Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Liprolog (insulin lispro) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - A10AC04

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaLiprolog
Kodiċi ATCA10AC04
Sustanzainsulin lispro
ManifatturEli Lilly Nederland B.V.

Kontenut tal-Artiklu

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Liprolog 100 unità/ml, soluzzjoni għall-injezzjoni f’kunjett

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

2.1Deskrizzjoni ġenerali

Liprolog huwa soluzzjoni akweja sterili, ċara u bla kulur.

2.2Għamla kwalitattiva u kwantitattiva

1 ml fih 100 unità (ekwivalenti għal 3.5 mg) t'insulina lispro (ta’ oriġini rikombinanti tad-DNA magħmul minn E.coli). Kull kontenitur jinkludi 10 ml ekwivalenti għal 1000 unità t'insulina lispro.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti , ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Għall-kura ta' adulti u tfal li għandhom id-dijabete mellitus li għandhom bżonn l-insulina għall- manteniment omeostatiku ta' livelli normali tal-glukożju. Liprolog huwa ukoll indikat għall- istabbilizzazzjoni fil-bidu tad-dijabete mellitus.

4.2Pożoloġija u metodu ta' kif għandu jingħata

Id-dożaġġ għandu jkun determinat mit-tabib, skond il-ħtieġa tal-pazjent.

Liprolog jista' jingħata ftit qabel l-ikliet. Meta neċessarju Liprolog jista' jingħata eżatt wara l-ikliet. Il- preparazzjonijiet ta' Liprolog għandhom jingħataw b'injezzjoni taħt il-ġilda jew b'pompa ta' l-infużjoni kontinwa taħt il-ġilda (ara sezzjoni 4.2) u jista', għalkemm mhux rakkomandat, jingħata ukoll b'injezzjoni ġol-muskoli. Jekk hemm bżonn, Liprolog jista' ukoll jingħata ġol-vina, per eżempju; għall- kontroll tal-livelli tal-glukożju fid-demm waqt ketoaċidożi, mard akut jew waqt perijodi ta' waqt operazzjoni jew wara.

L-għoti taħt il-ġilda għandu jsir fil-parti ta' fuq tad-driegħ, fil-koxxox, fil-warrani, jew fl-addome. L- użu tas-siti ta' l-injezzjoni għandhom jinbidlu sabiex l-istess sit ma jintużax aktar minn madwar darba f'xahar.

Meta jingħata taħt il-ġilda għandha tittieħed kawtela meta Liprolog ikun injettat biex jiġi aċċertat li wieħed ma daħalx f'vina jew arterja. Wara l-injezzjoni, is-sit ta' l-injezzjoni m'għandux ikun mmassaġġjat. Il-pazjenti għandhom ikunu mgħallma biex jużaw il-metodi xierqa ta' l-injezzjoni.

Liprolog jaġixxi malajr u għandu żmien t'attività aktar qasira (2 sa 5 sigħat) meta jingħata taħt il-ġilda meta mqabbel ma' insulina regolari. Il-bidu mgħagġel ta’ l-attività tħalli l-injezzjoni ta' Liprolog (jew, fil-każ t'għoti b'infużjoni taħt il-ġilda kontinwa, bolus ta' Liprolog) biex tingħata viċin ħafna tal-ħin ta' l-ikel. It-tul ta’ żmien ta’ kemm iddum taħdem kwalunkwe insulina jista' jvarja ħafna f'individwi differenti, jew f'ħinijiet differenti fl-istess individwu. Il-bidu aktar mgħaġġel ta' l-azzjoni mqabbel ma'

insulina umana li tinħall tinżamm minkejja s-sit ta' l-injezzjoni. Bħal b'kull preparazzjonijiet ta' l- insulina, iż-żmien ta' kemm iddum l-azzjoni ta' Liprolog jiddependi fuq id-doża, is-sit ta' l-injezzjoni, il-provvista tad-demm, it-temperatura u fuq l-attività fiżika.

Liprolog jista' jintuża flimkien ma' insulina li ddum taħdem għal ħin itwal jew sustanzi sulphonylurea li jittieħdu mill-ħalq, fuq il-parir ta' tabib.

Użu ta' Liprolog ġo pompa ta' l-infużjoni ta' l-insulina:

Ċerti pompi ta' l-infużjoni ta' l-insulina mmarkati b’CE biss jistgħu jintużaw għall-infużjoni ta' l- insulina lispro. Qabel ma tinfuża l-insulina lispro, għandek taqra sew l-istruzzjonijiet tal-manifattur biex tkun żgur li dik il-pompa partikolari hijiex dik li għandek tuża jew le. Aqra u segwi l- istruzzjonijiet li jiġu mal-pompa ta' l-infużjoni. Uża l-kontenitur u l-kateter li huma xierqa għall- pompa. Is-sett tal-infużjoni (tubi u kannula) għandu jinbidel skont l-istruzzjonijiet li hemm fl- informazzjoni dwar il-prodott mogħti mas-sett tal-infużjoni. Jekk ikun hemm episodju ipogliċemiku, l- infużjoni għandha titwaqqaf sakemm jgħaddi l-episodju. Jekk jerġa' jiġri hekk jew jekk ikun hemm livelli baxxi ħafna ta’ glukożju fid-demm, għid lill-professjonista tal-kura tas-saħħa tiegħek u kkunsidra l-bżonn li tnaqqas jew twaqqaf l-infużjoni ta' l-insulina tiegħek. Ħsara fil-pompa jew ostaklu fis-set ta' l-infużjoni jista' jirriżulta f'żieda b’mod mgħaġġel fil-livelli tal-glukożju. Jekk taħseb li hemm interruzzjoni fil-ħruġ ta' l-insulina, segwi l-istruzzjonijiet fil-letteratura li ġie mal-prodott u jekk hemm bżonn, għid lill-professionist tal-kura tas-saħħa tiegħek. Meta użat b'pompa ta’ l-infużjoni ta' l- insulina, Liprolog m'għandux jitħallat ma' xi insulina oħra.

Għoti ta' insulina minn ġol-vini:

Injezzjoni ta' l-insulina lispro minn ġol-vini għandha issir skond il-prattika klinika normali għall- injezzjonijiet minn ġol-vini, per eżempju permezz ta’ bolus minn ġol-vini jew b'sistema ta' l-infużjoni. Huwa meħtieġ sorveljanza ta' spiss tal-livelli ta’ glukożju fid-demm.

Sistemi ta' l-infużjoni f'konċentrazzjonijiet minn 0.1 unità/ml sa 1.0 unità/ml ta' insulina lispro f' 0.9% sodium chloride jew 5% dextrose huma stabbli f'temperatura ambjentali ta' ġewwa għal 48 siegħa.

Huwa rakkomandat li s-sistema tiġi mħejjiha qabel ma tibda l-infużjoni lill-pazjent.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għall-insulina lispro jew għal xi sustanzi mhux attivi.

Ipogliċemija.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Il-bidla għal xi tip jew marka oħra ta' l-insulina f' pazjent għandu jsir taħt superviżjoni medika stretta.

Tibdiliet fil-qawwa, marka (manifattur), tip (regolari, NPH, lente, etc), l-ispeċi (annimal, bniedem, analogu ta' l-insulina tal-bniedem), u/jew il-metodu tal-manifattura (rikombinanti mid-DNA kontra l- insulina li tiġi mill-annimali) jistgħu jirriżultaw fi bżonn għal tibdil fid-dożaġġ. Fil-każ ta’ insulini li jaġixxu malajr, kull pazjent li qiegħed ukoll fuq insulina bażilari irid isib l-aħjar dożaġġ għaż-żewġ insulini biex il-livell tal-glukożju ikun ikkontrollat matul il-gurnata kollha, speċjalment il-kontroll tal- glukożju matul il-lejl/wara s-sawm.

Liprolog li jdum jaħdem għal ħin iqsar għandu jinġibed l-ewwel fis-siringa, biex tevita kontaminazzjoni tal-kunjett mill-insulina li ddum taħdem għal ħin itwal. It-taħlit t'insulini qabel iż- żmien jew eżatt qabel l-injezzjoni għandu jsir fuq parir tat-tabib. Madankollu, rutina konsistenti għandha tkun segwita.

Il-kundizzjonijiet li jistgħu jagħmlu s-sintomi ta' twissija tal-bidu ta’ ipogliċemija differenti jew jidhru anqas jinkludu d-dijabete għal żmien twil, it-terapija intensifikata bl-insulina, mard tan-nervituri fid- dijabete jew medikazzjonijiet bħal imblokkaturi tar-riċetturi beta.

Ftit pazjenti li kellhom reazzjonijiet ta’ ipogliċemija wara t-trasferiment minn insulina li tiġi mill- annimali għal insulina umana rrappurtaw li s-sintomi ta' twissija tal-bidu ta’ ipogliċemija kienu jidhru

anqas jew kienu differenti minn dawk esperjenzati bl-insulina li kienu jużaw qabel. Reazzjonijiet mhux ikkoreġuti ta' ipogliċemija jew ipergliċemija jistgħu jikkawżaw telf mis-sensi, koma, jew mewt.

L-użu ta' dożaġġi li mhumiex adegwati jew it-twaqqif tal-kura, speċjalment f'dijabetiċi li jiddependu fuq l-insulina, jistgħu jwasslu għal ipergliċemija u ketoaċidożi dijabetika; kundizzjonijiet li jistgħu jikkaġunaw il-mewt.

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jonqsu meta jkun hemm indeboliment tal-kliewi. Il-ħtiġijiet ta' l- insulina jistgħu jitnaqqsu f'pazjenti b’indeboliment tal-fwied minħabba l-kapaċità mnaqqsa għal glukoneoġeneżi u metaboliżmu mnaqqas ta' l-insulina; madankollu, f'pazjenti b’indeboliment kroniku tal-fwied, żieda fir-reżistenza għall-insulina tista' twassal għall-ħtiġijiet miżjuda ta' l-insulina.

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jiżdiedu waqt mard jew disturbi emozzjonali.

Tista' ukoll tkun neċessarja varjazzjoni fid-doża jekk il-pazjenti jagħmlu aktar attività fiżika jew jekk ibiddlu d-dieta tagħhom tas-soltu. Eżerċizzju magħmul eżatt wara ikla jista' jżid ir-riskju ta’ ipogliċemija. Konsegwenza tal-farmakodinamiċi ta' l-analogi t'insulina li taġixxi malajr hija li jekk ikun hemm ipogliċemija, tista' titfaċċa aktar kmieni wara injezzjoni meta mqabbla m' insulina umana li tinħall.

Liprolog għandu jintuża fit-tfal biss f'preferenza għall-insulina li tinħall meta l-azzjoni mgħaġġla t'insulina tista' tkun benefiċċjali. Per eżempju, it-teħid ta' l-injezzjoni viċin tal-ħin ta’ l-iklijiet.

It-teħid ta’ Liprolog flimkien ma’ pioglitazone:

Ġew irrapportati każijiet ta’ insuffiċjenza kardijaka meta ġew użati fl-istess waqt pioglitazone u l- insulina, speċjalment f’dawk il-pazjenti li għandhom fatturi ta’ riskju għall-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Wieħed għandu jżomm dan f’moħħu jekk tiġi kkunsidrata l-kura fejn pioglitazone u Liprolog jintużaw flimkien. Jekk jintużaw flimkien, il-pazjenti għandhom jiġu osservati għal sinjali u sintomi ta’ insuffiċjenza kardijaka, żieda fil-piż jew edima. Pioglitazone għandu jitwaqqaf jekk jiħżienu xi sintomi kardijaċi.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jiżdiedu bi prodotti mediċinali li għandhom attività ipergliċemika, bħal ma huma l-kontraċettivi orali, il-kortikosterojdi, jew terapija bl-ormoni tat-tirojde, danazol, stimulanti beta2 (bħal ma huma ritodrine, salbutamol, terbutaline).

Il-ħtiġijiet għall-insulina jistgħu jonqsu fil-preżenza ta' prodotti mediċinali b'attività ipogliċemika, bħal ma huma l-mediċini ipogliċemiċi orali, salicylates (per eżempju, acetyl salicylic acid), antibijotiċi sulpha, ċerti antidipressanti, (inibituri ta’ monoamine oxidase, inibituri selettivi tal-assorbiment mill- ġdid ta’ serotonin), ċerti inibituri t'enżimi li jibdlu l-anġjotensina (captopril, enalapril), sustanzi li jimblukkaw ir-riċetturi anġjotensin II, l-imblokkaturi tar-riċetturi beta , octreotide jew l-alkoħol.

Għandu jkun ikkonsultat it-tabib meta jintużaw medikazzjonijiet oħra flimkien ma' Liprolog (ara sezzjoni 4.4).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Data fuq numru kbir ta' każijiet tat-tqala esposti ma tindikax xi effetti avversi ta' l-insulina lispro fuq it-tqala jew fuq is-saħħa tal-fetu/it-tarbija tat-twelid.

Huwa essenzjali li jinżamm kontroll tajjeb tal-pazjenti kkurati bl-insulina (dawk li jiddependu fuq l- insulina jew id-dijabete ta' waqt it-tqala) matul it-tqala. Il-ħtiġijiet ta' l-insulina normalment jonqsu waqt l-ewwel tlett xhur u jiżdiedu waqt it-tieni u t-tielet tlett xhur. Pazjenti bid-dijabete għandhom jiġu avżati biex jinfurmaw lit-tabib tagħhom jekk huma tqal jew jekk qed jippjanaw li joħorġu tqal. Is- sorveljanza bir-reqqa tal-kontroll tal-glukożju, kif ukoll tas-saħħa ġenerali, huwa essenzjali f'pazjenti tqal li għandhom id-dijabete.

Pazjenti dijabetiċi li qed ireddgħu jistgħu jkollhom bżonn aġġustamenti fid-doża ta' l-insulina, fid- dieta, jew fit-tnejn li huma.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Il-ħila tal-pazjent biex jikkonċentra u jirreaġixxi tista' tkun affettwata bħala riżultat ta’ ipogliċemija.

Dan jista' jkun ta' riskju f'sitwazzjonijiet fejn dawn l-abbiltajiet huma ta' importanza speċjali (eż is- sewqan ta' karozza jew it-tħaddim ta' magni).

Il-pazjenti għandhom jiġu avżati biex jieħdu l-prekawzjonijiet biex jevitaw ipogliċemija waqt is- sewqan, dan huwa speċjalment importanti f'dawk li għandhom is-sinjali ta' twissija ta' l-ipogliċemija mnaqqsa jew assenti jew jekk għandhom episodji ta' ipogliċemija frekwenti. Il-parir dwar is-sewqan għandu jkun ikkunsidrat f'dawn iċ-ċirkostanzi.

4.8Effetti mhux mixtieqa

L-ipogliċemija hija l-aktar effett frekwenti mhux mixtieq tat-terapija bl-insulina li jista' jsofri minnu pazjent li għandu d-dijabete. Ipogliċemija severa tista' twassal għal telf mis-sensi, u f'każijiet estremi, il-mewt. Ma ġiet ippreżentata l-ebda frekwenza speċifika għall-ipogliċemija, peress li l-ipogliċemija hija riżultat kemm tad-doża ta’ l-insulina kif ukoll ta’ fatturi oħra eż. il-livell ta’ dieta u eżerċizzju ta’ pazjent.

L-allerġija lokali f'pazjenti hija komuni (1/100 sa <1/10). Jista’ jkun hemm ħmura, nefħa, u ħakk fis- sit ta' l-injezzjoni ta' l-insulina. Din il-kundizzjoni ssoltu tgħaddi fi ftit ġranet sa ftit ġimgħat. Fi ftit każijiet, din il-kundizzjoni tista' tkun relatata ma' fatturi li mhux dovuti għall-insulina nnifisha, bħal irritazzjonijiet bis-sustanza li tnaddaf il-ġilda jew metodi mhux tajba ta' l-injezzjoni. L-allerġija sistemika, li hi rari (1/10,000 sa <1/1,000), iżda li tista' tkun aktar serja, hija allerġija ġeneralizzata għall-insulina. Tista' tikkawża raxx mal-ġisem kollu, qtugħ ta' nifs, tħarħir, tnaqqis fil-pressjoni tad- demm, polz mgħaġġel, jew għaraq. Każijiet severi t'allerġija ġeneralizzata jistgħu jkunu ta' periklu għall-ħajja.

Il-lipodistrofija fis-sit ta' l-injezzjoni m’hijiex komuni (1/1,000 sa <1/100).

Bit-terapija tal-insulina ġew irrapportati każijiet ta’ edima b’mod partikulari jekk kien hemm kontroll metaboliku batut u dan tjieb permezz ta’ terapija intensiva ta’ insulina.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

L-insulini m'għandhomx definizzjoni ta' doża eċċessiva speċifika għax il-konċentrazzjonijiet tal- glukożju fis-serum huma riżultat ta' l-interazzjonijiet komplessi bejn il-livelli ta' l-insulina, id- disponibbiltà tal-glukożju u proċessi oħra metaboliċi. L-ipogliċemija tista' tiġri bħala riżultat t'attività eċċessiva ta' l-insulina relatata mat-teħid ta' l-ikel u l-ħela ta' enerġija.

L-ipogliċemija tista' tkun assoċjata ma' nuqqas t'attenzjoni, konfużjoni, palpitazzjonijiet, uġigħ ta' ras, għaraq u remettar.

Episodji ħfief ta' ipogliċemija jirrispondu għat-teħid orali ta' glukożju jew xi zokkor ieħor jew prodotti li fihom iz-zokkor.

Il-korrezzjoni ta' ipogliċemija moderatament severa tista' tinkiseb b'għoti tal-glucagon intramuskolari jew taħt il-ġilda, segwita minn karboidrat orali meta l-pazjent jirkupra biżżejjed. Pazjenti li ma jirrispondux għall-glucagon għandhom jingħataw soluzzjoni tal-glukożju ġol-vina.

Jekk il-pazjent huwa f'koma, il-glucagon għandu jkun mogħti fil-muskolu jew taħt il-ġilda. Madankollu, it-taħlita liwida tal-glukożju għandha tingħata ġol-vina jekk il-glukagon mhux disponibbli jew jekk il-pazjent ma jirrispondix għall-glucagon. Il-pazjent għandu jingħata ikla eżatt kif jiġi lura f'sensieh.

It-teħid sostenut ta' karboidrati u l-osservazzjoni jistgħu jkunu neċessarji minħabba li ipogliċemija tista' terġa sseħħ wara li l-pazjent ikun jidher li rkupra klinikament.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Grupp farmakoterapewtiku: Analogu ta' l-insulina umana li taġixxi malajr. Kodiċi ATC: A10A B04.

L-attività primarja ta' l-insulina lispro hija li tirregola l-metaboliżmu tal-glukożju.

Barra minn hekk, l-insulini għandhom ħafna effetti anaboliċi u anti-kataboliċi fuq diversi tessuti differenti. Fit-tessut tal-muskolu dan jinkludi ż-żieda fil-glycogen, aċidi grassi, il-formazzjoni tal- glycerol u l-proteini u l-ġbir ta' aċidu amminiku, fil-waqt li jkun hemm tnaqqis fit-tkissir tal-glycogen, il-glukoneoġenesi, il-ketoġenesi, it-tkissir tal-lipidi, il-kataboliżmu tal-proteini u l-produzzjoni ta' aċidu amminiku.

L-insulina lispro għandha l-bidu ta’ l-azzjoni mgħaġġla (bejn wieħed u ieħor 15-il-minuta), għalhekk tista' tingħata aktar viċin t'ikla (bejn żero sa 15-il minuta mill-ikla) meta mqabbla ma' insulina regolari (30 sa 45 minuta qabel). L-insulina lispro taġixxi malajr u għandha attività aktar qasira (2 sa 5 sigħat) meta mqabbla ma' insulina regolari.

Provi kliniċi f'pazjenti bid-dijabete tat-tip 1 u tat-tip 2 urew tnaqqis fl-ipergliċemija ta' wara l-ikel bl- insulina lispro mqabbla ma' insulina umana li tinħall.

Bħal bil-preparazzjonijiet kollha ta' l-insulina, il-ħin ta' l-azzjoni ta' l-insulina lispro jista' jvarja f'individwi differenti jew f'ħinijiet differenti fl-istess individwu u jiddependi fuq id-doża, is-sit ta' l- injezzjoni, il-provvista tad-demm, it-temperatura u fuq l-attività fiżika. Il-profil tipiku ta' l-attivita wara injezzjoni taħt il-ġilda huwa muri hawn taħt.

 

 

 

 

 

 

Insulina

 

 

 

 

 

 

Lispro

 

 

 

 

 

 

Humulin R

Attività

 

 

 

 

 

 

Ipogliċemika

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħin (sigħat)

 

 

 

 

Id-dijagramma t'hawn fuq tirrifletti l-ammont relattiv tal-glukożju maż-żmien meħtieġ biex iżżomm il- konċentrazzjonijiet kollha tal-glukożju fid-demm ta' l-individwu viċin il-livelli ta' sawm u huwa indikatur ta' l-effett ta' dawn l-insulini fuq il-metaboliżmu tal-glukożju maż-żmien.

Provi kliniċi saru fuq tfal (61 pazjent bejn 2 sa 11-il-sena) u tfal u adolexxenti (481 pazjenti minn 9 sa 19-il sena), fejn tqabblu l-insulina lispro ma' l-insulina umana li tinħall. Il-profil farmakodinamiku ta' l-insulina lispro fit-tfal huwa simili għal dak li deher fl-adulti.

Meta użat bil-pompi ta' l-infużjoni taħt il-ġilda, il-kura bl-insulina lispro wriet li tirriżulta f'livell ta' l- emoglobina glycosylated inqas imqabbel ma' l-insulina li tinħall. Fi studju double-blind u crossover, it-tnaqqis fil-livelli tal-emoglobina glycosylated wara 12-il ġimgħa, id-dożaġġ kien 0.37 punti fil-mija bl-insulina lispro, imqabbel ma' 0.03 punti fil-mija għall-insulina li tinħall (p=0.004).

F'pazjenti bid-dijabete tat-tip 2 fuq dożaġġ massimu tas-sustanzi sulphonyl urea, studji urew li ż-żieda ta' l-insulina lispro sinifikament naqqset HbA1c imqabbel mas-sulphonyl urea waħida. It-tnaqqis ta' HbA1c ikun ukoll mistenni bi prodotti ta' l-insulina oħra eż. insulini li jinħallu jew isophane.

Provi kliniċi f'pazjenti bid-dijabete tat-tip 1 u tat-tip 2 urew tnaqqis fin-numru t'episodji ta’ ipogliċemija matul il-lejl bl-insulina lispro mqabbel ma' insulina umana li tinħall. F'xi studji, it-tnaqqis ta' ipogliċemija ta' matul il-lejl kien assoċjat ma' żieda fl-episodji ta' ipogliċemija matul il-ġurnata.

Ir-rispons glukodinamiku għall-insulina lispro m'huwiex affettwat b’indeboliment fil-funzjoni tal- kliewi jew tal-fwied. Differenzi glukodinamiċi bejn l-insulina lispro u l-insulina umana li tinħall, kif imkejla waqt proċedura fejn il-livell tal-glukożju fid-demm inżamm kostanti, inżammu fuq firxa wiesa ta' funzjoni tal-kliewi.

L-insulina lispro uriet li hija ekwipotenti għal insulina umana fuq bażi molari imma l-effett tagħha huwa aktar rapidu u iqsar.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-farmakokinetiċi ta' l-insulina lispro jirriflettu sustanza li hija assorbita rapidament, u jikseb l-ogħla livelli fid-demm minn 30 sa 70 minuta wara l-injezzjoni taħt il-ġilda. Meta tiġi kkunsidrata r-relevanza klinika ta' dawn il-kinetiċi, huwa aktar xieraq li jiġu eżaminati l-kurvi dwar l-użu tal-glukożju (kif diskuss f'5.1).

L-insulina lispro żżomm aktar assorbiment rapidu meta mqabbla ma' insulina umana li tinħall f'pazjenti li għandhom indeboliment tal-kliewi. F'pazjenti bid-dijabete tat-Tip 2 fuq firxa wisa' ta' funzjoni tal-kliewi d-differenzi farmakokinetiċi bejn l-insulina lispro u l-insulina umana li tinħall kienu ġeneralment miżmuma, u urew li huma indipendenti mill-funzjoni tal-kliewi. L-insulina lispro

żżomm aktar assorbiment rapidu u eliminazzjoni rapida meta mqabbla ma' l-insulina umana li tinħall f'pazjenti li għandhom indeboliment tal-fwied.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

F'testijiet in vitro, li jinkludu l-irbit mas-siti tar-riċetturi ta' l-insulina u l-effetti fuq ċelluli li qed jikbru, l-insulina lispro tixbaħ ħafna lill-insulina umana. Studji urew ukoll li l-inħall mill-irbit ta' l-insulina lispro mar-riċetturi ta' l-insulina , hija ekwivalenti ma' l-insulina umana. Studji fuq it-tossiċità akuta ta' tul ta' żmien ta' xahar u tnax-il xahar, ma wrewx skoperta sinifikanti ta' tossiċità.

L-insulina lispro ma kkaġunatx tnaqqis fil-fertilità, u anqas uriet embrijutossiċità jew teratoġeniċità fi studji fuq l-annimali.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta' eċċipjenti

m-cresol [3.15 mg/ml] Glycerol

Dibasic sodium phosphate.7H2O Zinc oxide

Ilma għall-injezzjonijiet

Hydrochloric acid u sodium hydroxide jistgħu jintużaw biex jaġġustaw il-pH għal 7.0 - 7.8.

6.2Inkompatibbilitajiet

Il-preparazzjonijiet ta' Liprolog m'għandhomx jitħalltu m' insulini magħmula minn manifatturi oħra jew ma' preparazzjonijiet t'insulina ta' l-annimali. Dan il-prodott mediċinali m'għandux jitħallat ma' prodotti mediċinali oħra minbarra dawk imsemmija f'sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Kunjetti mhux miftuħa

3 snin.

Wara l-ewwel użu

28 ġurnata.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Tagħmlux fil-friża. Tesponix għal sħana eċċessiva jew f'dawl dirett tax-xemx.

Kunjetti mhux miftuħa

Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C)

Wara l-ewwel użu

Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C) jew taħt 30°C.

6.5 In-natura tal-kontenitur u ta' dak li hemm ġo fih u apparat speċjali għall-użu, għall- amministrazzjoni jew għall-impjant

Is-soluzzjoni tiġi fi fjali tal-ħġieġ taż-żnied tat-tip I, siġillati b'tappijiet ta’ butyl jew halobutyl u miżmuma f'posthom permezz ta' siġill ta' l-aluminju. Tista’ tintuża emulsjoni ta’ dimethicone jew silicone biex jiġu trattati it-tappijiet tal-kunjett.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

1 x 10 ml kunjett ta’ Liprolog.

2 x 10 ml kunjetti ta’ Liprolog.

5 x (1 x 10 ml) kunjetti ta’ Liprolog.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Istruzzjonijiet għall-użu u mmaniġġar

Il-kunjett għandu jintuża flimkien ma' siringa adattata (b’gradwazzjonijiet ta' 100 unità).

a)Preparazzjoni ta' doża

Eżamina s-soluzzjoni ta' Liprolog. Għandha tkun ċara u bla kulur. Tużax Liprolog jekk jidher imċajpar, magħqud, jew ftit ikkulurit jew jekk jidhru partiċelli solidi.

i)Liprolog

1.Aħsel idejk.

2.Jekk qed tuża kunjett ġdid, neħħi l-għatu ta' protezzjoni tal-plastik, imma tneħħix it-tapp.

3.Jekk l-iskeda ta’ dożaġġ teħtieġ l-injezzjoni ta' insulina bażilari u Liprolog fl-istess ħin, it-tnejn jistgħu jitħalltu fis-siringa. Jekk qed tħallat l-insulini, ara l-istruzzjonijiet ta’ taħlit li jinsabu f’Sezzjoni (ii) u 6.2.

4.Iġbed l-istess ammont ta’ arja ġos-siringa daqs id-doża ta’ Liprolog li ordnalek it-tabib. Imsaħħ il-parti ta’ fuq tal-kunjett b’tajjara mxarrba bl-alkoħol. Daħħal il-labra fil-gomma tat-tapp tal- kunjett ta' Liprolog u injetta l-arja ġol-kunjett.

5.Dawwar il-kunjett u s-siringa rashom ’l isfel. Żomm il-kunjett u s-siringa sew f'id waħda.

6.Fil-waqt li tkun żgur li l-ponta tal-labra qegħda fi Liprolog, iġbed id-doża l-korretta ġos-siringa.

7.Qabel ma tneħħi l-labra mill-kunjett, eżamina s-siringa għal xi bżieżaq ta' l-arja li jnaqqsu l- ammont ta' Liprolog fiha. Jekk hemm bżieżaq, żomm is-siringa dritta 'l fuq u taptap fuq il-ġenb sakemm il-bżieżaq jitilgħu 'l fuq. Imbottahom 'l barra bil-planġer u iġbed id-doża t-tajba.

8.Neħħi l-labra mill-kunjett u poġġi s-siringa mimduda sabiex il-labra ma tmiss m'imkien.

ii)Taħlit ta’ Liprolog ma' Insulina Umana li ddum taħdem għal ħin itwal (ara sezzjoni 6.2)

1.Liprolog għandu jitħallat ma' insulini li jdumu jaħdmu għal ħin itwal fuq il-parir tat-tabib biss.

2.Iġbed l-istess ammont ta’ arja ġos-siringa daqs id-doża li qed tieħu ta’ insulina li ddum taħdem għal ħin itwal. Daħħal il-labra fil-kunjett ta' l-insulina li ddum taħdem għal ħin itwal u injetta l- arja. Neħħi l-labra.

3.Issa injetta l-arja fil-kunjett ta' Liprolog bl-istess mod, imma tneħħix il-labra.

4.Dawwar il-kunjett u s-siringa rashom ’l isfel.

5.Fil-waqt li tkun żgur li l-ponta tal-labra qegħda fi Liprolog, iġbed id-doża korretta ta' Liprolog

ġos-siringa.

6.Qabel ma tneħħi l-labra mill-kunjett, eżamina s-siringa għal xi bżieżaq ta' l-arja li jnaqqsu l- ammont ta' Liprolog fiha. Jekk hemm bżieżaq, żomm is-siringa dritta 'l fuq u taptap fuq il-ġenb sakemm il-bżieżaq jitilgħu 'l fuq. Imbottahom 'l barra bil-planġer u iġbed id-doża t-tajba.

7.Neħħi l-labra mill-kunjett ta' Liprolog u daħħalha fil-kunjett ta' l-insulina li ddum taħdem għal ħin itwal. Dawwar il-kunjett u s-siringa rashom ’l isfel. Żomm il-kunjett u s-siringa sew f'id waħda u ċaqlaq bil-mod. Fil-waqt li tkun żgur li l-ponta tal-labra qegħda fl-insulina, iġbed id- doża ta' l-insulina li ddum taħdem għal ħin itwal.

8.Neħħi l-labra mill-kunjett u poġġi s-siringa mimduda sabiex il-labra ma tmiss m'imkien.

b)Injezzjoni ta' doża

1.Agħżel sit ta' l-injezzjoni.

2.Naddaf il-ġilda skond l-istruzzjonijiet li rċevejt.

3.Stabbilizza l-ġilda billi tifrixha jew billi toqros parti kbira 'l fuq. Daħħal il-labra u injetta skond l-istruzzjonijiet li rċevejt

4.Iġbed il-labra 'l barra u għamel pressjoni ħafifa fuq is-sit ta' l-injezzjoni għal diversi sekondi.

Togħrokx il-parti fejn għamilt l-injezzjoni.

5.Armi l-labra u s-siringa b’mod li ma jkunux ta’ periklu.

6.Is-siti ta' l-injezzjoni għandhom jinbidlu sabiex l-istess sit ma jintużax aktar minn bejn wieħed u ieħor darba fix-xahar.

c)Taħlit ta' insulini

Tħallatx l-insulina fil-kunjetti ma' l-insulina fl-iskrataċ. Ara sezzjoni 6.2.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

8.NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/01/195/001

1 x 10 ml kunjett ta’ Liprolog

EU/1/01/195/008

2 x 10 ml kunjetti ta’ Liprolog

EU/1/01/195/009

5 x (1 x 10 ml) kunjetti ta’ Liprolog

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 1 ta’ Awwissu 2001

Data tal-aħħar tiġdid: 1 ta’ Awwissu 2006

10.DATA TA' REVIŻJONI TAT-TEST

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Liprolog 100 unità/ml, soluzzjoni għall-injezzjoni fi skartoċċ

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

2.1Deskrizzjoni ġenerali

Liprolog huwa soluzzjoni akweja sterili, ċara u bla kulur.

2.2Għamla kwalitattiva u kwantitattiva

1 ml fih 100 unità (ekwivalenti għal 3.5 mg) t'insulina lispro (ta’ oriġini rikombinanti tad-DNA magħmul minn E.coli). Kull kontenitur jinkludi 3 ml ekwivalenti għal 300 unità t'insulina lispro.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Għall-kura ta' adulti u tfal li għandhom id-dijabete mellitus li għandhom bżonn l-insulina għall- manteniment omeostatiku ta' livelli normali tal-glukożju. Liprolog huwa ukoll indikat għall- istabbilizzazzjoni fil-bidu tad-dijabete mellitus.

4.2Pożoloġija u metodu ta' kif għandu jingħata

Id-dożaġġ għandu jkun determinat mit-tabib, skond il-ħtieġa tal-pazjent.

Liprolog jista' jingħata ftit qabel l-ikliet. Meta neċessarju Liprolog jista' jingħata eżatt wara l-ikliet. Il- preparazzjonijiet ta' Liprolog għandhom jingħataw b'injezzjoni taħt il-ġilda jew b'pompa ta' l-infużjoni kontinwa taħt il-ġilda (ara sezzjoni 4.2) u jista', għalkemm mhux rakkomandat, jingħata ukoll b'injezzjoni ġol-muskoli. Jekk hemm bżonn, Liprolog jista' ukoll jingħata ġol-vina, per eżempju; għall- kontroll tal-livelli tal-glukożju fid-demm waqt ketoaċidożi, mard akut jew waqt perijodi ta' waqt operazzjoni jew wara.

L-għoti taħt il-ġilda għandu jsir fil-parti ta' fuq tad-driegħ, fil-koxxox, fil-warrani, jew fl-addome. L- użu tas-siti ta' l-injezzjoni għandhom jinbidlu sabiex l-istess sit ma jintużax aktar minn madwar darba f'xahar.

Meta jingħata taħt il-ġilda għandha tittieħed kawtela meta Liprolog ikun injettat biex jiġi aċċertat li wieħed ma daħalx f'vina jew arterja. Wara l-injezzjoni, is-sit ta' l-injezzjoni m'għandux ikun mmassaġġjat. Il-pazjenti għandhom ikunu mgħallma biex jużaw il-metodi xierqa ta' l-injezzjoni.

Liprolog jaġixxi malajr u għandu żmien t'attività aktar qasira (2 sa 5 sigħat) meta jingħata taħt il-ġilda meta mqabbel ma' insulina regolari. Il-bidu mgħagġel ta’ l-attività tħalli l-injezzjoni ta' Liprolog (jew, fil-każ t'għoti b'infużjoni taħt il-ġilda kontinwa, bolus ta' Liprolog) biex tingħata viċin ħafna tal-ħin ta' l-ikel. It-tul taż-żmien ta’ kemm iddum taħdem kwalunkwe insulina jista' jvarja ħafna f'individwi differenti, jew f'ħinijiet differenti fl-istess individwu. Il-bidu aktar mgħaġġel ta' l-azzjoni mqabbel ma' insulina umana li tinħall tinżamm minkejja s-sit ta' l-injezzjoni. Bħal b'kull preparazzjonijiet ta' l-

insulina, iż-żmien ta' kemm iddum l-azzjoni ta' Liprolog jiddependi fuq id-doża, is-sit ta' l-injezzjoni, il-provvista tad-demm, it-temperatura u fuq l-attività fiżika.

Liprolog jista' jintuża flimkien ma' insulina li ddum taħdem għal ħin itwal jew sustanzi sulphonylurea li jittieħdu mill-ħalq, fuq il-parir ta' tabib.

Użu ta' Liprolog ġo pompa ta' l-infużjoni ta' l-insulina:

Ċerti pompi ta' l-infużjoni ta' l-insulina mmarkati b’CE biss jistgħu jintużaw għall-infużjoni ta' l- insulina lispro. Qabel ma tinfuża l-insulina lispro, għandhom jiġu studjati l-istruzzjonijiet tal- manifatturi biex tkun żgur jekk il-pompa hijiex dik li għandek tuża jew le. Aqra u segwi l- istruzzjonijiet li jiġu mal-pompa ta' l-infużjoni. Uża l-kontenitur u l-kateter it-tajbin tal-pompa. Is-sett tal-infużjoni (tubi u kannula) għandu jinbidel skont l-istruzzjonijiet li hemm fl-informazzjoni dwar il- prodott mogħti mas-sett tal-infużjoni. Jekk ikun hemm episodju ta’ ipogliċemija, l-infużjoni għandha titwaqqaf sakemm jgħaddi l-episodju. Jekk jerġa' jiġri hekk jew jekk ikun hemm livelli ta’ glukożju fid-demm severament baxxi, għid lill-professjonista tal-kura tas-saħħa tiegħek u kkunsidra l-bżonn li tnaqqas jew twaqqaf l-infużjoni ta' l-insulina tiegħek. Ħsara tal-pompa jew ostaklu fis-set ta' l- infużjoni jista' jirriżulta f'żieda mgħaġġla fil-livelli ta’ glukożju. Jekk taħseb li hemm interruzzjoni fil-

ħruġ ta' l-insulina, segwi l-istruzzjonijiet fil-letteratura dwar il-prodott u jekk xieraq, għid lill- professionist tal-kura tas-saħħa tiegħek. Meta użat b'pompa tal-infużjoni ta' l-insulina, Liprolog m'għandux jitħallat ma' xi insulina oħra.

Għoti ta' insulina minn ġol-vini:

Injezzjoni ta' l-insulina lispro minn ġol-vini għandu jsir skond il-prattika klinika normali għall- injezzjonijiet minn ġol-vini, per eżempju bi bolus ġol-vina jew b'sistema ta' l-infużjoni. Huwa meħtieġ sorveljanza ta' spiss tal-livelli ta’ glukożju fid-demm.

Sistemi ta' l-infużjoni f'konċentrazzjonijiet minn 0.1 unità/ml sa 1.0 unità/ml ta' l-insulina lispro f'

0.9% sodium chloride jew 5% dextrose huma stabbli f'temperatura ambjentali ta' ġewwa għal 48 siegħa. Huwa rakkomandat li s-sistema tkun ipprajmata qabel ma tibda l-infużjoni lill-pazjent.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għall-insulina lispro jew għal xi sustanzi mhux attivi.

Ipogliċemija.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Il-bidla għal xi tip jew marka oħra ta' l-insulina f' pazjent għandu jsir taħt superviżjoni medika stretta.

Tibdiliet fil-qawwa, marka (manifattur), tip (regolari, NPH, lente, etc), l-ispeċi (annimal, bniedem, analogu ta' l-insulina tal-bniedem), u/jew il-metodu tal-manifattura (rikombinanti mid-DNA kontra l- insulina li tiġi mill-annimali) jistgħu jirriżultaw fi bżonn għal tibdil fid-dożaġġ. Fil-każ ta’ insulini li jaġixxu malajr, kull pazjent li qiegħed ukoll fuq insulina bażilari irid isib l-aħjar dożaġġ għaż-żewġ insulini biex il-livell tal-glukożju ikun ikkontrollat matul il-gurnata kollha, speċjalment il-kontroll tal- glukożju matul il-lejl/wara s-sawm.

Il-kundizzjonijiet li jistgħu jagħmlu s-sintomi ta' twissija tal-bidu ta’ ipogliċemija differenti jew jidhru anqas jinkludu d-dijabete għal żmien twil, it-terapija intensifikata bl-insulina, mard tan-nervituri fid- dijabete jew medikazzjonijiet bħal imblokkaturi tar- riċetturi beta.

Ftit pazjenti li kellhom reazzjonijiet ta’ ipogliċemija wara t-trasferiment minn insulina li tiġi mill- annimali għal insulina umana rrappurtaw li s-sintomi ta' twissija tal-bidu ta’ ipogliċemija kienu jidhru anqas jew kienu differenti minn dawk esperjenzati bl-insulina li kienu jużaw qabel. Reazzjonijiet mhux ikkoreġuti ta' ipogliċemija jew ipergliċemija jistgħu jikkawżaw telf mis-sensi, koma, jew mewt.

L-użu ta' dożaġġi li mhumiex adegwati jew it-twaqqif tal-kura, speċjalment f'dijabetiċi li jiddependu fuq l-insulina, jistgħu jwasslu għal ipergliċemija u ketoaċidożi dijabetika; kundizzjonijiet li jistgħu jikkaġunaw il-mewt.

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jonqsu meta jkun hemm indeboliment tal-kliewi. Il-ħtiġijiet ta' l- insulina jistgħu jitnaqqsu f'pazjenti b’indeboliment tal-fwied minħabba l-kapaċità mnaqqsa għal glukoneoġeneżi u metaboliżmu mnaqqas ta' l-insulina; madankollu, f'pazjenti b’indeboliment kroniku tal-fwied, żieda fir-reżistenza għall-insulina tista' twassal għall-ħtiġijiet miżjuda ta' l-insulina.

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jiżdiedu waqt mard jew disturbi emozzjonali.

Tista' ukoll tkun neċessarja varjazzjoni fid-doża jekk il-pazjenti jagħmlu aktar attività fiżika jew jekk ibiddlu d-dieta tagħhom tas-soltu. Eżerċizzju magħmul eżatt wara ikla jista' jżid ir-riskju ta’ ipogliċemija. Konsegwenza tal-farmakodinamiċi ta' l-analogi t'insulina li taġixxi malajr hija li jekk ikun hemm ipogliċemija, tista' titfaċċa aktar kmieni wara injezzjoni meta mqabbla m'insulina umana li tinħall.

Jekk il-prodott li tuża s-soltu skond kif qallek it-tabib huwa l-kunjett ta’ 40 unità/ml, tużax l-insulina minn skartoċċ ta’ 100 unità/ml b’siringa ta’ 40 unità/ml.

Liprolog għandu jintuża fit-tfal biss f'preferenza għall-insulina li tinħall meta l-azzjoni mgħaġġla t'insulina tista' tkun benefiċċjali. Per eżempju, it-teħid ta' l-injezzjoni viċin tal-ħin ta’ l-iklijiet.

It-teħid ta’ Liprolog flimkien ma’ pioglitazone:

Ġew irrapportati każijiet ta’ insuffiċjenza kardijaka meta ġew użati fl-istess waqt pioglitazone u l- insulina, speċjalment f’dawk il-pazjenti li għandhom fatturi ta’ riskju għall-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Wieħed għandu jżomm dan f’moħħu jekk tiġi kkunsidrata l-kura fejn pioglitazone u Liprolog jintużaw flimkien. Jekk jintużaw flimkien, il-pazjenti għandhom jiġu osservati għal sinjali u sintomi ta’ insuffiċjenza kardijaka, żieda fil-piż jew edima. Pioglitazone għandu jitwaqqaf jekk jiħżienu xi sintomi kardijaċi.

Instruzzjonijiet għall-użu u mmaniġġar

Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull skartoċċ irid jintuża minn pazjent wieħed biss, anki jekk il-labra fuq l-apparat li jforni l-insulina tinbidel.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jiżdiedu bi prodotti mediċinali li għandhom attività ipergliċemika, bħal ma huma l-kontraċettivi orali, il-kortikosterojdi, jew terapija bl-ormoni tat-tirojde, danazol, stimulanti beta2 (bħal ma huma ritodrine, salbutamol, terbutaline).

Il-ħtiġijiet għall-insulina jistgħu jonqsu fil-preżenza ta' prodotti mediċinali b'attività ipogliċemika, bħal ma huma l-mediċini ipogliċemiċi orali, salicylates (per eżempju, acetyl salicylic acid), antibijotiċi sulpha, ċerti antidipressanti, (inibituri ta’ monoamine oxidase, inibituri selettivi tal-assorbiment mill-

ġdid ta’ serotonin), ċerti inibituri t'enżimi li jibdlu l-anġjotensina (captopril, enalapril), sustanzi li jimblukkaw ir-riċetturi anġjotensin II, l-imblokkaturi tar-riċetturi beta, octreotide jew l-alkoħol.

Għandu jkun ikkonsultat it-tabib meta jintużaw medikazzjonijiet oħra flimkien ma' Liprolog (ara sezzjoni 4.4).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Data fuq numru kbir ta' każijiet tat-tqala esposti ma tindikax xi effetti avversi ta' l-insulina lispro fuq it-tqala jew fuq is-saħħa tal-fetu/it-tarbija tat-twelid.

Huwa essenzjali li jinżamm kontroll tajjeb tal-pazjenti kkurati bl-insulina (dawk li jiddependu fuq l- insulina jew id-dijabete ta' waqt it-tqala) matul it-tqala. Il-ħtiġijiet ta' l-insulina normalment jonqsu waqt l-ewwel tlett xhur u jiżdiedu waqt it-tieni u t-tielet tlett xhur. Pazjenti bid-dijabete għandhom jiġu avżati biex jinfurmaw lit-tabib tagħhom jekk huma tqal jew jekk qed jippjanaw li joħorġu tqal. Is-

sorveljanza bir-reqqa tal-kontroll tal-glukożju, kif ukoll tas-saħħa ġenerali, huwa essenzjali f'pazjenti tqal li għandhom id-dijabete.

Pazjenti dijabetiċi li qed ireddgħu jistgħu jkollhom bżonn aġġustamenti fid-doża ta' l-insulina, fid- dieta, jew fit-tnejn li huma.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Il-ħila tal-pazjent biex jikkonċentra u jirreaġixxi tista' tkun affettwata bħala riżultat ta’ ipogliċemija.

Dan jista' jkun ta’ riskju f'sitwazzjonijiet fejn dawn l-abbiltajiet huma ta' importanza speċjali (eż is- sewqan ta' karozza jew it-tħaddim ta' magni).

Il-pazjenti għandhom jiġu avżati biex jieħdu l-prekawzjonijiet biex jevitaw ipogliċemija waqt is- sewqan, dan huwa speċjalment importanti f'dawk li għandhom is-sinjali ta' twissija ta' l-ipogliċemija mnaqqsa jew assenti jew jekk għandhom episodji ta' ipogliċemija frekwenti. Il-parir dwar is-sewqan għandu jkun ikkunsidrat f'dawn iċ-ċirkostanzi.

4.8Effetti mhux mixtieqa

L-ipogliċemija hija l-aktar effett frekwenti mhux mixtieq tat-terapija bl-insulina li jista' jsofri minnu pazjent li għandu d-dijabete. Ipogliċemija severa tista' twassal għal telf mis-sensi, u f'każijiet estremi, il-mewt. Ma ġiet iippreżentata l-ebda frekwenza speċifika għall-ipogliċemija, peress li l-ipogliċemija hija riżultat kemm tad-doża ta’ l-insulina kif ukoll ta’ fatturi oħra eż. il-livell ta’ dieta u eżerċizzju ta’ pazjent.

L-allerġija lokali f'pazjenti hija komuni (1/100 sa <1/10). Jista’ jkun hemm ħmura, nefħa, u ħakk fis- sit ta' l-injezzjoni ta' l-insulina. Din il-kundizzjoni ssoltu tgħaddi fi ftit ġranet sa ftit ġimgħat. Fi ftit każijiet, din il-kundizzjoni tista' tkun relatata ma' fatturi li mhux dovuti għall-insulina nnifisha, bħal irritazzjonijiet bis-sustanza li tnaddaf il-ġilda jew metodi mhux tajba ta' l-injezzjoni. L-allerġija sistemika, li hi rari (1/10,000 sa <1/1,000), iżda li tista' tkun aktar serja, hija allerġija ġeneralizzata għall-insulina. Tista' tikkawża raxx mal-ġisem kollu, qtugħ ta' nifs, tħarħir, tnaqqis fil-pressjoni tad- demm, polz mgħaġġel, jew għaraq. Każijiet severi t'allerġija ġeneralizzata jistgħu jkunu ta' periklu għall-ħajja.

Il-lipodistrofija fis-sit ta' l-injezzjoni m’hijiex komuni (1/1,000 sa <1/100).

Bit-terapija tal-insulina ġew irrapportati każijiet ta’ edima b’mod partikulari jekk kien hemm kontroll metaboliku batut u dan tjieb permezz ta’ terapija intensiva ta’ insulina.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

L-insulini m'għandhomx definizzjoni ta' doża eċċessiva speċifika għax il-konċentrazzjonijiet tal- glukożju fis-serum huma riżultat ta' l-interazzjonijiet komplessi bejn il-livelli ta' l-insulina, id- disponibbiltà tal-glukożju u proċessi oħra metaboliċi. L-ipogliċemija tista' tiġri bħala riżultat t'attività eċċessiva ta' l-insulina relatata mat-teħid ta' l-ikel u l-ħela ta' enerġija.

L-ipogliċemija tista' tkun assoċjata ma' nuqqas t'attenzjoni, konfużjoni, palpitazzjonijiet, uġigħ ta' ras, għaraq u remettar.

Episodji ħfief ta' ipogliċemija jirrispondu għat-teħid orali ta' glukożju jew xi zokkor ieħor jew prodotti li fihom iz-zokkor.

Il-korrezzjoni ta' ipogliċemija moderatament severa tista' tinkiseb b'għoti tal-glucagon intramuskolari jew taħt il-ġilda, segwita minn karboidrat orali meta l-pazjent jirkupra biżżejjed. Pazjenti li ma jirrispondux għall-glucagon għandhom jingħataw soluzzjoni tal-glukożju ġol-vina.

Jekk il-pazjent huwa f'koma, il-glucagon għandu jkun mogħti fil-muskolu jew taħt il-ġilda. Madankollu, it-taħlita liwida tal-glukożju għandha tingħata ġol-vina jekk il-glukagon mhux disponibbli jew jekk il-pazjent ma jirrispondix għall-glucagon. Il-pazjent għandu jingħata ikla eżatt kif jiġi lura f'sensieh.

It-teħid sostenut ta' karboidrati u l-osservazzjoni jistgħu jkunu neċessarji minħabba li ipogliċemija tista' terġa seħħ wara li l-pazjent ikun jidher li rkupra klinikament.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Grupp farmakoterapewtiku: Analogu ta' l-insulina umana li taġixxi malajr. Kodiċi ATC: A10A B04.

L-attività primarja ta' l-insulina lispro hija li tirregola l-metaboliżmu tal-glukożju.

Barra minn hekk, l-insulini għandhom ħafna effetti anaboliċi u anti-kataboliċi fuq diversi tessuti differenti. Fit-tessut tal-muskolu dan jinkludi ż-żieda fil-glycogen, aċidi grassi, il-formazzjoni tal- glycerol u l-proteini u l-ġbir ta' aċidu amminiku, fil-waqt li jkun hemm tnaqqis fit-tkissir tal-glycogen, il-glukoneoġenesi, il-ketoġenesi, it-tkissir tal-lipidi, il-kataboliżmu tal-proteini u l-produzzjoni ta' aċidu amminiku.

L-insulina lispro għandha l-bidu ta’ l-azzjoni mgħaġġla (bejn wieħed u ieħor 15-il-minuta), għalhekk tista' tingħata aktar viċin t'ikla (bejn żero sa 15-il minuta mill-ikla) meta mqabbla ma' insulina regolari (30 sa 45 minuta qabel). L-insulina lispro taġixxi malajr u għandha attività aktar qasira (2 sa 5 sigħat) meta mqabbla ma' insulina regolari.

Provi kliniċi f'pazjenti bid-dijabete tat-tip 1 u tat-tip 2 urew tnaqqis fl-iperġliċemija ta' wara l-ikel bl- insulina lispro mqabbla ma' insulina umana li tinħall.

Bħal bil-preparazzjonijiet kollha ta' l-insulina, il-ħin ta' l-azzjoni ta' l-insulina lispro jista' jvarja f'individwi differenti jew f'ħinijiet differenti fl-istess individwu u jiddependi fuq id-doża, is-sit ta' l- injezzjoni, il-provvista tad-demm, it-temperatura u fuq l-attività fiżika. Il-profil tipiku ta' l-attività wara injezzjoni taħt il-ġilda huwa muri hawn taħt.

 

 

 

 

 

 

Insulina

 

 

 

 

 

 

Lispro

 

 

 

 

 

 

Humulin R

Attività

 

 

 

 

 

 

Ipogliċemika

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħin (sigħat)

 

 

 

 

Id-dijagramma t'hawn fuq tirrifletti l-ammont relattiv tal-glukożju maż-żmien meħtieġ biex iżżomm il- konċentrazzjonijiet kollha tal-glukożju fid-demm ta' l-individwu viċin il-livelli ta' sawm u huwa indikatur ta' l-effett ta' dawn l-insulini fuq il-metaboliżmu tal-glukożju maż-żmien.

Provi kliniċi saru fuq tfal (61 pazjent bejn 2 sa 11-il-sena) u tfal u adolexxenti (481 pazjenti minn 9 sa 19-il sena), fejn tqabblu l-insulina lispro ma' l-insulina umana li tinħall. Il-profil farmakodinamiku ta' l-insulina lispro fit-tfal huwa simili għal dak li deher fl-adulti.

Meta użat bil-pompi ta' l-infużjoni taħt il-ġilda, il-kura bl-insulina lispro wriet li tirriżulta f'livell ta' l- emoglobina glycosylated inqas imqabbel ma' l-insulina li tinħall. Fi studju double-blind u crossover, it-tnaqqis fil-livelli tal-emoglobina glycosylated wara 12-il ġimgħa, id-dożaġġ kien 0.37 punti fil-mija bl-insulina lispro, imqabbel ma' 0.03 punti fil-mija għall-insulina li tinħall (p=0.004).

F'pazjenti bid-dijabete tat-tip 2 fuq dożaġġ massimu tas-sustanzi sulphonyl urea, studji urew li ż-żieda ta' l-insulina lispro sinifikament naqqset HbA1c imqabbel mas-sulphonyl urea waħida. It-tnaqqis ta' HbA1c ikun ukoll mistenni bi prodotti ta' l-insulina oħra eż. insulini li jinħallu jew isophane.

Provi kliniċi f'pazjenti bid-dijabete tat-tip 1 u tat-tip 2 urew tnaqqis fin-numru t'episodji ta’ ipogliċemija matul il-lejl bl-insulina lispro mqabbel ma' insulina umana li tinħall. F'xi studji, it-tnaqqis ta' ipogliċemija ta' matul il-lejl kien assoċjat ma' żieda fl-episodji ta' ipogliċemija matul il-ġurnata.

Ir-rispons glukodinamiku għall-insulina lispro m'huwiex affettwat b’indeboliment fil-funzjoni tal- kliewi jew tal-fwied. Differenzi glukodinamiċi bejn l-insulina lispro u l-insulina umana li tinħall, kif imkejla waqt proċedura fejn il-livell tal-glukożju fid-demm inżamm kostanti, inżammu fuq firxa wiesa ta' funzjoni tal-kliewi.

L-insulina lispro uriet li hija ekwipotenti għal insulina umana fuq bażi molari imma l-effett tagħha huwa aktar rapidu u iqsar.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-farmakokinetiċi ta' l-insulina lispro jirriflettu sustanza li hija assorbita rapidament, u jikseb l-ogħla livelli fid-demm minn 30 sa 70 minuta wara l-injezzjoni taħt il-ġilda. Meta tiġi kkunsidrata r-relevanza klinika ta' dawn il-kinetiċi, huwa aktar xieraq li jiġu eżaminati l-kurvi dwar l-użu tal-glukożju (kif diskuss f'5.1).

L-insulina lispro żżomm aktar assorbiment rapidu meta mqabbla ma' insulina umana li tinħall f'pazjenti li għandhom indeboliment tal-kliewi. F'pazjenti bid-dijabete tat-Tip 2 fuq firxa wisa' ta' funzjoni tal-kliewi d-differenzi farmakokinetiċi bejn l-insulina lispro u l-insulina umana li tinħall kienu ġeneralment miżmuma, u urew li huma indipendenti mill-funzjoni tal-kliewi. L-insulina lispro

żżomm aktar assorbiment rapidu u eliminazzjoni rapida meta mqabbla ma' l-insulina umana li tinħall f'pazjenti li għandhom indeboliment tal-fwied.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

F'testijiet in vitro, li jinkludu l-irbit mas-siti tar-riċetturi ta' l-insulina u l-effetti fuq ċelluli li qed jikbru, l-insulina lispro tixbaħ ħafna lill-insulina umana. Studji urew ukoll li l-inħall mill-irbit ta' l-insulina lispro mar-riċetturi ta' l-insulina , hija ekwivalenti ma' l-insulina umana. Studji fuq it-tossiċità akuta ta' tul ta' żmien ta' xahar u tnax-il xahar, ma wrewx skoperta sinifikanti ta' tossiċità.

L-insulina lispro ma kkaġunatx tnaqqis fil-fertilità, u anqas uriet embrijutossiċità jew teratoġeniċità fi studji fuq l-annimali.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta' eċċipjenti

m-cresol [3.15 mg/ml] Glycerol

Dibasic sodium phosphate.7H2O Zinc oxide

Ilma għall-injezzjonijiet

Hydrochloric acid u sodium hydroxide jistgħu jintużaw biex jaġġustaw il-pH għal 7.0 - 7.8.

6.2Inkompatibbilitajiet

Il-preparazzjonijiet ta' Liprolog m'għandhomx jitħalltu m' insulini magħmula minn manifatturi oħra jew ma' preparazzjonijiet t'insulina ta' l-annimali.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Skartoċċ mhux użat

3 snin.

Wara li l-iskartoċċ ikun imdaħħal

28 ġurnata.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Skartoċċ mhux użat

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmlux fil-friża.. Tesponix għal sħana eċċessiva jew f'dawl dirett tax- xemx.

Wara li l-iskartoċċ ikun imdaħħal

Aħżen taħt 30°C. Tagħmlux fi friġġ. Il-pinna bl-iskartoċċ imdaħħal m’għandiex tinħażen bil-labra mwaħħla.

6.5 In-natura tal-kontenitur u ta' dak li hemm ġo fih u apparat speċjali għall-użu, għall- amministrazzjoni jew għall-impjant

Is-soluzzjoni tiġi fi skrataċ tal-ħġieġ taż-żnied tat-tip I, siġillati b'tappijiet ta’ butyl jew halobutyl u miżmuma f'posthom permezz ta' siġill ta' l-aluminju. Tista’ tintuża emulsjoni ta’ dimethicone jew silicone biex jiġu trattati it-tappijiet ta’l-iskrataċ.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

5 x 3 ml skrataċ ta’ Liprolog għal pinna ta’ 3 ml.

2 x (5 x 3 ml) skrataċ ta’ Liprolog għal pinna ta’ 3 ml.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Istruzzjonijiet għall-użu u mmaniġġar

Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull skartoċċ irid jintuża minn pazjent wieħed biss, anki jekk il-labra fuq l-apparat li jforni l-insulina tinbidel.

L-iskrataċ ta’ Liprolog għandhom jintużaw b’pinna mmarkata CE kif rakkomandat fit-tagħrif provdut mill-manifattur ta’ l-istrument.

a)Preparazzjoni ta' doża

Eżamina s-soluzzjoni ta' Liprolog. Għandha tkun ċara u bla kulur. Tużax Liprolog jekk jidher imċajpar, magħqud, jew ftit ikkulurit jew jekk jidhru partiċelli solidi.

Din li ġejja hija deskrizzjoni ġenerali. Għandek timxi skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur ma’ kull pinna biex timla l-iskartoċċ, twaħħal il-labra u tagħti l-injezzjoni ta’ l-insulina.

b)Injezzjoni ta' doża

1.Aħsel idejk.

2.Agħżel sit ta' l-injezzjoni.

3.Naddaf il-ġilda kif indikat.

4.Neħħi l-għatu ta’ barra tal-labra.

5.Stabbilizza l-ġilda billi tifrixa jew billi toqros parti kbira 'l fuq. Daħħal il-labra u njetta kif indikat.

6.Agħfas il-buttuna.

7.Iġbed il-labra 'l barra u għamel pressjoni ħafifa fuq is-sit ta' l-injezzjoni għal diversi sekondi.

Togħrokx is-sit.

8.Ħoll il-labra bill tagħmel użu ta’ l-għatu ta’ barra tal-labra u armiha bil-galbu.

9.Is-siti ta' l-injezzjoni għandhom jinbidlu sabiex l-istess sit ma jintużax aktar minn bejn wieħed u ieħor darba fix-xahar.

c)Taħlit ta' insulini

Tħallatx l-insulina fil-kunjetti ma' l-insulina fl-iskrataċ. Ara sezzjoni 6.2.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

8.NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/01/195/002

5 x 3 ml skrataċ ta’ Liprolog għal pinna ta’ 3 ml.

EU/1/01/195/010

2 x (5 x 3ml) skrataċ ta’ Liprolog għal pinna ta’ 3 ml.

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 1 ta’ Awwissu 2001

Data tal-aħħar tiġdid: 1 ta’ Awwissu 2006

10.DATA TA' REVIŻJONI TAT-TEST

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Liprolog Mix25 100 unità/ml, suspensjoni għall-injezzjoni fi skartoċċ

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

2.1Deskrizzjoni ġenerali

Liprolog Mix25 huwa suspensjoni bajda u sterili.

2.2Għamla kwalitattiva u kwantitattiva

1 ml fih 100 unità (ekwivalenti għal 3.5 mg) t'insulina lispro (ta’ oriġini rikombinanti tad-DNA magħmul minn E.coli). Kull kontenitur jinkludi 3 ml ekwivalenti għal 300 unità t'insulina lispro.

Liprolog Mix25 tikkonsisti fi 25% insulina lispro u 75% suspensjoni ta’ insulina lispro protamine.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Suspensjoni għall-injezzjoni.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Liprolog Mix25 huwa indikat għall-kura ta' pazjenti li għandhom id-dijabete mellitus li għandhom bżonn l-insulina għall-manteniment omeostatiku ta' livelli normali ta’ glukożju.

4.2Pożoloġija u metodu ta' kif għandu jingħata

Id-dożaġġ għandu jkun determinat mit-tabib, skond il-ħtieġa tal-pazjent.

Liprolog Mix25 jista' jingħata ftit qabel l-ikliet. Meta neċessarju Liprolog Mix25 jista' jingħata eżatt wara l-ikliet. Liprolog Mix25 għandu jingħata biss b'injezzjoni taħt il-ġilda. Liprolog Mix25 m’għandux jingħata ġol-vina taħt l-ebda ċirkostanzi.

L-għoti taħt il-ġilda għandu jsir fil-parti ta' fuq tad-driegħ, fil-koxxox, fil-warrani, jew fl-addome. L- użu tas-siti ta' l-injezzjoni għandhom jinbidlu sabiex l-istess sit ma jintużax aktar minn madwar darba f'xahar.

Meta jingħata taħt il-ġilda għandha tittieħed kawtela meta Liprolog ikun injettat biex jiġi aċċertat li wieħed ma daħalx f'vina jew arterja. Wara l-injezzjoni, is-sit ta' l-injezzjoni m'għandux ikun mmassaġġjat. Il-pazjenti għandhom ikunu mgħallma biex jużaw il-metodi xierqa ta' l-injezzjoni.

Il-bidu mgħagġel u l-quċċata kmieni ta’ l-attività ta’ Liprolog Mix25 huwa osservat wara l-għoti taħt il-ġilda ta’ Liprolog Mix25. Dan jippermetti li Liprolog Mix25 jingħata viċin ħafna tal-ħin ta' l-ikel. Iż-żmien kemm idum jaħdem il-komponent protamine tas-suspensjoni ta’ insulina lispro (Basal) ta’ Liprolog Mix25 huwa simili għall-insulina bażi (NPH).

Iż-żmien ta' kemm iddum l-azzjoni ta' kwalunkwe insulina tista’ tvarja f’individwi differenti jew f’ħinijiet differenti fl-istess individwu. Bħall-preparazzjonijiet kollha ta’ l-insulina, kemm idum jaħdem Liprolog Mix25 jiddependi fuq id-doża, is-sit ta' l-injezzjoni, il-provvista tad-demm, it- temperatura u fuq l-attività fiżika.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għall-insulina lispro jew għal xi sustanzi mhux attivi.

Ipogliċemija.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Liprolog Mix25 m’għandux jingħata ġol-vina taħt l-ebda ċirkostanzi.

Il-bidla għal xi tip jew marka oħra ta' l-insulina f' pazjent għandu jsir taħt superviżjoni medika stretta.

Tibdiliet fil-qawwa, marka (manifattur), tip (regolari, NPH, lente, etc), l-ispeċi (annimal, bniedem, analogu ta' l-insulina tal-bniedem), u/jew il-metodu tal-manifattura (rikombinanti mid-DNA kontra l- insulina li tiġi mill-annimali) jistgħu jirriżultaw fi bżonn għal tibdil fid-dożaġġ.

Il-kundizzjonijiet li jistgħu jagħmlu s-sintomi ta' twissija tal-bidu ta’ ipogliċemija differenti jew jidhru anqas jinkludu d-dijabete għal żmien twil, it-terapija intensifikata bl-insulina, mard tan-nervituri fid- dijabete jew medikazzjonijiet bħal imblokkaturi tar-riċetturi beta..

Ftit pazjenti li kellhom reazzjonijiet ta’ ipogliċemija wara t-trasferiment minn insulina li tiġi mill- annimali għal insulina umana rrappurtaw li s-sintomi ta' twissija tal-bidu ta’ ipogliċemija kienu jidhru anqas jew kienu differenti minn dawk esperjenzati bl-insulina li kienu jużaw qabel. Reazzjonijiet mhux ikkoreġuti ta' ipogliċemja jew ipergliċemija jistgħu jikkawżaw telf mis-sensi, koma, jew mewt.

L-użu ta' dożaġġi li mhumiex adegwati jew it-twaqqif tal-kura, speċjalment f'dijabetiċi li jiddependu fuq l-insulina, jistgħu jwasslu għal ipergliċemija u ketoaċidożi dijabetika; kundizzjonijiet li jistgħu jikkaġunaw il-mewt.

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jonqsu meta jkun hemm indeboliment tal-kliewi. Il-ħtiġijiet ta' l- insulina jistgħu jitnaqqsu f'pazjenti b’indeboliment tal-fwied minħabba l-kapaċità mnaqqsa għal glukoneoġeneżi u metaboliżmu mnaqqas ta' l-insulina; madankollu, f'pazjenti b’indeboliment kroniku tal-fwied, żieda fir-reżistenza għall-insulina tista' twassal għall-ħtiġijiet miżjuda ta' l-insulina.

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jiżdiedu waqt mard jew disturbi emozzjonali.

Tista' ukoll tkun neċessarja varjazzjoni fid-doża jekk il-pazjenti jagħmlu aktar attività fiżika jew jekk ibiddlu d-dieta tagħhom tas-soltu. Eżerċizzju magħmul eżatt wara ikla jista' jżid ir-riskju ta’ ipogliċemija.

L-għoti ta’ l-insulina lispro lit-tfal taħt it-12-il sena għandha tiġi kkunsidrata biss f’każ li tistenna benefiċċju meta mqabbel ma’ l-insulina regolari.

It-teħid ta’ Liprolog Mix25 flimkien ma’ pioglitazone:

Ġew irrapportati każijiet ta’ insuffiċjenza kardijaka meta ġew użati fl-istess waqt pioglitazone u l- insulina, speċjalment f’dawk il-pazjenti li għandhom fatturi ta’ riskju għall-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Wieħed għandu jżomm dan f’moħħu jekk tiġi kkunsidrata l-kura fejn pioglitazone u Liprolog Mix25 jintużaw flimkien. Jekk jintużaw flimkien, il-pazjenti għandhom jiġu osservati għal sinjali u sintomi ta’ insuffiċjenza kardijaka, żieda fil-piż jew edima.Pioglitazone għandu jitwaqqaf jekk jiħżienu xi sintomi kardijaċi.

Instruzzjonijiet għall-użu u mmaniġġar

Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull skartoċċ irid jintuża minn pazjent wieħed biss, anki jekk il-labra fuq l-apparat li jforni l-insulina tinbidel.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jiżdiedu bi prodotti mediċinali li għandhom attività ipergliċemika, bħal ma huma l-kontraċettivi orali, il-kortikosterojdi, jew terapija bl-ormoni tat-tirojde, danazol, stimulanti beta2 (bħal ma huma ritodrine, salbutamol, terbutaline).

Il-ħtiġijiet għall-insulina jistgħu jonqsu fil-preżenza ta' sustanzi b'attività ipogliċemika, bħal ma huma l-mediċini ipogliċemiċi orali, salicylates (per eżempju, acetyl salicylic acid), antibijotiċi sulpha, ċerti antidipressanti, (inibituri ta’ monoamine oxidase, inibituri selettivi tal-assorbiment mill-ġdid ta’ serotonin), ċerti inibituri t'enżimi li jibdlu l-anġjotensina (captopril, enalapril), sustanzi li jimblukkaw ir-riċetturi anġjotensin II, l-imblokkaturi tar-riċetturi beta, octreotide jew l-alkoħol.

It-taħlit ta’ Liprolog Mix25 ma’ insulini oħra għadu ma ġiex studjat.

Għandu jkun ikkonsultat it-tabib meta jintużaw medikazzjonijiet oħra flimkien ma' Liprolog (ara sezzjoni 4.4).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Data fuq numru kbir ta' każijiet tat-tqala esposti ma tindikax xi effetti avversi ta' l-insulina lispro fuq it-tqala jew fuq is-saħħa tal-fetu/it-tarbija tat-twelid.

Huwa essenzjali li jinżamm kontroll tajjeb tal-pazjenti kkurati bl-insulina (dawk li jiddependu fuq l- insulina jew id-dijabete ta' waqt it-tqala) matul it-tqala. Il-ħtiġijiet ta' l-insulina normalment jonqsu waqt l-ewwel tlett xhur u jiżdiedu waqt it-tieni u t-tielet tlett xhur. Pazjenti bid-dijabete għandhom jiġu avżati biex jinfurmaw lit-tabib tagħhom jekk huma tqal jew jekk qed jippjanaw li joħorġu tqal. Is- sorveljanza bir-reqqa tal-kontroll tal-glukożju, kif ukoll tas-saħħa ġenerali, huwa essenzjali f'pazjenti tqal li għandhom id-dijabete.

Pazjenti dijabetiċi li qed ireddgħu jistgħu jkollhom bżonn aġġustamenti fid-doża ta' l-insulina, fid- dieta, jew fit-tnejn li huma.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Il-ħila tal-pazjent biex jikkonċentra u jirreaġixxi tista' tkun affettwata bħala riżultat ta’ ipogliċemija.

Dan jista' jkun ta’ riskju f'sitwazzjonijiet fejn dawn l-abbiltajiet huma ta' importanza speċjali (eż is- sewqan ta' karozza jew it-tħaddim ta' magni).

Il-pazjenti għandhom jiġu avżati biex jieħdu l-prekawzjonijiet biex jevitaw ipogliċemija waqt is- sewqan, dan huwa speċjalment importanti f'dawk li għandhom is-sinjali ta' twissija tal-ipogliċemija mnaqqsa jew assenti jew jekk għandhom episodji ta' ipogliċemija frekwenti. Il-parir dwar is-sewqan għandu jkun ikkunsidrat f'dawn iċ-ċirkostanzi.

4.8Effetti mhux mixtieqa

L-ipogliċemija hija l-aktar effett frekwenti mhux mixtieq tat-terapija bl-insulina li jista' jsofri minnu pazjent li għandu d-dijabete. Ipogliċemija severa tista' twassal għal telf mis-sensi, u f'każijiet estremi, il-mewt. Ma ġiet ippreżentata l-ebda frekwenza speċifika għall-ipogliċemija, peress li l-ipogliċemija hija riżultat kemm tad-doża ta’ l-insulina kif ukoll ta’ fatturi oħra eż. il-livell ta’ dieta u eżerċizzju ta’ pazjent.

L-allerġija lokali f'pazjenti hija komuni (1/100 sa <1/10). Jista’ jkun hemm ħmura, nefħa, u ħakk fis- sit ta' l-injezzjoni ta' l-insulina. Din il-kundizzjoni ssoltu tgħaddi fi ftit ġranet sa ftit ġimgħat. Fi ftit każijiet, din il-kundizzjoni tista' tkun relatata ma' fatturi li mhux dovuti għall-insulina nnifisha, bħal irritazzjonijiet bis-sustanza li tnaddaf il-ġilda jew metodi mhux tajba ta' l-injezzjoni. L-allerġija sistemika, li hi rari (1/10,000 sa <1/1,000), iżda li tista' tkun aktar serja, hija allerġija ġeneralizzata għall-insulina. Tista' tikkawża raxx mal-ġisem kollu, qtugħ ta' nifs, tħarħir, tnaqqis fil-pressjoni tad-

demm, polz mgħaġġel, jew għaraq. Każijiet severi t'allerġija ġeneralizzata jistgħu jkunu ta' periklu għall-ħajja.

Il-lipodistrofija fis-sit ta' l-injezzjoni m’hijiex komuni (1/1,000 sa <1/100).

Bit-terapija tal-insulina ġew irrapportati każijiet ta’ edima b’mod partikulari jekk kien hemm kontroll metaboliku batut u dan tjieb permezz ta’ terapija intensiva ta’ insulina.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

L-insulini m'għandhomx definizzjoni ta' doża eċċessiva speċifika għax il-konċentrazzjonijiet tal- glukożju fis-serum huma riżultat ta' l-interazzjonijiet komplessi bejn il-livelli ta' l-insulina, id- disponibbiltà tal-glukożju u proċessi oħra metaboliċi. L-ipogliċemija tista' tiġri bħala riżultat t'attività eċċessiva ta' l-insulina relatata mat-teħid ta' l-ikel u l-ħela ta' enerġija.

L-ipogliċemija tista' tkun assoċjata ma' nuqqas t'attenzjoni, konfużjoni, palpitazzjonijiet, uġigħ ta' ras, għaraq u remettar.

Episodji ħfief ta' ipogliċemija jirrispondu għat-teħid orali ta' glukożju jew xi zokkor ieħor jew prodotti li fihom iz-zokkor.

Il-korrezzjoni ta' ipogliċemija moderatament severa tista' tinkiseb b'għoti tal-glucagon intramuskolari jew taħt il-ġilda, segwita minn karboidrat orali meta l-pazjent jirkupra biżżejjed. Pazjenti li ma jirrispondux għall-glucagon għandhom jingħataw soluzzjoni tal-glukożju ġol-vina.

Jekk il-pazjent huwa f'koma, il-glucagon għandu jkun mogħti fil-muskolu jew taħt il-ġilda. Madankollu, it-taħlita liwida tal-glukożju għandha tingħata ġol-vina jekk il-glukagon mhux disponibbli jew jekk il-pazjent ma jirrispondix għall-glucagon. Il-pazjent għandu jingħata ikla eżatt kif jiġi lura f'sensieh.

It-teħid sostenut ta' karboidrati u l-osservazzjoni jistgħu jkunu neċessarji minħabba li ipogliċemija tista' terġa sseħħ wara li l-pazjent ikun jidher li rkupra klinikament.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Grupp farmakoterapewtiku: Kodiċi ATC: A10A D04.

Liprolog Mix25 huwa suspensjoni mħallta lesta li tikkonsisti f’insulina lispro (analogu ta’ l-insulina umana li jaġixxi malajr) u suspensjoni ta’ insulina lispro protamine (analogu tal-insulina umana li jaġixxi b’mod intermedju).

L-attività primarja ta' l-insulina lispro hija li tirregola l-metaboliżmu tal-glukożju.

Barra minn hekk, l-insulini għandhom ħafna effetti anaboliċi u anti-kataboliċi fuq diversi tessuti differenti. Fit-tessut tal-muskolu dan jinkludi ż-żieda fil-glycogen, aċidi grassi, il-formazzjoni tal- glycerol u l-proteini u l-ġbir ta' aċidu amminiku, fil-waqt li jkun hemm tnaqqis fit-tkissir tal-glycogen, il-glukoneoġenesi, il-ketoġenesi, it-tkissir tal-lipidi, il-kataboliżmu tal-proteini u l-produzzjoni ta' aċidu amminiku.

L-insulina lispro għandha l-bidu ta’ l-azzjoni mgħaġġla (bejn wieħed u ieħor 15-il-minuta), għalhekk tista' tingħata aktar viċin t'ikla (bejn żero sa 15-il minuta mill-ikla) meta mqabbla ma' insulina regolari (30 sa 45 minuta qabel). Il-bidu mgħagġel u l-quċċata kmieni ta’ l-attività ta’ l-insulina lispro huwa osservat wara l-għoti taħt il-ġilda ta’ Liprolog Mix25. Liprolog Basal għandu profil ta’ l-attività simili

ħafna għal dak ta’ insulina bażi (NPH) fuq perjodu ta’ bejn wieħed u ieħor 15-il siegħa.

Provi kliniċi f'pazjenti bid-dijabete tat-tip 1 u tat-tip 2 urew tnaqqis fl-ipergliċemija ta' wara l-ikel b’Liprolog Mix25 mqabbla ma' taħlita 30/70 ta’ insulina umana. Fi studju klinikiu wieħed kien hemm żieda żgħira (0.38 mmol/l) fil-livelli ta’ glukożju fid-demm bil-lejl (3a.m.).

Fid-dijagramma ta’ hawn taħt hemm murija l-farmakodinamiċi ta’ Liprolog Mix25 u Basal.

Attività Ipogliċemika

Ħin, sigħat

Id-dijagramma t'hawn fuq tirrifletti l-ammont relattiv tal-glukożju maż-żmien meħtieġ biex iżżomm il- konċentrazzjonijiet kollha tal-glukożju fid-demm ta' l-individwu viċin il-livelli ta' sawm u huwa indikatur ta' l-effett ta' dawn l-insulini fuq il-metaboliżmu tal-glukożju maż-żmien.

Ir-rispons glukodinamiku għall-insulina lispro m'huwiex affettwat b’indeboliment fil-funzjoni tal- kliewi jew tal-fwied. Differenzi glukodinamiċi bejn l-insulina lispro u l-insulina umana li tinħall, kif imkejla waqt proċedura fejn il-livell tal-glukożju fid-demm inżamm kostanti, inżammu fuq firxa wiesa ta' funzjoni tal-kliewi.

L-insulina lispro uriet li hija ekwipotenti għal insulina umana fuq bażi molari imma l-effett tagħha huwa aktar rapidu u iqsar.

F’żewġ studji crossover tat-tip open label li damu 8 xhur, pazjenti bid-dijabete tat-tip 2 li jew kienu qegħdin jużaw l-insulina għall-ewwel darba jew kienu diġà jużaw waħda jew żewġ injezzjonijiet ta’ insulina, ingħataw 4 xhur kura b’Liprolog Mix25 (użat darbtejn kuljum ma’ metformin) u insulin glargine (użat darba kuljum ma’ metformin) f’sekwenza b’mod arbitrarju. Tagħrif dettaljat jista’ jinsab fit-tabella li ġejja.

 

Pazjenti li qatt ma ħadu

Pazjenti li diġà ħadu

 

insulina

insulina

 

n = 78

n = 97

Doża totali medja ta’ kuljum ta’ insulina

0.63 unitajiet/kg

0.42 unitajiet/kg

fl-aħħar stadju tal-proċess

 

 

Tnaqqis ta’ emoglobina A1c 1

1.30%

1.00 %

 

(medja fil-linja bażi = 8.7%)

(medja fil-linja bażi = 8.5%)

Tnaqqis fil-medja ta’ glukożju fid-demm

3.46 mM

2.48 mM

sagħtejn wara l-ikla ta’ filgħodu /

 

 

filgħaxija flimkien1

 

 

Tnaqqis fil-medja ta’ glukożju fid-demm

0.55 mM

0.65 mM

wara s-sawm1

 

 

Inċidenza ta’ ipogliċemija fl-aħħar stadju

25%

25%

tal-proċess

 

 

Żieda fil-piż tal-ġisem2

2.33 kg

0.96 kg

1mil-linja bażi sa tmiem il-kura b’Liprolog Mix25

2f’pazjenti li nqalbu b’mod arbitrarju fuq Liprolog Mix25 fl-ewwel perijodu ta’ crossover

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-farmakokinetiċi ta' l-insulina lispro jirriflettu sustanza li hija assorbita rapidament, u jikseb l-ogħla livelli fid-demm minn 30 sa 70 minuta wara l-injezzjoni taħt il-ġilda. Il-farmakokinetiċi tas- suspensjoni ta’ insulina lispro protamine huma konsistenti ma’ dawk ta’ insulina li taħdem għal ħin intermedju bħal ma’ hu NPH. Il-farmakokinetiċi ta’ Liprolog Mix25 jirreflettu l-propjetajiet farmakokinetiċi individwali taż-żewġ komponenti. Meta tiġi kkunsidrata r-relevanza klinika ta' dawn il-kinetiċi, huwa aktar xieraq li jiġu eżaminati l-kurvi dwar l-użu tal-glukożju (kif diskuss f'5.1).

L-insulina lispro żżomm aktar assorbiment rapidu meta mqabbla ma' insulina umana li tinħall f'pazjenti li għandhom indeboliment tal-kliewi. F'pazjenti bid-dijabete tat-Tip 2 fuq firxa wisa' ta' funzjoni tal-kliewi d-differenzi farmakokinetiċi bejn l-insulina lispro u l-insulina umana li tinħall kienu ġeneralment miżmuma, u urew li huma indipendenti mill-funzjoni tal-kliewi. L-insulina lispro żżomm aktar assorbiment rapidu u eliminazzjoni rapida meta mqabbla ma' l-insulina umana li tinħall f'pazjenti li għandhom indeboliment tal-fwied.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

F'testijiet in vitro, li jinkludu l-irbit mas-siti tar-riċetturi ta' l-insulina u l-effetti fuq ċelluli li qed jikbru, l-insulina lispro tixbaħ ħafna lill-insulina umana. Studji urew ukoll li l-inħall mill-irbit ta' l-insulina lispro mar-riċetturi ta' l-insulina , hija ekwivalenti ma' l-insulina umana. Studji fuq it-tossiċità akuta ta' tul ta' żmien ta' xahar u tnax-il xahar, ma wrewx skoperta sinifikanti ta' tossiċità.

L-insulina lispro ma kkaġunatx tnaqqis fil-fertilità, u anqas uriet embrijutossiċità jew teratoġeniċità fi studji fuq l-annimali.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta' eċċipjenti

Protamine sulphate m-cresol [1.76 mg/ml] Phenol [0.80 mg/ml] Glycerol

Dibasic sodium phosphate.7H2O Zinc oxide

Ilma għall-injezzjonijiet

Hydrochloric acid u sodium hydroxide jistgħu jintużaw biex jaġġustaw il-pH għal 7.0 - 7.8.

6.2Inkompatibbilitajiet

It-taħlit ta’ Liprolog Mix25 ma’ insulini oħra għadu ma ġiex studjat. Fl-assenza ta’ studji dwar kompatibilità, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħra.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Skartoċċ mhux użat

3 snin.

Wara li l-iskartoċċ ikun imdaħħal

28 ġurnata.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Skartoċċ mhux użat

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmlux fil-friża. Tesponix għal sħana eċċessiva jew f'dawl dirett tax- xemx.

Wara li l-iskartoċċ ikun imdaħħal

Aħżen taħt 30°C. Tagħmlux fi friġġ. Il-pinna bl-iskartoċċ imdaħħal m’għandiex tinħażen bil-labra mwaħħla.

6.5 In-natura tal-kontenitur u ta' dak li hemm ġo fih u apparat speċjali għall-użu, għall- amministrazzjoni jew għall-impjant

Is-suspensjoni tiġi fi skrataċ tal-ħġieġ taż-żnied tat-tip I, siġillati b'diski tas-siġill u rjus tal-planġer ta’ butyl jew halobutyl u miżmuma f'posthom permezz ta' siġill ta' l-aluminju. Setgħu ntużaw emulsjoni ta’ dimethicone jew silicone biex jiġu trattati l-planġer ta’ l-iskartoċċ, u/jew l-iskartoċċ tal-ħġieġ.

Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

5 X 3 ml skrataċ ta’ Liprolog Mix25 għal pinna ta’ 3 ml.

2 X (5 X 3 ml) skrataċ ta’ Liprolog Mix25 għal pinna ta’ 3 ml.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Istruzzjonijiet għall-użu u mmaniġġar

Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull skartoċċ irid jintuża minn pazjent wieħed biss, anki jekk il-labra fuq l-apparat li jforni l-insulina tinbidel.

L-iskrataċ ta’ Liprolog Mix25 għandhom jintużaw b’pinna mmarkata CE kif rakkomandat fit-tagħrif provdut mill-manifattur ta’ l-istrument.

a)Preparazzjoni ta' doża

Skrataċ li fihom Liprolog Mix25 għandhom ikunu mdawra fil-pali ta' l-idejn għaxar darbiet u maqlubin 180o għaxar darbiet immedjatamnet qabel ma jintużaw sabiex tirrisospendi l-insulina sakemm tidher imċajpra jew qiesa ħalib uniformement. Jekk le, irrepeti din il-proċedura sakemm il- kontenut jitħallat. L-iskrataċ fihom żibġa żgħira tal-ħġieġ biex tassisti fit-taħlit. Tħawwadiex bis-saħħa għax hekk tista' toħloq ragħwa li tista tfixkel il-miżura eżatta tad-doża.

L-iskrataċ għandhom ikunu eżaminati ta' spiss u m'għandhomx jintużaw jekk hemm materjal miġbur jew jekk partiċelli iebsa u bojod jeħlu mal-qiegħ jew il-ġenb tal-kunjett, u jidher qiesu ġelu.

L-iskrataċ ta’ Liprolog Mix25 mhumiex iddisinjati biex tkun tista’ tħallat insulini oħra fl-iskartoċċ. L- iskrataċ mhumiex iddisinjati biex jerġgħu jintmlew.

Din li ġejja hija deskrizzjoni ġenerali. Għandek timxi skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur ma’ kull pinna biex timla l-iskartoċċ, twaħħal il-labra u tagħti l-injezzjoni ta’ l-insulina.

b)Injezzjoni ta' doża

1.Aħsel idejk.

2.Agħżel sit ta' l-injezzjoni.

3.Naddaf il-ġilda kif indikat.

4.Neħħi l-għatu ta’ barra tal-labra.

5.Stabbilizza l-ġilda billi tifrixa jew billi toqros parti kbira 'l fuq. Daħħal il-labra kif indikat.

6.Agħfas il-buttuna.

7.Iġbed il-labra 'l barra u għamel pressjoni ħafifa fuq is-sit ta' l-injezzjoni għal diversi sekondi.

Togħrokx is-sit.

8.Ħoll il-labra bill tagħmel użu ta’ l-għatu ta’ barra tal-labra u armiha bil-galbu.

9.Is-siti ta' l-injezzjoni għandhom jinbidlu sabiex l-istess sit ma jintużax aktar minn bejn wieħed u ieħor darba fix-xahar.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

8.NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/01/195/003

X 3 ml skrataċ ta’ Liprolog Mix25 għal pinna ta’ 3 ml.

EU/1/01/195/011

X (5 x 3ml) skrataċ ta’ Liprolog Mix25 għal pinna ta’ 3 ml.

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 1 ta’ Awwissu 2001

Data tal-aħħar tiġdid: 1 ta’ Awwissu 2006

10.DATA TA' REVIŻJONI TAT-TEST

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Liprolog Mix50 100 unità/ml, suspensjoni għall-injezzjoni fi skartoċċ

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

2.1Deskrizzjoni ġenerali

Liprolog Mix50 huwa suspensjoni bajda u sterili.

2.2Għamla kwalitattiva u kwantitattiva

1 ml fih 100 unità (ekwivalenti għal 3.5 mg) t'insulina lispro (ta’ oriġini rikombinanti tad-DNA magħmul minn E.coli). Kull kontenitur jinkludi 3 ml ekwivalenti għal 300 unità t'insulina lispro.

Liprolog Mix50 tikkonsisti fi 50% insulina lispro u 50% suspensjoni ta’ insulina lispro protamine.

Għal-lista kompleta ta’ sustanzi mhux attivi, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Suspensjoni għall-injezzjoni.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Liprolog Mix50 huwa indikat għall-kura ta' pazjenti li għandhom id-dijabete mellitus li għandhom bżonn l-insulina għall-manteniment omeostatiku ta' livelli normali ta’ glukożju.

4.2Pożoloġija u metodu ta' kif għandu jingħata

Id-dożaġġ għandu jkun determinat mit-tabib, skond il-ħtieġa tal-pazjent.

Liprolog Mix50 jista' jingħata ftit qabel l-ikliet. Meta neċessarju Liprolog Mix50 jista' jingħata eżatt wara l-ikliet. Liprolog Mix50 għandu jingħata biss b'injezzjoni taħt il-ġilda. Liprolog Mix50 m’għandux jingħata ġol-vina taħt l-ebda ċirkostanzi.

L-għoti taħt il-ġilda għandu jsir fil-parti ta' fuq tad-driegħ, fil-koxxox, fil-warrani, jew fl-addome. L- użu tas-siti ta' l-injezzjoni għandhom jinbidlu sabiex l-istess sit ma jintużax aktar minn madwar darba f'xahar.

Meta jingħata taħt il-ġilda għandha tittieħed kawtela meta Liprolog ikun injettat biex jiġi aċċertat li wieħed ma daħalx f'vina jew arterja. Wara l-injezzjoni, is-sit ta' l-injezzjoni m'għandux ikun mmassaġġjat. Il-pazjenti għandhom ikunu mgħallma biex jużaw il-metodi xierqa ta' l-injezzjoni.

Il-bidu mgħagġel u l-quċċata kmieni ta’ l-attività ta’ Liprolog huwa osservat wara l-għoti taħt il-ġilda ta’ Liprolog Mix50. Dan jippermetti li Liprolog Mix50 jingħata viċin ħafna tal-ħin ta' l-ikel. Iż-żmien kemm idum jaħdem il-komponent protamine tas-suspensjoni ta’ insulina lispro (Basal) ta’ Liprolog

Mix50 huwa simili għall-insulina bażi (NPH).

Iż-żmien ta' kemm iddum l-azzjoni ta' kwalunkwe insulina tista’ tvarja f’individwi differenti jew f’ħinijiet differenti fl-istess individwu. Bħall-preparazzjonijiet kollha ta’ l-insulina, kemm idum jaħdem Liprolog Mix50 jiddependi fuq id-doża, is-sit ta' l-injezzjoni, il-provvista tad-demm, it- temperatura u fuq l-attività fiżika.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għall-insulina lispro jew għal xi sustanzi mhux attivi.

Ipogliċemija.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Liprolog Mix50 m’għandux jingħata ġol-vina taħt l-ebda ċirkostanzi.

Il-bidla għal xi tip jew marka oħra ta' l-insulina f' pazjent għandu jsir taħt superviżjoni medika stretta.

Tibdiliet fil-qawwa, marka (manifattur), tip (regolari, NPH, lente, etc), l-ispeċi (annimal, bniedem, analogu ta' l-insulina tal-bniedem), u/jew il-metodu tal-manifattura (rikombinanti mid-DNA kontra l- insulina li tiġi mill-annimali) jistgħu jirriżultaw fi bżonn għal tibdil fid-dożaġġ.

Il-kundizzjonijiet li jistgħu jagħmlu s-sintomi ta' twissija tal-bidu ta’ ipogliċemija differenti jew jidhru anqas jinkludu d-dijabete għal żmien twil, it-terapija intensifikata bl-insulina, mard tan-nervituri fid- dijabete jew medikazzjonijiet bħal imblokkaturi tar-riċetturi beta..

Ftit pazjenti li kellhom reazzjonijiet ta’ ipogliċemija wara t-trasferiment minn insulina li tiġi mill- annimali għal insulina umana rrappurtaw li s-sintomi ta' twissija tal-bidu ta’ ipogliċemija kienu jidhru anqas jew kienu differenti minn dawk esperjenzati bl-insulina li kienu jużaw qabel. Reazzjonijiet mhux ikkoreġuti ta' ipogliċemija jew ipergliċemija jistgħu jikkawżaw telf mis-sensi, koma, jew mewt.

L-użu ta' dożaġġi li mhumiex adegwati jew it-twaqqif tal-kura, speċjalment f'dijabetiċi li jiddependu fuq l-insulina, jistgħu jwasslu għal ipergliċemija u ketoaċidożi dijabetika; kundizzjonijiet li jistgħu jikkaġunaw il-mewt.

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jonqsu meta jkun hemm indeboliment tal-kliewi. Il-ħtiġijiet ta' l- insulina jistgħu jitnaqqsu f'pazjenti b’indeboliment tal-fwied minħabba l-kapaċità mnaqqsa għal glukoneoġeneżi u metaboliżmu mnaqqas ta' l-insulina; madankollu, f'pazjenti b’indeboliment kroniku tal-fwied, żieda fir-reżistenza għall-insulina tista' twassal għall-ħtiġijiet miżjuda ta' l-insulina.

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jiżdiedu waqt mard jew disturbi emozzjonali.

Tista' ukoll tkun neċessarja varjazzjoni fid-doża jekk il-pazjenti jagħmlu aktar attività fiżika jew jekk ibiddlu d-dieta tagħhom tas-soltu. Eżerċizzju magħmul eżatt wara ikla jista' jżid ir-riskju ta’ ipogliċemija.

L-għoti ta’ l-insulina lispro lit-tfal taħt it-12-il sena għandha tiġi kkunsidrata biss f’każ li tistenna benefiċċju meta mqabbel ma’ l-insulina regolari.

It-teħid ta’ Liprolog Mix50 flimkien ma’ pioglitazone:

Ġew irrapportati każijiet ta’ insuffiċjenza kardijaka meta ġew użati fl-istess waqt pioglitazone u l- insulina, speċjalment f’dawk il-pazjenti li għandhom fatturi ta’ riskju għall-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Wieħed għandu jżomm dan f’moħħu jekk tiġi kkunsidrata l-kura fejn pioglitazone u Liprolog Mix50 jintużaw flimkien. Jekk jintużaw flimkien, il-pazjenti għandhom jiġu osservati għal sinjali u sintomi ta’ insuffiċjenza kardijaka, żieda fil-piż jew edima. Pioglitazone għandu jitwaqqaf jekk jiħżienu xi sintomi kardijaċi.

Instruzzjonijiet għall-użu u mmaniġġar

Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull skartoċċ irid jintuża minn pazjent wieħed biss, anki jekk il-labra fuq l-apparat li jforni l-insulina tinbidel.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jiżdiedu bi prodotti mediċinali li għandhom attività ipergliċemika, bħal ma huma l-kontraċettivi orali, il-kortikosterojdi, jew terapija bl-ormoni tat-tirojde, danazol, stimulanti beta2 (bħal ma huma ritodrine, salbutamol, terbutaline).

Il-ħtiġijiet għall-insulina jistgħu jonqsu fil-preżenza ta' sustanzi b'attività ipogliċemika, bħal ma huma l-mediċini ipogliċemiċi orali, salicylates (per eżempju, acetyl salicylic acid), antibijotiċi sulpha, ċerti antidipressanti, (inibituri ta’ monoamine oxidase, inibituri selettivi tal-assorbiment mill-ġdid ta’ serotonin), ċerti inibituri t'enżimi li jibdlu l-anġjotensina (captopril, enalapril), sustanzi li jimblukkaw ir-riċetturi anġjotensin II, l-imblokkaturi tar-riċetturi beta, octreotide jew l-alkoħol.

It-taħlit ta’ Liprolog Mix50 ma’ insulini oħra għadu ma ġiex studjat.

Għandu jkun ikkonsultat it-tabib meta jintużaw medikazzjonijiet oħra flimkien ma' Liprolog Mix50 (ara sezzjoni 4.4).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Data fuq numru kbir ta' każijiet tat-tqala esposti ma tindikax xi effetti avversi ta' l-insulina lispro fuq it-tqala jew fuq is-saħħa tal-fetu/it-tarbija tat-twelid.

Huwa essenzjali li jinżamm kontroll tajjeb tal-pazjenti kkurati bl-insulina (dawk li jiddependu fuq l- insulina jew id-dijabete ta' waqt it-tqala) matul it-tqala. Il-ħtiġijiet ta' l-insulina normalment jonqsu waqt l-ewwel tlett xhur u jiżdiedu waqt it-tieni u t-tielet tlett xhur. Pazjenti bid-dijabete għandhom jiġu avżati biex jinfurmaw lit-tabib tagħhom jekk huma tqal jew jekk qed jippjanaw li joħorġu tqal. Is- sorveljanza bir-reqqa tal-kontroll tal-glukożju, kif ukoll tas-saħħa ġenerali, huwa essenzjali f'pazjenti tqal li għandhom id-dijabete.

Pazjenti dijabetiċi li qed ireddgħu jistgħu jkollhom bżonn aġġustamenti fid-doża ta' l-insulina, fid- dieta, jew fit-tnejn li huma.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Il-ħila tal-pazjent biex jikkonċentra u jirreaġixxi tista' tkun affettwata bħala riżultat ta’ ipogliċemija. Dan jista' jkun ta’ riskju f'sitwazzjonijiet fejn dawn l-abbiltajiet huma ta' importanza speċjali (eż is- sewqan ta' karozza jew it-tħaddim ta' magni).

Il-pazjenti għandhom jiġu avżati biex jieħdu l-prekawzjonijiet biex jevitaw l-ipogliċemija waqt is- sewqan, dan huwa speċjalment importanti f'dawk li għandhom is-sinjali ta' twissija ta' l-ipogliċemija mnaqqsa jew assenti jew jekk għandhom episodji ta' ipogliċemija frekwenti. Il-parir dwar is-sewqan għandu jkun ikkunsidrat f'dawn iċ-ċirkostanzi.

4.8Effetti mhux mixtieqa

L-ipogliċemija hija l-aktar effett frekwenti mhux mixtieq tat-terapija bl-insulina li jista' jsofri minnu pazjent li għandu d-dijabete. Ipogliċemija severa tista' twassal għal telf mis-sensi, u f'każijiet estremi, il-mewt. Ma ġiet ippreżentata l-ebda frekwenza speċifika għall-ipogliċemija, peress li l-ipogliċemija hija riżultat kemm tad-doża ta’ l-insulina kif ukoll ta’ fatturi oħra eż. il-livell ta’ dieta u eżerċizzju ta’ pazjent.

L-allerġija lokali f'pazjenti hija komuni (1/100 sa <1/10). Jista’ jkun hemm ħmura, nefħa, u ħakk fis- sit ta' l-injezzjoni ta' l-insulina. Din il-kundizzjoni ssoltu tgħaddi fi ftit ġranet sa ftit ġimgħat. Fi ftit każijiet, din il-kundizzjoni tista' tkun relatata ma' fatturi li mhux dovuti għall-insulina nnifisha, bħal irritazzjonijiet bis-sustanza li tnaddaf il-ġilda jew metodi mhux tajba ta' l-injezzjoni. L-allerġija sistemika, li hi rari (1/10,000 sa <1/1,000), iżda li tista' tkun aktar serja, hija allerġija ġeneralizzata għall-insulina. Tista' tikkawża raxx mal-ġisem kollu, qtugħ ta' nifs, tħarħir, tnaqqis fil-pressjoni tad-

demm, polz mgħaġġel, jew għaraq. Każijiet severi t'allerġija ġeneralizzata jistgħu jkunu ta' periklu għall-ħajja.

Il-lipodistrofija fis-sit ta' l-injezzjoni m’hijiex komuni (1/1,000 sa <1/100).

Bit-terapija tal-insulina ġew irrapportati każijiet ta’ edima b’mod partikulari jekk kien hemm kontroll metaboliku batut u dan tjieb permezz ta’ terapija intensiva ta’ insulina.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

L-insulini m'għandhomx definizzjoni ta' doża eċċessiva speċifika għax il-konċentrazzjonijiet tal- glukożju fis-serum huma riżultat ta' l-interazzjonijiet komplessi bejn il-livelli ta' l-insulina, id- disponibbiltà tal-glukożju u proċessi oħra metaboliċi. L-ipogliċemija tista' tiġri bħala riżultat t'attività eċċessiva ta' l-insulina relatata mat-teħid ta' l-ikel u l-ħela ta' enerġija.

L-ipogliċemija tista' tkun assoċjata ma' nuqqas t'attenzjoni, konfużjoni, palpitazzjonijiet, uġigħ ta' ras, għaraq u remettar.

Episodji ħfief ta' ipogliċemija jirrispondu għat-teħid orali ta' glukożju jew xi zokkor ieħor jew prodotti li fihom iz-zokkor.

Il-korrezzjoni ta' ipogliċemija moderatament severa tista' tinkiseb b'għoti tal-glucagon intramuskolari jew taħt il-ġilda, segwita minn karboidrat orali meta l-pazjent jirkupra biżżejjed. Pazjenti li ma jirrispondux għall-glucagon għandhom jingħataw suspensjoni tal-glukożju ġol-vina.

Jekk il-pazjent huwa f'koma, il-glucagon għandu jkun mogħti fil-muskolu jew taħt il-ġilda. Madankollu, it-taħlita liwida tal-glukożju għandha tingħata ġol-vina jekk il-glukagon mhux disponibbli jew jekk il-pazjent ma jirrispondix għall-glucagon. Il-pazjent għandu jingħata ikla eżatt kif jiġi lura f'sensieh.

It-teħid sostenut ta' karboidrati u l-osservazzjoni jistgħu jkunu neċessarji minħabba li ipogliċemija tista' terġa sseħħ wara li l-pazjent ikun jidher li rkupra klinikament.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Grupp farmakoterapewtiku: Kodiċi ATC: A10A D04.

Liprolog Mix50 huwa suspensjoni mħallta lesta li tikkonsisti f’insulina lispro (analogu ta’ l-insulina umana li jaġixxi malajr) u suspensjoni ta’ insulina lispro protamine (analogu tal-insulina umana li jaġixxi b’mod intermedju).

L-attività primarja ta' l-insulina lispro hija li tirregola l-metaboliżmu ta’ glukożju.

Barra minn hekk, l-insulini għandhom ħafna effetti anaboliċi u anti-kataboliċi fuq diversi tessuti differenti. Fit-tessut tal-muskolu dan jinkludi ż-żieda fil-glycogen, aċidi grassi, il-formazzjoni tal- glycerol u l-proteini u l-ġbir ta' aċidu amminiku, fil-waqt li jkun hemm tnaqqis fit-tkissir tal-glycogen, il-glukoneoġenesi, il-ketoġenesi, it-tkissir tal-lipidi, il-kataboliżmu tal-proteini u l-produzzjoni ta' aċidu amminiku.

L-insulina lispro għandha l-bidu ta’ l-azzjoni mgħaġġla (bejn wieħed u ieħor 15-il-minuta), għalhekk tista' tingħata aktar viċin t'ikla (bejn żero sa 15-il minuta mill-ikla) meta mqabbla ma' insulina regolari (30 sa 45 minuta qabel). Il-bidu mgħagġel u l-quċċata kmieni ta’ l-attività ta’ l-insulina lispro huwa osservat wara l-għoti taħt il-ġilda ta’ Liprolog Mix50. Liprolog Basal għandu profil ta’ l-attività simili

ħafna għal dak ta’ insulina bażi (NPH) fuq perjodu ta’ bejn wieħed u ieħor 15-il siegħa. Fid- dijagramma ta’ hawn taħt hemm murija l-farmakodinamiċi ta’ Liprolog Mix50 u Liprolog Basal.

Liprolog Mix50

Liprolog Basal

Attività ipogliċemika

Id-dijagramma t'hawn fuq tirrifletti l-ammont relattiv ta’ glukożju maż-żmien meħtieġ biex iżżomm il- konċentrazzjonijiet kollha ta’ glukożju fid-demm ta' l-individwu viċin il-livelli ta' sawm u huwa indikatur ta' l-effett ta' dawn l-insulini fuq il-metaboliżmu ta’ glukożju maż-żmien.

Ir-rispons glukodinamiku għall-insulina lispro m'huwiex affettwat b’indeboliment fil-funzjoni tal- kliewi jew tal-fwied. Differenzi glukodinamiċi bejn l-insulina lispro u l-insulina umana li tinħall, kif imkejla waqt proċedura fejn il-livell ta’ glukożju fid-demm inżamm kostanti, inżammu fuq firxa wiesa ta' funzjoni tal-kliewi.

L-insulina lispro uriet li hija ekwipotenti għal insulina umana fuq bażi molari imma l-effett tagħha huwa aktar rapidu u iqsar.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-farmakokinetiċi ta' l-insulina lispro jirriflettu sustanza li hija assorbita rapidament, u jikseb l-ogħla livelli fid-demm minn 30 sa 70 minuta wara l-injezzjoni taħt il-ġilda. Il-farmakokinetiċi tas- suspensjoni ta’ insulina lispro protamine huma konsistenti ma’ dawk ta’ insulina li taħdem għal ħin intermedju bħal ma’ hu NPH. Il-farmakokinetiċi ta’ Liprolog Mix50 jirreflettu l-propjetajiet farmakokinetiċi individwali taż-żewġ komponenti. Meta tiġi kkunsidrata r-relevanza klinika ta' dawn il-kinetiċi, huwa aktar xieraq li jiġu eżaminati l-kurvi dwar l-użu tal-glukożju (kif diskuss f'5.1).

L-insulina lispro żżomm aktar assorbiment rapidu meta mqabbla ma' insulina umana li tinħall f'pazjenti li għandhom indeboliment tal-kliewi. F'pazjenti bid-dijabete tat-Tip 2 fuq firxa wisa' ta' funzjoni tal-kliewi d-differenzi farmakokinetiċi bejn l-insulina lispro u l-insulina umana li tinħall kienu ġeneralment miżmuma, u urew li huma indipendenti mill-funzjoni tal-kliewi. L-insulina lispro żżomm aktar assorbiment rapidu u eliminazzjoni rapida meta mqabbla ma' l-insulina umana li tinħall f'pazjenti li għandhom indeboliment tal-fwied.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

F'testijiet in vitro, li jinkludu l-irbit mas-siti tar-riċetturi ta' l-insulina u l-effetti fuq ċelluli li qed jikbru, l-insulina lispro tixbaħ ħafna lill-insulina umana. Studji urew ukoll li l-inħall mill-irbit ta' l-insulina lispro mar-riċetturi ta' l-insulina , hija ekwivalenti ma' l-insulina umana. Studji fuq it-tossiċità akuta ta' tul ta' żmien ta' xahar u tnax-il xahar, ma wrewx skoperta sinifikanti ta' tossiċità.

L-insulina lispro ma kkaġunatx tnaqqis fil-fertilità, u anqas uriet embrijutossiċità jew teratoġeniċità fi studji fuq l-annimali.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta' eċċipjenti

Protamine sulphate m-cresol [2.20 mg/ml] Phenol [1.00 mg/ml] Glycerol

Dibasic sodium phosphate.7H2O Zinc oxide

Ilma għall-injezzjonijiet

Hydrochloric acid u sodium hydroxide jistgħu jintużaw biex jaġġustaw il-pH għal 7.0 - 7.8.

6.2Inkompatibbilitajiet

It-taħlit ta’ Liprolog Mix50 ma’ insulini oħra għadu ma ġiex studjat. Fl-assenza ta’ studji dwar kompatibilità, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħra.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Skartoċċ mhux użat

3 snin.

Wara li l-iskartoċċ ikun imdaħħal

28 ġurnata.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Skartoċċ mhux użat

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmlux fil-friża.. Tesponix għal sħana eċċessiva jew f'dawl dirett tax- xemx.

Wara li l-iskartoċċ ikun imdaħħal

Aħżen taħt 30°C. Tagħmlux fi friġġ. Il-pinna bl-iskartoċċ imdaħħal m’għandiex tinħażen bil-labra mwaħħla.

6.5 In-natura tal-kontenitur u ta' dak li hemm ġo fih u apparat speċjali għall-użu, għall- amministrazzjoni jew għall-impjant

Is-suspensjoni tiġi fi skrataċ tal-ħġieġ taż-żnied tat-tip I, siġillati b'diski tas-siġill u rjus tal-planġer ta’ butyl jew halobutyl u miżmuma f'posthom permezz ta' siġill ta' l-aluminju. Setgħu ntużaw emulsjoni ta’ dimethicone jew silicone biex jiġu trattati l-planġer ta’ l-iskartoċċ, u/jew l-iskartoċċ tal-ħġieġ.

Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

5 x 3 ml skrataċ ta’ Liprolog Mix50 għal pinna ta’ 3 ml.

2 x (5 x 3 ml) skrataċ ta’ Liprolog Mix50 għal pinna ta’ 3 ml.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Istruzzjonijiet għall-użu u mmaniġġar

Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull skartoċċ irid jintuża minn pazjent wieħed biss, anki jekk il-labra fuq l-apparat li jforni l-insulina tinbidel.

L-iskrataċ ta’ Liprolog Mix50 għandhom jintużaw b’pinna mmarkata CE kif rakkomandat fit-tagħrif provdut mill-manifattur ta’ l-istrument.

a)Preparazzjoni ta' doża

Skrataċ li fihom Liprolog Mix50 għandhom ikunu mdawra fil-pali ta' l-idejn għaxar darbiet u maqlubin 180o għaxar darbiet immedjatamnet qabel ma jintużaw sabiex tirrisospendi l-insulina sakemm tidher imċajpra jew qiesa ħalib uniformement. Jekk le, irrepeti din il-proċedura sakemm il- kontenut jitħallat. L-iskrataċ fihom żibġa żgħira tal-ħġieġ biex tassisti fit-taħlit. Tħawwadiex bis-saħħa għax hekk tista' toħloq ragħwa li tista tfixkel il-miżura eżatta tad-doża.

L-iskrataċ għandhom ikunu eżaminati ta' spiss u m'għandhomx jintużaw jekk hemm materjal miġbur jew jekk partiċelli iebsa u bojod jeħlu mal-qiegħ jew il-ġenb tal-kunjett, u jidher qiesu ġelu.

L-iskrataċ ta’ Liprolog Mix50 mhumiex iddisinjati biex tkun tista’ tħallat insulini oħra fl-iskartoċċ. L- iskrataċ mhumiex iddisinjati biex jerġgħu jintmlew.

Din li ġejja hija deskrizzjoni ġenerali. Għandek timxi skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur ma’ kull pinna biex timla l-iskartoċċ, twaħħal il-labra u tagħti l-injezzjoni ta’ l-insulina.

b)Injezzjoni ta' doża

1.Aħsel idejk.

2.Agħżel sit ta' l-injezzjoni.

3.Naddaf il-ġilda kif indikat.

4.Neħħi l-għatu ta’ barra tal-labra.

5.Stabbilizza l-ġilda billi tifrixa jew billi toqros parti kbira 'l fuq. Daħħal il-labra kif indikat.

6.Agħfas il-buttuna.

7.Iġbed il-labra 'l barra u għamel pressjoni ħafifa fuq is-sit ta' l-injezzjoni għal diversi sekondi.

Togħrokx is-sit.

8.Ħoll il-labra bill tagħmel użu ta’ l-għatu ta’ barra tal-labra u armiha bil-galbu.

9.Is-siti ta' l-injezzjoni għandhom jinbidlu sabiex l-istess sit ma jintużax aktar minn bejn wieħed u ieħor darba fix-xahar.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

8.NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/01/195/004

5 x 3 ml skrataċ ta’ Liprolog Mix50 għal pinna ta’ 3 ml.

EU/1/01/195/012

2 x (5 x 3ml) skrataċ ta’ Liprolog Mix50 għal pinna ta’ 3 ml.

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 1 ta’ Awwissu 2001

Data tal-aħħar tiġdid: 1 ta’ Awwissu 2006

10.DATA TA' REVIŻJONI TAT-TEST

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Liprolog Basal 100 unità/ml, suspensjoni għall-injezzjoni fi skartoċċ

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

2.1Deskrizzjoni ġenerali

Liprolog Basal huwa suspensjoni bajda u sterili.

2.2Għamla kwalitattiva u kwantitattiva

1 ml fih 100 unità (ekwivalenti għal 3.5 mg) t'insulina lispro (ta’ oriġini rikombinanti tad-DNA magħmul minn E.coli). Kull kontenitur jinkludi 3 ml ekwivalenti għal 300 unità t'insulina lispro.

Liprolog Basal tikkonsisti f’suspensjoni ta’ insulina lispro protamine.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Suspensjoni għall-injezzjoni.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Liprolog Basal huwa indikat għall-kura ta' pazjenti li għandhom id-dijabete mellitus li għandhom bżonn l-insulina għall-manteniment omeostatiku ta' livelli normali ta’ glukożju.

4.2Pożoloġija u metodu ta' kif għandu jingħata

Id-dożaġġ għandu jkun determinat mit-tabib, skond il-ħtieġa tal-pazjent.

Liprolog Basal jista' jitħallat ma’ jew jingħata ma’ Liprolog. Liprolog Basal għandu jingħata biss b'injezzjoni taħt il-ġilda. Liprolog Basal m’għandux jingħata ġol-vina taħt l-ebda ċirkostanzi.

L-għoti taħt il-ġilda għandu jsir fil-parti ta' fuq tad-driegħ, fil-koxxox, fil-warrani, jew fl-addome. L- użu tas-siti ta' l-injezzjoni għandhom jinbidlu sabiex l-istess sit ma jintużax aktar minn madwar darba f'xahar.

Meta jingħata taħt il-ġilda għandha tittieħed kawtela meta Liprolog ikun injettat biex jiġi aċċertat li wieħed ma daħalx f'vina jew arterja. Wara l-injezzjoni, is-sit ta' l-injezzjoni m'għandux ikun mmassaġġjat. Il-pazjenti għandhom ikunu mgħallma biex jużaw il-metodi xierqa ta' l-injezzjoni.

Liprolog Basal għandu profil ta’ l-attività simili ħafna għal dak ta’ insulina bażi (NPH) fuq perjodu ta’ bejn wieħed u ieħor 15-il siegħa. Iż-żmien ta' kemm iddum l-azzjoni ta' kwalunkwe insulina tista’ tvarja f’individwi differenti jew f’ħinijiet differenti fl-istess individwu. Bħall-preparazzjonijiet kollha ta’ l-insulina, kemm idum jaħdem Liprolog Basal jiddependi fuq id-doża, is-sit ta' l-injezzjoni, il- provvista tad-demm, it-temperatura u fuq l-attività fiżika.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għall-insulina lispro jew għal xi sustanzi mhux attivi.

Ipogliċemija.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Liprolog Basal m’għandux jingħata ġol-vina taħt l-ebda ċirkostanzi.

Il-bidla għal xi tip jew marka oħra ta' l-insulina f' pazjent għandu jsir taħt superviżjoni medika stretta.

Tibdiliet fil-qawwa, marka (manifattur), tip (regolari, NPH, lente, etc), l-ispeċi (annimal, bniedem, analogu ta' l-insulina tal-bniedem), u/jew il-metodu tal-manifattura (rikombinanti mid-DNA kontra l- insulina li tiġi mill-annimali) jistgħu jirriżultaw fi bżonn għal tibdil fid-dożaġġ.

Il-kundizzjonijiet li jistgħu jagħmlu s-sintomi ta' twissija tal-bidu ta’ ipogliċemija differenti jew jidhru anqas jinkludu d-dijabete għal żmien twil, it-terapija intensifikata bl-insulina, mard tan-nervituri fid- dijabete jew medikazzjonijiet bħal imblokkaturi tar-riċetturi beta..

Ftit pazjenti li kellhom reazzjonijiet ta’ ipogliċemija wara t-trasferiment minn insulina li tiġi mill- annimali għal insulina umana rrappurtaw li s-sintomi ta' twissija tal-bidu ta’ ipogliċemija kienu jidhru anqas jew kienu differenti minn dawk esperjenzati bl-insulina li kienu jużaw qabel. Reazzjonijiet mhux ikkoreġuti ta' ipogliċemja jew ipergliċemija jistgħu jikkawżaw telf mis-sensi, koma, jew mewt.

L-użu ta' dożaġġi li mhumiex adegwati jew it-twaqqif tal-kura, speċjalment f'dijabetiċi li jiddependu fuq l-insulina, jistgħu jwasslu għal ipergliċemija u l-ketoaċidożi dijabetika; kundizzjonijiet li jistgħu jikkaġunaw il-mewt.

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jonqsu meta jkun hemm indeboliment tal-kliewi. Il-ħtiġijiet ta' l- insulina jistgħu jitnaqqsu f'pazjenti b’indeboliment tal-fwied minħabba l-kapaċità mnaqqsa għal glukoneoġeneżi u metaboliżmu mnaqqas ta' l-insulina; madankollu, f'pazjenti b’indeboliment kroniku tal-fwied, żieda fir-reżistenza għall-insulina tista' twassal għall-ħtiġijiet miżjuda ta' l-insulina.

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jiżdiedu waqt mard jew disturbi emozzjonali.

Tista' ukoll tkun neċessarja varjazzjoni fid-doża jekk il-pazjenti jagħmlu aktar attività fiżika jew jekk ibiddlu d-dieta tagħhom tas-soltu. Eżerċizzju magħmul eżatt wara ikla jista' jżid ir-riskju ta’ ipogliċemija.

L-għoti ta’ l-insulina lispro lit-tfal taħt it-12-il sena għandha tiġi kkunsidrata biss f’każ li tistenna benefiċċju meta mqabbel ma’ l-insulina regolari.

It-teħid ta’ Liprolog Basal flimkien ma’ pioglitazone:

Ġew irrapportati każijiet ta’ insuffiċjenza kardijaka meta ġew użati fl-istess waqt pioglitazone u l- insulina, speċjalment f’dawk il-pazjenti li għandhom fatturi ta’ riskju għall-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Wieħed għandu jżomm dan f’moħħu jekk tiġi kkunsidrata l-kura fejn pioglitazone u Liprolog Basal jintużaw flimkien. Jekk jintużaw flimkien, il-pazjenti għandhom jiġu osservati għal sinjali u sintomi ta’ insuffiċjenza kardijaka, żieda fil-piż jew edima. Pioglitazone għandu jitwaqqaf jekk jiħżienu xi sintomi kardijaċi.

Instruzzjonijiet għall-użu u mmaniġġar

Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull skartoċċ irid jintuża minn pazjent wieħed biss, anki jekk il-labra fuq l-apparat li jforni l-insulina tinbidel.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jiżdiedu bi prodotti mediċinali li għandhom attività ipergliċemika, bħal ma huma l-kontraċettivi orali, il-kortikosterojdi, jew terapija bl-ormoni tat-tirojde, danazol, stimulanti beta2 (bħal ma huma ritodrine, salbutamol, terbutaline).

Il-ħtiġijiet għall-insulina jistgħu jonqsu fil-preżenza ta' sustanzi b'attività ipogliċemika, bħal ma huma l-mediċini ipogliċemiċi orali, salicylates (per eżempju, acetyl salicylic acid), antibijotiċi sulpha, ċerti antidipressanti, (inibituri ta’ monoamine oxidase, inibituri selettivi tal-assorbiment mill-ġdid ta’ serotonin), ċerti inibituri t'enżimi li jibdlu l-anġjotensina (captopril, enalapril), sustanzi li jimblukkaw ir-riċetturi anġjotensin II, l-imblokkaturi tar-riċetturi beta, octreotide jew l-alkoħol.

It-taħlit ta’ Liprolog Basal ma’ insulini oħra għadu ma ġiex studjat.

Għandu jkun ikkonsultat it-tabib meta jintużaw medikazzjonijiet oħra flimkien ma' Liprolog Basal (ara sezzjoni 4.4).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Data fuq numru kbir ta' każijiet tat-tqala esposti ma tindikax xi effetti avversi ta' l-insulina lispro fuq it-tqala jew fuq is-saħħa tal-fetu/it-tarbija tat-twelid.

Huwa essenzjali li jinżamm kontroll tajjeb tal-pazjenti kkurati bl-insulina (dawk li jiddependu fuq l- insulina jew id-dijabete ta' waqt it-tqala) matul it-tqala. Il-ħtiġijiet ta' l-insulina normalment jonqsu waqt l-ewwel tlett xhur u jiżdiedu waqt it-tieni u t-tielet tlett xhur. Pazjenti bid-dijabete għandhom jiġu avżati biex jinfurmaw lit-tabib tagħhom jekk huma tqal jew jekk qed jippjanaw li joħorġu tqal. Is- sorveljanza bir-reqqa tal-kontroll tal-glukożju, kif ukoll tas-saħħa ġenerali, huwa essenzjali f'pazjenti tqal li għandhom id-dijabete.

Pazjenti dijabetiċi li qed ireddgħu jistgħu jkollhom bżonn aġġustamenti fid-doża ta' l-insulina, fid- dieta, jew fit-tnejn li huma.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Il-ħila tal-pazjent biex jikkonċentra u jirreaġixxi tista' tkun affettwata bħala riżultat ta’ ipogliċemija.

Dan jista' jkun ta’ riskju f'sitwazzjonijiet fejn dawn l-abbiltajiet huma ta' importanza speċjali (eż is- sewqan ta' karozza jew it-tħaddim ta' magni).

Il-pazjenti għandhom jiġu avżati biex jieħdu l-prekawzjonijiet biex jevitaw ipogliċemija waqt is- sewqan, dan huwa speċjalment importanti f'dawk li għandhom is-sinjali ta' twissija ta' l-ipogliċemija mnaqqsa jew assenti jew jekk għandhom episodji ta' ipogliċemija frekwenti. Il-parir dwar is-sewqan għandu jkun ikkunsidrat f'dawn iċ-ċirkostanzi.

4.8Effetti mhux mixtieqa

L-ipogliċemija huwa l-aktar effett frekwenti mhux mixtieq tat-terapija bl-insulina li jista' jsofri minnu pazjent li għandu d-dijabete. Ipogliċemija severa tista' twassal għal telf mis-sensi, u f'każijiet estremi, il-mewt. Ma ġiet ippreżentata l-ebda frekwenza speċifika għall-ipogliċemija, peress li l-ipogliċemija hija riżultat kemm tad-doża ta’ l-insulina kif ukoll ta’ fatturi oħra eż. il-livell ta’ dieta u eżerċizzju ta’ pazjent.

L-allerġija lokali f'pazjenti hija komuni (1/100 sa <1/10). Jista’ jkun hemm ħmura, nefħa, u ħakk fis- sit ta' l-injezzjoni ta' l-insulina. Din il-kundizzjoni ssoltu tgħaddi fi ftit ġranet sa ftit ġimgħat. Fi ftit każijiet, din il-kundizzjoni tista' tkun relatata ma' fatturi li mhux dovuti għall-insulina nnifisha, bħal irritazzjonijiet bis-sustanza li tnaddaf il-ġilda jew metodi mhux tajba ta' l-injezzjoni. L-allerġija sistemika, li hi rari (1/10,000 sa <1/1,000), iżda li tista' tkun aktar serja, hija allerġija ġeneralizzata għall-insulina. Tista' tikkawża raxx mal-ġisem kollu, qtugħ ta' nifs, tħarħir, tnaqqis fil-pressjoni tad- demm, polz mgħaġġel, jew għaraq. Każijiet severi t'allerġija ġeneralizzata jistgħu jkunu ta' periklu għall-ħajja.

Il-lipodistrofija fis-sit ta' l-injezzjoni m’hijiex komuni (1/1,000 sa <1/100).

Bit-terapija tal-insulina ġew irrapportati każijiet ta’ edima b’mod partikulari jekk kien hemm kontroll metaboliku batut u dan tjieb permezz ta’ terapija intensiva ta’ insulina.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

L-insulini m'għandhomx definizzjoni ta' doża eċċessiva speċifika għax il-konċentrazzjonijiet tal- glukożju fis-serum huma riżultat ta' l-interazzjonijiet komplessi bejn il-livelli ta' l-insulina, id- disponibbiltà tal-glukożju u proċessi oħra metaboliċi. L-ipogliċemija tista' tiġri bħala riżultat t'attività eċċessiva ta' l-insulina relatata mat-teħid ta' l-ikel u l-ħela ta' enerġija.

L-ipogliċemija tista' tkun assoċjata ma' nuqqas t'attenzjoni, konfużjoni, palpitazzjonijiet, uġigħ ta' ras, għaraq u remettar.

Episodji ħfief ta' ipogliċemija jirrispondu għat-teħid orali ta' glukożju jew xi zokkor ieħor jew prodotti li fihom iz-zokkor.

Il-korrezzjoni ta' ipogliċemija moderatament severa tista' tinkiseb b'għoti tal-glucagon intramuskolari jew taħt il-ġilda, segwita minn karboidrat orali meta l-pazjent jirkupra biżżejjed. Pazjenti li ma jirrispondux għall-glucagon għandhom jingħataw suspensjoni tal-glukożju ġol-vina.

Jekk il-pazjent huwa f'koma, il-glucagon għandu jkun mogħti fil-muskolu jew taħt il-ġilda. Madankollu, it-taħlita liwida tal-glukożju għandha tingħata ġol-vina jekk il-glukagon mhux disponibbli jew jekk il-pazjent ma jirrispondix għall-glucagon. Il-pazjent għandu jingħata ikla eżatt kif jiġi lura f'sensieh.

It-teħid sostenut ta' karboidrati u l-osservazzjoni jistgħu jkunu neċessarji minħabba li ipogliċemija tista' terġa sseħħ wara li l-pazjent ikun jidher li rkupra klinikament.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Grupp farmakoterapewtiku: Analogu ta’ insulina umana li ddum taħdem għal ħin intermedju. Kodiċi

ATC: A10A C04.

L-attività primarja ta' l-insulina lispro hija li tirregola l-metaboliżmu ta’ glukożju.

Barra minn hekk, l-insulini għandhom ħafna effetti anaboliċi u anti-kataboliċi fuq diversi tessuti differenti. Fit-tessut tal-muskolu dan jinkludi ż-żieda fil-glycogen, aċidi grassi, il-formazzjoni tal- glycerol u l-proteini u l-ġbir ta' aċidu amminiku, fil-waqt li jkun hemm tnaqqis fit-tkissir tal-glycogen, il-glukoneoġenesi, il-ketoġenesi, it-tkissir tal-lipidi, il-kataboliżmu tal-proteini u l-produzzjoni ta' aċidu amminiku.

Liprolog Basal għandu profil ta’ l-attività simili ħafna għal dak ta’ insulina bażi (NPH) fuq perjodu ta’ bejn wieħed u ieħor 15-il siegħa.

Ir-rispons glukodinamiku għall-insulina lispro m'huwiex affettwat b’indeboliment fil-funzjoni tal- kliewi jew tal-fwied. Differenzi glukodinamiċi bejn l-insulina lispro u l-insulina umana li tinħall, kif

imkejla waqt proċedura fejn il-livell ta’ glukożju fid-demm inżamm kostanti, inżammu fuq firxa wiesa ta' funzjoni tal-kliewi.

L-insulina lispro uriet li hija ekwipotenti għal insulina umana fuq bażi molari imma l-effett tagħha huwa aktar rapidu u iqsar.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Liprolog Basal għandu profil ta’ assorbiment prolongata, u jikseb il-konċentrazzjoni massima ta’ insulina bejn wieħed u ieħor 6 siegħat wara d-doża. Meta tiġi kkunsidrata r-relevanza klinika ta' dawn il-kinetiċi, huwa aktar xieraq li jiġu eżaminati l-kurvi dwar l-użu ta’ glukożju.

L-insulina lispro żżomm aktar assorbiment rapidu meta mqabbla ma' insulina umana li tinħall f'pazjenti li għandhom indeboliment tal-kliewi. F'pazjenti bid-dijabete tat-Tip 2 fuq firxa wisa' ta' funzjoni tal-kliewi d-differenzi farmakokinetiċi bejn l-insulina lispro u l-insulina umana li tinħall kienu ġeneralment miżmuma, u urew li huma indipendenti mill-funzjoni tal-kliewi. L-insulina lispro

żżomm aktar assorbiment rapidu u eliminazzjoni rapida meta mqabbla ma' l-insulina umana li tinħall f'pazjenti li għandhom indeboliment tal-fwied.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

F'testijiet in vitro, li jinkludu l-irbit mas-siti tar-riċetturi ta' l-insulina u l-effetti fuq ċelluli li qed jikbru, l-insulina lispro tixbaħ ħafna lill-insulina umana. Studji urew ukoll li l-inħall mill-irbit ta' l-insulina lispro mar-riċetturi ta' l-insulina , hija ekwivalenti ma' l-insulina umana. Studji fuq it-tossiċità akuta ta' tul ta' żmien ta' xahar u tnax-il xahar, ma wrewx skoperta sinifikanti ta' tossiċità.

L-insulina lispro ma kkaġunatx tnaqqis fil-fertilità, u anqas uriet embrijutossiċità jew teratoġeniċità fi studji fuq l-annimali.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta' eċċipjenti

Protamine sulphate m-cresol [1.76 mg/ml] Phenol [0.80 mg/ml] Glycerol

Dibasic sodium phosphate.7H2O Zinc oxide

Ilma għall-injezzjonijiet

Hydrochloric acid u sodium hydroxide jistgħu jintużaw biex jaġġustaw il-pH għal 7.0 - 7.8.

6.2Inkompatibbilitajiet

It-taħlit ta’ Liprolog Basal ma’ insulini oħra għadu ma ġiex studjat. Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħra.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Skartoċċ mhux użat

2 sentejn.

Wara li l-iskartoċċ ikun imdaħħal

21 ġurnata.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Skartoċċ mhux użat

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmlux fil-friża.. Tesponix għal sħana eċċessiva jew f'dawl dirett tax- xemx.

Wara li l-iskartoċċ ikun imdaħħal

Aħżen taħt 30°C. Tagħmlux fi friġġ. Il-pinna bl-iskartoċċ imdaħħal m’għandiex tinħażen bil-labra mwaħħla.

6.5 In-natura tal-kontenitur u ta' dak li hemm ġo fih u apparat speċjali għall-użu, għall- amministrazzjoni jew għall-impjant

Is-suspensjoni tiġi fi skrataċ tal-ħġieġ taż-żnied tat-tip I, siġillati b'diski tas-siġill u rjus tal-planġer ta’ butyl jew halobutyl u miżmuma f'posthom permezz ta' siġill ta' l-aluminju. Setgħu ntużaw emulsjoni ta’ dimethicone jew silicone biex jiġu trattati l-planġer ta’ l-iskartoċċ, u/jew l-iskartoċċ tal-ħġieġ.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali

5 x 3 ml skrataċ ta’ Liprolog Basal għal pinna ta’ 3 ml.

2 x (5 x 3 ml) skrataċ ta’ Liprolog Basal għal pinna ta’ 3 ml.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li ghandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Istruzzjonijiet għall-użu u mmaniġġar

Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull skartoċċ irid jintuża minn pazjent wieħed biss, anki jekk il-labra fuq l-apparat li jforni l-insulina tinbidel.

L-iskrataċ ta’ Liprolog Basal għandhom jintużaw b’pinna mmarkata CE kif rakkomandat fit-tagħrif provdut mill-manifattur ta’ l-istrument.

a)Preparazzjoni ta' doża

Skrataċ li fihom Liprolog Basal għandhom ikunu mdawra fil-pali ta' l-idejn għaxar darbiet u maqlubin 180o għaxar darbiet immedjatament qabel ma jintużaw sabiex l-insulina terġa’ ssir suspensjoni u tidher imċajpra jew qiesa ħalib b’mod uniformi. Jekk le, irrepeti din il-proċedura sakemm il-kontenut jitħallat. L-iskrataċ fihom żibġa żgħira tal-ħġieġ biex tassisti fit-taħlit. Tħawwadiex bis-saħħa għax hekk tista' toħloq ragħwa li tista tfixkel il-miżura eżatta tad-doża.

L-iskrataċ għandhom ikunu eżaminati ta' spiss u m'għandhomx jintużaw jekk hemm materjal miġbur jew jekk partiċelli iebsa u bojod jeħlu mal-qiegħ jew mal-ġenb tal-kunjett, u jidher qiesu ġelu.

L-iskrataċ ta’ Liprolog Basal mhumiex iddisinjati biex tkun tista’ tħallat insulini oħra fl-iskartoċċ. L- iskrataċ mhumiex iddisinjati biex jerġgħu jintmlew.

Din li ġejja hija deskrizzjoni ġenerali. Għandek timxi skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur li hemm ma’ kull pinna biex timla l-iskartoċċ, twaħħal il-labra u tagħti l-injezzjoni ta’ l-insulina.

b)Injezzjoni ta' doża

1.Aħsel idejk.

2.Agħżel sit ta' l-injezzjoni.

3.Naddaf il-ġilda kif qalulek.

4.Neħħi l-għatu ta’ barra tal-labra.

5.Stabbilizza l-ġilda billi tifrixha jew billi toqros parti kbira 'l fuq. Daħħal il-labra kif indikat.

6.Agħfas il-buttuna.

7.Iġbed il-labra 'l barra u għamel pressjoni ħafifa fuq is-sit ta' l-injezzjoni għal diversi sekondi.

Togħrokx is-sit.

8.Bl-użu tal-għatu ta’ barra tal-labra, ħoll il-labra u armiha b’mod li ma tkunx ta’ periklu.

9.Is-siti ta' l-injezzjoni għandhom jinbidlu sabiex l-istess sit ma jintużax aktar minn bejn wieħed u ieħor darba fix-xahar.

c)Taħlit ta' insulini

Tħallatx l-insulina fil-kunjetti ma' l-insulina fl-iskrataċ. Ara sezzjoni 6.2.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

8.NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/01/195/022

5 x 3 ml skrataċ Liprolog Basal għal pinna ta’ 3ml

EU/1/01/195/023

2 x (5 x 3 ml) skrataċ ta’ Liprolog Basal għal pinna ta’ 3ml

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 1 ta’ Awwissu 2001

Data tal-aħħar tiġdid: 1 ta’ Awwissu 2006

10.DATA TA' REVIŻJONI TAT-TEST

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Liprolog KwikPen 100 unità/ml, soluzzjoni għall-injezzjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

2.1Deskrizzjoni ġenerali

Liprolog KwikPen huwa soluzzjoni akweja, sterili, ċara u bla kulur.

2.2Għamla kwalitattiva u kwantitattiva

1 ml fih 100 unità (ekwivalenti għal 3.5 mg) t'insulina lispro (ta’ oriġini rikombinanti tad-DNA magħmul minn E.coli). Kull kontenitur jinkludi 3 ml ekwivalenti għal 300 unità t'insulina lispro.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Għall-kura ta' adulti u tfal li għandhom id-dijabete mellitus li għandhom bżonn l-insulina għall- manteniment omeostatiku ta' livelli normali ta’ glukożju. Liprolog KwikPen huwa wkoll indikat għall- istabbilizzazzjoni fil-bidu tad-dijabete mellitus.

4.2Pożoloġija u metodu ta' kif għandu jingħata

Id-dożaġġ għandu jkun determinat mit-tabib, skond il-ħtieġa tal-pazjent.

Liprolog jista' jingħata ftit qabel l-ikliet. Meta neċessarju Liprolog jista' jingħata eżatt wara l-ikliet. Il- preparazzjonijiet ta' Liprolog għandhom jingħataw b'injezzjoni taħt il-ġilda jew b'pompa ta' l-infużjoni kontinwa taħt il-ġilda (ara sezzjoni 4.2) u jista', għalkemm mhux rakkomandat, jingħata ukoll b'injezzjoni ġol-muskoli. Jekk hemm bżonn, Liprolog jista' ukoll jingħata ġol-vina, per eżempju; għall- kontroll tal-livelli ta’ glukożju fid-demm waqt ketoaċidożi, mard akut jew waqt perijodi ta' waqt operazzjoni jew wara.

L-għoti taħt il-ġilda għandu jsir fil-parti ta' fuq tad-driegħ, fil-koxxox, fil-warrani, jew fl-addome. L- użu tas-siti ta' l-injezzjoni għandhom jinbidlu sabiex l-istess sit ma jintużax aktar minn madwar darba f'xahar.

Meta jingħata taħt il-ġilda għandha tittieħed kawtela meta Liprolog KwikPen ikun injettat biex jiġi aċċertat li wieħed ma daħalx f'vina jew arterja. Wara l-injezzjoni, is-sit ta' l-injezzjoni m'għandux ikun mmassaġġjat. Il-pazjenti għandhom ikunu mgħallma biex jużaw il-metodi xierqa ta' l-injezzjoni.

Liprolog KwikPen jaġixxi malajr u għandu żmien t'attività aktar qasira (2 sa 5 sigħat) meta jingħata taħt il-ġilda meta mqabbel ma' insulina regolari. Il-bidu mgħagġel ta’ l-attività tħalli l-injezzjoni ta' Liprolog (jew, fil-każ t'għoti b'infużjoni taħt il-ġilda kontinwa, bolus ta' Liprolog) biex tingħata viċin ħafna tal-ħin ta' l-ikel. It-tul taż-żmien ta’ kemm iddum taħdem kwalunkwe insulina jista' jvarja ħafna f'individwi differenti, jew f'ħinijiet differenti fl-istess individwu. Il-bidu aktar mgħaġġel ta' l-azzjoni mqabbel ma' insulina umana li tinħall tinżamm minkejja s-sit ta' l-injezzjoni. Bħal b'kull

preparazzjonijiet ta' l-insulina, iż-żmien ta' kemm iddum l-azzjoni ta' Liprolog KwikPen jiddependi fuq id-doża, is-sit ta' l-injezzjoni, il-provvista tad-demm, it-temperatura u fuq l-attività fiżika.

Liprolog jista' jintuża flimkien ma' insulina li ddum taħdem għal ħin itwal jew sustanzi sulphonylurea li jittieħdu mill-ħalq, fuq il-parir ta' tabib.

Użu ta' Liprolog ġo pompa ta' l-infużjoni ta' l-insulina:

Ċerti pompi ta' l-infużjoni ta' l-insulina mmarkati b’CE biss jistgħu jintużaw għall-infużjoni ta' l- insulina lispro. Qabel ma tinfuża l-insulina lispro, għandhom jiġu studjati l-istruzzjonijiet tal- manifatturi biex tkun żgur jekk il-pompa hijiex dik li għandek tuża jew le. Aqra u segwi l- istruzzjonijiet li jiġu mal-pompa ta' l-infużjoni. Uża l-kontenitur u l-kateter it-tajbin tal-pompa. Is-sett tal-infużjoni (tubi u kannula) għandu jinbidel skont l-istruzzjonijiet li hemm fl-informazzjoni dwar il- prodott mogħti mas-sett tal-infużjoni. Jekk ikun hemm episodju ta’ ipogliċemija, l-infużjoni għandha titwaqqaf sakemm jgħaddi l-episodju. Jekk jerġa' jiġri hekk jew jekk ikun hemm livelli ta’ glukożju fid-demm severament baxxi, għid lill-professjonista tal-kura tas-saħħa tiegħek u kkunsidra l-bżonn li tnaqqas jew twaqqaf l-infużjoni ta' l-insulina tiegħek. Ħsara tal-pompa jew ostaklu fis-set ta' l- infużjoni jista' jirriżulta f'żieda mgħaġġla fil-livelli ta’ glukożju. Jekk taħseb li hemm interruzzjoni fil-

ħruġ ta' l-insulina, segwi l-istruzzjonijiet fil-letteratura dwar il-prodott u jekk xieraq, għid lill- professionist tal-kura tas-saħħa tiegħek. Meta użat b'pompa tal-infużjoni ta' l-insulina, Liprolog m'għandux jitħallat ma' xi insulina oħra.

Għoti ta' insulina minn ġol-vini:

Injezzjoni ta' l-insulina lispro minn ġol-vini għandu jsir skond il-prattika klinika normali għall- injezzjonijiet minn ġol-vini, per eżempju bi bolus ġol-vina jew b'sistema ta' l-infużjoni. Huwa meħtieġ sorveljanza ta' spiss tal-livelli ta’ glukożju fid-demm.

Sistemi ta' l-infużjoni f'konċentrazzjonijiet minn 0.1 unità/ml sa 1.0 unità/ml ta' l-insulina lispro f'

0.9% sodium chloride jew 5% dextrose huma stabbli f'temperatura ambjentali ta' ġewwa għal 48 siegħa. Huwa rakkomandat li s-sistema tkun ipprajmata qabel ma tibda l-infużjoni lill-pazjent.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għall-insulina lispro jew għal xi sustanzi mhux attivi.

Ipogliċemija.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Il-bidla għal xi tip jew marka oħra ta' l-insulina f' pazjent għandu jsir taħt superviżjoni medika stretta.

Tibdiliet fil-qawwa, marka (manifattur), tip (regolari, NPH, lente, etc), l-ispeċi (annimal, bniedem, analogu ta' l-insulina tal-bniedem), u/jew il-metodu tal-manifattura (rikombinanti mid-DNA kontra l- insulina li tiġi mill-annimali) jistgħu jirriżultaw fi bżonn għal tibdil fid-dożaġġ. Fil-każ ta’ insulini li jaġixxu malajr, kull pazjent li qiegħed ukoll fuq insulina bażilari irid isib l-aħjar doża possibbli għaż- żewġ insulini biex il-livelli tal-glukożju jiġu kkontrollati matul il-gurnata kollha, speċjalment il- kontroll ta’ glukożju billejl/wara s-sawm.

Il-kundizzjonijiet li jistgħu jagħmlu s-sintomi ta' twissija tal-bidu ta’ ipogliċemija differenti jew jidhru anqas jinkludu d-dijabete għal żmien twil, it-terapija intensifikata bl-insulina, mard tan-nervituri fid- dijabete jew medikazzjonijiet bħal imblokkaturi tar-riċetturi beta..

Ftit pazjenti li kellhom reazzjonijiet ta’ ipogliċemija wara t-trasferiment minn insulina li tiġi mill- annimali għal insulina umana rrappurtaw li s-sintomi ta' twissija tal-bidu ta’ ipogliċemija kienu jidhru anqas jew kienu differenti minn dawk esperjenzati bl-insulina li kienu jużaw qabel. Reazzjonijiet mhux ikkoreġuti ta' ipogliċemija jew ta' ipergliċemija jistgħu jikkawżaw telf mis-sensi, koma, jew mewt.

L-użu ta' dożaġġi li mhumiex adegwati jew it-twaqqif tal-kura, speċjalment f'dijabetiċi li jiddependu fuq l-insulina, jistgħu jwasslu għal ipergliċemija u ketoaċidożi dijabetika; kundizzjonijiet li jistgħu jikkaġunaw il-mewt.

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jonqsu meta jkun hemm indeboliment tal-kliewi. Il-ħtiġijiet ta' l- insulina jistgħu jitnaqqsu f'pazjenti b’indeboliment tal-fwied minħabba l-kapaċità mnaqqsa għal glukoneoġeneżi u metaboliżmu mnaqqas ta' l-insulina; madankollu, f'pazjenti b’indeboliment kroniku tal-fwied, żieda fir-reżistenza għall-insulina tista' twassal għall-ħtiġijiet miżjuda ta' l-insulina.

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jiżdiedu waqt mard jew disturbi emozzjonali.

Tista' ukoll tkun neċessarja varjazzjoni fid-doża jekk il-pazjenti jagħmlu aktar attività fiżika jew jekk ibiddlu d-dieta tagħhom tas-soltu. Eżerċizzju magħmul eżatt wara ikla jista' jżid ir-riskju ta’ ipogliċemija. Konsegwenza tal-farmakodinamiċi ta' l-analogi t'insulina li taġixxi malajr hija li jekk ikun hemm ipogliċemija, tista' titfaċċa aktar kmieni wara injezzjoni meta mqabbla m' insulina umana li tinħall.

Liprolog għandu jintuża fit-tfal biss f'preferenza għall-insulina li tinħall meta l-azzjoni mgħaġġla t'insulina tista' tkun benefiċċjali. Per eżempju, it-teħid ta' l-injezzjoni viċin tal-ħin ta’ l-iklijiet.

It-teħid ta’ Liprolog flimkien ma’ pioglitazone:

Ġew irrapportati każijiet ta’ insuffiċjenza kardijaka meta ġew użati fl-istess waqt pioglitazone u l- insulina, speċjalment f’dawk il-pazjenti li għandhom fatturi ta’ riskju għall-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Wieħed għandu jżomm dan f’moħħu jekk tiġi kkunsidrata l-kura fejn pioglitazone u Liprolog jintużaw flimkien. Jekk jintużaw flimkien, il-pazjenti għandhom jiġu osservati għal sinjali u sintomi ta’ insuffiċjenza kardijaka, żieda fil-piż jew edima. Pioglitazone għandu jitwaqqaf jekk jiħżienu xi sintomi kardijaċi.

Istruzzjonijiet għall-użu u mmaniġġar

Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull pinna trid tintuża minn pazjent wieħed biss, anki jekk il-labra tinbidel.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jiżdiedu bi prodotti mediċinali li għandhom attività ipergliċemika, bħal ma huma l-kontraċettivi orali, il-kortikosterojdi, jew terapija bl-ormoni tat-tirojde, danazol, stimulanti beta2 (bħal ma huma ritodrine, salbutamol, terbutaline).

Il-ħtiġijiet għall-insulina jistgħu jonqsu fil-preżenza ta' prodotti mediċinali b'attività ipogliċemika, bħal ma huma l-mediċini ipogliċemiċi orali, salicylates (per eżempju, acetyl salicylic acid), antibijotiċi sulpha, ċerti antidipressanti, (inibituri ta’ monoamine oxidase, inibituri selettivi tal-assorbiment mill- ġdid ta’ serotonin), ċerti inibituri t'enżimi li jibdlu l-anġjotensina (captopril, enalapril), sustanzi li jimblukkaw ir-riċetturi anġjotensin II, l-imblokkaturi tar-riċetturi beta, octreotide jew l-alkoħol.

Għandu jkun ikkonsultat it-tabib meta jintużaw medikazzjonijiet oħra flimkien ma' Liprolog KwikPen (ara sezzjoni 4.4).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Data fuq numru kbir ta' każijiet tat-tqala esposti ma tindikax xi effetti avversi ta' l-insulina lispro fuq it-tqala jew fuq is-saħħa tal-fetu/it-tarbija tat-twelid.

Huwa essenzjali li jinżamm kontroll tajjeb tal-pazjenti kkurati bl-insulina (dawk li jiddependu fuq l- insulina jew id-dijabete ta' waqt it-tqala) matul it-tqala. Il-ħtiġijiet ta' l-insulina normalment jonqsu waqt l-ewwel tlett xhur u jiżdiedu waqt it-tieni u t-tielet tlett xhur. Pazjenti bid-dijabete għandhom jiġu avżati biex jinfurmaw lit-tabib tagħhom jekk huma tqal jew jekk qed jippjanaw li joħorġu tqal. Is- sorveljanza bir-reqqa tal-kontroll tal-glukożju, kif ukoll tas-saħħa ġenerali, huwa essenzjali f'pazjenti tqal li għandhom id-dijabete.

Pazjenti dijabetiċi li qed ireddgħu jistgħu jkollhom bżonn aġġustamenti fid-doża ta' l-insulina, fid- dieta, jew fit-tnejn li huma.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Il-ħila tal-pazjent biex jikkonċentra u jirreaġixxi tista' tkun affettwata bħala riżultat ta’ ipogliċemija.

Dan jista' jkun ta’ riskju f'sitwazzjonijiet fejn dawn l-abbiltajiet huma ta' importanza speċjali (eż is- sewqan ta' karozza jew it-tħaddim ta' magni).

Il-pazjenti għandhom jiġu avżati biex jieħdu l-prekawzjonijiet biex jevitaw ipogliċemija waqt is- sewqan, dan huwa speċjalment importanti f'dawk li għandhom is-sinjali ta' twissija ta' l-ipogliċemija mnaqqsa jew assenti jew jekk għandhom episodji ta' ipogliċemija frekwenti. Il-parir dwar is-sewqan għandu jkun ikkunsidrat f'dawn iċ-ċirkostanzi.

4.8Effetti mhux mixtieqa

L-ipogliċemija hija l-aktar effett frekwenti mhux mixtieq tat-terapija bl-insulina li jista' jsofri minnu pazjent li għandu d-dijabete. Ipogliċemija severa tista' twassal għal telf mis-sensi, u f'każijiet estremi, il-mewt. Ma ġiet ippreżentata l-ebda frekwenza speċifika għall-ipogliċemija, peress li l-ipogliċemija hija riżultat kemm tad-doża ta’ l-insulina kif ukoll ta’ fatturi oħra eż. il-livell ta’ dieta u eżerċizzju ta’ pazjent.

L-allerġija lokali f'pazjenti hija komuni (1/100 sa <1/10). Jista’ jkun hemm ħmura, nefħa, u ħakk fis- sit ta' l-injezzjoni ta' l-insulina. Din il-kundizzjoni ssoltu tgħaddi fi ftit ġranet sa ftit ġimgħat. Fi ftit każijiet, din il-kundizzjoni tista' tkun relatata ma' fatturi li mhux dovuti għall-insulina nnifisha, bħal irritazzjonijiet bis-sustanza li tnaddaf il-ġilda jew metodi mhux tajba ta' l-injezzjoni. L-allerġija sistemika, li hi rari (1/10,000 sa <1/1,000), iżda li tista' tkun aktar serja, hija allerġija ġeneralizzata għall-insulina. Tista' tikkawża raxx mal-ġisem kollu, qtugħ ta' nifs, tħarħir, tnaqqis fil-pressjoni tad- demm, polz mgħaġġel, jew għaraq. Każijiet severi t'allerġija ġeneralizzata jistgħu jkunu ta' periklu għall-ħajja.

Il-lipodistrofija fis-sit ta' l-injezzjoni m’hijiex komuni (1/1,000 sa <1/100).

Bit-terapija tal-insulina ġew irrapportati każijiet ta’ edima b’mod partikulari jekk kien hemm kontroll metaboliku batut u dan tjieb permezz ta’ terapija intensiva ta’ insulina.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

L-insulini m'għandhomx definizzjoni ta' doża eċċessiva speċifika għax il-konċentrazzjonijiet tal- glukożju fis-serum huma riżultat ta' l-interazzjonijiet komplessi bejn il-livelli ta' l-insulina, id- disponibbiltà tal-glukożju u proċessi oħra metaboliċi. L-ipogliċemija tista' tiġri bħala riżultat t'attività eċċessiva ta' l-insulina relatata mat-teħid ta' l-ikel u l-ħela ta' enerġija.

L-ipogliċemija tista' tkun assoċjata ma' nuqqas t'attenzjoni, konfużjoni, palpitazzjonijiet, uġigħ ta' ras, għaraq u remettar.

Episodji ħfief ta' ipogliċemija jirrispondu għat-teħid orali ta' glukożju jew xi zokkor ieħor jew prodotti li fihom iz-zokkor.

Il-korrezzjoni ta' ipogliċemija moderatament severa tista' tinkiseb b'għoti tal-glucagon intramuskolari jew taħt il-ġilda, segwita minn karboidrat orali meta l-pazjent jirkupra biżżejjed. Pazjenti li ma jirrispondux għall-glucagon għandhom jingħataw suspensjoni tal-glukożju ġol-vina.

Jekk il-pazjent huwa f'koma, il-glucagon għandu jkun mogħti fil-muskolu jew taħt il-ġilda. Madankollu, it-taħlita liwida tal-glukożju għandha tingħata ġol-vina jekk il-glukagon mhux disponibbli jew jekk il-pazjent ma jirrispondix għall-glucagon. Il-pazjent għandu jingħata ikla eżatt kif jiġi lura f'sensieh.

It-teħid sostenut ta' karboidrati u l-osservazzjoni jistgħu jkunu neċessarji minħabba li ipogliċemija tista' terġa sseħħ wara li l-pazjent ikun jidher li rkupra klinikament.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Grupp farmakoterapewtiku: Analogu ta' l-insulina umana li jaħdem malajr. Kodiċi ATC: A10A B04.

L-attività primarja ta' l-insulina lispro hija li tirregola l-metaboliżmu ta’ glukożju.

Barra minn hekk, l-insulini għandhom ħafna effetti anaboliċi u anti-kataboliċi fuq diversi tessuti differenti. Fit-tessut tal-muskolu dan jinkludi ż-żieda fil-glycogen, aċidi grassi, il-formazzjoni tal- glycerol u l-proteini u l-ġbir ta' aċidu amminiku, fil-waqt li jkun hemm tnaqqis fit-tkissir tal-glycogen, il-glukoneoġenesi, il-ketoġenesi, it-tkissir tal-lipidi, il-kataboliżmu tal-proteini u l-produzzjoni ta' aċidu amminiku.

L-insulina lispro għandha l-bidu ta’ l-azzjoni mgħaġġla (bejn wieħed u ieħor 15-il-minuta), għalhekk tista' tingħata aktar viċin t'ikla (bejn żero sa 15-il minuta mill-ikla) meta mqabbla ma' insulina regolari (30 sa 45 minuta qabel). L-insulina lispro taġixxi malajr u għandha attività aktar qasira (2 sa 5 sigħat) meta mqabbla ma' insulina regolari.

Provi kliniċi f'pazjenti bid-dijabete tat-tip 1 u tat-tip 2 urew tnaqqis fl-ipergliċemija ta' wara l-ikel bl- insulina lispro mqabbla ma' insulina umana li tinħall.

Bħal bil-preparazzjonijiet kollha ta' l-insulina, il-ħin ta' l-azzjoni ta' l-insulina lispro jista' jvarja f'individwi differenti jew f'ħinijiet differenti fl-istess individwu u jiddependi fuq id-doża, is-sit ta' l- injezzjoni, il-provvista tad-demm, it-temperatura u fuq l-attività fiżika. Il-profil tipiku ta' l-attività wara injezzjoni taħt il-ġilda huwa muri hawn taħt.

 

 

 

 

 

 

Insulina

 

 

 

 

 

 

Lispro

 

 

 

 

 

 

Humulin R

Attività

 

 

 

 

 

 

ipogliċemika

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħin (sigħat)

 

 

 

 

Id-dijagramma t'hawn fuq tirrifletti l-ammont relattiv ta’ glukożju maż-żmien meħtieġ biex iżżomm il- konċentrazzjonijiet kollha ta’ glukożju fid-demm ta' l-individwu viċin il-livelli ta' sawm u huwa indikatur ta' l-effett ta' dawn l-insulini fuq il-metaboliżmu ta’ glukożju maż-żmien.

Provi kliniċi saru fuq tfal (61 pazjent bejn 2 sa 11-il-sena) u tfal u adolexxenti (481 pazjenti minn 9 sa 19-il sena), fejn tqabblu l-insulina lispro ma' l-insulina umana li tinħall. Il-profil farmakodinamiku ta' l-insulina lispro fit-tfal huwa simili għal dak li deher fl-adulti.

Meta użat bil-pompi ta' l-infużjoni taħt il-ġilda, il-kura bl-insulina lispro wriet li tirriżulta f'livell ta' l- emoglobina glycosylated inqas imqabbel ma' l-insulina li tinħall. Fi studju double-blind u crossover, it-tnaqqis fil-livelli tal-emoglobina glycosylated wara 12-il ġimgħa, id-dożaġġ kien 0.37 punti fil-mija bl-insulina lispro, imqabbel ma' 0.03 punti fil-mija għall-insulina li tinħall (p=0.004).

F'pazjenti bid-dijabete tat-tip 2 fuq dożaġġ massimu tas-sustanzi sulphonyl urea, studji urew li ż-żieda ta' l-insulina lispro sinifikament naqqset HbA1c imqabbel mas-sulphonyl urea waħida. It-tnaqqis ta' HbA1c ikun ukoll mistenni bi prodotti ta' l-insulina oħra eż. insulini li jinħallu jew isophane.

Provi kliniċi f'pazjenti bid-dijabete tat-tip 1 u tat-tip 2 urew tnaqqis fin-numru t'episodji ta’ ipogliċemija matul il-lejl bl-insulina lispro mqabbel ma' insulina umana li tinħall. F'xi studji, it-tnaqqis ta' ipogliċemija ta' matul il-lejl kien assoċjat ma' żieda fl-episodji ta' ipogliċemija matul il-ġurnata.

Ir-rispons glukodinamiku għall-insulina lispro m'huwiex affettwat b’indeboliment fil-funzjoni tal- kliewi jew tal-fwied. Differenzi glukodinamiċi bejn l-insulina lispro u l-insulina umana li tinħall, kif imkejla waqt proċedura fejn il-livell ta’ glukożju fid-demm inżamm kostanti, inżammu fuq firxa wiesa ta' funzjoni tal-kliewi.

L-insulina lispro uriet li hija ekwipotenti għal insulina umana fuq bażi molari imma l-effett tagħha huwa aktar rapidu u iqsar.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-farmakokinetiċi ta' l-insulina lispro jirriflettu sustanza li hija assorbita rapidament, u jikseb l-ogħla livelli fid-demm minn 30 sa 70 minuta wara l-injezzjoni taħt il-ġilda. Meta tiġi kkunsidrata r-relevanza klinika ta' dawn il-kinetiċi, huwa aktar xieraq li jiġu eżaminati l-kurvi dwar l-użu ta’ glukożju (kif diskuss f'5.1).

L-insulina lispro żżomm aktar assorbiment rapidu meta mqabbla ma' insulina umana li tinħall f'pazjenti li għandhom indeboliment tal-kliewi. F'pazjenti bid-dijabete tat-Tip 2 fuq firxa wisa' ta' funzjoni tal-kliewi d-differenzi farmakokinetiċi bejn l-insulina lispro u l-insulina umana li tinħall kienu ġeneralment miżmuma, u urew li huma indipendenti mill-funzjoni tal-kliewi. L-insulina lispro żżomm aktar assorbiment rapidu u eliminazzjoni rapida meta mqabbla ma' l-insulina umana li tinħall f'pazjenti li għandhom indeboliment tal-fwied.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà tal-mediċina

F'testijiet in vitro, li jinkludu l-irbit mas-siti tar-riċetturi ta' l-insulina u l-effetti fuq ċelluli li qed jikbru, l-insulina lispro tixbaħ ħafna lill-insulina umana. Studji urew ukoll li l-inħall mill-irbit ta' l-insulina lispro mar-riċetturi ta' l-insulina , hija ekwivalenti ma' l-insulina umana. Studji fuq it-tossiċità akuta ta' tul ta' żmien ta' xahar u tnax-il xahar, ma wrewx skoperta sinifikanti ta' tossiċità.

L-insulina lispro ma kkaġunatx tnaqqis fil-fertilità, u anqas uriet embrijutossiċità jew teratoġeniċità fi studji fuq l-annimali.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta' eċċipjenti

m-cresol [3.15 mg/ml] Glycerol

Dibasic sodium phosphate.7H2O Zinc oxide

Ilma għall-injezzjonijiet

Hydrochloric acid u sodium hydroxide jistgħu jintużaw biex jaġġustaw il-pH għal 7.0 - 7.8.

6.2Inkompatibbilitajiet

Il-preparazzjonijiet ta' Liprolog m'għandhomx jitħalltu m' insulini magħmula minn manifatturi oħra jew ma' preparazzjonijiet t'insulina ta' l-annimali.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Pinen mimlijin għal-lest mhux użati

3 snin.

Wara l-ewwel użu

28 ġurnata.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Pinen mimlijin għal-lest mhux użati

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmilhomx fil-friża. Tesponix għal sħana eċċessiva jew f'dawl dirett tax-xemx.

Wara l-ewwel użu

Aħżen taħt 30°C. Tagħmilhomx fi friġġ. Il-pinna mimlija għal-lest m’għandiex tinħażen bil-labra mwaħħla.

6.5 In-natura tal-kontenitur u ta' dak li hemm ġo fih u apparat speċjali għall-użu, għall- amministrazzjoni jew għall-impjant

Is-soluzzjoni tiġi fi skrataċ tal-ħġieġ taż-żnied tat-tip I, siġillati b'diski tas-siġill u rjus tal-planġer ta’ butyl jew halobutyl u miżmuma f'posthom permezz ta' siġill ta' l-aluminju. Tista’ tintuża emulsjoni ta’ dimethicone jew silicone biex jiġu trattati l-planġer ta’ l-iskartoċċ, u/jew l-iskartoċċ tal-ħġieġ. L- iskrataċ ta’ 3 ml huma siġillati f’pinna li tintuża biex tinjetta biha u li tintrema wara l-użu u li. Il-labar m’humiex mogħtija.

Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

5 x 3ml Liprolog 100 unità/ml KwikPens

2 x (5 x 3 ml) Liprolog 100 unità/ml KwikPens

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Istruzzjonijiet għall-użu u mmaniġġar

Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull pinna trid tintuża minn pazjent wieħed biss, anki jekk il-labra tinbidel.

Eżamina s-soluzzjoni ta' Liprolog. Għandha tkun ċara u bla kulur. Tużax Liprolog jekk jidher imċajpar, magħqud, jew ftit ikkulurit jew jekk jidhru partiċelli solidi.

a)L-immaniġġar tal-pinna mimlija għal-lest

Qabel ma jintuża il-KwikPen, wieħed għandu jaqra sew il-manwal għall-użu li hemm fil-fuljett ta’ tagħrif. Il-KwikPen għandu jiġi użat skond kif rakkomandat fil-manwal għall-użu.

b)Taħlit ta' insulini

Tħallatx l-insulina fil-kunjetti ma' l-insulina fl-iskrataċ. Ara sezzjoni 6.2.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

8.NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/01/195/016

5 x 3 Liprolog 100 unità/ml KwikPen

EU/1/01/195/017

2 x (5 X 3 ml) Liprolog 100 unità/ml KwikPen

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 1 ta’ Awwissu 2001

Data tal-aħħar tiġdid: 1 ta’ Awwissu 2006

10.DATA TA' REVIŻJONI TAT-TEST

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Liprolog Mix25 100 unità/ml KwikPen, suspensjoni għall-injezzjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

2.1Deskrizzjoni ġenerali

Liprolog Mix25 huwa suspensjoni bajda u sterili.

2.2Għamla kwalitattiva u kwantitattiva

1 ml fih 100 unità (ekwivalenti għal 3.5 mg) t'insulina lispro (ta’ oriġini rikombinanti tad-DNA magħmul minn E.coli). Kull kontenitur jinkludi 3 ml ekwivalenti għal 300 unità t'insulina lispro.

Liprolog Mix25 tikkonsisti fi 25% insulina lispro u 75% suspensjoni ta’ insulina lispro protamine.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Suspensjoni għall-injezzjoni.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Liprolog Mix25 huwa indikat għall-kura ta' pazjenti li għandhom id-dijabete mellitus li għandhom bżonn l-insulina għall-manteniment omeostatiku ta' livelli normali ta’ glukożju.

4.2Pożoloġija u metodu ta' kif għandu jingħata

Id-dożaġġ għandu jkun determinat mit-tabib, skond il-ħtieġa tal-pazjent.

Liprolog Mix25 jista' jingħata ftit qabel l-ikliet. Meta neċessarju Liprolog Mix25 jista' jingħata eżatt wara l-ikliet. Liprolog Mix25 għandu jingħata biss b'injezzjoni taħt il-ġilda. Liprolog Mix25 m’għandux jingħata ġol-vina taħt l-ebda ċirkostanzi.

L-għoti taħt il-ġilda għandu jsir fil-parti ta' fuq tad-driegħ, fil-koxxox, fil-warrani, jew fl-addome. L- użu tas-siti ta' l-injezzjoni għandhom jinbidlu sabiex l-istess sit ma jintużax aktar minn madwar darba f'xahar.

Meta jingħata taħt il-ġilda għandha tittieħed kawtela meta Liprolog ikun injettat biex jiġi aċċertat li wieħed ma daħalx f'vina jew arterja. Wara l-injezzjoni, is-sit ta' l-injezzjoni m'għandux ikun mmassaġġjat. Il-pazjenti għandhom ikunu mgħallma biex jużaw il-metodi xierqa ta' l-injezzjoni.

Il-bidu mgħagġel u l-quċċata kmieni ta’ l-attività ta’ Liprolog huwa osservat wara l-għoti taħt il-ġilda ta’ Liprolog Mix25. Dan jippermetti li Liprolog Mix25 jingħata viċin ħafna tal-ħin ta' l-ikel. Iż-żmien kemm idum jaħdem il-komponent protamine tas-suspensjoni ta’ insulina lispro (Basal) ta’ Liprolog

Mix25 huwa simili għall-insulina bażi (NPH).

Iż-żmien ta' kemm iddum l-azzjoni ta' kwalunkwe insulina tista’ tvarja f’individwi differenti jew f’ħinijiet differenti fl-istess individwu. Bħall-preparazzjonijiet kollha ta’ l-insulina, kemm idum jaħdem Liprolog Mix25 jiddependi fuq id-doża, is-sit ta' l-injezzjoni, il-provvista tad-demm, it- temperatura u fuq l-attività fiżika.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għall-insulina lispro jew għal xi sustanzi mhux attivi.

Ipogliċemija.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Liprolog Mix25 m’għandux jingħata ġol-vina taħt l-ebda ċirkostanzi.

Il-bidla għal xi tip jew marka oħra ta' l-insulina f' pazjent għandu jsir taħt superviżjoni medika stretta.

Tibdiliet fil-qawwa, marka (manifattur), tip (regolari, NPH, lente, etc), l-ispeċi (annimal, bniedem, analogu ta' l-insulina tal-bniedem), u/jew il-metodu tal-manifattura (rikombinanti mid-DNA kontra l- insulina li tiġi mill-annimali) jistgħu jirriżultaw fi bżonn għal tibdil fid-dożaġġ.

Il-kundizzjonijiet li jistgħu jagħmlu s-sintomi ta' twissija tal-bidu ta’ ipogliċemija differenti jew jidhru anqas jinkludu d-dijabete għal żmien twil, it-terapija intensifikata bl-insulina, mard tan-nervituri fid- dijabete jew medikazzjonijiet bħal imblokkaturi tar-riċetturi beta.

Ftit pazjenti li kellhom reazzjonijiet ta’ ipogliċemija wara t-trasferiment minn insulina li tiġi mill- annimali għal insulina umana rrappurtaw li s-sintomi ta' twissija tal-bidu ta’ ipogliċemija kienu jidhru anqas jew kienu differenti minn dawk esperjenzati bl-insulina li kienu jużaw qabel. Reazzjonijiet mhux ikkoreġuti ta' ipogliċemija jew ta' ipergliċemija jistgħu jikkawżaw telf mis-sensi, koma, jew mewt.

L-użu ta' dożaġġi li mhumiex adegwati jew it-twaqqif tal-kura, speċjalment f'dijabetiċi li jiddependu fuq l-insulina, jistgħu jwasslu għal ipergliċemija u ketoaċidożi dijabetika; kundizzjonijiet li jistgħu jikkaġunaw il-mewt.

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jonqsu meta jkun hemm indeboliment tal-kliewi. Il-ħtiġijiet ta' l- insulina jistgħu jitnaqqsu f'pazjenti b’indeboliment tal-fwied minħabba l-kapaċità mnaqqsa għal glukoneoġeneżi u metaboliżmu mnaqqas ta' l-insulina; madankollu, f'pazjenti b’indeboliment kroniku tal-fwied, żieda fir-reżistenza għall-insulina tista' twassal għall-ħtiġijiet miżjuda ta' l-insulina.

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jiżdiedu waqt mard jew disturbi emozzjonali.

Tista' ukoll tkun neċessarja varjazzjoni fid-doża jekk il-pazjenti jagħmlu aktar attività fiżika jew jekk ibiddlu d-dieta tagħhom tas-soltu. Eżerċizzju magħmul eżatt wara ikla jista' jżid ir-riskju ta’ ipogliċemija.

L-għoti ta’ l-insulina lispro lit-tfal taħt it-12-il sena għandha tiġi kkunsidrata biss f’każ li tistenna benefiċċju meta mqabbel ma’ l-insulina regolari.

It-teħid ta’ Liprolog Mix25 flimkien ma’ pioglitazone:

Ġew irrapportati każijiet ta’ insuffiċjenza kardijaka meta ġew użati fl-istess waqt pioglitazone u l- insulina, speċjalment f’dawk il-pazjenti li għandhom fatturi ta’ riskju għall-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Wieħed għandu jżomm dan f’moħħu jekk tiġi kkunsidrata l-kura fejn pioglitazone u Liprolog Mix25 jintużaw flimkien. Jekk jintużaw flimkien, il-pazjenti għandhom jiġu osservati għal sinjali u sintomi ta’ insuffiċjenza kardijaka, żieda fil-piż jew edima. Pioglitazone għandu jitwaqqaf jekk jiħżienu xi sintomi kardijaċi.

Istruzzjonijiet għall-użu u mmaniġġar

Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull pinna trid tintuża minn pazjent wieħed biss, anki jekk il-labra tinbidel.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jiżdiedu bi prodotti mediċinali li għandhom attività ipergliċemika, bħal ma huma l-kontraċettivi orali, il-kortikosterojdi, jew terapija bl-ormoni tat-tirojde, danazol, stimulanti beta2 (bħal ma huma ritodrine, salbutamol, terbutaline).

Il-ħtiġijiet għall-insulina jistgħu jonqsu fil-preżenza ta' sustanzi b'attività ipogliċemika, bħal ma huma l-mediċini ipogliċemiċi orali, salicylates (per eżempju, acetyl salicylic acid), antibijotiċi sulpha, ċerti antidipressanti, (inibituri ta’ monoamine oxidase, inibituri selettivi tal-assorbiment mill-ġdid ta’ serotonin), ċerti inibituri t'enżimi li jibdlu l-anġjotensina (captopril, enalapril), sustanzi li jimblukkaw ir-riċetturi anġjotensin II, l-imblokkaturi tar-riċetturi beta, octreotide jew l-alkoħol.

It-taħlit ta’ Liprolog Mix25 ma’ insulini oħra għadu ma ġiex studjat.

Għandu jkun ikkonsultat it-tabib meta jintużaw medikazzjonijiet oħra flimkien ma' Liprolog Mix25 KwikPen (ara sezzjoni 4.4).

4.6Fertilità,tqala u treddigħ

Data fuq numru kbir ta' każijiet tat-tqala esposti ma tindikax xi effetti avversi ta' l-insulina lispro fuq it-tqala jew fuq is-saħħa tal-fetu/it-tarbija tat-twelid.

Huwa essenzjali li jinżamm kontroll tajjeb tal-pazjenti kkurati bl-insulina (dawk li jiddependu fuq l- insulina jew id-dijabete ta' waqt it-tqala) matul it-tqala. Il-ħtiġijiet ta' l-insulina normalment jonqsu waqt l-ewwel tlett xhur u jiżdiedu waqt it-tieni u t-tielet tlett xhur. Pazjenti bid-dijabete għandhom jiġu avżati biex jinfurmaw lit-tabib tagħhom jekk huma tqal jew jekk qed jippjanaw li joħorġu tqal. Is- sorveljanza bir-reqqa tal-kontroll tal-glukożju, kif ukoll tas-saħħa ġenerali, huwa essenzjali f'pazjenti tqal li għandhom id-dijabete.

Pazjenti dijabetiċi li qed ireddgħu jistgħu jkollhom bżonn aġġustamenti fid-doża ta' l-insulina, fid- dieta, jew fit-tnejn li huma.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Il-ħila tal-pazjent biex jikkonċentra u jirreaġixxi tista' tkun affettwata bħala riżultat ta’ ipogliċemija.

Dan jista' jkun ta’ riskju f'sitwazzjonijiet fejn dawn l-abbiltajiet huma ta' importanza speċjali (eż is- sewqan ta' karozza jew it-tħaddim ta' magni).

Il-pazjenti għandhom jiġu avżati biex jieħdu l-prekawzjonijiet biex jevitaw ipogliċemija waqt is- sewqan, dan huwa speċjalment importanti f'dawk li għandhom is-sinjali ta' twissija ta' l-ipogliċemija mnaqqsa jew assenti jew jekk għandhom episodji ta' ipogliċemija frekwenti. Il-parir dwar is-sewqan għandu jkun ikkunsidrat f'dawn iċ-ċirkostanzi.

4.8Effetti mhux mixtieqa

L-ipogliċemija hija l-aktar effett frekwenti mhux mixtieq tat-terapija bl-insulina li jista' jsofri minnu pazjent li għandu d-dijabete. Ipogliċemija severa tista' twassal għal telf mis-sensi, u f'każijiet estremi, il-mewt. Ma ġietx irrappurtata ebda frekwenza speċifika għall-ipogliċemija, peress li l-ipogliċemija hija riżultat kemm tad-doża ta’ l-insulina kif ukoll ta’ fatturi oħra eż. il-livell ta’ dieta u eżerċizzju ta’ pazjent.

L-allerġija lokali f'pazjenti hija komuni (1/100 sa <1/10). Jista’ jkun hemm ħmura, nefħa, u ħakk fis- sit ta' l-injezzjoni ta' l-insulina. Din il-kundizzjoni ssoltu tgħaddi fi ftit ġranet sa ftit ġimgħat. Fi ftit każijiet, din il-kundizzjoni tista' tkun relatata ma' fatturi li mhux dovuti għall-insulina nnifisha, bħal irritazzjonijiet bis-sustanza li tnaddaf il-ġilda jew metodi mhux tajba ta' l-injezzjoni. L-allerġija sistemika, li hi rari (1/10,000 sa <1/1,000), iżda li tista' tkun aktar serja, hija allerġija ġeneralizzata għall-insulina. Tista' tikkawża raxx mal-ġisem kollu, qtugħ ta' nifs, tħarħir, tnaqqis fil-pressjoni tad-

demm, polz mgħaġġel, jew għaraq. Każijiet severi t'allerġija ġeneralizzata jistgħu jkunu ta' periklu għall-ħajja.

Il-lipodistrofija fis-sit ta' l-injezzjoni m’hijiex komuni (1/1,000 sa <1/100).

Bit-terapija tal-insulina ġew irrapportati każijiet ta’ edima b’mod partikulari jekk kien hemm kontroll metaboliku batut u dan tjieb permezz ta’ terapija intensiva ta’ insulina.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

L-insulini m'għandhomx definizzjoni ta' doża eċċessiva speċifika għax il-konċentrazzjonijiet tal- glukożju fis-serum huma riżultat ta' l-interazzjonijiet komplessi bejn il-livelli ta' l-insulina, id- disponibbiltà tal-glukożju u proċessi oħra metaboliċi. L-ipogliċemija tista' tiġri bħala riżultat t'attività eċċessiva ta' l-insulina relatata mat-teħid ta' l-ikel u l-ħela ta' enerġija.

L-ipogliċemija tista' tkun assoċjata ma' nuqqas t'attenzjoni, konfużjoni, palpitazzjonijiet, uġigħ ta' ras, għaraq u remettar.

Episodji ħfief ta' ipogliċemija jirrispondu għat-teħid orali ta' glukożju jew xi zokkor ieħor jew prodotti li fihom iz-zokkor.

Il-korrezzjoni ta' ipogliċemija moderatament severa tista' tinkiseb b'għoti tal-glucagon intramuskolari jew taħt il-ġilda, segwita minn karboidrat orali meta l-pazjent jirkupra biżżejjed. Pazjenti li ma jirrispondux għall-glucagon għandhom jingħataw suspensjoni tal-glukożju ġol-vina.

Jekk il-pazjent huwa f'koma, il-glucagon għandu jkun mogħti fil-muskolu jew taħt il-ġilda. Madankollu, it-taħlita liwida tal-glukożju għandha tingħata ġol-vina jekk il-glukagon mhux disponibbli jew jekk il-pazjent ma jirrispondix għall-glucagon. Il-pazjent għandu jingħata ikla eżatt kif jiġi lura f'sensieh.

It-teħid sostenut ta' karboidrati u l-osservazzjoni jistgħu jkunu neċessarji minħabba li ipogliċemija tista' terġa seħħ wara li l-pazjent ikun jidher li rkupra klinikament.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Grupp farmakoterapewtiku:

Liprolog Mix25 huwa suspensjoni mħallta lesta li tikkonsisti f’insulina lispro (analogu ta’ l-insulina umana li jaġixxi malajr) u suspensjoni ta’ insulina lispro protamine (analogu tal-insulina umana li jaġixxi b’mod intermedju). Kodiċi ATC: A10A D04.

L-attività primarja ta' l-insulina lispro hija li tirregola l-metaboliżmu ta’ glukożju.

Barra minn hekk, l-insulini għandhom ħafna effetti anaboliċi u anti-kataboliċi fuq diversi tessuti differenti. Fit-tessut tal-muskolu dan jinkludi ż-żieda fil-glycogen, aċidi grassi, il-formazzjoni tal- glycerol u l-proteini u l-ġbir ta' aċidu amminiku, fil-waqt li jkun hemm tnaqqis fit-tkissir tal-glycogen, il-glukoneoġenesi, il-ketoġenesi, it-tkissir tal-lipidi, il-kataboliżmu tal-proteini u l-produzzjoni ta' aċidu amminiku.

L-insulina lispro għandha l-bidu ta’ l-azzjoni mgħaġġla (bejn wieħed u ieħor 15-il-minuta), għalhekk tista' tingħata aktar viċin t'ikla (bejn żero sa 15-il minuta mill-ikla) meta mqabbla ma' insulina regolari (30 sa 45 minuta qabel). Il-bidu mgħagġel u l-quċċata kmieni ta’ l-attività ta’ l-insulina lispro huwa osservat wara l-għoti taħt il-ġilda ta’ Liprolog Mix25. Liprolog Basal għandu profil ta’ l-attività simili

ħafna għal dak ta’ insulina bażi (NPH) fuq perjodu ta’ bejn wieħed u ieħor 15-il siegħa.

Provi kliniċi f'pazjenti bid-dijabete tat-tip 1 u tat-tip 2 urew tnaqqis fl-ipergliċemija ta' wara l-ikel b’Liprolog Mix25 mqabbla ma' taħlita 30/70 ta’ insulina umana. Fi studju klinikiu wieħed kien hemm żieda żgħira (0.38 mmol/l) fil-livelli ta’ glukożju fid-demm bil-lejl (3a.m.).

Fid-dijagramma ta’ hawn taħt hemm murija l-farmakodinamiċi ta’ Liprolog Mix25 u Liprolog Basal.

Attività ipogliċemika

Ħin, sigħat

Id-dijagramma t'hawn fuq tirrifletti l-ammont relattiv ta’ glukożju maż-żmien meħtieġ biex iżżomm il- konċentrazzjonijiet kollha ta’ glukożju fid-demm ta' l-individwu viċin il-livelli ta' sawm u huwa indikatur ta' l-effett ta' dawn l-insulini fuq il-metaboliżmu ta’ glukożju maż-żmien.

Ir-rispons glukodinamiku għall-insulina lispro m'huwiex affettwat b’indeboliment fil-funzjoni tal- kliewi jew tal-fwied. Differenzi glukodinamiċi bejn l-insulina lispro u l-insulina umana li tinħall, kif imkejla waqt proċedura fejn il-livell ta’ glukożju fid-demm inżamm kostanti, inżammu fuq firxa wiesa ta' funzjoni tal-kliewi.

L-insulina lispro uriet li hija ekwipotenti għal insulina umana fuq bażi molari imma l-effett tagħha huwa aktar rapidu u iqsar.

F’żewġ studji crossover tat-tip open label li damu 8 xhur, pazjenti bid-dijabete tat-tip 2 li jew kienu qegħdin jużaw l-insulina għall-ewwel darba jew kienu diġà jużaw waħda jew żewġ injezzjonijiet ta’ insulina, ingħataw 4 xhur kura b’Liprolog Mix25 (użat darbtejn kuljum ma’ metformin) u insulin glargine (użat darba kuljum ma’ metformin) f’sekwenza b’mod arbitrarju. Tagħrif dettaljat jista’ jinsab fit-tabella li ġejja.

 

Pazjenti li qatt ma ħadu

Pazjenti li diġà ħadu

 

insulina

insulina

 

n = 78

n = 97

Doża totali medja ta’ kuljum ta’ insulina

0.63 unitajiet/kg

0.42 unitajiet/kg

fl-aħħar stadju tal-proċess

 

 

Tnaqqis ta’ emoglobina A1c 1

1.30%

1.00 %

 

(medja fil-linja bażi = 8.7%)

(medja fil-linja bażi = 8.5%)

Tnaqqis fil-medja ta’ glukożju fid-demm

3.46 mM

2.48 mM

sagħtejn wara l-ikla ta’ filgħodu /

 

 

filgħaxija flimkien1

 

 

Tnaqqis fil-medja ta’ glukożju fid-demm

0.55 mM

0.65 mM

wara s-sawm1

 

 

Inċidenza ta’ ipogliċemija fl-aħħar stadju

25%

25%

tal-proċess

 

 

Żieda fil-piż tal-ġisem2

2.33 kg

0.96 kg

1mil-linja bażi sa tmiem il-kura b’Liprolog Mix25

2f’pazjenti li nqalbu b’mod arbitrarju fuq Liprolog Mix25 fl-ewwel perijodu ta’ crossover

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-farmakokinetiċi ta' l-insulina lispro jirriflettu sustanza li hija assorbita rapidament, u jikseb l-ogħla livelli fid-demm minn 30 sa 70 minuta wara l-injezzjoni taħt il-ġilda. Il-farmakokinetiċi tas- suspensjoni ta’ insulina lispro protamine huma konsistenti ma’ dawk ta’ insulina li taħdem għal ħin intermedju bħal ma’ hu NPH. Il-farmakokinetiċi ta’ Liprolog Mix25 jirreflettu l-propjetajiet farmakokinetiċi individwali taż-żewġ komponenti. Meta tiġi kkunsidrata r-relevanza klinika ta' dawn il-kinetiċi, huwa aktar xieraq li jiġu eżaminati l-kurvi dwar l-użu ta’ glukożju (kif diskuss f'5.1).

L-insulina lispro żżomm aktar assorbiment rapidu meta mqabbla ma' insulina umana li tinħall f'pazjenti li għandhom indeboliment tal-kliewi. F'pazjenti bid-dijabete tat-Tip 2 fuq firxa wisa' ta' funzjoni tal-kliewi d-differenzi farmakokinetiċi bejn l-insulina lispro u l-insulina umana li tinħall kienu ġeneralment miżmuma, u urew li huma indipendenti mill-funzjoni tal-kliewi. L-insulina lispro

żżomm aktar assorbiment rapidu u eliminazzjoni rapida meta mqabbla ma' l-insulina umana li tinħall f'pazjenti li għandhom indeboliment tal-fwied.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

F'testijiet in vitro, li jinkludu l-irbit mas-siti tar-riċetturi ta' l-insulina u l-effetti fuq ċelluli li qed jikbru, l-insulina lispro tixbaħ ħafna lill-insulina umana. Studji urew ukoll li l-inħall mill-irbit ta' l-insulina lispro mar-riċetturi ta' l-insulina , hija ekwivalenti ma' l-insulina umana. Studji fuq it-tossiċità akuta ta' tul ta' żmien ta' xahar u tnax-il xahar, ma wrewx skoperta sinifikanti ta' tossiċità.

L-insulina lispro ma kkaġunatx tnaqqis fil-fertilità, u anqas uriet embrijutossiċità jew teratoġeniċità fi studji fuq l-annimali.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta' eċċipjenti

Protamine sulphate m-cresol [1.76 mg/ml] Phenol [.080 mg/ml] Glycerol

Dibasic sodium phosphate.7H2O Zinc oxide

Ilma għall-injezzjonijiet

Hydrochloric acid u sodium hydroxide jistgħu jintużaw biex jaġġustaw il-pH għal 7.0 - 7.8.

6.2Inkompatibbilitajiet

It-taħlit ta’ Liprolog Mix25 ma’ insulini oħra għadu ma ġiex studjat. Fl-assenza ta’ studji dwar kompatibilità, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħra.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Pinen mimlijin għal-lest mhux użati

3 snin.

Wara l-ewwel użu

28 ġurnata.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Pinen mimlijin għal-lest mhux użati

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmilhomx fil-friża. Tesponix għal sħana eċċessiva jew f'dawl dirett tax-xemx.

Wara l-ewwel użu

Aħżen taħt 30°C. Tagħmilhomx fi friġġ. Il-pinna mimlija għal-lest m’għandiex tinħażen bil-labra mwaħħla.

6.5 In-natura tal-kontenitur u ta' dak li hemm ġo fih u apparat speċjali għall-użu, għall- amministrazzjoni jew għall-impjant

Is-suspensjoni tiġi fi skrataċ tal-ħġieġ taż-żnied tat-tip I, siġillati b'diski tas-siġill u rjus tal-planġer ta’ butyl jew halobutyl u miżmuma f'posthom permezz ta' siġill ta' l-aluminju. Tista’ tintuża emulsjoni ta’ dimethicone jew silicone biex jiġu trattati l-planġer ta’ l-iskartoċċ, u/jew l-iskartoċċ tal-ħġieġ. Li skrataċ ta’ 3 ml huma siġillati f’pinna li tintuża biex tinjetta biha u li tintrema wara l-użu u li tissejjaħ il-“KwikPen”. Il-labar m’humiex mogħtija.

Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

5 x 3ml Liprolog Mix25 100 unità/ml KwikPens

2 x (5 x 3 ml) Liprolog Mix25 100 unità/ml KwikPens

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Istruzzjonijiet għall-użu u mmaniġġar

Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull pinna trid tintuża minn pazjent wieħed biss, anki jekk il-labra tinbidel.

Il-KwikPen għandu jkun imdawwar fil-pali ta' l-idejn għaxar darbiet u maqlubin 180o għaxar darbiet immedjatamnet qabel ma jintużaw sabiex tirrisospendi l-insulina sakemm tidher imċajpra jew qiesa ħalib uniformement. Jekk le, irrepeti din il-proċedura sakemm il-kontenut jitħallat. L-iskrataċ fihom żibġa żgħira tal-ħġieġ biex tassisti fit-taħlit. Tħawwadiex bis-saħħa għax hekk tista' toħloq ragħwa li tista tfixkel il-miżura eżatta tad-doża.

L-iskrataċ għandhom ikunu eżaminati ta' spiss u m'għandhomx jintużaw jekk hemm materjal miġbur jew jekk partiċelli iebsa u bojod jeħlu mal-qiegħ jew il-ġenb tal-kunjett, u jidher qiesu ġelu.

L-immaniġġar tal-pinna mimlija għal-lest

Qabel ma jintuża il-KwikPen, wieħed għandu jaqra sew il-manwal għall-użu li hemm fil-fuljett ta’ tagħrif. Il-KwikPen għandu jiġi użat skond kif rakkomandat fil-manwal għall-użu.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

8.NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/01/195/018

5 x 3ml Liprolog Mix25 100 unità/ml KwikPens

EU/1/01/195/019

2 x (5 x 3 ml) Liprolog Mix25 100 unità/ml KwikPens

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 1 ta’ Awwissu 2001

Data tal-aħħar tiġdid: 1 ta’ Awwissu 2006

10.DATA TA' REVIŻJONI TAT-TEST

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Liprolog Mix50 100 unità/ml KwikPen, suspensjoni għall-injezzjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

2.1Deskrizzjoni ġenerali

Liprolog Mix50 huwa suspensjoni bajda u sterili.

2.2Għamla kwalitattiva u kwantitattiva

1 ml fih 100 unità (ekwivalenti għal 3.5 mg) t'insulina lispro (ta’ oriġini rikombinanti tad-DNA magħmul minn E.coli). Kull kontenitur jinkludi 3 ml ekwivalenti għal 300 unità t'insulina lispro.

Liprolog Mix50 tikkonsisti fi 50% insulina lispro u 50% suspensjoni ta’ insulina lispro protamine.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Suspensjoni għall-injezzjoni.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Liprolog Mix50 huwa indikat għall-kura ta' pazjenti li għandhom id-dijabete mellitus li għandhom bżonn l-insulina għall-manteniment omeostatiku ta' livelli normali ta’ glukożju.

4.2Pożoloġija u metodu ta' kif għandu jingħata

Id-dożaġġ għandu jkun determinat mit-tabib, skond il-ħtieġa tal-pazjent.

Liprolog Mix50 jista' jingħata ftit qabel l-ikliet. Meta neċessarju Liprolog Mix50 jista' jingħata eżatt wara l-ikliet. Liprolog Mix50 għandu jingħata biss b'injezzjoni taħt il-ġilda. Liprolog Mix50 m’għandux jingħata ġol-vina taħt l-ebda ċirkostanzi.

L-għoti taħt il-ġilda għandu jsir fil-parti ta' fuq tad-driegħ, fil-koxxox, fil-warrani, jew fl-addome. L- użu tas-siti ta' l-injezzjoni għandhom jinbidlu sabiex l-istess sit ma jintużax aktar minn madwar darba f'xahar.

Meta jingħata taħt il-ġilda għandha tittieħed kawtela meta Liprolog ikun injettat biex jiġi aċċertat li wieħed ma daħalx f'vina jew arterja. Wara l-injezzjoni, is-sit ta' l-injezzjoni m'għandux ikun mmassaġġjat. Il-pazjenti għandhom ikunu mgħallma biex jużaw il-metodi xierqa ta' l-injezzjoni.

Il-bidu mgħagġel u l-quċċata kmieni ta’ l-attività ta’ Liprolog huwa osservat wara l-għoti taħt il-ġilda ta’ Liprolog Mix50. Dan jippermetti li Liprolog Mix50 jingħata viċin ħafna tal-ħin ta' l-ikel. Iż-żmien kemm idum jaħdem il-komponent protamine tas-suspensjoni ta’ insulina lispro (Basal) ta’ Liprolog

Mix50 huwa simili għall-insulina bażi (NPH).

Iż-żmien ta' kemm iddum l-azzjoni ta' kwalunkwe insulina tista’ tvarja f’individwi differenti jew f’ħinijiet differenti fl-istess individwu. Bħall-preparazzjonijiet kollha ta’ l-insulina, kemm idum jaħdem Liprolog Mix50 jiddependi fuq id-doża, is-sit ta' l-injezzjoni, il-provvista tad-demm, it- temperatura u fuq l-attività fiżika.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għall-insulina lispro jew għal xi sustanzi mhux attivi.

Ipogliċemija.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Liprolog Mix50 m’għandux jingħata ġol-vina taħt l-ebda ċirkostanzi.

Il-bidla għal xi tip jew marka oħra ta' l-insulina f' pazjent għandu jsir taħt superviżjoni medika stretta.

Tibdiliet fil-qawwa, marka (manifattur), tip (regolari, NPH, lente, etc), l-ispeċi (annimal, bniedem, analogu ta' l-insulina tal-bniedem), u/jew il-metodu tal-manifattura (rikombinanti mid-DNA kontra l- insulina li tiġi mill-annimali) jistgħu jirriżultaw fi bżonn għal tibdil fid-dożaġġ.

Il-kundizzjonijiet li jistgħu jagħmlu s-sintomi ta' twissija tal-bidu ta’ ipogliċemija differenti jew jidhru anqas jinkludu d-dijabete għal żmien twil, it-terapija intensifikata bl-insulina, mard tan-nervituri fid- dijabete jew medikazzjonijiet bħal imblokkaturi tar-riċetturi beta..

Ftit pazjenti li kellhom reazzjonijiet ta’ ipogliċemija wara t-trasferiment minn insulina li tiġi mill- annimali għal insulina umana rrappurtaw li s-sintomi ta' twissija tal-bidu ta’ ipogliċemija kienu jidhru anqas jew kienu differenti minn dawk esperjenzati bl-insulina li kienu jużaw qabel. Reazzjonijiet mhux ikkoreġuti ta' ipogliċemija jew ta' ipergliċemija jistgħu jikkawżaw telf mis-sensi, koma, jew mewt.

L-użu ta' dożaġġi li mhumiex adegwati jew it-twaqqif tal-kura, speċjalment f'dijabetiċi li jiddependu fuq l-insulina, jistgħu jwasslu għal ipergliċemija u ketoaċidożi dijabetika; kundizzjonijiet li jistgħu jikkaġunaw il-mewt.

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jonqsu meta jkun hemm indeboliment tal-kliewi. Il-ħtiġijiet ta' l- insulina jistgħu jitnaqqsu f'pazjenti b’indeboliment tal-fwied minħabba l-kapaċità mnaqqsa għal glukoneoġeneżi u metaboliżmu mnaqqas ta' l-insulina; madankollu, f'pazjenti b’indeboliment kroniku tal-fwied, żieda fir-reżistenza għall-insulina tista' twassal għall-ħtiġijiet miżjuda ta' l-insulina.

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jiżdiedu waqt mard jew disturbi emozzjonali.

Tista' ukoll tkun neċessarja varjazzjoni fid-doża jekk il-pazjenti jagħmlu aktar attività fiżika jew jekk ibiddlu d-dieta tagħhom tas-soltu. Eżerċizzju magħmul eżatt wara ikla jista' jżid ir-riskju ta’ ipogliċemija.

L-għoti ta’ l-insulina lispro lit-tfal taħt it-12-il sena għandha tiġi kkunsidrata biss f’każ li tistenna benefiċċju meta mqabbel ma’ l-insulina regolari.

It-teħid ta’ Liprolog Mix50 flimkien ma’ pioglitazone:

Ġew irrapportati każijiet ta’ insuffiċjenza kardijaka meta ġew użati fl-istess waqt pioglitazone u l- insulina, speċjalment f’dawk il-pazjenti li għandhom fatturi ta’ riskju għall-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Wieħed għandu jżomm dan f’moħħu jekk tiġi kkunsidrata l-kura fejn pioglitazone u Liprolog Mix50 jintużaw flimkien. Jekk jintużaw flimkien, il-pazjenti għandhom jiġu osservati għal sinjali u sintomi ta’ insuffiċjenza kardijaka, żieda fil-piż jew edima. Pioglitazone għandu jitwaqqaf jekk jiħżienu xi sintomi kardijaċi.

Istruzzjonijiet għall-użu u mmaniġġar

Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull pinna trid tintuża minn pazjent wieħed biss, anki jekk il-labra tinbidel.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jiżdiedu bi prodotti mediċinali li għandhom attività ipergliċemika, bħal ma huma l-kontraċettivi orali, il-kortikosterojdi, jew terapija bl-ormoni tat-tirojde, danazol, stimulanti beta2 (bħal ma huma ritodrine, salbutamol, terbutaline).

Il-ħtiġijiet għall-insulina jistgħu jonqsu fil-preżenza ta' sustanzi b'attività ipogliċemika, bħal ma huma l-mediċini ipogliċemiċi orali, salicylates (per eżempju, acetyl salicylic acid), antibijotiċi sulpha, ċerti antidipressanti, (inibituri ta’ monoamine oxidase, inibituri selettivi tal-assorbiment mill-ġdid ta’ serotonin), ċerti inibituri t'enżimi li jibdlu l-anġjotensina (captopril, enalapril), sustanzi li jimblukkaw ir-riċetturi anġjotensin II, l-imblokkaturi tar-riċetturi beta, octreotide jew l-alkoħol.

It-taħlit ta’ Liprolog Mix50 ma’ insulini oħra għadu ma ġiex studjat.

Għandu jkun ikkonsultat it-tabib meta jintużaw medikazzjonijiet oħra flimkien ma' Liprolog Mix50 (ara sezzjoni 4.4).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Data fuq numru kbir ta' każijiet tat-tqala esposti ma tindikax xi effetti avversi ta' l-insulina lispro fuq it-tqala jew fuq is-saħħa tal-fetu/it-tarbija tat-twelid.

Huwa essenzjali li jinżamm kontroll tajjeb tal-pazjenti kkurati bl-insulina (dawk li jiddependu fuq l- insulina jew id-dijabete ta' waqt it-tqala) matul it-tqala. Il-ħtiġijiet ta' l-insulina normalment jonqsu waqt l-ewwel tlett xhur u jiżdiedu waqt it-tieni u t-tielet tlett xhur. Pazjenti bid-dijabete għandhom jiġu avżati biex jinfurmaw lit-tabib tagħhom jekk huma tqal jew jekk qed jippjanaw li joħorġu tqal. Is- sorveljanza bir-reqqa tal-kontroll ta’ glukożju, kif ukoll tas-saħħa ġenerali, huwa essenzjali f'pazjenti tqal li għandhom id-dijabete.

Pazjenti dijabetiċi li qed ireddgħu jistgħu jkollhom bżonn aġġustamenti fid-doża ta' l-insulina, fid- dieta, jew fit-tnejn li huma.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Il-ħila tal-pazjent biex jikkonċentra u jirreaġixxi tista' tkun affettwata bħala riżultat ta’ ipogliċemija.

Dan jista' jkun ta’ riskju f'sitwazzjonijiet fejn dawn l-abbiltajiet huma ta' importanza speċjali (eż is- sewqan ta' karozza jew it-tħaddim ta' magni).

Il-pazjenti għandhom jiġu avżati biex jieħdu l-prekawzjonijiet biex jevitaw ipogliċemija waqt is- sewqan, dan huwa speċjalment importanti f'dawk li għandhom is-sinjali ta' twissija ta' l-ipogliċemija mnaqqsa jew assenti jew jekk għandhom episodji ta' ipogliċemija frekwenti. Il-parir dwar is-sewqan għandu jkun ikkunsidrat f'dawn iċ-ċirkostanzi.

4.8Effetti mhux mixtieqa

L-ipogliċemija hija l-aktar effett frekwenti mhux mixtieq tat-terapija bl-insulina li jista' jsofri minnu pazjent li għandu d-dijabete. Ipogliċemija severa tista' twassal għal telf mis-sensi, u f'każijiet estremi, il-mewt. Ma ġiet ippreżentata l-ebda frekwenza speċifika għall-ipogliċemija, peress li l-ipogliċemija hija riżultat kemm tad-doża ta’ l-insulina kif ukoll ta’ fatturi oħra eż. il-livell ta’ dieta u eżerċizzju ta’ pazjent.

L-allerġija lokali f'pazjenti hija komuni (1/100 sa <1/10). Jista’ jkun hemm ħmura, nefħa, u ħakk fis- sit ta' l-injezzjoni ta' l-insulina. Din il-kundizzjoni ssoltu tgħaddi fi ftit ġranet sa ftit ġimgħat. Fi ftit każijiet, din il-kundizzjoni tista' tkun relatata ma' fatturi li mhux dovuti għall-insulina nnifisha, bħal irritazzjonijiet bis-sustanza li tnaddaf il-ġilda jew metodi mhux tajba ta' l-injezzjoni. L-allerġija sistemika, li hi rari (1/10,000 sa <1/1,000), iżda li tista' tkun aktar serja, hija allerġija ġeneralizzata għall-insulina. Tista' tikkawża raxx mal-ġisem kollu, qtugħ ta' nifs, tħarħir, tnaqqis fil-pressjoni tad-

demm, polz mgħaġġel, jew għaraq. Każijiet severi t'allerġija ġeneralizzata jistgħu jkunu ta' periklu għall-ħajja.

Il-lipodistrofija fis-sit ta' l-injezzjoni m’hijiex komuni (1/1,000 sa <1/100).

Bit-terapija tal-insulina ġew irrapportati każijiet ta’ edima b’mod partikulari jekk kien hemm kontroll metaboliku batut u dan tjieb permezz ta’ terapija intensiva ta’ insulina.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

L-insulini m'għandhomx definizzjoni ta' doża eċċessiva speċifika għax il-konċentrazzjonijiet tal- glukożju fis-serum huma riżultat ta' l-interazzjonijiet komplessi bejn il-livelli ta' l-insulina, id- disponibbiltà tal-glukożju u proċessi oħra metaboliċi. L-ipogliċemija tista' tiġri bħala riżultat t'attività eċċessiva ta' l-insulina relatata mat-teħid ta' l-ikel u l-ħela ta' enerġija.

L-ipogliċemija tista' tkun assoċjata ma' nuqqas t'attenzjoni, konfużjoni, palpitazzjonijiet, uġigħ ta' ras, għaraq u remettar.

Episodji ħfief ta' ipogliċemija jirrispondu għat-teħid orali ta' glukożju jew xi zokkor ieħor jew prodotti li fihom iz-zokkor.

Il-korrezzjoni ta' ipogliċemija moderatament severa tista' tinkiseb b'għoti tal-glucagon intramuskolari jew taħt il-ġilda, segwita minn karboidrat orali meta l-pazjent jirkupra biżżejjed. Pazjenti li ma jirrispondux għall-glucagon għandhom jingħataw soluzzjoni tal-glukożju ġol-vina.

Jekk il-pazjent huwa f'koma, il-glucagon għandu jkun mogħti fil-muskolu jew taħt il-ġilda. Madankollu, it-taħlita liwida tal-glukożju għandha tingħata ġol-vina jekk il-glukagon mhux disponibbli jew jekk il-pazjent ma jirrispondix għall-glucagon. Il-pazjent għandu jingħata ikla eżatt kif jiġi lura f'sensieh.

It-teħid sostenut ta' karboidrati u l-osservazzjoni jistgħu jkunu neċessarji minħabba li ipogliċemija tista' terġa sseħħ wara li l-pazjent ikun jidher li rkupra klinikament.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Grupp farmakoterapewtiku:

Liprolog Mix50 huwa suspensjoni mħallta lesta li tikkonsisti f’insulina lispro (analogu ta’ l-insulina umana li jaġixxi malajr) u suspensjoni ta’ insulina lispro protamine (analogu tal-insulina umana li jaġixxi b’mod intermedju). Kodiċi ATC: A10A D04.

L-attività primarja ta' l-insulina lispro hija li tirregola l-metaboliżmu ta’ glukożju.

Barra minn hekk, l-insulini għandhom ħafna effetti anaboliċi u anti-kataboliċi fuq diversi tessuti differenti. Fit-tessut tal-muskolu dan jinkludi ż-żieda fil-glycogen, aċidi grassi, il-formazzjoni tal- glycerol u l-proteini u l-ġbir ta' aċidu amminiku, fil-waqt li jkun hemm tnaqqis fit-tkissir tal-glycogen, il-glukoneoġenesi, il-ketoġenesi, it-tkissir tal-lipidi, il-kataboliżmu tal-proteini u l-produzzjoni ta' aċidu amminiku.

L-insulina lispro għandha l-bidu ta’ l-azzjoni mgħaġġla (bejn wieħed u ieħor 15-il-minuta), għalhekk tista' tingħata aktar viċin t'ikla (bejn żero sa 15-il minuta mill-ikla) meta mqabbla ma' insulina regolari (30 sa 45 minuta qabel). Il-bidu mgħagġel u l-quċċata kmieni ta’ l-attività ta’ l-insulina lispro huwa osservat wara l-għoti taħt il-ġilda ta’ Liprolog Mix50. Liprolog Basal għandu profil ta’ l-attività simili

ħafna għal dak ta’ insulina bażi (NPH) fuq perjodu ta’ bejn wieħed u ieħor 15-il siegħa. Fid- dijagramma ta’ hawn taħt hemm murija l-farmakodinamiċi ta’ Liprolog Mix50 u Liprolog Basal.

Liprolog Mix50

Liprolog Basal

Attività ipogliċemika

Ħin, sigħat

Id-dijagramma t'hawn fuq tirrifletti l-ammont relattiv ta’ glukożju maż-żmien meħtieġ biex iżżomm il- konċentrazzjonijiet kollha ta’ glukożju fid-demm ta' l-individwu viċin il-livelli ta' sawm u huwa indikatur ta' l-effett ta' dawn l-insulini fuq il-metaboliżmu ta’ glukożju maż-żmien.

Ir-rispons glukodinamiku għall-insulina lispro m'huwiex affettwat b’indeboliment fil-funzjoni tal- kliewi jew tal-fwied. Differenzi glukodinamiċi bejn l-insulina lispro u l-insulina umana li tinħall, kif imkejla waqt proċedura fejn il-livell ta’ glukożju fid-demm inżamm kostanti, inżammu fuq firxa wiesa ta' funzjoni tal-kliewi.

L-insulina lispro uriet li hija ekwipotenti għal insulina umana fuq bażi molari imma l-effett tagħha huwa aktar rapidu u iqsar.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-farmakokinetiċi ta' l-insulina lispro jirriflettu sustanza li hija assorbita rapidament, u jikseb l-ogħla livelli fid-demm minn 30 sa 70 minuta wara l-injezzjoni taħt il-ġilda. Il-farmakokinetiċi tas- suspensjoni ta’ insulina lispro protamine huma konsistenti ma’ dawk ta’ insulina li taħdem għal ħin intermedju bħal ma’ hu NPH. Il-farmakokinetiċi ta’ Liprolog Mix50 jirreflettu l-propjetajiet farmakokinetiċi individwali taż-żewġ komponenti. Meta tiġi kkunsidrata r-relevanza klinika ta' dawn il-kinetiċi, huwa aktar xieraq li jiġu eżaminati l-kurvi dwar l-użu ta’ glukożju (kif diskuss f'5.1).

L-insulina lispro żżomm aktar assorbiment rapidu meta mqabbla ma' insulina umana li tinħall f'pazjenti li għandhom indeboliment tal-kliewi. F'pazjenti bid-dijabete tat-Tip 2 fuq firxa wisa' ta' funzjoni tal-kliewi d-differenzi farmakokinetiċi bejn l-insulina lispro u l-insulina umana li tinħall kienu ġeneralment miżmuma, u urew li huma indipendenti mill-funzjoni tal-kliewi. L-insulina lispro żżomm aktar assorbiment rapidu u eliminazzjoni rapida meta mqabbla ma' l-insulina umana li tinħall f'pazjenti li għandhom indeboliment tal-fwied.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

F'testijiet in vitro, li jinkludu l-irbit mas-siti tar-riċetturi ta' l-insulina u l-effetti fuq ċelluli li qed jikbru, l-insulina lispro tixbaħ ħafna lill-insulina umana. Studji urew ukoll li l-inħall mill-irbit ta' l-insulina lispro mar-riċetturi ta' l-insulina , hija ekwivalenti ma' l-insulina umana. Studji fuq it-tossiċità akuta ta' tul ta' żmien ta' xahar u tnax-il xahar, ma wrewx skoperta sinifikanti ta' tossiċità.

L-insulina lispro ma kkaġunatx tnaqqis fil-fertilità, u anqas uriet embrijutossiċità jew teratoġeniċità fi studji fuq l-annimali.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta' eċċipjenti

Protamine sulphate m-cresol [2.20 mg/ml] Phenol [1.00 mg/ml] Glycerol

Dibasic sodium phosphate.7H2O Zinc oxide

Ilma għall-injezzjonijiet

Hydrochloric acid u sodium hydroxide jistgħu jintużaw biex jaġġustaw il-pH għal 7.0 - 7.8.

6.2Inkompatibbilitajiet

It-taħlit ta’ Liprolog Mix50 ma’ insulini oħra għadu ma ġiex studjat. Fl-assenza ta’ studji dwar kompatibilità, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħra.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Pinen mimlijin għal-lest mhux użati

3 snin.

Wara l-ewwel użu

28 ġurnata.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Pinen mimlijin għal-lest mhux użati

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmilhomx fil-friża. Tesponix għal sħana eċċessiva jew f'dawl dirett tax-xemx.

Wara l-ewwel użu

Aħżen taħt 30°C. Tagħmilhomx fi friġġ. Il-pinna mimlija għal-lest m’għandiex tinħażen bil-labra mwaħħla.

6.5 In-natura tal-kontenitur u ta' dak li hemm ġo fih u apparat speċjali għall-użu, għall- amministrazzjoni jew għall-impjant

Is-suspensjoni tiġi fi skrataċ tal-ħġieġ taż-żnied tat-tip I, siġillati b'diski tas-siġill u rjus tal-planġer ta’ butyl jew halobutyl u miżmuma f'posthom permezz ta' siġill ta' l-aluminju. Tista’ tintuża emulsjoni ta’ dimethicone jew silicone biex jiġu trattati l-planġer ta’ l-iskartoċċ, u/jew l-iskartoċċ tal-ħġieġ. L-

iskrataċ ta’ 3ml huma siġillati f’pinna li tintuża biex tinjetta biha u li tintrema wara l-użu u li tissejjaħ “KwikPen”. Il-labar mhumiex mogħtija.

Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

5 x 3ml Liprolog Mix50 100 unità/ml KwikPens

2 x (5 x 3 ml) Liprolog Mix50 100 unità/ml KwikPens

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Istruzzjonijiet għall-użu u mmaniġġar

Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull pinna trid tintuża minn pazjent wieħed biss, anki jekk il-labra tinbidel.

Il-KwikPen għandha tkun imdawra fil-pali ta' l-idejn għaxar darbiet u maqlubin 180o għaxar darbiet immedjatament qabel ma jintużaw sabiex tirrisospendi l-insulina sakemm tidher imċajpra jew qiesa ħalib uniformement. Jekk le, irrepeti din il-proċedura sakemm il-kontenut jitħallat. L-iskrataċ fihom żibġa żgħira tal-ħġieġ biex tassisti fit-taħlit. Tħawwadiex bis-saħħa għax hekk tista' toħloq ragħwa li tista tfixkel il-miżura eżatta tad-doża.

L-iskrataċ għandhom ikunu eżaminati ta' spiss u m'għandhomx jintużaw jekk hemm materjal miġbur jew jekk partiċelli iebsa u bojod jeħlu mal-qiegħ jew il-ġenb tal-kunjett, u jidher qiesu ġelu.

L-immaniġġar tal-pinna mimlija għal-lest

Qabel ma jintuża il-KwikPen, wieħed għandu jaqra sew il-manwal għall-użu li hemm fil-fuljett ta’ tagħrif. Il-KwikPen għandu jiġi użat skond kif rakkomandat fil-manwal għall-użu.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

8.NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/01/195/020

5 x 3ml Liprolog Mix50 100 unità/ml KwikPens

EU/1/01/195/021

2 x (5 x 3 ml) Pinen Liprolog Mix50 100 unità/ml KwikPens

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 1 ta’ Awwissu 2001

Data tal-aħħar tiġdid: 1 ta’ Awwissu 2006

10.DATA TA' REVIŻJONI TAT-TEST

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Liprolog Basal 100 unità/ml KwikPen, suspensjoni għall-injezzjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

2.1Deskrizzjoni ġenerali

Liprolog Basal huwa suspensjoni bajda u sterili.

2.2Għamla kwalitattiva u kwantitattiva

1 ml fih 100 unità (ekwivalenti għal 3.5 mg) t'insulina lispro (ta’ oriġini rikombinanti tad-DNA magħmul minn E.coli). Kull kontenitur jinkludi 3 ml ekwivalenti għal 300 unità t'insulina lispro.

Liprolog Basal tikkonsisti f’suspensjoni ta’ insulina lispro protamine.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Suspensjoni għall-injezzjoni.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Liprolog Basal huwa indikat għall-kura ta' pazjenti li għandhom id-dijabete mellitus li għandhom bżonn l-insulina għall-manteniment omeostatiku ta' livelli normali ta’ glukożju.

4.2Pożoloġija u metodu ta' kif għandu jingħata

Id-dożaġġ għandu jkun determinat mit-tabib, skond il-ħtieġa tal-pazjent.

Liprolog Basal jista’ jew jitħallat ma’ Liprolog jew jingħata flimkien ma’ Liprolog. Liprolog Basal għandu jingħata biss b'injezzjoni taħt il-ġilda. Liprolog Basal m’għandux jingħata ġol-vina taħt l-ebda ċirkostanzi.

L-għoti taħt il-ġilda għandu jsir fil-parti ta' fuq tad-driegħ, fil-koxxox, fil-warrani, jew fl-addome. L- użu tas-siti ta' l-injezzjoni għandhom jinbidlu sabiex l-istess sit ma jintużax aktar minn madwar darba f'xahar.

Meta jingħata taħt il-ġilda għandha tittieħed kawtela meta Liprolog ikun injettat biex jiġi aċċertat li wieħed ma daħalx f'vina jew arterja. Wara l-injezzjoni, is-sit ta' l-injezzjoni m'għandux ikun mmassaġġjat. Il-pazjenti għandhom ikunu mgħallma biex jużaw il-metodi xierqa ta' l-injezzjoni.

Liprolog Basal għandu profil ta’ l-attività simili ħafna għal dak ta’ insulina bażi (NPH) fuq perjodu ta’ bejn wieħed u ieħor 15-il siegħa. Iż-żmien ta' kemm iddum l-azzjoni ta' kwalunkwe insulina tista’ tvarja f’individwi differenti jew f’ħinijiet differenti fl-istess individwu. Bħall-preparazzjonijiet kollha ta’ l-insulina, kemm idum jaħdem Liprolog Basal jiddependi fuq id-doża, is-sit ta' l-injezzjoni, il- provvista tad-demm, it-temperatura u fuq l-attività fiżika.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għall-insulina lispro jew għal xi sustanzi mhux attivi.

Ipogliċemija.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Liprolog Basal m’għandux jingħata ġol-vina taħt l-ebda ċirkostanzi.

Il-bidla għal xi tip jew marka oħra ta' l-insulina f' pazjent għandu jsir taħt superviżjoni medika stretta.

Tibdiliet fil-qawwa, marka (manifattur), tip (regolari, NPH, lente, etc), l-ispeċi (annimal, bniedem, analogu ta' l-insulina tal-bniedem), u/jew il-metodu tal-manifattura (rikombinanti mid-DNA kontra l- insulina li tiġi mill-annimali) jistgħu jirriżultaw fi bżonn għal tibdil fid-dożaġġ.

Il-kundizzjonijiet li jistgħu jagħmlu s-sintomi ta' twissija tal-bidu ta’ ipogliċemija differenti jew jidhru anqas jinkludu d-dijabete għal żmien twil, it-terapija intensifikata bl-insulina, mard tan-nervituri fid- dijabete jew medikazzjonijiet bħal imblokkaturi tar-riċetturi beta..

Ftit pazjenti li kellhom reazzjonijiet ta’ ipogliċemija wara t-trasferiment minn insulina li tiġi mill- annimali għal insulina umana rrappurtaw li s-sintomi ta' twissija tal-bidu ta’ ipogliċemija kienu jidhru anqas jew kienu differenti minn dawk esperjenzati bl-insulina li kienu jużaw qabel. Reazzjonijiet mhux ikkoreġuti ta' ipogliċemija jew ipergliċemija jistgħu jikkawżaw telf mis-sensi, koma, jew mewt.

L-użu ta' dożaġġi li mhumiex adegwati jew it-twaqqif tal-kura, speċjalment f'dijabetiċi li jiddependu fuq l-insulina, jistgħu jwasslu għal ipergliċemija u ketoaċidożi dijabetika; kundizzjonijiet li jistgħu jikkaġunaw il-mewt.

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jonqsu meta jkun hemm indeboliment tal-kliewi. Il-ħtiġijiet ta' l- insulina jistgħu jitnaqqsu f'pazjenti b’indeboliment tal-fwied minħabba l-kapaċità mnaqqsa għal glukoneoġeneżi u metaboliżmu mnaqqas ta' l-insulina; madankollu, f'pazjenti b’indeboliment kroniku tal-fwied, żieda fir-reżistenza għall-insulina tista' twassal għall-ħtiġijiet miżjuda ta' l-insulina.

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jiżdiedu waqt mard jew disturbi emozzjonali.

Tista' ukoll tkun neċessarja varjazzjoni fid-doża jekk il-pazjenti jagħmlu aktar attività fiżika jew jekk ibiddlu d-dieta tagħhom tas-soltu. Eżerċizzju magħmul eżatt wara ikla jista' jżid ir-riskju ta’ ipogliċemija.

L-għoti ta’ l-insulina lispro lit-tfal taħt it-12-il sena għandha tiġi kkunsidrata biss f’każ li tistenna benefiċċju meta mqabbel ma’ l-insulina regolari.

It-teħid ta’ Liprolog Basal flimkien ma’ pioglitazone:

Ġew irrapportati każijiet ta’ insuffiċjenza kardijaka meta ġew użati fl-istess waqt pioglitazone u l- insulina, speċjalment f’dawk il-pazjenti li għandhom fatturi ta’ riskju għall-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Wieħed għandu jżomm dan f’moħħu jekk tiġi kkunsidrata l-kura fejn pioglitazone u Liprolog Basal jintużaw flimkien. Jekk jintużaw flimkien, il-pazjenti għandhom jiġu osservati għal sinjali u sintomi ta’ insuffiċjenza kardijaka, żieda fil-piż jew edima. Pioglitazone għandu jitwaqqaf jekk jiħżienu xi sintomi kardijaċi.

Istruzzjonijiet għall-użu u mmaniġġar

Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull pinna trid tintuża minn pazjent wieħed biss, anki jekk il-labra tinbidel.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jiżdiedu b’sustanzi li għandhom attività ipergliċemika, bħal ma huma l- kontraċettivi orali, il-kortikosterojdi, jew terapija bl-ormoni tat-tirojde, danazol, stimulanti beta2 (bħal ma huma ritodrine, salbutamol, terbutaline).

Il-ħtiġijiet għall-insulina jistgħu jonqsu fil-preżenza ta' sustanzi b'attività ipogliċemika, bħal ma huma l-mediċini ipogliċemiċi orali, salicylates (per eżempju, acetyl salicylic acid), antibijotiċi sulpha, ċerti antidipressanti, (inibituri ta’ monoamine oxidase, inibituri selettivi tal-assorbiment mill-ġdid ta’ serotonin), ċerti inibituri t'enżimi li jibdlu l-anġjotensina (captopril, enalapril), sustanzi li jimblukkaw ir-riċetturi anġjotensin II, l-imblokkaturi tar-riċetturi beta, octreotide jew l-alkoħol.

It-taħlit ta’ Liprolog Basal ma’ insulini oħra ħlief Liprolog għadu ma ġiex studjat.

Għandu jkun ikkonsultat it-tabib meta jintużaw medikazzjonijiet oħra flimkien ma' Liprolog Basal 100 unità/ml KwikPen (ara sezzjoni 4.4).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Data fuq numru kbir ta' każijiet tat-tqala esposti ma tindikax xi effetti avversi ta' l-insulina lispro fuq it-tqala jew fuq is-saħħa tal-fetu/it-tarbija tat-twelid.

Huwa essenzjali li jinżamm kontroll tajjeb tal-pazjenti kkurati bl-insulina (dawk li jiddependu fuq l- insulina jew id-dijabete ta' waqt it-tqala) matul it-tqala. Il-ħtiġijiet ta' l-insulina normalment jonqsu waqt l-ewwel tlett xhur u jiżdiedu waqt it-tieni u t-tielet tlett xhur. Pazjenti bid-dijabete għandhom jiġu avżati biex jinfurmaw lit-tabib tagħhom jekk huma tqal jew jekk qed jippjanaw li joħorġu tqal. Is- sorveljanza bir-reqqa tal-kontroll ta’ glukożju, kif ukoll tas-saħħa ġenerali, huwa essenzjali f'pazjenti tqal li għandhom id-dijabete.

Pazjenti dijabetiċi li qed ireddgħu jistgħu jkollhom bżonn aġġustamenti fid-doża ta' l-insulina, fid- dieta, jew fit-tnejn li huma.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Il-ħila tal-pazjent biex jikkonċentra u jirreaġixxi tista' tkun affettwata bħala riżultat ta’ ipogliċemija.

Dan jista' jkun ta’ riskju f'sitwazzjonijiet fejn dawn l-abbiltajiet huma ta' importanza speċjali (eż is- sewqan ta' karozza jew it-tħaddim ta' magni).

Il-pazjenti għandhom jiġu avżati biex jieħdu l-prekawzjonijiet biex jevitaw ipogliċemija waqt is- sewqan, dan huwa speċjalment importanti f'dawk li għandhom is-sinjali ta' twissija ta' l-ipogliċemija mnaqqsa jew assenti jew jekk għandhom episodji ta' ipogliċemija frekwenti. Il-parir dwar is-sewqan għandu jkun ikkunsidrat f'dawn iċ-ċirkostanzi.

4.8Effetti mhux mixtieqa

L-ipogliċemija hija l-aktar effett frekwenti mhux mixtieq tat-terapija bl-insulina li jista' jsofri minnu pazjent li għandu d-dijabete. Ipogliċemija severa tista' twassal għal telf mis-sensi, u f'każijiet estremi, il-mewt. Ma ġiet ippreżentata l-ebda frekwenza speċifika għall-ipogliċemija, peress li l-ipogliċemija hija riżultat kemm tad-doża ta’ l-insulina kif ukoll ta’ fatturi oħra eż. il-livell ta’ dieta u eżerċizzju ta’ pazjent.

L-allerġija lokali f'pazjenti hija komuni (1/100 sa <1/10). Jista’ jkun hemm ħmura, nefħa, u ħakk fis- sit ta' l-injezzjoni ta' l-insulina. Din il-kundizzjoni ssoltu tgħaddi fi ftit ġranet sa ftit ġimgħat. Fi ftit każijiet, din il-kundizzjoni tista' tkun relatata ma' fatturi li mhux dovuti għall-insulina nnifisha, bħal irritazzjonijiet bis-sustanza li tnaddaf il-ġilda jew metodi mhux tajba ta' l-injezzjoni. L-allerġija sistemika, li hi rari (1/10,000 sa <1/1,000), iżda li tista' tkun aktar serja, hija allerġija ġeneralizzata għall-insulina. Tista' tikkawża raxx mal-ġisem kollu, qtugħ ta' nifs, tħarħir, tnaqqis fil-pressjoni tad-

demm, polz mgħaġġel, jew għaraq. Każijiet severi t'allerġija ġeneralizzata jistgħu jkunu ta' periklu għall-ħajja.

Il-lipodistrofija fis-sit ta' l-injezzjoni m’hijiex komuni (1/1,000 sa <1/100).

Bit-terapija tal-insulina ġew irrapportati każijiet ta’ edima b’mod partikulari jekk kien hemm kontroll metaboliku batut u dan tjieb permezz ta’ terapija intensiva ta’ insulina.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

L-insulini m'għandhomx definizzjoni ta' doża eċċessiva speċifika għax il-konċentrazzjonijiet tal- glukożju fis-serum huma riżultat ta' l-interazzjonijiet komplessi bejn il-livelli ta' l-insulina, id- disponibbiltà tal-glukożju u proċessi oħra metaboliċi. Ipogliċemija tista' tiġri bħala riżultat t'attività eċċessiva ta' l-insulina relatata mat-teħid ta' l-ikel u l-ħela ta' enerġija.

L-ipogliċemija tista' tkun assoċjata ma' nuqqas t'attenzjoni, konfużjoni, palpitazzjonijiet, uġigħ ta' ras, għaraq u remettar.

Episodji ħfief ta' ipogliċemija jirrispondu għat-teħid orali ta' glukożju jew xi zokkor ieħor jew prodotti li fihom iz-zokkor.

Il-korrezzjoni ta' ipogliċemija moderatament severa tista' tinkiseb b'għoti tal-glucagon intramuskolari jew taħt il-ġilda, segwita minn karboidrat orali meta l-pazjent jirkupra biżżejjed. Pazjenti li ma jirrispondux għall-glucagon għandhom jingħataw suspensjoni tal-glukożju ġol-vina.

Jekk il-pazjent huwa f'koma, il-glucagon għandu jkun mogħti fil-muskolu jew taħt il-ġilda. Madankollu, it-taħlita liwida tal-glukożju għandha tingħata ġol-vina jekk il-glukagon mhux disponibbli jew jekk il-pazjent ma jirrispondix għall-glucagon. Il-pazjent għandu jingħata ikla eżatt kif jiġi lura f'sensieh.

It-teħid sostenut ta' karboidrati u l-osservazzjoni jistgħu jkunu neċessarji minħabba li ipogliċemija tista' terġa sseħħ wara li l-pazjent ikun jidher li rkupra klinikament.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Grupp farmakoterapewtiku: Analogu ta’ insulina umana li ddum taħdem għal ħin intermedju. Kodiċi

ATC: A10A C04.

L-attività primarja ta' l-insulina lispro hija li tirregola l-metaboliżmu ta’ glukożju.

Barra minn hekk, l-insulini għandhom ħafna effetti anaboliċi u anti-kataboliċi fuq diversi tessuti differenti. Fit-tessut tal-muskolu dan jinkludi ż-żieda fil-glycogen, aċidi grassi, il-formazzjoni tal- glycerol u l-proteini u l-ġbir ta' aċidu amminiku, fil-waqt li jkun hemm tnaqqis fit-tkissir tal-glycogen, il-glukoneoġenesi, il-ketoġenesi, it-tkissir tal-lipidi, il-kataboliżmu tal-proteini u l-produzzjoni ta' aċidu amminiku.

Liprolog Basal għandu profil ta’ l-attività simili ħafna għal dak ta’ insulina bażi (NPH) fuq perjodu ta’ bejn wieħed u ieħor 15-il siegħa.

Ir-rispons glukodinamiku għall-insulina lispro m'huwiex affettwat b’indeboliment fil-funzjoni tal- kliewi jew tal-fwied. Differenzi glukodinamiċi bejn l-insulina lispro u l-insulina umana li tinħall, kif imkejla waqt proċedura fejn il-livell ta’ glukożju fid-demm inżamm kostanti, inżammu fuq firxa wiesa ta' funzjoni tal-kliewi.

L-insulina lispro uriet li hija ekwipotenti għal insulina umana fuq bażi molari imma l-effett tagħha huwa aktar rapidu u iqsar.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Liprolog Basal għandu profil ta’ assorbiment prolongata, u jikseb il-konċentrazzjoni massima ta’ insulina bejn wieħed u ieħor 6 siegħat wara d-doża. Meta tiġi kkunsidrata r-relevanza klinika ta' dawn il-kinetiċi, huwa aktar xieraq li jiġu eżaminati l-kurvi dwar l-użu ta’ glukożju.

L-insulina lispro żżomm aktar assorbiment rapidu meta mqabbla ma' insulina umana li tinħall f'pazjenti li għandhom indeboliment tal-kliewi. F'pazjenti bid-dijabete tat-Tip 2 fuq firxa wisa' ta' funzjoni tal-kliewi d-differenzi farmakokinetiċi bejn l-insulina lispro u l-insulina umana li tinħall kienu ġeneralment miżmuma, u urew li huma indipendenti mill-funzjoni tal-kliewi. L-insulina lispro żżomm aktar assorbiment rapidu u eliminazzjoni rapida meta mqabbla ma' l-insulina umana li tinħall f'pazjenti li għandhom indeboliment tal-fwied.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

F'testijiet in vitro, li jinkludu l-irbit mas-siti tar-riċetturi ta' l-insulina u l-effetti fuq ċelluli li qed jikbru, l-insulina lispro tixbaħ ħafna lill-insulina umana. Studji urew ukoll li l-inħall mill-irbit ta' l-insulina lispro mar-riċetturi ta' l-insulina , hija ekwivalenti ma' l-insulina umana. Studji fuq it-tossiċità akuta ta' tul ta' żmien ta' xahar u tnax-il xahar, ma wrewx skoperta sinifikanti ta' tossiċità.

L-insulina lispro ma kkaġunatx tnaqqis fil-fertilità, u anqas uriet embrijutossiċità jew teratoġeniċità fi studji fuq l-annimali.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta' eċċipjenti

Protamine sulphate m-cresol [1.76 mg/ml] Phenol [0.80 mg/ml] Glycerol

Dibasic sodium phosphate.7H2O Zinc oxide

Ilma għall-injezzjonijiet

Hydrochloric acid u sodium hydroxide jistgħu jintużaw biex jaġġustaw il-pH għal 7.0 - 7.8.

6.2Inkompatibbilitajiet

It-taħlit ta’ Liprolog Basal ma’ insulini oħra ħlief Liprolog għadu ma ġiex studjat. Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħra ħlief Liprolog.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Pinen mimlijin għal-lest mhux użati

2 sentejn.

Wara l-ewwel użu

21 ġurnata.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Pinen mimlijin għal-lest mhux użati

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmilhomx fil-friża. Tesponix għal sħana eċċessiva jew f'dawl dirett tax-xemx.

Wara l-ewwel użu

Aħżen taħt 30°C. Tagħmilhomx fi friġġ. Il-pinna mimlija għal-lest m’għandiex tinħażen bil-labra mwaħħla.

6.5 In-natura tal-kontenitur u ta' dak li hemm ġo fih u apparat speċjali għall-użu, għall- amministrazzjoni jew għall-impjant

Is-suspensjoni tiġi fi skrataċ tal-ħġieġ taż-żnied tat-tip I, siġillati b'diski tas-siġill u rjus tal-planġer ta’ butyl jew halobutyl u miżmuma f'posthom permezz ta' siġill ta' l-aluminju. Tista’ tintuża emulsjoni ta’ dimethicone jew silicone biex jiġu trattati l-planġer ta’ l-iskartoċċ, u/jew l-iskartoċċ tal-ħġieġ. Li skrataċ ta’ 3ml huma siġillati f’pinna li tintuża biex tinjetta biha u li tintrema wara l-użu u li tissejjaħ “KwikPen”. Il-labar mhumiex mogħtija.

Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

5 x 3ml Liprolog Basal 100 unità/ml KwikPens

2 x (5 x 3 ml) Pinen Liprolog Basal 100 unità/ml KwikPens

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Istruzzjonijiet għall-użu u mmaniġġar

Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull pinna trid tintuża minn pazjent wieħed biss, anki jekk il-labra tinbidel.

Il-KwikPen għandha tkun imdawra fil-pali ta' l-idejn għaxar darbiet u maqlubin 180o għaxar darbiet immedjatamnet qabel ma jintużaw sabiex tirrisospendi l-insulina sakemm tidher imċajpra jew qiesa ħalib uniformement. Jekk le, irrepeti din il-proċedura sakemm il-kontenut jitħallat. L-iskrataċ fihom żibġa żgħira tal-ħġieġ biex tassisti fit-taħlit. Tħawwadiex bis-saħħa għax hekk tista' toħloq ragħwa li tista tfixkel il-miżura eżatta tad-doża.

L-iskrataċ għandhom ikunu eżaminati ta' spiss u m'għandhomx jintużaw jekk hemm materjal miġbur jew jekk partiċelli iebsa u bojod jeħlu mal-qiegħ jew il-ġenb tal-kunjett, u jidher qiesu ġelu.

L-immaniġġar tal-pinna mimlija għal-lest

Qabel ma jintuża il-KwikPen, wieħed għandu jaqra sew il-manwal għall-użu li hemm fil-fuljett ta’ tagħrif. Il-KwikPen għandu jiġi użat skond kif rakkomandat fil-manwal għall-użu.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

8.NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/01/195/026

5 x 3ml Liprolog Basal 100 unità/ml KwikPen

EU/1/01/195/027

2 x (5 x 3 ml) Liprolog Basal 100 unità/ml KwikPen

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 1 ta’ Awwissu 2001

Data tal-aħħar tiġdid: 1 ta’ Awwissu 2006

10.DATA TA' REVIŻJONI TAT_TEST

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Liprolog 200 unità/ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Millilitru ta’ soluzzjoni fih 200 unità (ekwivalenti għal 6.9 mg) t'insulina lispro*. Kull pinna fiha 600 unità ta’ insulina lispro f’soluzzjoni ta’ 3 ml.

* magħmul minn E.coli. permezz tat-teknoloġija ta’ DNA rikombinanti. Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni. KwikPen.

Soluzzjoni akweja, ċara u bla kulur.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Għall-kura ta' adulti li għandhom id-dijabete mellitus li għandhom bżonn l-insulina għall-manteniment omeostatiku ta' livelli normali ta’ glukożju. Liprolog 200 unità/ml KwikPen huwa wkoll indikat għall- istabbilizzazzjoni fil-bidu tad-dijabete mellitus.

4.2Pożoloġija u metodu ta' kif għandu jingħata

Pożoloġija

Id-dożaġġ għandu jkun determinat mit-tabib, skont il-ħtieġa tal-pazjent.

Liprolog jista' jingħata ftit qabel l-ikliet. Meta neċessarju Liprolog jista' jingħata eżatt wara l-ikliet.

Liprolog jaġixxi malajr u għandu żmien t'attività aktar qasira (2 sa 5 sigħat) meta jingħata taħt il-ġilda meta mqabbel ma' insulina regolari. Il-bidu mgħagġel tal-attività tħalli l-injezzjoni ta' Liprolog biex tingħata viċin ħafna tal-ħin ta' l-ikel. It-tul taż-żmien ta’ kemm iddum taħdem kwalunkwe insulina jista' jvarja ħafna f'individwi differenti, jew f'ħinijiet differenti fl-istess individwu. Il-bidu aktar mgħaġġel ta' l-azzjoni mqabbel ma' insulina umana li tinħall tinżamm minkejja s-sit ta' l-injezzjoni. Iż-

żmien ta' kemm iddum l-azzjoni ta' Liprolog jiddependi fuq id-doża, is-sit ta' l-injezzjoni, il-provvista tad-demm, it-temperatura u fuq l-attività fiżika.

Liprolog jista' jintuża flimkien ma' insulina li ddum taħdem għal ħin itwal jew prodotti mediċinali ta’ sulphonylurea li jittieħdu mill-ħalq, fuq il-parir ta' tabib.

Liprolog 100 unità/ml KwikPen u Liprolog 200 unità/ml KwikPen

Liprolog KwikPen issibu f’żewġ qawwijiet. Għat-tnejn li huma, id-doża neċċessarja hija sselezzjonata f’unitajiet. Iż-żewġ pinen mimlijin għal-lest, il-Liprolog 100 unità/ml KwikPen u l-Liprolog

200 unità/ml KwikPen jagħtu minn unità 1 – 60 unità f’żidiet ta’ unità 1 f’injezzjoni waħda. In-numru ta’ unitajiet jidher fit-tieqa tad-doża tal-pinna irrispettivament mill-qawwa u m’għandha ssir ebda bidla fid-doża meta pazjent jinqaleb għal qawwa ġdida.

Liprolog 200 unità/ml KwikPen għandu jinżamm għall-kura ta’ pazjenti bid-dijabete li jkollhom bżonn dożi ta’ iżjed minn 20 unità kuljum ta’ insulina li taħdem b’mod malajr. Is-soluzzjoni ta’ insulina lispro li jkun fiha 200 unità/ml m’għandhiex tinġibed mill-pinna mimlija għal-lest (il-KwikPen) jew tiġi mħallta ma’ xi insulina oħra (ara sezzjoni 4.4 u sezzjoni 6.2 ).

Popolazzjonijiet speċjali

Indeboliment renali

Il-ħtiġijiet għall-insulina jistgħu jonqsu meta jkun hemm indeboliment renali.

Indeboliment epatiku

Il-ħtiġijiet tal-insulina jistgħu jonqsu f'pazjenti b’indeboliment tal-fwied minħabba l-kapaċità mnaqqsa għal glukoneoġenesi u metaboliżmu mnaqqas tal-insulina; madankollu, f'pazjenti b’indeboliment kroniku tal-fwied, żieda fir-reżistenza għall-insulina tista' twassal għall-ħtiġijiet miżjuda tal-insulina.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Is-soluzzjoni għall-injezzjoni Liprolog għandha tingħata minn taħt il-ġilda.

L-għoti taħt il-ġilda għandu jsir fil-parti ta' fuq tad-driegħ, fil-koxxox, fil-warrani, jew fl-addome. L- użu tas-siti tal-injezzjoni għandhom jinbidlu sabiex l-istess sit ma jintużax aktar minn madwar darba f'xahar.

Meta jingħata taħt il-ġilda għandha tittieħed kawtela meta Liprolog ikun injettat biex jiġi aċċertat li wieħed ma daħalx f'vina jew arterja. Wara l-injezzjoni, is-sit tal-injezzjoni m'għandux ikun mmassaġġjat. Il-pazjenti għandhom ikunu mgħallma biex jużaw il-metodi xierqa tal-injezzjoni.

Tużax is-soluzzjoni għall-injezzjoni Liprolog 200 unità/ml KwikPen f’pompa għall-infużjoni tal- insulina.

Tużax is-soluzzjoni għall-injezzjoni Liprolog 200 unità/ml KwikPen minn ġol-vini.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1

Ipogliċemija.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Il-bidla għal xi tip jew marka oħra tal-insulina f'pazjent

Il-bidla għal xi tip jew marka oħra tal-insulina f' pazjent għandu jsir taħt superviżjoni medika stretta. Tibdiliet fil-qawwa, marka (manifattur), tip (regolari, NPH, lente, eċċ), l-ispeċi (annimal, bniedem, analogu ta' l-insulina tal-bniedem), u/jew il-metodu tal-manifattura (rikombinanti mid-DNA kontra l- insulina li tiġi mill-annimali) jistgħu jirriżultaw fi bżonn għal tibdil fid-dożaġġ. Fil-każ ta’ insulini li jaġixxu malajr, kull pazjent li qiegħed ukoll fuq insulina bażilari irid isib l-aħjar doża possibbli għaż- żewġ insulini biex il-livelli tal-glukożju jiġu kkontrollati matul il-gurnata kollha, speċjalment il- kontroll ta’ glukożju billejl/wara s-sawm.

Ipogliċemija u ipergliċemija

Il-kundizzjonijiet li jistgħu jagħmlu s-sintomi ta' twissija tal-bidu ta’ ipogliċemija differenti jew jidhru anqas jinkludu d-dijabete għal żmien twil, it-terapija intensifikata bl-insulina, mard tan-nervituri fid- dijabete jew prodotti mediċinali bħal imblokkaturi tar-riċetturi beta.

Ftit pazjenti li kellhom reazzjonijiet ta’ ipogliċemija wara t-trasferiment minn insulina li tiġi mill- annimali għal insulina umana rrappurtaw li s-sintomi ta' twissija tal-bidu ta’ ipogliċemija kienu jidhru anqas jew kienu differenti minn dawk esperjenzati bl-insulina li kienu jużaw qabel. Reazzjonijiet mhux ikkoreġuti ta' ipogliċemija jew ta’ ipergliċemija jistgħu jikkawżaw telf mis-sensi, koma, jew mewt.

L-użu ta' dożaġġi li mhumiex adegwati jew it-twaqqif tal-kura, speċjalment f'dijabetiċi li jiddependu fuq l-insulina, jistgħu jwasslu għal ipergliċemija u ketoaċidożi dijabetika; kundizzjonijiet li jistgħu jikkaġunaw il-mewt.

Il-ħtiġijiet għall-insulina u aġġustament fid-dożaġġ

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jiżdiedu waqt mard jew disturbi emozzjonali.

Tista' ukoll tkun neċessarja varjazzjoni fid-doża jekk il-pazjenti jagħmlu aktar attività fiżika jew jekk ibiddlu d-dieta tagħhom tas-soltu. Eżerċizzju magħmul eżatt wara ikla jista' jżid ir-riskju ta’ ipogliċemija. Konsegwenza tal-farmakodinamiċi ta' l-analogi t'insulina li taġixxi malajr hija li jekk ikun hemm ipogliċemija, tista' titfaċċa aktar kmieni wara injezzjoni meta mqabbla m' insulina umana li tinħall.

It-teħid ta’ Liprolog flimkien ma’ pioglitazone:

Ġew irrapportati każijiet ta’ insuffiċjenza kardijaka meta ġew użati fl-istess waqt pioglitazone u l- insulina, speċjalment f’dawk il-pazjenti li għandhom fatturi ta’ riskju għall-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Wieħed għandu jżomm dan f’moħħu jekk tiġi kkunsidrata l-kura fejn pioglitazone u Liprolog jintużaw flimkien. Jekk jintużaw flimkien, il-pazjenti għandhom jiġu osservati għal sinjali u sintomi ta’ insuffiċjenza kardijaka, żieda fil-piż jew edima. Pioglitazone għandu jitwaqqaf jekk jiħżienu xi sintomi kardijaċi.

Istruzzjonijiet għall-użu u mmaniġġar

Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull pinna trid tintuża minn pazjent wieħed biss, anki jekk il-labra tinbidel.

Kif tevita li jsiru żbalji fil-medikazzjoni meta tintuża l-insulina lispro (200 unità/ml) f’pinna mimlija għal-lest:

Is-soluzzjoni għall-injezzjoni li fiha 200 unità/ml ta’ insulina lispro ma tistax tiġi ttrasferita mill-pinna mimlija għal-lest, il-KwikPen, għal ġo siringa. Il-linji li hemm fuq is-siringa għall-insulina mhumiex se juruk id-doża korretta. Tista’ tirriżulta f’doża eċċessiva li tkun il-kawża ta’ ipogliċemija severa. Is- soluzzjoni għall-injezzjoni li fiha 200 unità/ml ta’ insulina lispro ma tistax tiġi ttrasferita mill- KwikPen għal xi sistema oħra tal-għoti tal-insulina, inklużi pompi tal-infużjoni għall-insulina. Il- pazjenti għandhom jiġu avżati biex jiċċekkjaw it-tikketta tal-insulina qabel kull injezzjoni biex jevitaw li bi żball jitħawdu bejn iż-żewġ qawwijiet ta’ Liprolog kif ukoll prodotti oħra tal-insulina.

Eċċipjenti

Dan il-prodott mediċinali fih inqas minn mmol 1 ta’ sodium (23 mg) f’kull doża, i.e. essenzjalment huwa “ħieles mis-sodium”.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Il-ħtiġijiet ta' l-insulina jistgħu jiżdiedu bi prodotti mediċinali li għandhom attività ipergliċemika, bħal ma huma l-kontraċettivi orali, il-kortikosterojdi, jew terapija bl-ormoni tat-tirojde, danazol, stimulanti beta2 (bħal ma huma ritodrine, salbutamol, terbutaline).

Il-ħtiġijiet għall-insulina jistgħu jonqsu fil-preżenza ta' prodotti mediċinali b'attività ipogliċemika, bħal ma huma l-mediċini ipogliċemiċi orali, salicylates (per eżempju, acetyl salicylic acid), antibijotiċi sulpha, ċerti antidipressanti, (inibituri ta’ monoamine oxidase, inibituri selettivi tal-assorbiment mill- ġdid ta’ serotonin), ċerti inibituri t'enżimi li jibdlu l-anġjotensina (captopril, enalapril), sustanzi li jimblukkaw ir-riċetturi anġjotensin II, l-imblokkaturi tar-riċetturi beta, octreotide jew l-alkoħol.

Għandu jkun ikkonsultat it-tabib meta jintużaw prodotti mediċinali oħra flimkien ma' Liprolog

200 unità/ml KwikPen (ara sezzjoni 4.4).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Data fuq numru kbir ta' każijiet tat-tqala esposti ma tindikax xi effetti avversi ta' l-insulina lispro fuq it-tqala jew fuq is-saħħa tal-fetu/it-tarbija tat-twelid.

Huwa essenzjali li jinżamm kontroll tajjeb tal-pazjenti kkurati bl-insulina (dawk li jiddependu fuq l- insulina jew id-dijabete ta' waqt it-tqala) matul it-tqala. Il-ħtiġijiet ta' l-insulina normalment jonqsu waqt l-ewwel tlett xhur u jiżdiedu waqt it-tieni u t-tielet tlett xhur. Pazjenti bid-dijabete għandhom jiġu avżati biex jinfurmaw lit-tabib tagħhom jekk huma tqal jew jekk qed jippjanaw li joħorġu tqal. Is- sorveljanza bir-reqqa tal-kontroll tal-glukożju, kif ukoll tas-saħħa ġenerali, huwa essenzjali f'pazjenti tqal li għandhom id-dijabete.

Treddigħ

Pazjenti dijabetiċi li qed ireddgħu jistgħu jkollhom bżonn aġġustamenti fid-doża ta' l-insulina, fid- dieta, jew fit-tnejn li huma.

Fertilità

Fi studji fuq l-annimali, insulina lispro ma wassalx għal indeboliment fil-fertilità (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Il-ħila tal-pazjent biex jikkonċentra u jirreaġixxi tista' tkun affettwata bħala riżultat ta’ ipogliċemija.

Dan jista' jkun ta’ riskju f'sitwazzjonijiet fejn dawn l-abbiltajiet huma ta' importanza speċjali (eż is- sewqan ta' karozza jew it-tħaddim ta' magni).

Il-pazjenti għandhom jiġu avżati biex jieħdu l-prekawzjonijiet biex jevitaw ipogliċemija waqt is- sewqan. Dan huwa speċjalment importanti f'dawk li għandhom is-sinjali ta' twissija ta' l- ipogliċemija mnaqqsa jew assenti jew jekk għandhom episodji ta' ipogliċemija frekwenti. Il-parir dwar is-sewqan għandu jkun ikkunsidrat f'dawn iċ-ċirkostanzi.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

L-ipogliċemija hija l-aktar reazzjoni avversa frekwenti tat-terapija bl-insulina lispro li jista' jsofri minnu pazjent li għandu d-dijabete. Ipogliċemija severa tista' twassal għal telf mis-sensi, u f'każijiet estremi, il-mewt. Ma ġietx irrappurtata ebda frekwenza speċifika għall-ipogliċemija, peress li l- ipogliċemija hija riżultat kemm tad-doża ta’ l-insulina kif ukoll ta’ fatturi oħra eż. il-livell ta’ dieta u eżerċizzju ta’ pazjent.

Lista ta’ reazzjonijiet avversi miġbura f’tabella

Ir-reazzjonijiet avversi relatati li ġejjin miksuba minn provi kliniċi huma elenkati bit-terminu ppreferut MedDRA skont il-klassi tas-sistema u tal-organu u skont l-inċidenza tagħhom b’dawk li jseħħu l-aktar imniżżlin l-ewwel (komuni ħafna: ≥1/10; komuni: ≥1/100 sa <1/10; mhux komuni: ≥1/1,000 sa <1/100; rari: ≥1/10,000 sa <1/1,000; rari ħafna: <1/10,000).

F’kull grupp ta’ frekwenza, r-reazzjonijiet avversi huma ppreżentati skont is-serjetà tagħhom b’dawk l-aktar serji mniżżlin l-ewwel.

Klassijiet MedDRA

Komuni

Komuni

Mhux

Rari

Rari

tas-sistemi u tal-

ħafna

 

komuni

 

ħafna

organi

 

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema

immuni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Allerġija lokali

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Allerġija sistemika

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

 

 

 

Lipodistrofija

 

 

X

 

 

Deskrizzjoni ta’ għażla ta’ reazzjonijiet avversi

Allerġija lokali

L-allerġija lokali f'pazjenti hija komuni. Jista’ jkun hemm ħmura, nefħa, u ħakk fis-sit ta' l-injezzjoni ta' l-insulina. Din il-kundizzjoni ssoltu tgħaddi fi ftit ġranet sa ftit ġimgħat. Fi ftit każijiet, din il- kundizzjoni tista' tkun relatata ma' fatturi li mhux dovuti għall-insulina nnifisha, bħal irritazzjonijiet bis-sustanza li tnaddaf il-ġilda jew metodi mhux tajba ta' l-injezzjoni.

Allerġija sistemika

Allerġija sistemika, li hi rari iżda li tista' tkun aktar serja, hija allerġija ġeneralizzata għall-insulina. Tista' tikkawża raxx mal-ġisem kollu, qtugħ ta' nifs, tħarħir, tnaqqis fil-pressjoni tad-demm, polz mgħaġġel, jew għaraq. Każijiet severi t'allerġija ġeneralizzata jistgħu jkunu ta' periklu għall-ħajja.

Lipodistrofija

Lipodistrofija fis-sit ta' l-injezzjoni mhijiex komuni.

Edima

Bit-terapija tal-insulina ġew irrapportati każijiet ta’ edima b’mod partikulari jekk kien hemm kontroll metaboliku batut u dan tjieb permezz ta’ terapija intensiva ta’ insulina.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

L-insulini m'għandhomx definizzjoni ta' doża eċċessiva speċifika għax il-konċentrazzjonijiet tal- glukożju fis-serum huma riżultat ta' l-interazzjonijiet komplessi bejn il-livelli ta' l-insulina, id- disponibbiltà tal-glukożju u proċessi oħra metaboliċi. Ipogliċemija tista' tiġri bħala riżultat t'attività eċċessiva ta' l-insulina relatata mat-teħid ta' l-ikel u l-ħela ta' enerġija.

L-ipogliċemija tista' tkun assoċjata ma' nuqqas t'attenzjoni, konfużjoni, palpitazzjonijiet, uġigħ ta' ras, għaraq u remettar.

Episodji ħfief ta' ipogliċemija jirrispondu għat-teħid orali ta' glukożju jew xi zokkor ieħor jew prodotti li fihom iz-zokkor.

Il-korrezzjoni ta' ipogliċemija moderatament severa tista' tinkiseb b'għoti tal-glucagon intramuskolari jew taħt il-ġilda, segwita minn karboidrat orali meta l-pazjent jirkupra biżżejjed. Pazjenti li ma jirrispondux għall-glucagon għandhom jingħataw suspensjoni tal-glukożju ġol-vina.

Jekk il-pazjent huwa f'koma, il-glucagon għandu jkun mogħti fil-muskolu jew taħt il-ġilda. Madankollu, it-taħlita liwida tal-glukożju għandha tingħata ġol-vina jekk il-glukagon mhux

disponibbli jew jekk il-pazjent ma jirrispondix għall-glucagon. Il-pazjent għandu jingħata ikla eżatt kif jiġi lura f'sensieh.

It-teħid sostenut ta' karboidrati u l-osservazzjoni jistgħu jkunu neċessarji minħabba li ipogliċemija tista' terġa sseħħ wara li l-pazjent ikun jidher li rkupra klinikament.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Mediċini użati fid-dijabete, insulini u analogi għall-injezzjoni, jaħdmu malajr, Kodiċi ATC: A10AB04

L-attività primarja ta' l-insulina lispro hija li tirregola l-metaboliżmu ta’ glukożju.

Barra minn hekk, l-insulini għandhom ħafna effetti anaboliċi u anti-kataboliċi fuq diversi tessuti differenti. Fit-tessut tal-muskolu dan jinkludi ż-żieda fil-glycogen, aċidi grassi, il-formazzjoni tal- glycerol u l-proteini u l-ġbir ta' aċidu amminiku, fil-waqt li jkun hemm tnaqqis fit-tkissir tal-glycogen, il-glukoneoġenesi, il-ketoġenesi, it-tkissir tal-lipidi, il-kataboliżmu tal-proteini u l-produzzjoni ta' aċidu. amminiku

L-insulina lispro għandha l-bidu ta’ l-azzjoni mgħaġġla (bejn wieħed u ieħor 15-il-minuta), għalhekk tista' tingħata aktar viċin t'ikla (bejn żero sa 15-il minuta mill-ikla) meta mqabbla ma' insulina regolari (30 sa 45 minuta qabel). L-insulina lispro taġixxi malajr u għandha attività aktar qasira (2 sa 5 sigħat) meta mqabbla ma' insulina regolari.

Provi kliniċi f'pazjenti bid-dijabete tat-tip 1 u tat-tip 2 urew tnaqqis fl-ipergliċemija ta' wara l-ikel bl- insulina lispro mqabbla ma' insulina umana li tinħall.

Il-ħin tal-azzjoni tal-insulina lispro jista' jvarja f'individwi differenti jew f'ħinijiet differenti fl-istess individwu u jiddependi fuq id-doża, is-sit ta' l-injezzjoni, il-provvista tad-demm, it-temperatura u fuq l-attività fiżika. Il-profil tipiku ta' l-attività wara injezzjoni taħt il-ġilda huwa muri hawn taħt.

Figura 1:

 

 

 

 

 

 

Insulina

 

 

 

 

 

 

Lispro

 

 

 

 

 

 

Humulin R

Attività

 

 

 

 

 

 

Ipogliċemika

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħin (sigħat)

 

 

 

 

Id-dijagramma t'hawn fuq (figura 1) tirrifletti l-ammont relattiv ta’ glukożju maż-żmien meħtieġ biex iżżomm il-konċentrazzjonijiet kollha ta’ glukożju fid-demm ta' l-individwu viċin il-livelli ta' sawm u huwa indikatur ta' l-effett ta' dawn l-insulini (100 unità/ml) fuq il-metaboliżmu ta’ glukożju maż-

żmien.

Kif muri fil-graff hawn taħt (figura 2), ir-risponsi farmakodinamiċi tas-soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ insulina lispro 200 unità/ml huma simili għal dawk tas-soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ insulina lispro 100 unità/ml wara l-għoti minn taħt il-ġilda ta’ doża waħda ta’ 20 unità f’suġġetti f’saħħithom.

 

 

 

Insulin lispro 200 unità/ml

 

 

Rata tal-

Insulin lispro 100 unità/ml

 

 

Infużjoni tal-

 

Glukożju

 

 

(mg/min)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħin (sigħat)

Figura 2: Il-medja aritmetika tar-rata ta’ infużjoni ta’ glukożju kontra profili ta’ ħin wara l-għoti minn taħt il-ġilda ta’ 20 unità ta’ insulina lispro 200 unità/ml jew insulina lispro 100 unità/ml.

F'pazjenti bid-dijabete tat-tip 2 fuq dożaġġ massimu tas-sustanzi sulphonyl urea, studji urew li ż-żieda ta' l-insulina lispro sinifikament naqqset HbA1c imqabbel mas-sulphonyl urea waħida. It-tnaqqis ta' HbA1c ikun ukoll mistenni bi prodotti ta' l-insulina oħra eż. insulini li jinħallu jew isophane.

Provi kliniċi f'pazjenti bid-dijabete tat-tip 1 u tat-tip 2 urew tnaqqis fin-numru t'episodji ta’ ipogliċemija matul il-lejl bl-insulina lispro mqabbel ma' insulina umana li tinħall. F'xi studji, it-tnaqqis ta' ipogliċemija ta' matul il-lejl kien assoċjat ma' żieda fl-episodji ta' ipogliċemija matul il-ġurnata.

Ir-rispons glukodinamiku għall-insulina lispro m'huwiex affettwat b’indeboliment fil-funzjoni tal- kliewi jew tal-fwied. Differenzi glukodinamiċi bejn l-insulina lispro u l-insulina umana li tinħall, kif imkejla waqt proċedura fejn il-livell ta’ glukożju fid-demm inżamm kostanti, inżammu fuq firxa wiesa ta' funzjoni tal-kliewi.

L-insulina lispro uriet li hija ekwipotenti għal insulina umana fuq bażi molari imma l-effett tagħha huwa aktar rapidu u iqsar.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-farmakokinetiċi ta' l-insulina lispro jirriflettu sustanza li hija assorbita rapidament, u jikseb l-ogħla livelli fid-demm minn 30 sa 70 minuta wara l-injezzjoni taħt il-ġilda. Meta tiġi kkunsidrata r-relevanza klinika ta' dawn il-kinetiċi, huwa aktar xieraq li jiġu eżaminati l-kurvi dwar l-użu ta’ glukożju (kif diskuss f'5.1).

L-insulina lispro żżomm aktar assorbiment rapidu meta mqabbla ma' insulina umana li tinħall f'pazjenti li għandhom indeboliment tal-kliewi. F'pazjenti bid-dijabete tat-Tip 2 fuq firxa wisa' ta'

funzjoni tal-kliewi d-differenzi farmakokinetiċi bejn l-insulina lispro u l-insulina umana li tinħall kienu ġeneralment miżmuma, u urew li huma indipendenti mill-funzjoni tal-kliewi. L-insulina lispro

żżomm aktar assorbiment rapidu u eliminazzjoni rapida meta mqabbla ma' l-insulina umana li tinħall f'pazjenti li għandhom indeboliment tal-fwied.

Is-soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ insulina lispro 200 unità/ml kienet bijoekwivalenti għas-soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ insulina lispro 100 unità/ml wara l-għoti minn taħt il-ġilda ta’ doża waħda ta’

20 unità f’suġġetti f’saħħithom. Il-ħin sabiex tintlaħaq l-ogħla konċentrazzjoni kienet ukoll simili fiż- żewġ formulazzjonijiet.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà tal-mediċina

F'testijiet in vitro, li jinkludu l-irbit mas-siti tar-riċetturi ta' l-insulina u l-effetti fuq ċelluli li qed jikbru, l-insulina lispro tixbaħ ħafna lill-insulina umana. Studji urew ukoll li l-inħall mill-irbit ta' l-insulina lispro mar-riċetturi ta' l-insulina , hija ekwivalenti ma' l-insulina umana. Studji fuq it-tossiċità akuta ta' tul ta' żmien ta' xahar u tnax-il xahar, ma wrewx skoperta sinifikanti ta' tossiċità.

L-insulina lispro ma kkaġunatx tnaqqis fil-fertilità, embrijutossiċità jew teratoġeniċità fi studji fuq l- annimali.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta' eċċipjenti

Metacresol

Glycerol

Trometamol

Zinc oxide

Ilma għall-injezzjonijiet

Hydrochloric acid u sodium hydroxide (għal aġġustament tal-pH).

6.2Inkompatibbilitajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ insulini jew prodotti mediċinali oħrajn. Is- soluzzjoni għall-injezzjoni m’għandhiex tiġi ddilwita.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Pinen mimlijin għal-lest mhux użati

3 snin.

Wara l-ewwel użu

28 ġurnata.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Pinen mimlijin għal-lest mhux użati

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmilhomx fil-friża. Tesponix għal sħana eċċessiva jew f'dawl dirett tax-xemx.

Wara l-ewwel użu

Aħżen taħt 30°C. Tagħmilhomx fi friġġ. Il-pinna mimlija għal-lest m’għandiex tinħażen bil-labra mwaħħla.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta' dak li hemm ġo fih

Skrataċ tal-ħġieġ tat-tip I, siġillati b'diski tas-siġill u rjus tal-planġer tal-chlorobutyl u miżmuma f'posthom permezz ta' siġill tal-aluminju. Tista’ tintuża emulsjoni ta’ dimethicone jew silicone biex jiġu trattati l-planġer tal-iskartoċċ, u/jew l-iskartoċċ tal-ħġieġ. L-iskrataċ ta’ 3 ml, li fihom 600 unità ta’ insulina lispro (200 unità/ml), huma siġillati f’pinna li tintuża biex tinjetta biha u li tintrema wara l- użu u li tissejjaħ il-“KwikPen”. Il-labar m’humiex mogħtija.

5 pinen ta’ 3 ml mimlijin għal-lest

Pakketti b’ħafna li fihom 10 (2 pakkettti ta’ 5) pinen ta’ 3 ml mimlijin għal-lest

Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Istruzzjonijiet għall-użu u mmaniġġar

Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull pinna trid tintuża minn pazjent wieħed biss, anki jekk il-labra tinbidel.

Is-soluzzjoni ta’ Liprolog għandha tkun ċara u bla kulur. Liprolog m’għandux jintuża jekk jidher imċajpar, magħqud, jew ftit ikkulurit jew jekk jidhru partiċelli solidi.

L-immaniġġar tal-pinna mimlija għal-lest

Qabel ma jintuża il-KwikPen, wieħed għandu jaqra sew il-manwal għall-użu li hemm fil-fuljett ta’ tagħrif. Il-KwikPen għandu jiġi użat skont kif rakkomandat fil-manwal għall-użu.

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

8.NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/01/195/028

EU/1/01/195/029

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 1 ta’ Awwissu 2001

Data tal-aħħar tiġdid: 1 ta’ Awwissu 2006

10.DATA TA' REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati