Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Levitra (vardenafil) – Fuljett ta’ tagħrif - G04BE09

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaLevitra
Kodiċi ATCG04BE09
Sustanzavardenafil
ManifatturBayer AG  

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Levitra 5 mg pilloli miksija b’rita

Vardenafil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Levitra u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Levitra

3.Kif għandek tieħu Levitra

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Levitra

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Levitra u gћalxiex jintuża

Levitra fih vardenafil, membru ta’ klassi ta’ mediċini msejħa inibituri ta’ phosphodiesterase tip 5. Dawn huma wżati għall-kura ta’ disfunzjoni erettili f’irġiel adulti, kondizzjoni li tissuġġerixxi diffikultajiet biex tintlaħaq jew biex tinżamm erezzjon.

Fl-irġiel, ta’ l-inqas wieħed minn kull għaxra jkollhom diffikultà biex jilħqu jew iżommu erezzjoni xi darba jew oħra tul ħajjithom. Dan jista’ jiġri minħabba problemi fiżiċi jew psikoloġiċi, jew taħlita tat- tnejn. Tkun xi tkun il-kawża, minħabba tibdiliet fil-muskoli, vini u arterji ma jkunx hemm biżżejjed demm li jibqa’ fil-pene, u b’hekk tkun diffiċli biex il-pene jibbies u jinżamm iebes.

Levitra jaħdem biss meta int tkun sesswalment stimulat. Huwa jnaqqas l-azzjoni tal-kimika naturali fil- ġisem tiegħek li jġiegħel l-erezzjonijiet imorru. Levitra jħalli erezzjoni ddum biżżejjed biex int ittemm b’mod sodisfaċenti l-attività sesswali.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Levitra

Tiħux Levitra

-Jekk inti allerġiku għal vardenafil jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6). Sinjali ta' allerġija jinkludu raxx, ħakk, nefħa fil-wiċċ jew xufftejn u qtugħ ta' nifs.

-Jekk qed tieħu mediċini li fihom nitrates, bħal glycerol trinitrate għall-anġina, jew donaturi ta’ nitric oxide, bħal amyl nitrite. Jekk tieħu dawn il-mediċini flimkien ma’ Levitra, jista’ jkun hemm effett serju fuq il-pressjoni tiegħek.

-Jekk qed tieħu ritanovir jew indinavir, mediċini wżati għall-kura ta’ infezzjonijiet tal-virus tal- immunodefiċjenza umana (HIV).

-Jekk għandek ’l fuq minn 75 sena u qed tieħu ketoconazole jew itraconazole, mediċini kontra l- moffa.

-Jekk għandek problemi severi fil-qalb jew fil-fwied.

-Jekk qed tagħmel dijalisi tal-kliewi.

-Jekk kellek attakk tal-qalb jew puplesija reċenti.

-Jekk għandek jew kien ikollok pressjoni baxxa.

-Jekk għandek xi ħadd fil-familja tiegħek li jsofri jew xi darba sofra minn mard deġenerattiv ta’ l-għajnejn (bħal retinitis pigmentosa).

-Jekk qatt kellek kondizzjoni li tinvolvi t-telf tal-vista minħabba ħsara lin-nerv ottiku minħabba provvista tad-demm insuffiċjenti magħrufa bħala newropatija ottika iskemika mhux arterika (NAION).

-Jekk qed tieħu riociguat. Din il-mediċina tintuża biex tikkura pressjoni għolja fl-arterja tal- pulmum (jiġifieri, pressjoni għolja fil-pulmun) u pressjoni tromboembolika għolja kronika fil- pulmun (jiġifieri, pressjoni għolja fil-pulmun kkawżata minn emboli tad-demm). Inibituri ta’ PDE5, bħal Levitra intwerew li jżidu l-effetti ta’ tnaqqis tal-pressjoni ta’ din il-mediċina. Jekk qed tieħu riociguat jew jekk mhux ċert għid lit-tabib tiegħek.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Levitra.

Oqgħod attent ħafna b’Levitra

-Jekk għandek problemi f'qalbek. F'dan il-każ, li jkollok x'taqsam sesswalment jista’ jkun ta' riskju għalik.

-Jekk tbati minn taħbit tal-qalb irregolari (arritmija kardijaka) jew mard ieħor tal-qalb ereditarju li jaffettwa l-elektrokardjogram tiegħek.

-Jekk għandek xi kundizzjoni fiżika li taffettwa l-forma tal-pene. Dan jinkludi kundizzjonijiet imsejħa angulazzjoni, il-marda ta' Peyronie u fibrożi fil-korpus kavernożum.

-Jekk għandek xi mard li jista’ jikkawża erezzjoni li ma tgħaddix (prijapiżmu). Dawn jinkludu l- marda sickle cell, majeloma multipla u lewkimja.

-Jekk għandek ulċeri fl-istonku. (Dawn jissejħu wkoll ulceri gastriċi jew peptiċi).

-Jekk għandek xi marda ta’ fsada (bħall-emofilja).

-Jekk qed tuża xi kura oħra għal diffikultajiet fl-erezzjoni, inkluż Levitra pilloli li jinħallu fil- ħalq (ara s-sezzjoni “Mediċini oħra u Levitra”).

-Jekk qatt kellek nuqqas f’daqqa jew telf tal-vista, tibqax tieħu Levitra u kellem lit-tabib tiegħek minnufih.

Tfal u adolexxenti

Levitra mhux indikata għall-użu fit-tfal jew fl-adoloxxenti taħt 18-il sena.

Mediċini oħra u Levitra

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tuża, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċina oħra.

Xi mediċini jistgħu joħolqu problemi, speċjalment dawn li ġejjin:

-Nitrates, mediċini għall-anġina, jew donaturi ta’ nitric oxide bħal amyl nitrite. Jekk tieħu dawn il-mediċini ma’ Levitra, jista’ jkun hemm effetti serji fuq il-pressjoni tiegħek. Kellem tabib mingħajr ma tieħu Levitra.

-Mediċina għall-kura ta’ l-arritmija, bħal quinidine, procainamide, amiodarone jew sotalol.

-Ritonavir jew indinavir, mediċini għall-HIV. Kellem tabib mingħajr ma tieħu Levitra.

-Ketoconazole jew itraconazole, mediċini kontra l-moffa.

-Erythromycin jew clarithromycin, antibiotiċi macrolide.

-Alfa-blockers, tip ta' mediċina li tintuża biex tikkura pressjoni għolja jew tkabbir tal-prostata (bħal iperplasija beninna tal-prostata).

-Riociguat.

Tużax Levitra pilloli miksija b’rita ma’ xi kura oħra għal disfunzjoni erettili, inkluż Levitra pilloli li jinħallu fil-ħalq.

Levitra ma’ ikel, xorb u alkoħol

-Tista’ tieħu ma' l-ikel jew mingħajr ikel – iżda preferibbilment mhux wara ikla tqila jew b’ħafna xaħmijiet għax dan jista’ jittardja l-effett.

-Tixrobx meraq tal-grejpfrut meta tieħu. Dan jista’ jtellef l-effett li jkollha s-soltu l- medicina.

-Xorb alkoħoliku jista’ jżid id-diffikultajiet fl-erezzjoni.

Tqala u treddigħ

Levitra mhux għall-użu minn nisa.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Levitra jista’ jġiegħel lil xi nies iħossuhom sturduti jew jaffettwa l-vista tagħhom. Jekk wara li tieħu Levitra tħossok sturdut jew il-vista tiegħek tiġi affetwata, m'għandekx issuq, tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni.

3.Kif gћandek tieћu Levitra

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Id-doża rakkomandata hija 10 mg.

Ħu pillola Levitra madwar 25 sa 60 minuta qabel attività sesswali. Bi stimulazzjoni sesswali jista’ jkollok erezzjoni minn 25 minuta sa 4 jew 5 sigħat wara li tieħu l-pillola Levitra.

-Ibla’ pillola waħda ma' tazza ilma

Tiħux Levitra pilloli miksija b’rita ma’ xi forom oħra ta’ Levitra.

Tiħux Levitra aktar minn darba kuljum.

Jekk tħoss li l-effett ta’ Levitra huwa qawwi jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jista’ jissuġġerilek li taqleb għall-formulazzjoni alternattiva ta’ Levitra b’doża differenti, skont kemm Levitra taħdem tajjeb fuqek.

Jekk tieħu Levitra aktar milli suppost

Irġiel li jieħdu aktar Levitra milli suppost jista’ jkollhom aktar effetti mhux mixtieqa jew ikollhom uġigħ qawwi fid-dahar. Jekk tieħu aktar Levitra milli suppost, għid lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Il-maġġoranza ta' l-effetti huma ħfief jew moderati.

Pazjenti kellhom esperjenza ta’ telf jew tnaqqis parzjali, f’daqqa, temporanju jew permanenti tal-vista f’għajn waħda jew fiż-żewġ għajnejn. Tibqax tieħu Levitra u kellem lit-tabib tiegħek minnufih.

Kien irrappurtat tnaqqis jew telf f’daqqa tas-smigħ.

Il-possibbiltà li jkollok effett sekondarju hija deskritta permezz tal-kategoriji li ġejjin:

Komuni ħafna:

jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10 li qed jużawh

-Uġigħ ta' ras

Komuni:

jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10 li qed jużawh

-Sturdament

-Fawra

-Imnieħer miżdud jew inixxi

-Indiġestjoni

Mhux komuni:

jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100 li qed jużawh

-Nefħa fil-ġilda u fit-tessut mukuż inkluż nefħa fil-wiċċ, xufftejn jew griżmejn

-Disturb fl-irqad

-Tnemnim u perċezzjoni mnaqqsa tal-mess

-Ħedla ta’ ngħas

-Effetti fuq il-vista; ħmura fl-għajn, effetti fuq il-ħila biex tagħraf il-kuluri, uġigħ u skomdu fl- għajn, sensittività għad-dawl

-Żarżir fil-widnejn; vertigo

-Taħbit mgħaġġel tal-qalb jew tħoss qalbek ser toħroġ minn sidrek

-Qtugħ ta’ nifs

-Imnieħer miżdud

-Rifluss tal-aċidu, gastrite, uġigħ ta’ żaqq, dijarea, rimettar, tħossok ma tiflaħx (tqalligħ), ħalq xott

-Livelli miżjuda tal-enzimi tal-fwied fid-demm tiegħek

-Raxx, ħmura tal-ġilda

-Uġigħ fid-dahar jew fil-muskoli; żjieda ta’ enzima tal-muskoli fid-demm (creatine phosphokinase), egħbusija tal-muskoli

-Erezzjonijiet imtawwla

-Tħossok ma tiflaħx

Rari:

jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000 li qed jużawh

-Infjammazzjoni tal-għajnejn (konġuntivite)

-Reazzjoni allerġika

-Ansjetà

-Ħass ħażin

-Amnesija

-Aċċessjoni

-Żjieda fil-pressjoni fl-għajn (glawkoma), żjieda fid-dmugħ

-Effetti fuq il-qalb (bħal attakk tal-qalb, taħbit tal-qalb mibdul jew anġina)

-Pressjoni tad-demm għolja jew baxxa

-Fsada mill-imnieħer

-Effett fuq ir-riżultat ta’ testijiet tad-demm biex jiċċekkjaw il-funzjoni tal-fwied

-Sensittività tal-ġilda għad-dawl tax-xemx

-Erezzjonijiet bl-uġigħ

-Uġigħ fis-sider

Rari ħafna jew mhux magħrufa:

jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna waħda minn kull 10,000 li qed jużawh jew il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli

-Demm fl-awrina (Ematurja)

-Ħruġ ta’ demm mill-pene (Emorraġija mill-pene)

-Ikun hemm id-demm fis-semen (Ematospermja)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Levitra

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna wara “EXP”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Levitra

-Is-sustanza attiva hi vardenafil. Kull pillola fiha 5 mg vardenafil (bħala hydrochloride).

-Is-sustanzi l-oħra tal-pilloli huma:

Qalba tal-pillola: crospovidone, magnesium stearate, microcrystalline cellulose, colloidal silica anidru.

Rita tal-pillola: macrogol 400, hypromellose, titanium dioxide (E171), ferric oxide isfar (E172), ferric oxide aħmar (E172).

Kif jidher Levitra u l-kontenut tal-pakkett

Levitra 5 mg pilloli miksija b’rita huma oranġjo immarkata b'salib tal-BAYER fuq naħa waħda u (5) fuq in-naħa l-oħra. Il-pilloli huma pprovduti f’pakketti b’folji li fihom 2, 4, 8, 12 jew 20 pillola. Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq Bayer AG

51368 Leverkusen Il-Ġermanja

Il-Manifattur

Bayer AG

Kaiser-Wilhelm-Allee

51368 Leverkusen

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Bayer S.A./N.V.

UAB “GlaxoSmithKline Lietuva”

Tél/Tel: +32-(0)2-535 63 11

Tel: +37 05 264 90 00

България

Luxembourg/Luxemburg

Байер България ЕООД

Bayer S.A./N.V.

Tел.: +359 02 81 401 01

Tél/Tel: +32-(0)2-535 63 11

Česká republika

Magyarország

GlaxoSmithKline s.r.o.

Bayer Hungária KFT

Tel: +420 2 22001111

Tel.: +36-1-487-4100

Danmark

Malta

Bayer A/S

Alfred Gera and Sons Ltd.

Tlf: +45 45 23 50 00

Tel: +35 621 44 62 05

Deutschland

Nederland

Jenapharm GmbH & Co. KG

Bayer B.V.

Tel: +49-(0)3641-64 8888

Tel: +31-(0)297-28 06 66

Eesti

Norge

GlaxoSmithKline Eesti OÜ

Bayer AS

Tel: +372 6676900

Tlf: +47-23 13 05 00

Ελλάδα

Österreich

Bayer Ελλάς ΑΒΕΕ

Bayer Austria Ges. m. b. H.

Τηλ: +30 210 61 87 500

España

Polska

Bayer Hispania S.L.

Bayer Sp. z o.o.

Tel: +34-93-495 65 00

Tel.: +48-22-572 35 00

France

Portugal

Bayer HealthCare

Bayer Portugal, Lda.

Tél (N° vert) : +33-(0)800 87 54 54

Tel: +351-21-416 42 00

Hrvatska

România

Bayer d.o.o.

GlaxoSmithKline (GSK) S.R.L.

Tel: + 385-(0)1-6599 900

Tel: +40 21 3028 208

Ireland

Slovenija

Bayer Limited

Bayer d. o. o.

Tel: +353 1 2999313

Tel: +386 1 58 14 400

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

GlaxoSmithKline Slovakia s.r.o.

Sími: +354-540 8000

Tel: +421 (0)2 48261111

Italia

Suomi/Finland

Bayer S.p.A.

Bayer Oy

Tel: +39-02-397 81

Puh/Tel: +358-20 785 21

Κύπρος

Sverige

NOVAGEM Limited

Bayer AB

Τηλ: +357 22 48 38 58

Tel: +46 (0)8 580 223 00

Latvija

United Kingdom

GlaxoSmithKline Latvia SIA

Bayer plc

Tel: +371-67312687

Tel: +44-(0)1635-563000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{xahar SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Levitra 10 mg pilloli miksija b’rita

Vardenafil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Levitra u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Levitra

3.Kif għandek tieħu Levitra

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Levitra

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Levitra u gћalxiex jintuża

3. Kif gћandek tieћu Levitra

4. Effetti sekondarji possibbli

5. Kif taħżen Levitra

-Is-sustanza attiva hi vardenafil. Kull pillola fiha 10 mg vardenafil (bħala hydrochloride).

-Is-sustanzi l-oħra tal-pilloli huma:

Qalba tal-pillola: crospovidone, magnesium stearate, microcrystalline cellulose, colloidal silica anidru.

Rita tal-pillola: macrogol 400, hypromellose, titanium dioxide (E171), ferric oxide isfar (E172), ferric oxide aħmar (E172).

Kif jidher Levitra u l-kontenut tal-pakkett

Levitra 10 mg pilloli miksija b’rita huma oranġjo immarkata b'salib tal-BAYER fuq naħa waħda u (10) fuq in-naħa l-oħra. Il-pilloli huma pprovduti f’pakketti b’folji li fihom 2, 4, 8, 12 jew 20 pillola. Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq Bayer AG

51368 Leverkusen Il-Ġermanja

Il-Manifattur

Bayer AG

Kaiser-Wilhelm-Allee

51368 Leverkusen

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Bayer S.A./N.V.

UAB “GlaxoSmithKline Lietuva”

Tél/Tel: +32-(0)2-535 63 11

Tel: +37 05 264 90 00

България

Luxembourg/Luxemburg

Байер България ЕООД

Bayer S.A./N.V.

Tел.: +359 02 81 401 01

Tél/Tel: +32-(0)2-535 63 11

Česká republika

Magyarország

GlaxoSmithKline s.r.o.

Bayer Hungária KFT

Tel: +420 2 22001111

Tel.: +36-1-487-4100

Danmark

Malta

Bayer A/S

Alfred Gera and Sons Ltd.

Tlf: +45 45 23 50 00

Tel: +35 621 44 62 05

Deutschland

Nederland

Jenapharm GmbH & Co. KG

Bayer B.V.

Tel: +49-(0)3641-64 8888

Tel: +31-(0)297-28 06 66

Eesti

Norge

GlaxoSmithKline Eesti OÜ

Bayer AS

Tel: +372 6676900

Tlf: +47-23 13 05 00

Ελλάδα

Österreich

Bayer Ελλάς ΑΒΕΕ

Bayer Austria Ges. m. b. H.

Τηλ: +30 210 61 87 500

España

Polska

Bayer Hispania S.L.

Bayer Sp. z o.o.

Tel: +34-93-495 65 00

Tel.: +48-22-572 35 00

France

Portugal

Bayer HealthCare

Bayer Portugal, Lda.

Tél (N° vert) : +33-(0)800 87 54 54

Tel: +351-21-416 42 00

Hrvatska

România

Bayer d.o.o.

GlaxoSmithKline (GSK) S.R.L.

Tel: + 385-(0)1-6599 900

Tel: +40 21 3028 208

Ireland

Slovenija

Bayer Limited

Bayer d. o. o.

Tel: +353 1 2999313

Tel: +386 1 58 14 400

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

GlaxoSmithKline Slovakia s.r.o.

Sími: +354-540 8000

Tel: +421 (0)2 48261111

Italia

Suomi/Finland

Bayer S.p.A.

Bayer Oy

Tel: +39-02-397 81

Puh/Tel: +358-20 785 21

Κύπρος

Sverige

NOVAGEM Limited

Bayer AB

Τηλ: +357 22 48 38 58

Tel: +46 (0)8 580 223 00

Latvija

United Kingdom

GlaxoSmithKline Latvia SIA

Bayer plc

Tel: +371-67312687

Tel: +44-(0)1635-563000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{xahar SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Levitra 20 mg pilloli miksija b’rita

-Jekk għandek xi mard li jista’ jikkawża erezzjoni li ma tgħaddix (prijapiżmu). Dawn jinkludu l-marda sickle cell, majeloma multipla u lewkimja.

5.Kif taħżenLevitra

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna wara “EXP”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Levitra

-Is-sustanza attiva hi vardenafil. Kull pillola fiha 5 mg vardenafil (bħala hydrochloride).

-Is-sustanzi l-oħra tal-pilloli huma:

Qalba tal-pillola: crospovidone, magnesium stearate, microcrystalline cellulose, colloidal silica anidru.

Rita tal-pillola: macrogol 400, hypromellose, titanium dioxide (E171), ferric oxide isfar (E172), ferric oxide aħmar (E172).

Kif jidher Levitra u l-kontenut tal-pakkett

Levitra 5 mg pilloli miksija b’rita huma oranġjo immarkata b'salib tal-BAYER fuq naħa waħda u (5) fuq in-naħa l-oħra. Il-pilloli huma pprovduti f’pakketti b’folji li fihom 2, 4, 8, 12 jew 20 pillola. Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq Bayer AG

51368 Leverkusen Il-Ġermanja

Il-Manifattur

Bayer AG

Kaiser-Wilhelm-Allee

51368 Leverkusen

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Bayer S.A./N.V.

UAB “GlaxoSmithKline Lietuva”

Tél/Tel: +32-(0)2-535 63 11

Tel: +37 05 264 90 00

България

Luxembourg/Luxemburg

Байер България ЕООД

Bayer S.A./N.V.

Tел.: +359 02 81 401 01

Tél/Tel: +32-(0)2-535 63 11

Česká republika

Magyarország

GlaxoSmithKline s.r.o.

Bayer Hungária KFT

Tel: +420 2 22001111

Tel.: +36-1-487-4100

Danmark

Malta

Bayer A/S

Alfred Gera and Sons Ltd.

Tlf: +45 45 23 50 00

Tel: +35 621 44 62 05

Deutschland

Nederland

Jenapharm GmbH & Co. KG

Bayer B.V.

Tel: +49-(0)3641-64 8888

Tel: +31-(0)297-28 06 66

Eesti

Norge

GlaxoSmithKline Eesti OÜ

Bayer AS

Tel: +372 6676900

Tlf: +47-23 13 05 00

Ελλάδα

Österreich

Bayer Ελλάς ΑΒΕΕ

Bayer Austria Ges. m. b. H.

Τηλ: +30 210 61 87 500

España

Polska

Bayer Hispania S.L.

Bayer Sp. z o.o.

Tel: +34-93-495 65 00

Tel.: +48-22-572 35 00

France

Portugal

Bayer HealthCare

Bayer Portugal, Lda.

Tél (N° vert) : +33-(0)800 87 54 54

Tel: +351-21-416 42 00

Hrvatska

România

Bayer d.o.o.

GlaxoSmithKline (GSK) S.R.L.

Tel: + 385-(0)1-6599 900

Tel: +40 21 3028 208

Ireland

Slovenija

Bayer Limited

Bayer d. o. o.

Tel: +353 1 2999313

Tel: +386 1 58 14 400

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

GlaxoSmithKline Slovakia s.r.o.

Sími: +354-540 8000

Tel: +421 (0)2 48261111

Italia

Suomi/Finland

Bayer S.p.A.

Bayer Oy

Tel: +39-02-397 81

Puh/Tel: +358-20 785 21

Κύπρος

Sverige

NOVAGEM Limited

Bayer AB

Τηλ: +357 22 48 38 58

Tel: +46 (0)8 580 223 00

Latvija

United Kingdom

GlaxoSmithKline Latvia SIA

Bayer plc

Tel: +371-67312687

Tel: +44-(0)1635-563000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{xahar SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Levitra 10 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq

Vardenafil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Levitra u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Levitra

3.Kif għandek tieħu Levitra

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Levitra

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Levitra u gћalxiex jintuża

Levitra fih vardenafil, membru ta’ klassi ta’ mediċini msejħa inibituri ta’ phosphodiesterase tip 5. Dawn huma wżati għall-kura ta’ disfunzjoni erettili f’irġiel adulti, kondizzjoni li tissuġġerixxi diffikultajiet biex tintlaħaq jew biex tinżamm erezzjon.

Fl-irġiel, ta’ l-inqas wieħed minn kull għaxra jkollhom diffikultà biex jilħqu jew iżommu erezzjoni xi darba jew oħra tul ħajjithom. Dan jista’ jiġri minħabba problemi fiżiċi jew psikoloġiċi, jew taħlita tat- tnejn. Tkun xi tkun il-kawża, minħabba tibdiliet fil-muskoli, vini u arterji ma jkunx hemm biżżejjed demm li jibqa’ fil-pene, u b’hekk tkun diffiċli biex il-pene jibbies u jinżamm iebes.

Levitra jaħdem biss meta int tkun sesswalment stimulat. Huwa jnaqqas l-azzjoni tal-kimika naturali fil- ġisem tiegħek li jġiegħel l-erezzjonijiet imorru. Levitra jħalli erezzjoni ddum biżżejjed biex int ittemm b’mod sodisfaċenti l-attività sesswali.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Levitra

Tiħux Levitra

-Jekk inti allerġiku għal vardenafil jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6). Sinjali ta' allerġija jinkludu raxx, ħakk, nefħa fil-wiċċ jew xufftejn u qtugħ ta' nifs.

-Jekk qed tieħu mediċini li fihom nitrates, bħal glycerol trinitrate għall-anġina, jew donaturi ta’ nitric oxide, bħal amyl nitrite. Jekk tieħu dawn il-mediċini flimkien ma’ Levitra, jista’ jkun hemm effett serju fuq il-pressjoni tiegħek.

-Jekk qed tieħu ritanovir jew indinavir, mediċini wżati għall-kura ta’ infezzjonijiet tal-virus tal- immunodefiċjenza umana (HIV).

-Jekk għandek ’l fuq minn 75 sena u qed tieħu ketoconazole jew itraconazole, mediċini kontra l- moffa.

-Jekk għandek problemi severi fil-qalb jew fil-fwied.

-Jekk qed tagħmel dijalisi tal-kliewi.

-Jekk kellek attakk tal-qalb jew puplesija reċenti.

-Jekk għandek jew kien ikollok pressjoni baxxa.

-Jekk għandek xi ħadd fil-familja tiegħek li jsofri jew xi darba sofra minn mard deġenerattiv ta’ l-għajnejn (bħal retinitis pigmentosa).

-Jekk qatt kellek kondizzjoni li tinvolvi t-telf tal-vista minħabba ħsara lin-nerv ottiku minħabba provvista tad-demm insuffiċjenti magħrufa bħala newropatija ottika iskemika mhux arterika (NAION).

-Jekk qed tieħu riociguat. Din il-mediċina tintuża biex tikkura pressjoni għolja fl-arterja tal- pulmum (jiġifieri, pressjoni għolja fil-pulmun) u pressjoni tromboembolika għolja kronika fil- pulmun (jiġifieri, pressjoni għolja fil-pulmun kkawżata minn emboli tad-demm). Inibituri ta’ PDE5, bħal Levitra intwerew li jżidu l-effetti ta’ tnaqqis tal-pressjoni ta’ din il-mediċina. Jekk qed tieħu riociguat jew jekk mhux ċert għid lit-tabib tiegħek.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Levitra.

Oqgħod attent ħafna b’Levitra

-Jekk għandek problemi f'qalbek. F'dan il-każ, li jkollok x'taqsam sesswalment jista’ jkun ta' riskju għalik.

-Jekk tbati minn taħbit tal-qalb irregolari (arritmija kardijaka) jew mard ieħor tal-qalb ereditarju li jaffettwa l-elektrokardjogram tiegħek.

-Jekk għandek xi kundizzjoni fiżika li taffettwa l-forma tal-pene. Dan jinkludi kundizzjonijiet imsejħa angulazzjoni, il-marda ta' Peyronie u fibrożi fil-korpus kavernożum.

-Jekk għandek xi mard li jista’ jikkawża erezzjoni li ma tgħaddix (prijapiżmu). Dawn jinkludu l- marda sickle cell, majeloma multipla u lewkimja.

-Jekk għandek ulċeri fl-istonku. (Dawn jissejħu wkoll ulceri gastriċi jew peptiċi).

-Jekk għandek xi marda ta’ fsada (bħall-emofilja).

-Jekk qed tuża xi kura oħra għal diffikultajiet fl-erezzjoni, inkluż Levitra pilloli miksija b’rita (ara s-sezzjoni “Mediċini oħra u Levitra”).

-Jekk qatt kellek nuqqas f’daqqa jew telf tal-vista, tibqax tieħu Levitra u kellem lit-tabib tiegħek minnufih.

Tfal u adolexxenti

Levitra mhux indikata għall-użu fit-tfal jew fl-adoloxxenti taħt 18-il sena.

Mediċini oħra u Levitra

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tużà, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċina oħra.

Xi mediċini jistgħu joħolqu problemi, speċjalment dawn li ġejjin:

-Nitrates, mediċini għall-anġina, jew donaturi ta’ nitric oxide bħal amyl nitrite. Jekk tieħu dawn il-mediċini ma’ Levitra, jista’ jkun hemm effetti serji fuq il-pressjoni tiegħek. Kellem tabib mingħajr ma tieħu Levitra.

-Mediċina għall-kura ta’ l-arritmija, bħal quinidine, procainamide, amiodarone jew sotalol.

-Ritonavir jew indinavir, mediċini għall-HIV. Kellem tabib mingħajr ma tieħu Levitra.

-Ketoconazole jew itraconazole, mediċini kontra l-moffa.

-Erythromycin jew clarithromycin, antibiotiċi macrolide.

-Alfa-blockers, tip ta' mediċina li tintuża biex tikkura pressjoni għolja jew tkabbir tal-prostata (bħal iperplasija beninna tal-prostata).

-Riociguat.

Tużax Levitra pilloli li jinħallu fil-ħalq ma’ xi kura oħra għal disfunzjoni erettili, inkluż Levitra pilloli miksija b’rita.

Levitra ma’ ikel, xorb u alkoħol

-Tista’ tieħu Levitra pilloli li jinħallu fil-ħalq ma' l-ikel jew mingħajr ikel, iżda tiħux din il- mediċini ma’ likwidi.

-Tixrobx meraq tal-grejpfrut meta tieħu. Dan jista’ jtellef l-effett li jkollha s-soltu l- medicina.

-Xorb alkoħoliku jista’ jżid id-diffikultajiet fl-erezzjoni.

Tqala u treddigħ

Levitra mhux għall-użu minn nisa.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Levitra jista’ jġiegħel lil xi nies iħossuhom sturduti jew jaffettwa l-vista tagħhom. Jekk wara li tieħu Levitra tħossok sturdut jew il-vista tiegħek tiġi affetwata, m'għandekx issuq, tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni.

Levitra 10 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq fihom Aspartame u Sorbitol.

­Aspartame huwa sorsi ta’ phenylalanine, u jista’ jkun ta’ ħsara għall-persuni b’disturb imsejjaħ phenylketonuria.

­Sorbitol: Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi zokkrijiet, ikkuntattja lit- tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

3. Kif gћandek tieћu Levitra pilloli li jinħallu fil-ħalq

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Id-doża rakkomandata hija 10 mg.

Ħu pillola Levitra madwar 25 sa 60 minuta qabel attività sesswali. Bi stimulazzjoni sesswali jista’ jkollok erezzjoni minn 25 minuta sa 4 jew 5 sigħat wara li tieħu l-pillola Levitra.

­

Tneħħix il-pillola li tinħall fil-ħalq mill-folja qabel ma tkun ser teħodha. Bidejn xotti, għafas

bil-mod biex terħi l-pillola fidejk. Tfarrakx il-pillola.

­Poġġi l-pillola li tinħall fil-ħalq sħiħa fil-ħalq, fuq l-ilsien, fejn ser tinħall fi ftit sekondi, wara ibla’ bir-rieq. Il-pillola li tinħall fil-ħalq għandha tittieħed mingħajr l-ebda likwidu.

Tiħux Levitra pilloli li jinħallu fil-ħalq ma’ xi forom oħra ta’ Levitra.

Tiħux Levitra aktar minn darba kuljum.

Jekk tħoss li l-effett ta’ Levitra huwa qawwi jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jista’ jissuġġerilek li taqleb għall-formulazzjoni alternattiva ta’ Levitra b’doża differenti, skont kemm Levitra taħdem tajjeb fuqek.

Jekk tieħu Levitra aktar milli suppost

Irġiel li jieħdu aktar Levitra milli suppost jista’ jkollhom aktar effetti mhux mixtieqa jew ikollhom uġigħ qawwi fid-dahar. Jekk tieħu aktar Levitra milli suppost, għid lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Il-maġġoranza ta' l-effetti huma ħfief jew moderati.

Pazjenti kellhom esperjenza ta’ telf jew tnaqqis parzjali, f’daqqa, temporanju jew permanenti tal-vista f’għajn waħda jew fiż-żewġ għajnejn. Tibqax tieħu Levitra u kellem lit-tabib tiegħek minnufih.

Kien irrappurtat tnaqqis jew telf f’daqqa tas-smigħ.

Il-possibbiltà li jkollok effett sekondarju hija deskritta permezz tal-kategoriji li ġejjin:

Komuni ħafna:

jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10 li qed jużawh

-Uġigħ ta' ras

Komuni:

jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10 li qed jużawh

-Sturdament

-Fawra

-Imnieħer miżdud jew inixxi.

-Indiġestjoni

Mhux komuni:

jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100 li qed jużawh

-Nefħa fil-ġilda u fit-tessut mukuż inkluż nefħa fil-wiċċ, xufftejn jew griżmejn.

-Disturb fl-irqad

-Tnemnim u perċezzjoni mnaqqsa tal-mess

-Ħedla ta’ ngħas

-Effetti fuq il-vista; ħmura fl-għajn, effetti fuq il-ħila biex tagħraf il-kuluri, uġigħ u skomdu fl- għajn, sensittività għad-dawl

-Żarżir fil-widnejn; vertigo

-Taħbit mgħaġġel tal-qalb jew tħoss qalbek ser toħroġ minn sidrek

-Qtugħ ta’ nifs

-Imnieħer miżdud

-Rifluss tal-aċidu, gastrite, uġigħ ta’ żaqq, dijarea, rimettar, tħossok ma tiflaħx (tqalligħ), ħalq xott

-Livelli miżjuda tal-enzimi tal-fwied fid-demm tiegħek

-Raxx, ħmura tal-ġilda

-Uġigħ fid-dahar jew fil-muskoli; żjieda ta’ enzima tal-muskoli fid-demm (creatine phosphokinase), egħbusija tal-muskoli

-Erezzjonijiet imtawwla

-Tħossok ma tiflaħx

Rari:

jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000 li qed jużawh

-Infjammazzjoni tal-għajnejn (konġuntivite)

-Reazzjoni allerġika

-Ansjetà

-Ħass ħażin

-Amnesija

-Aċċessjoni

-Żjieda fil-pressjoni fl-għajn (glawkoma), żjieda fid-dmugħ

-Effetti fuq il-qalb (bħal attakk tal-qalb, taħbit tal-qalb mibdul jew anġina)

-Pressjoni tad-demm għolja jew baxxa

-Fsada mill-imnieħer

-Effett fuq ir-riżultat ta’ testijiet tad-demm biex jiċċekkjaw il-funzjoni tal-fwied

-Sensittività tal-ġilda għad-dawl tax-xemx

-Erezzjonijiet bl-uġigħ

-Uġigħ fis-sider

Rari ħafna jew mhux magħrufa:

jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna waħda minn kull 10,000 li qed jużawh jew il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli

-Demm fl-awrina (Ematurja)

-Ħruġ ta’ demm mill-pene (Emorraġija mill-pene)

-Ikun hemm id-demm fis-semen (Ematospermja)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Levitra

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna wara “EXP”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl u mill-umdità.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Levitra pilloli li jinħallu fil-ħalq

-Is-sustanza attiva hi vardenafil. Kull pillola li tinħall fil-ħalq fiha 10 mg vardenafil (bħala hydrochloride).

-Is-sustanzi l-oħra tal-pilloli huma:

Magnesium stearate, aspartame (E951), benna tal-pepermint, mannitol (E421) sorbitol (E420), crospovidone u colloidal silica anidru.

Kif jidher Levitra 10 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq u l-kontenut tal-pakkett

Levitra 10 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq huma tondi u bojod. Huma pprovduti f’pakketti ta’: 1 x 1 pillola li tinħall fil-ħalq f’folja pperforata magħmula minn alu/alu b’doża waħda,

2 x 1 pilloli li jinħallu fil-ħalq f’folji pperforati magħmula minn alu/alu b’doża waħda, 4 x 1 pilloli li jinħallu fil-ħalq f’folji pperforati magħmula minn alu/alu b’doża waħda, 8 x 1 pilloli li jinħallu fil-ħalq f’folji pperforati magħmula minn alu/alu b’doża waħda.

Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq Bayer AG

51368 Leverkusen Il-Ġermanja

Il-Manifattur

Bayer AG

Kaiser-Wilhelm-Allee

51368 Leverkusen

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Bayer SA-NV

UAB Bayer

Tél/Tel: +32-(0)2-535 63 11

Tel: +37 05 23 36 868

България

Luxembourg/Luxemburg

Байер България ЕООД

Bayer SA-NV

Tел.: +359-(0)2 81 401 01

Tél/Tel: +32-(0)2-535 63 11

Česká republika

Magyarország

Bayer s.r.o.

Bayer Hungária KFT

Tel: +420 266 101 111

Tel.: +36-1-487-4100

Danmark

Malta

Bayer A/S

Alfred Gera and Sons Ltd.

Tlf: +45 45 23 50 00

Tel: +35 621 44 62 05

Deutschland

Nederland

Jenapharm GmbH & Co. KG

Bayer B.V.

Tel: +49-(0)3641-64 8888

Tel: +31-(0)297-28 06 66

Eesti

Norge

Bayer OÜ

Bayer AS

Tel: +372 655 85 65

Tlf: +47-23 13 05 00

Ελλάδα

Österreich

Bayer Ελλάς ΑΒΕΕ

Bayer Austria Ges. m. b. H.

Τηλ: +30 210 61 87 500

Tel: +43-(0)1-711 460

España

Polska

Bayer Hispania S.L.

Bayer Sp. z o.o.

Tel: +34-93-495 65 00

Tel.: +48-22-572 35 00

France

Portugal

Bayer HealthCare

Bayer Portugal, Lda.

Tél (N° vert) : +33-(0)800 87 54 54

Tel: +351-21-416 42 00

Hrvatska

România

Bayer d.o.o.

SC Bayer SRL.

Tel: + 385-(0)1-6599 900

Tel: +40-21-529 59 00

Ireland

Slovenija

Bayer Limited

Bayer d. o. o.

Tel: +353-1-2999313

Tel: +386-1-58 14 400

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Bayer, spol. s r.o.

Sími: +354-540 8000

Tel: +421 2-59 21 31 11

Italia

Suomi/Finland

Bayer S.p.A.

Bayer Oy

Tel: +39-02-397 81

Puh/Tel: +358-20-785 21

Κύπρος

Sverige

NOVAGEM Limited

Bayer AB

Τηλ: +357 22 48 38 58

Tel: +46-(0)8-580 223 00

Latvija

United Kingdom

SIA Bayer

Bayer plc

Tel: +371 67 845 563

Tel: +44-(0)1635-56 3000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{xahar SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati