

 

u tat-tessut

 

 

 

 

konnettiv

 

 

 

 

Mard ġenerali u

 

Astenja/għajja

 

Rabdomijolożi u

kondizzjonijiet

 

 

 

żieda fil-

tal-post tat-teħid

 

 

 

creatinine

 

 

 

 

MedDRA SOC

 

 

Frekwenza tal-kategorija

 

Komuni ħafna

Komuni

 

Mhux komuni

Rari

 

 

 

 

 

 

 

phosphokinase

 

 

 

 

 

fid-demm*

Korriment,

 

 

 

Korriment

 

avvelenament u

 

 

 

 

 

komplikazzjonijiet

 

 

 

 

 

proċedurali

 

 

 

 

 

* Il-prevalanza hija sinifikament ogħla f’pazjenti Ġappuniżi meta mqabbla ma’ pazjenti mhux Ġappuniżi.

Każijiet ta’ enċefalopatija kienu osservati rarament wara t-teħid ta’ levetiracetam. Dawn l-effetti mhux mixtieqa ġeneralment iseħħu fil-bidu tat-trattament (ftit ġranet sa ftit xhur) u kienu riversibbli wara t- twaqqif tat-trattament.

Deskrizzjoni ta’ xi effetti mhux mixtieqa magħżula

Ir-riskju ta’ anorexja huwa ogħla meta ngħata levetiracetam flimkien ma’ topiramate. F’każi ta’ alopeċja, kien osservat irkupru meta twaqqaf levetiracetam.

Kien identifikat is-soppressjoni tal-mudullun f’xi każi ta’ pankoċitopenja.

Popolazzjoni pedjatrika

F’pazjenti minn eta` ta’ xahar sa inqas minn 4 snin, total ta’ 190 pazjent kienu ttrattati b’ levetiracetam f’studji ta’ estenzjoni open label u kkontrollati bil-plaċebo. Sittin minn dawn il-pazjenti ġew trattati b’levetiracetam f’studji kkontrollati bil-plaċebo. F’pazjenti ta’ eta` ta’ 4-16-il sena, total ta’ 645 pazjent kienu trattati b’levetiracetam f’studji ta’ estenzjoni open label u kkontrollati bil-plaċebo. 233 minn dawn il-pazjenti kienu trattati b’levetiracetam f’studji kkontrollati bil-plaċebo. F’ dawn iż-żewġ meded t’etajjiet pedjatriċi, din id-dejta kienet miżjudha b’ esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq tal-użu ta’ levetiracetam.

Barra minn hekk, 101 tarbija ta’ inqas minn 12-il xahar kienu esposti f’ studju ta’ sigurta` wara l- awtorizzazzjoni, Ma kienux identifikati punti ta’ sigurta` ġodda għal levetiracetam fi trabi b’epilessija ta’ inqas minn 12-il xahar.

Il-profil ta’ reazzjonijiet avversi ta’ levitiracetam huwa ġeneralment simili fil-gruppi kollha ta’ l- etajjiet (adulti u pażjenti pedjatriċi) u fl-indikazzjonijiet approvati ta’ epilessija kollha. Ir-riżultati ta’ sigurta` f’pazjenti pedjatriċi f’studji kkontrollati bil-plaċebo kienu konsistenti mal-profil ta’ sigurta` ta’ levetiracetam fl-adulti ħlief għar-reazzjonijiet avversi ta’ mġieba u psikjatriċi li kienu iżjed komuni fit-tfal milli fl-adulti. Fit-tfal u addoloxxenti t’eta` ta’ 4-16-il sena, ir-rimettar (komuni ħafna, 11.2%), aġitazzjoni (komuni, 3.4%), tibdil fil-burdati (komuni, 2.1%), tibdil spiss ta’ emozzjonijiet (komuni, 1.7%), aggressjoni (komuni, 8.2%), mġieba abnormali (komuni, 5.6%), u telqa (komuni, 3.9%) kienu rappurtati iżjed frekwentament minn gruppi ta’ etajjiet oħra jew mill-profil ta’ sigurta` totali. F’trabi u tfal t’eta` minn xahar sa inqas minn 4 snin, irritabilta` (komuni ħafna, 11.7%) u ko-ordinazzjoni abnormali (komuni, 3.3%) kienu rappurtati iżjed frekwentament minn fil-gruppi t’etajjiet oħra jew mill-profil ta’ sigurta` totali.

Studju ta’ sigurta’ fil-pedjatrija, ikkontrollat mill-plaċebo u double-blind b’disinn non-inferiority kejjel l-effetti kognittivi u newropsikoloġiċi ta’ levetiracetam f’tfal ta’ 4 sa 16-il sena t’eta` b’ aċċessjonijiet tat-tip partial onset. Kien konkluż li levetiracetam ma kienx differenti (mhux inferjuri) mill-plaċebo fejn jidħol il- bidla mill-linja bażi tal- Leiter-R Attention and Memory, Memory Screen Composite score fil- popolazzjoni skond il-protokol. Riżultati li għandhom x’jaqsmu mal-funzjoni tal- imġieba u dik emozjonali juru aggravament fil-pazjenti trattati b’levetiracetam f’imġieba aggressive kif imkejjel b’mod standardizzat u sistematiku bl-użu ta’ strument validat (CBCL – Achenbach Child Behavior Checklist).

Iżda pazjenti li ħadu levetiracetam fl-istudju ta’ follow-up open label li sar fit-tul, ma kellhomx espenjenza ta’ aggravament, u fil-medda, fil-funzjoni tal-imġieba u emozjonali; f’kejl partikolari ta’

imġiba aggressiva, din ma kinitx agħar mill-linja bażi.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Sintomi

Wara dożi eċċessivi ta' levetiracetam, ġew osservati effetti ta' ħedla, aġitazzjoni, aggressjoni, tnaqqisfil-livell ta' kuxjenza, livell baxx tar-rifless respiratorju, u koma.

X'għandek tagħmel f'każ ta' doża eċċessiva

M'hemmx antidotu speċifiku għal levetiracetam. Wara doża eċċessiva jiġu trattati s-sintomi. Dan jista' jinvolvi anke id-dijaliżi tad-demm. L-effiċjenza ta’ l-estrazzjoni tad-dijaliżi hija ta' 60 % għal levetiracetam u ta' 74 % għall-prodott ewlieni tal-metaboliżmu.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Tagħrif farmakodinamiku

Kategorija farmakoterapewtika: mediċini għall-kontra l-epilessija, mediċini għall-kontra l- epilessija oħra, Kodiċi ATC: N03AX14.

Is-sustanza attiva, levetiracetam hija derivattiva ta' pyrrolidone (S-enantiomer ta’ α-ethyl-2-oxo-1- pyrrolidine acetamide), u ma jixbaħx kimikament lil sustanzi attivi oħrajn li jintużaw kontra l- epilessija.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Il-mod kif jaħdem levetiracetam għadu jrid jiġi ċċarat. Esperimenti li saru in vitro u in vivo jgħatu x'nifhmu li levetiracetam ma jibdilx il-karatteristiċi taċ-ċelloli basiċi u n-newrotrasmissjoni normali. Studji in vitro juru li levetiracetam jaffetwa livelli ta’ Ca2+ intranewronali billi jinibixxi parzjalment il- kurrenti ta’ Ca2+ tat-tip N u billi jnaqqas kemm jintreħa Ca2+ mill-ħażniet intranewronali. Huwa wkoll jaqleb parzjalment it-tnaqqis f’kurrenti gated b’ GABA u glycine indotti b’ żingu u ß-carbolines. Barra minn dan, levetiracetam kien ukoll muri f’ studji in vitro li jeħel ma post speċifiku fit-tessut tal- moħħ tal-ġrieden u annimali gerriema. Dan il-post fejn jeħel huwa l-proteina tal-bużżieqa tas-sinapsi 2A , li hu magħruf li hu involut fil-fużjoni tal-bużżieqa u exositożi ta’ neurotransmitter. Levetiracetam u sustanzi relatati oħra juru affinita` li jeħlu mal-proteina tal-bużżieqa tas-sinapsi 2A b’rata li tikkorralata mal-qawwa tal-protezzjoni li jagħtu kontra l-aċċessjonijiet fil-mudell ta’ l-epilessija awdjoġeniku fil-ġurdien. Dan it-tagħrif jissuġġerixxi li l-interazzjoni bejn levtiracetam u l-proteina tal- bużżieqa tas-sinapsi 2A donnhom jikkontribwixxu għall-mekkaniżmu t’azzjoni kontra l-epilessija tal- prodott mediċinali.

Effetti farmakodinamiċi

Levetiracetam jgħati protezzjoni kontra aċċessjonijiet kemm tat-tip parzjali kif ukoll tat-tip primarji ġeneralizzati f'firxa wiesgħa ta' mudelli f'annimali. Dan jsir mingħajr ma jkollu l-effett li jikkawża aċċessjonijiet. Il-prodott ewlieni tal-metaboliżmu m'huwiex attiv. Il-profil farmakoloġiku wiesa’ ta’ levetiracetam ġie ikkomfermat permezz ta’ l-azzjoni fil-bniedem fuq l-epilessija kemm dik tat-tip parzjali u kemm dik ġeneralizzata (l-attività elettrika tipika fl-epilessija/ r-rispons fotoparoksiżimali).

Effikaċja klinika u sigurtà

Terapija miżjuda fit-trattament ta’ aċċessjonijiet tat-tip parzjali kemm b’ġeneralizazzjoni sekondarja kif ukoll mingħajr f’adulti, addoloxxenti u tfal minn 4 snin b’epilessija.

F’adulti, l-effiċjenza ta’ levetiracetam kiem muri fi 3 studji double-blind ikkontrollati minn plaċebo f dożi ta’ 1000 mg, 2000 mg, jew 3000 mg/ kuljum, mogħtija f’ 2 dożi separati, b’trattament li dam sa 18 il-ġimgħa. F’analisi miġbur, il-perċentaġġ ta’ pazjenti li laħqu tnaqqis ta’ 50 % jew iżjed mill-linja bażi fil-frekwenza fil-ġimgħa ta’ aċċessjonijiet tat-tip parzjali b’doża stabli (12/14 ġimgħa), kien ta’ 27.7 %, 31.6 % u 41.3 % għal pazjenti fuq 1000, 2000, jew 3000 mg ta’ levetiracetam rispettivament u ta’ 12.6 % għal pazjenti fuq il-plaċebo.

Popolazzjoni pedjatrika

F’pazjenti pedjatriċi (4 sa 16 il-sena), l-effiċjenza ta’ levetiracetam kiem muri f’ studju double-blind ikkontrollat minn plaċebo li inkluda 198 pazjent b’trattament li dam 14 il-ġimgħa. F’dan l-istudju, il- pazjenti ħadu levetiracetam bħala doża fissa ta’ 60 mg/kg/ġurnata (maqsuma f’darbtejn kuljum).

44.6 % ta’ pazjenti fuq levetiracetam u 19.6 % ta’ pazjenti fuq il-plaċebo kellhom tnaqqis ta’ 50 % jew iżjed mill-linja bażi fil-frekwenza fil-ġimgħa ta’ aċċessjonijiet tat-tip parzjali. Bi trattament li jikompla fit-tul, 11.4 % tal-pazjenti ma kellhomx aċċessjonijiet għal mill-inqas 6 xhur u 7.2 % ma kellhomx aċċessjonijiet għal mill-inqas sena.

35 trabi ta’ inqas minn sena b’ aċċessjonijiet partial onset kienu esposti f’studji kliniċi kkontrollati minn plaċebo li minnhom 13 biss kienu iżgħar minn 6 xhur.

Monoterapija fit-trattament ta’ aċċessjonijiet tat-tip parzjali kemm b’ġeneralizazzjoni sekondarja kif ukoll mingħajr f’pazjenti minn 16 il- sena li għadhom kif ġew dijanjostikati b’ epilessija.

L-effikaċja ta’ levetitacetam bħala monoterapija ġiet stabbilita f’studju li qabblu b’mod double-blind, parallel group, non-inferiority ma’ carbamazepine f’ għamla li jintreħa b’ mod kontrollat (CR) f’576 pazjenti ta’ 16 il-sena jew iżjed li għadhom kif ġew dijanjostikati b’ epilessija. Il-pazjenti kellhom jippreżentaw ruħhom b’aċċessjonijiet parzjali mhux provokati jew b’aċċessjonijiet ġeneralizzati tat-tip tonic-clonic biss. Il-pazjenti kienu maqsuma mingħajr ma ġew magħżula biex jieħdu jew carbamazepine CR 400 - 1200 mg/ġurnata jew levetiracetam 1000 - 3000 mg/ġurnata, b’trattament li dam sa 121 ġimgħa skond kemm kien ir-rispons.

Kien hemm 73.0 % tal-pazjenti li ġew trattati b’ levetiracetam u 72.8 % ta’ pazjenti li ġew trattati b’ carbamazepine-CR li damu sitt xhur mingħajr aċċessjonijiet; id-differenza assoluta aġġustata bejn it- trattamenti kienet ta’ 0.2 %(95 % CI:-7.8 8.2). Iżjed minn nofs il-pazjenti baqaw mingħajr aċċessjonijet għal 12 il-xahar ( 56.6 % u 58.5 % tal-pazjenti fuq levetiracetam u fuq carbamazepine CR rispettivament).

Fi studju li jirrifletti l-prattika klinika, l-mediċini ta’ kontra l-epilessija li ingħataw fl-istess ħin setgħu jiġu mwaqqfa f’numru limitat ta’ pazjenti li rrispondew għal terapija miżjuda b’ levetiracetam (36 pazjent minn 69).

Terapija miżjuda fit-trattament ta’ aċċessjonijiet mijokloniċi f’adulti u addoloxxenti min 12 il-sena b’epilessija mijoklonika li tibda fiż-żgħożija.

L-effiċjenza ta’ levetiracetam kien muri f’ studju double-blind ikkontrollati minn plaċebo f i studju li dam 16 il-ġimgħa, f’pazjenti ta’ 12 il-sena jew iżjed li jbagħtu minn epilessija ġeneralizzata idjopatika b’aċċessjonijiet mijokloniċi b’sindromi differenti. Il-maġġoranza ta’ pazjenti ppreżentaw b’ epilessija tat-tip mijoklonika li tibda fiż-żgħożija.

F’dan l-istudju, levetiracetam ingħata f’doza ta’ 3000 mg/ġurnata f’żewġt dożi separati.

58.3 % tal-pazjenti trattati b’ levetiracetam u 23.3 % tal-pazjenti fuq plaċebo kellhom mill-inqas 50 % ta’ tnaqqis fil-ġranet b’aċċessjonijiet mijokloniċi fil-ġimgħa. B’trattament li jitkompla fit-tul, 28.6 % tal-pazjenti ma kellhomx aċċessjonjiet mijokloniċi għal mill-inqas 6 xhur u 21.0 % ma kellhomx aċċessjonjiet mijokloniċi għal mill-inqas sena.

Terapija miżjuda fit-trattament ta’ aċċessjonijiet ġeneraliżżati primarji tat-tip tonic-clonic f’ adulti u addoloxxenti minn 12 il-sena b’epilessija ġeneralizzata idjopatika.

L-effikaċja ta’ levetiracetam kienet stabbilita f’studju double-blind, ikkontrollat minn plaċebo ta’ 24 ġimgħa, li inkludiet adulti, addoloxxenti u numru limitat ta’ tfal b’ epilessija tat-tip ġeneralizzata idjopatika b’aċċessjonijiet ġeneralizzati primarji tat-tip tonic-clonic (PGTC) f’sindromi ( epilessija mijoklonika li tibda fiż-żgħożija, epilessija tat-tip absence li tibda fiż-żgħożija, epilessija tat-tip absence fit-tfal, jew epilessija b’aċċessjonijiet Grand Mal meta jqumu). F’dan l-istudju, id-doża ta’ levetiracetam kienet ta’ 3000 mg/ġurnata fl-adulti u l-addoloxxenti jew 60 mg/kg/ġurnata fit-tfal, li ingħataw f’2 dożi separati.

72.2 % ta’ pazjenti fuq levetiracetam u 45.2 % tal-pazjenti fuq plaċebo kellhom tnaqqis ta’ 50 % jew aktar fil-frekwenza ta’ aċċessjonijiet PGTC fil-ġimgħa. B’trattament li jitkompla fit-tul, 47.4 % tal- pazjenti ma kellhomx aċċessjonijiet tat-tip tonic-clonic għal mill-inqas 6 xhur u 31.5 % ma kellhomx aċċessjonijiet tat-tip tonic-clonic għal mill-inqas sena.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-profil farmakokinetiku ġie muri wara l-użu mill-ħalq. Doża waħda ta’ 1500 mg ta’ levetiracetam miżjud b’ 100 ml ta’ dilwent kompattibli u li jittieħed b’infużjoni minn ġol-vina f’ 15 il-minuta hija bijoekwivalenti għal 1500 mg ta’ levetiracetam li tittieħed mill-ħalq, u li tingħata bħala tlett pilloli ta’ 500 mg.

Kienu evalwati, it-teħid minn ġol-vina ta’ dożi sa 4000 mg miżjudin b’ 100 ml ta’ 0.9 % sodium chloride b’infużjoni f’ 15 il-minuta u dożi sa 2500 mg miżjudin b’ 100 ml ta’ 0.9 % sodium chloride b’infużjoni f’ 5 minuti. Il-profil farmakokinetiku u ta’ sigurta` ma wrew ebda problemi ta’ sigurta`.

Levetiracetam għandu solubilità u permejabilta` għolja. Il-profil farmakokinetiku huwa linejari bi ftit varjazzjoni bejn pazjenti differenti u fl-istess pazjenti infishom. M'hemm ebda differenza fir-rata li biha jitneħħa mill-ġisem wara li jingħata ripetutament. Il-profil farmakokinetiku li huwa indipendenti mill-ħin kien ikkonfermat wkoll wara infużjoni minn ġol-vina ta’ 1500 mg għal 4 ijiem b’ doża darbtejn kuljum.

Xejn ma juri li hemm xi varjabilità rilevanti f'pazjenti ta' sess, razza jew ritmu ċirkadjan differenti. Il- profil farmakokinetiku f'voluntiera f'saħħithom jixbah lil dak f'pazjenti bl-epilessija.

Adulti u addoloxxenti

Distribuzzjoni

L-ogħla konċentrazzjoni fil-plażma (C max) osservati f’ 17 il-pazjent wara doża waħda ta’ 1500 mg li ittieħded b’infużjoni minn ġol-vina f’ 15 il-minuta kienet ta’ 51 ± 19 μg/mL (il-medja aritmatika ± standard deviation).

M'hemmx tagħrif fuq id-distribuzzjoni fit-tessut tal-bniedem.

La levetiracetam u lanqas il-prodott ewlieni tal-metaboliżmu ma jeħlu wisq mal-proteini tal-plażma (<10 %). Levetiracetam jinfirex f'volum li huwa bejn wieħed u ieħor minn 0.5 sa 0.7 l/kg. Dan il- valur huwa qrib il-volum totali ta’ l-ilma fil-ġisem.

Bijotrasformazzjoni

Levetiracetam mhux metabolizzat estensivament fil-bniedem. Il-mod prinċipali kif jiġi metabolizzat (24 % tad-doża) huwa permezz ta' idroliżi tal-grupp aċetamajd.L-iżoformi taċ-ċitokromju P450 fil- fwied ma jgħinux il-produzzjoni ta' ucb L057, li huwa l-prodott ewlieni tal-metaboliżmu. L-idroliżi tal-grupp aċetamajd seta` jiġi mkejjel f'numru kbir ta' tessuti fosthom iċ-ċelloli tad-demm. Ucb L057 mhuwiex attiv farmakoloġikament.

Kienu wkoll identifikati żewġ prodotti tal-metaboliżmu inqas importanti. Wieħed isir permezz ta’ l- idroliżi taċ-ċirku ta’ pyrrolidone (1.6 % tad-doża) u l-ieħor isir permezz tal-ftuħ taċ-ċirku ta’

pyrrolidone(0.9 % tad-doża). Komponenti oħrajn li ma ġewx identifikati jagħmlu biss 0.6 % mid- doża kollha.

Ma kien hemm ebda evidenza in vivo li kien hemm xi tibdil enantjomeriku kemm f' levetiracetam kif ukoll fil-prodott ewlieni tal-metaboliżmu.

In vitro, kemm levetiracetam u kemm il-prodott ewlieni tal-metabolożmu ma fixklux l-iżoformi taċ- ċitokromju P450 fil-fwied ( CYP3A4, 2A6, 2C9, 2C19, 2D6, 2E1 u 1A2), glucuronyl transferase (UGT1A1 u UGT1A6) u l-attivitajiet ta’ l-epoxide hydroxylase . Levetiracetam m’għandu ebda effett ukoll fuq il-glukuronidazzjoni ta’ valproic acid in vitro.

Levitiracetam kellu ftit jew ebda effett fuq CYP1A2, SULT1E1 jew UGT1A1 f'kolturi ta' ċelloli tal- fwied umani. Levitiracetam ikkawża induzzjoni ħafifa ta’ CYP2B6 u CYP3A4. Tagħrif in vitro u tagħrif dwar l-interazzjoni in vivo fuq kontraċettivi orali, digoxin u warfarina jindika li mhux mistenni li jkun hemm induzzjoni sinifikanti ta’ l-enżimi.Għalhekk hija improbabli li levetiracetam ma jaqbilx ma' sustanzi oħra b’ mod klinikament sinifikanti, u viċe versa.

Eliminazzjoni

Il-half life fil-plażma fl-adulti kienet 7+1 sigħat. Din ir-rata ma titbiddilx kemm jekk titbiddel id- doża, kemm jekk jitbiddel il-metodu kif jingħata levetiracetam, kif ukoll jekk jingħata ripetutament. Ir-rata medja li biha jitneħħa għall-kollox kienet ta' 0.96 ml/min/kg.

Il-metodu prinċipali li bih jitneħħa huwa fl-awrina. 95 % tad-doża titneħħa b'dan il-mod. Kwazi 93 % tad-doża kienet mneħħija f' 48 siegħa. 0.3 % tad-doża biss titneħħa ġo l-ippurgar. Fl-ewwel 48 siegħa, it-tneħħija kumulattiva ta' levetiracetam fl-awrina kienet ta' 66 % tad-doża, iżda dik tal- prodott ewlieni tal-metaboliżmu kienet tagħmel biss 24 % tad-doża.

Ir-rata ta' tneħħija ta' levetiracetam mill-kliewi hija ta' 0.6 ml/min/kg, filwaqt li dik ta' ucb L057 hija ta' 4.2 ml/min/kg. Dan juri li levetiracetam jitneħħa permezz ta' filtrazzjoni glomerulari u wara jerġa' jiġi assorbit mit-tubules, u li ucb L057 jitneħħa permezz ta' filtrazzjoni glomerulari kif ukoll permezz ta' passaġġ attiv mit-tubules tal-kliewi. It-tneħħija ta' levetiracetam tixbah dik tal-krejatinina.

Anzjani

Fl-anzjani, il-half life ta' levetiracetam fid-demm tiżdied b’40 % ( 10 sa 11 - il siegħa). Din hija relatata ma’ tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi fl-anzjani. (ara sezzjoni 4.2 “Pożoloġija”).

Indeboliment tal-kliewi

It-tneħħija kemm ta' levetiracetam u kemm tal-prodott ewlieni tal-metaboliżmu tixbah dik tal- krejatinina. Għalhekk hija rrikkmandata li f' pazjenti li jkollhom indeboliment moderat u sever fil- kliewi, id-doża ta' levetiracetam tkun maħduma fuq ir-rata li biha titheħħa l-krejatinina (ara sezzjoni 4.2).

F' pazjenti adulti li kienu fl-aħħar stadji tal-marda tal-kliewi u fejn ma' jkunu qed jgħaddu xejn mill- kliewi, il-half life ta' levetiracetam fid-demm kienet 25 siegħa waqt perijodi ta' bejn id-dijaliżi u 3.1 sigħat fil-perijodi waqt li tkun qed issir dijaliżiid- . It-tneħħija frazzjonali kienet ta’51 % ta' levetiracetam waqt sezzjoni tad-dijaliżi tipika li damet 4 sigħat.

Indeboliment tal-fwied

M'hemmx differenzi fir-rata ta' tneħħija ta' levetiracetam f' pazjenti b' mard hafif u moderat tal- fwied. Fil-biċċa l-kbira tal-pazjenti b' mard serju tal-fwied din kienet imnaqqsa b'iżjed minn 50 % minħabba ħsara wkoll fil-kliewi (ara sezzjoni 4.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Tfal ( 4 sa 12-il sena)

Il-farmakokinetika f’ pazjenti pedjatriċi ma kienx investigat wara l-użu minn ġol-vina. Imma bbażat fuq il-karatteristiċi farmakokinetiċi ta’ levetiracetam, il-farmakokinetika fl-adulti wara li jingħata minn ġol-vina u l-farmakokinetika fit-tfal wara amministrazzjoni orali, l-esponiment (AUC) ta’ levetiracetam huwa mistenni li jkun l-istess fil-pażjenti pedjatriċi ta’ eta` minn 4 sa 12 snin wara li jittieħed minn ġol-vina u minn ġol-ħalq.

Wara li ngħatat doża orali waħda li tammonta għal 20 mg/kg lil tfal bl-epilessija (6 sa 12 il-sena), il- half life ta’ levetiracetam kienet ta’ 6.0 sigħat. Ittneħħija- ta' levetiracetam fit-tfal kienet 30 % iżjed minn dik f'adulti li jbatu mill-epilessija meta ġiet ikkonsidrata d-differenza fil-piż.

Levetiracetam kien assorbit malajr f’tfal b’epilessija (4 sa 12 il-sena) wara li ingħataw doża orali repetuta (20 sa 60 mg/kg/day). Il-konċentrazzjoni massima fil-plażma kienu osservati 0.5 sa 1.0 siegħa wara d-doża. Żiediet linejari u proporzjonali għad-doża kienu osservati bil- konċentrazzjonijiet massimi fil-plażma u l-erja taħt il-kurva. Il-half-life ta’ eliminazzjoni kien bejn wieħed u ieħor 5 siegħat. Il-clearance fil-ġisem deher li kien 1.1 ml/min/kg.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux fuq l-użu kliniku meħud minn studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku fuq il-ġeni, u riskju ta’ kanċer, ma’ turi l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

Fl-livelli t’esponiment simili ta’ dik fil-bniedem, dehru effetti mhux mixtieqa l-izjed fil-far u fl-livelli inqas fil-ġurdien li ma dehrux waqt studji kliniċi. Dawk l-effetti li jista' jkollhom rilevanza fl-użu kliniku huma: bidliet fil-fwied li jindikaw rejazzjonijiet bħal żieda fil-piż u ipertrofija ċentrilobulari, żieda fil-livell tax-xaħam u żieda fl-enżimi tal-fwied fil-plażma.

Ebda reazzjonijiet avversi fuq il-fertilita` maskili jew femminili jew abbilta` riproduttiva ma kienu osservati fil-firien f’dożi sa 1800 mg/kg/day (x 6 l-MRHD fuq bażi ta’ mg/m2 jew t’esponiment) fil-ġenituri u l-ġenerazzjoni F1.

Żewġt studji fuq l-iżvillup ta’ l-embriju u l-fetu (EFD) saru fil-far b’ 400, 1200 u 3600 mg/kg/ġurnata. B’ 3600 mg/kg/ġurnata, f’studju wieħed miż-żewġt studji EFD,kien hemm tnaqqis żgħir fil-piz tal-fetu marbut ma’ żieda marġinali f’varjazzjonijiet skeletali/ abnormalitajiet minuri. Ma kienx hemm effett fuq il-mortalita` tal-embriju u ebda żieda fl-inċidenza ta’ malformazzjonijiet. The NAOEL (Livell ta’Ebda Effett Avvers Osservat) kien ta’ 3600mg/kg/ġurnata għal firien feminili tqal ( x12 il-MRHD fuq bażi ta’ mg/m2) u 1200 mg/kg/ġurnata għal feti.

Erba’ studji dwar l-iżvillup tal-embriju u l-fetu saru fil-fniek li koprew dożi ta’ 200, 600, 800, 1200 u 1800 mg/kg/ġurnata. Il-livell tad-doża ta’ 1800 mg/kg/ġurnata indotta tossiċita` maternal sostanzjali u tnaqqis fil-piz tal-fetu assoċjat ma’ tnaqqis fl-inċidenza ta’ feti b’abnormalitajiet cardjovaskolari/skeltrali. In- NOAEL kien ta’ <200 mg/kg/ġurnata fl-ommijiet u 200 mg/kg/ġurnata għal-feti (ugwali għal MRHD fuq bażi ta’ mg/m2).

Studju fuq l-iżvillup li sar waqt u wara t-tqala sar fil-firien b’dożi ta’ levetiracetam ta’ 70, 350 u 1800 mg/kg/ġurnata. In- NOAEL kien ta’ ≥ 1800 mg/kg/ġurnat għal firien feminili F0, u għas- sopravivenza, kobor u l-iżvillup taż=żrameġ F1 sa kemm jibdew jieklu weħedhom ( x6 il-MRHD fuq bażi ta’ mg/m2).

Studji fl-annimali tat-twelid u ġovanili fil-firien u l-klieb wrew li ma kienx hemm effetti avversi fil- punti tat-tmiem standard tal-iżvillup jew maturazzjoni b’dożi sa 1800 mg/kg/ġurnata ( x6 – 17 il- MRHD fuq bażi ta’ mg/m2).

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Sodium acetate trihydrate

Glacial acetic acid

Sodium chloride

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbiltajiet

Dan il-prodott mediċinali ma’ jistax jiġi dilwit ma’ prodotti oħra mediċinali għajr dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

Mill-lat mikrobijoloġoku, il-prodott għandu jintuża immedjatament wara li jiġi jilwit. Jekk ma jintużax immedjatament, l-użu waqt li jinħażen u l-kundizzjonijiet qabel ma jintuża huma r-risponsabilta` ta’ min qed juża l-mediċina. Dan m’għandux ikun iżjed minn 24 siegħa f’ 2 sa 8ºC, sakemm ma ġiex dilwit f’post b’ kundizzjonijiet mhux settiċi ikkontrollati u kkonfermati.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Tagħmlux fil-friġġ jew fil-friża.

Għal sruzzjonijiet speċjali dwar il-ħażna tal-prodott mediċinali dilwit ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Levetiracetam SUN hu ppakkjat fi vjali tal-ħġieġ (tip I) tubulari bla kulur b’tapp tal-lasktu griż ta’ 20 mm tal-bromobutyl issiġillati b’siġill abjad flip-top tal-aluminju.

Kull kaxxa tal-kartun fiha 10 vjali.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

Ara iskeda 1 għall-preparazzjoni rikkmandata kif ukoll il-metodu rikmandat ta’ kif jingħata l- konċentrat għas-soluzzjoni għall-infuzzjoni Levetiracetam SUN biex tilħaq doża totali ta’ 500 mg, 1000 mg, 2000 mg, jew 3000 mg kuljum, f’żewġt dożi separati.

Skeda 1. L-metodu ta’ preparazzjoni u ta’ kif jingħata rikkmandat bil-konċentrat għas-soluzzjoni għall-infuzzjoni Levetiracetam SUN

Doża

Volum li jinġibed

Volum

Ħin tal-

Frekwenza

Doża totali ta’

 

 

ta’

Infużjoni

ta’ kif

Kuljum

 

 

Dilwent

 

jingħata

 

250 mg

2.5 ml (nofs vjala ta’ 5 ml)

100 ml

15 minuti

Darbtejn

500 mg/ġurnata

 

 

 

 

kuljum

 

500 mg

5 ml (vjala waħda ta’ 5 ml)

100 ml

15 minuti

Darbtejn

1000 mg/

 

 

 

 

kuljum

ġurnata

1000 mg

10 ml (żewġt vjali ta’ 5 ml)

100 ml

15 minuti

Darbtejn

2000 mg/

 

 

 

 

kuljum

ġurnata

1500 mg

15 ml (tlett vjali ta’ 5ml)

100 ml

15 minuti

Darbtejn

3000 mg/

 

 

 

 

kuljum

ġurnata

Dan il-prodott mediċinali huwa għall-użu ta’ darba. Xi soluzzjoni li ma tintużax trid tintrema.

Il-konċentrat għas-soluzzjoni għall-infuzzjoni Levetiracetam SUN instab li kien fiżikament kompattibli u kimikament stabli għal mill-inqas 24 siegħa meta mħallat ma’ dawn id-dilwenti u meta maħżuna f’ basktijiet tal-PVC f’temperatura ta’ l-ambjent kontrollata ta’ 15- 25 °C.

Dilwenti:

-soluzzjoni għall-injezzjoni sodium chloride 9 mg/ml (0.9%)

-soluzzjoni għall-injezzjoni Lactated Ringer

-soluzzjoni għall-injezzjoni Dextrose 50 mg/ml (5%)

Prodott mediċinali li fih il-frak jew li tilef il-kulur m’għandux jintuża.

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Sun Pharmaceutical Industries Europe B.V.

Polarisavenue 87

2132 JH Hoofddorp

L-Olanda

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/11/741/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data l-ewwel awtorizzazzjoni: 14 Diċembru 2011

Data tal-aħħar tiġdid: 14 Novembru 2016

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l- Aġenzija Ewropea għall il-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati