Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Lonquex (lipegfilgrastim) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L03AA14

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaLonquex
Kodiċi ATCL03AA14
Sustanzalipegfilgrastim
ManifatturSicor Biotech UAB

▼Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Lonquex 6 mg soluzzjoni għall-injezzjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull siringa mimlija għal-lest fiha 6 mg ta’ lipegfilgrastim* f’soluzzjoni ta’ 0.6 ml.

Kull ml ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni fih 10 mg ta’ lipegfilgrastim.

Is-sustanza attiva hu konjugat kovalenti ta’ filgrastim** ma’ methoxy polyethylene glycol (PEG) permezz ta’ carbohydrate linker.

*Dan hu bbażat fuq kontenut tal-proteina biss. Il-konċentrazzjoni hi ta’ 20.9 mg/ml (i.e. 12.6 mg f’kull siringa mimlija għal-lest) jekk il-moijetà ta’ PEG u l-carbohydrate linker jiġu inklużi.

**Filgrastim (methionyl human granulocyte-colony stimulating factor [G-CSF] rikombinanti) hu magħmul f’ċelluli ta’ Escherichia coli permezz ta’ teknoloġija rikombinanti tad-DNA.

Il-qawwa ta’ dan il-prodott mediċinali m’għandhiex titqabbel mal-qawwa ta’ proteina oħra pegylated jew non-pegylated tal-istess klassi terapewtika. Għal aktar informazzjoni, ara sezzjoni 5.1.

Eċċipjenti b’effett magħruf

Kull siringa mimlija għal-lest fiha 30 mg ta’ sorbitol.

Kull siringa mimlija għal-lest fiha inqas minn 1 mmol (23 mg) ta’ sodium.

Għal-lista sħiħa ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni (injezzjoni)

Soluzzjoni ċara u mingħajr kulur

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Tnaqqis fit-tul ta’ żmien ta’ newtropenija u fl-inċidenza ta’ newtropenija bid-deni f’pazjenti adulti kkurati b’kimoterapija ċitotossika għal tumur malinn (bl-eċċezzjoni ta’ lewkimja majelodje kronika u sindromi majelodisplastiċi).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-kura b’Lonquex għandha tinbeda u tiġi ssorveljata minn tabib b’esperjenza fl-onkoloġija jew ematoloġija.

Pożoloġija

Doża waħda ta’ 6 mg ta’ lipegfilgrastim (siringa waħda ta’ Lonquex mimlija għal-lest) hi rakkomandata għal kull ċiklu ta’ kimoterapija, li tingħata madwar 24 siegħa wara kimoterapija ċitotossika.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti anzjani

Fi studji kliniċi b’numru limitat ta’ pazjenti anzjani, ma kien hemm l-ebda differenza rilevanti marbuta mal-età fir-rigward tal-profili tal-effikaċja jew tas-sigurtà ta’ lipegfilgrastim. Għalhekk, l-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ għall-pazjenti anzjani.

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi

Data disponibbli hija deskritta fis-sezzjoni 5.2 iżda ma tista’ ssir l-ebda rakkomandazzjoni dwar pożoloġija.

Pazjenti b’indeboliment tal-fwied

Data disponibbli hija deskritta fis-sezzjoni 5.2 iżda ma tista’ ssir l-ebda rakkomandazzjoni dwar pożoloġija.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Lonquex fit-tfal u adolexxenti ta’ età sa 17 il-sena ma ġewx determinati s’issa. Data disponibbli hija deskritta fis-sezzjonijiet 4.8, 5.1 u 5.2.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Is-soluzzjoni tiġi injettata taħt il-ġilda (SC). L-injezzjonijiet għandhom jingħataw fl-addome, fin-naħa ta’ fuq tad-driegħ jew fil-koxxa.

Għal istruzzjonijiet fuq l-immaniġġjar tal-prodott mediċinali qabel jingħata, ara sezzjoni 6.6.

L-għoti ta’ Lonquex mill-pazjenti stess għandu jitwettaq biss minn pazjenti li jkunu motivati tajjeb, imħarrġa b’mod adegwat u li jkollhom aċċess għal parir minn esperti. L-ewwel injezzjoni ta’ Lonquex għandha ssir taħt superviżjoni medika diretta.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis-sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Ġenerali

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Lonquex ma ġietx investigata f’pazjenti li kienu qed jirċievu doża għolja ta’ kimoterapija. Lonquex m’għandux jintuża biex iżid id-doża tal-kimoterapija ċitotossika lil hemm minn programmi ta’ kura b’ dożaġġ stabbilit.

Sabiex tittejjeb it-traċċabilità, l-isem kummerċjali u n-numru tal-lott tal-prodott mediċinali mogħti għandu jinkiteb b’mod ċar fil-file tal-pazjent.

Reazzjonijiet allerġiċi u immunoġeniċità

Pazjenti li għandhom sensittività eċċessiva għal G-CSF jew derivati huma wkoll f’riskju ta’ reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva għal lipegfilgrastim minħabba l-possibbiltà ta’ reattività inkroċjata. M’għandha tinbeda l-ebda terapija b’lipegfilgrastim f’dawn il-pazjenti minħabba r-riskju ta’ reazzjoni inkroċjata.

Il-biċċa l-kbira tal-prodotti mediċinali bijoloġiċi jikkawżaw xi livell ta’ rispons kontra l-mediċina mill-antikorpi. Dan ir-rispons tal-antikorpi jista’, f’xi każijiet, iwassal għal effetti mhux mixtieqa jew

telf ta’ effikaċja. Jekk pazjent ma jirnexxilux jirrispondi għall-kura, il-pazjent għandha ssirlu evalwazzjoni addizzjonali.

Jekk isseħħ reazzjoni allerġika serja, għandha tingħata terapija adattata b’follow-up mill-qrib tal-pazjent fuq perjodu ta’ diversi jiem.

Sistema ematopoijetika

Il-kura b’lipegfilgrastim ma tipprekludix tromboċitopenija u anemija kkawżati minn kimoterapija majelsoppressiva. Lipegfilgrastim jista’ jikkawża wkoll tromboċitopenija riversibbli (ara sezzjoni 4.8). Monitoraġġ regolari tal-għadd tal-plejtlits u tal-ematokrit hu rakkomandat. Għandha tingħata attenzjoni speċjali meta tagħti prodotti mediċinali kimoterapewtiċi waħidhom jew flimkien, li hu magħruf li jikkawżaw tromboċitopenija severa.

Tista’ sseħħ lewkoċitosi (ara sezzjoni 4.8). L-ebda każ avvers attribwibbli direttament għal lewkoċitosi ma ġie rrappurtat. Żieda fiċ-ċelluli tad-demm bojod (WBC) hi konsistenti mal-effetti farmakodinamiċi ta’ lipegfilgrastim. L-għadd tal-WBC għandu jitwettaq f’intervalli regolari matul terapija minħabba l-effetti kliniċi ta’ lipegfilgrastim u l-potenzjal għal lewkoċitosi. Jekk l-għadd tal-WBC jaqbeż

50 x 109/l wara l-għadd minimu mistenni, lipegfilgrastim għandu jitwaqqaf immedjatament.

Żieda fl-attività ematopoijetika tal-mudullun b’rispons għat-terapija tal-fattur tal-iżvilupp, ġiet assoċjata ma’ riżultti temporanji pożittivi tal-immaġni tal-għadam. Dan għandu jiġi kkunsidrat meta wieħed jinterpreta r-riżultati tal-immaġni tal-għadam.

Pazjenti b’lewkimja majelodje jew sindromi majelodisplastiċi

Il-fattur tal-istimulazzjoni tal-kolonji tal-granuloċiti jista’ jippromwovi l-iżvilupp f’ċelluli majelodje u f’xi ċelluli mhux majelodje in vitro.

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Lonquex ma ġewx investigati f’pazjenti b’lewkimja majelodje kronika, sindromi majelodisplastiċi jew lewkimja majelodje sekondarja akuta; għalhekk m’għandux jintuża f’pazjenti bħal dawn. Għandha tingħata attenzjoni partikulari biex wieħed jiddistingwi d-dijanjosi tat-trasformazzjoni tal-blasts ta’ lewkimja majelodje kronika minn lewkimja majelodje akuta.

Reazzjonijiet tal-milsa avversi

Każijiet ġeneralment asintomatiċi ta’ splenomegalija ġew irrappurtati wara l-għoti ta’ lipegfilgrastim (ara sezzjoni 4.8) u każijiet mhux frekwenti ta’ ftuq tal-milsa, li jinkludu każijiet fatali, ġew irrappurtati wara l-għoti ta’ G-CSF jew derivati (ara sezzjoni 4.8). Għalhekk, id-daqs tal-milsa għandu jiġi mmonitorjat bir-reqqa (eż. eżami kliniku, ultrasound). Għandha tiġi kkunsidrata dijanjosi ta’ ftuq tal-milsa f’pazjenti li jirrappurtaw uġigħ addominali fin-naħa ta’ fuq, fuq ix-xellug jew uġigħ fit-tarf tal-ispallejn.

Reazzjonijiet pulmonari avversi

Reazzjonijiet pulmonari avversi, b’mod partikulari pnewmonja interstizjali, ġew irrappurtati wara l- għoti ta’ lipegfilgrastim (ara sezzjoni 4.8). Pazjenti bi storja medika riċenti ta’ infiltrati pulmonari jew pnewmonja jistgħu jkunu f’riskju ogħla.

Il-bidu ta’ sinjali pulmonari, bħal sogħla, deni u qtugħ ta’ nifs b’rabta ma’ sinjali radjoloġiċi ta’ infiltrati pulmonari u deterjorament fil-funzjoni pulmonari flimkien ma’ żieda fl-għadd tan-newtrofili, jistgħu jkunu sinjali preliminari tas-Sindromu ta’ Problemi Respiratorji Akuti fl-Adulti (ARDS) (ara sezzjoni 4.8). F’dawn iċ-ċirkustanzi, Lonquex għandu jitwaqqaf fid-diskrezzjoni tat-tabib u tingħata kura adattata.

Reazzjonijiet avversi vaskulari

Sindromu ta’ tnixxija kapillari ġie rrappurtat wara l-għoti ta’ G-CSF jew derivattivi u huwa kkaratterizzat minn pressjoni baxxa, ipoalbuminemija, edema u emokonċentrazzjoni. Pazjenti li jiżviluppaw sintomi ta’ sindromu ta’ tnixxija kapillari għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib u jirċievu kura sintomatika standard, li tista’ tinkludi ħtieġa għal kura intensiva (ara sezzjoni 4.8).

Pazjenti b’anemija taċ-ċelluli sickle

Kriżi taċ-ċelluli sickle ġiet assoċjata mal-użu ta G-CSF jew derivati f’pazjenti b’anemija taċ-ċelluli sickle (ara sezzjoni 4.8). Għalhekk, it-tobba għandhom jużaw kawtela meta jagħtu Lonquex f’pazjenti b’anemija taċ-ċelluli sickle, jimmonitorjaw il-parametri kliniċi adattati u r-riżultati tal-laboratorju, u joqogħdu attenti għall-assoċjazzjoni possibbli ta’ lipegfilgrastim ma’ tkabbir tal-milsa u kriżi vażookklużiva.

Ipokalemija

Ipokalemija tista’ sseħħ (ara sezzjoni 4.8). Għal pazjenti b’żieda fir-riskju ta’ ipokalemija minħabba mard diġà eżistenti jew komedikazzjonijiet, hu rakkomandat li jsir monitoraġġ b’attenzjoni tal-livell tal-potassium fis-serum u biex jiġi ssostitwit il-potassium jekk ikun meħtieġ.

Eċċipjenti b’effett magħruf

Dan il-prodott mediċinali fih sorbitol. Pazjenti li għandhom problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għall-fructose m’għandhomx jieħdu dan il-prodott mediċinali.

Dan il-prodott mediċinali fih anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull siringa mimlija għal-lest, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Minħabba l-potenzjal għal sensittività ta’ ċelluli majelodje li jiddividu malajr għal kimoterapija ċitotossika, Lonquex għandu jingħata madwar 24 siegħa wara l-għoti ta’ kimoterapija ċitotossika. L- użu fl-istess ħin ta’ lipegfilgrastim ma’ kwalunkwe prodott mediċinali kimoterapewtiku ma ġiex evalwat fil-pazjenti. F’mudelli ta’ annimali, intwera li l-għoti fl-istess ħin ta’ G-CSF u 5-fluorouracil (5-FU) jew antimetaboliti oħrajn, isaħħaħ il-majelosoppressjoni.

Is-sigurtà u u l-effikaċja ta’ Lonquex ma ġewx evalwati f’pazjenti li kienu qed jirċievu kimoterapija assoċjata ma’ dewmien fil-majelosoppressjoni, eż. nitrosoureas.

Il-potenzjal għal interazzjoni mal-lithium, li jippromwovi wkoll il-ħruġ ta’ newtrofili, ma ġiex investigat b’mod speċifiku. M’hemm l-ebda evidenza li interazzjoni bħal din se tkun ta’ ħsara.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Hemm dejta limitata ħafna (inqas min 300 riżultat ta’ tqala) dwar l-użu ta’ lipegfilgrastim f’nisa tqal. Studji f’annimali urew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3). Bћala prekawzjoni hu preferribli li ma jintużax Lonquex waqt it-tqala.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk lipegfilgrastim/metaboliti jiġux eliminati mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Ir-riskju gћat-trabi tat-twelid mhux eskluż. It-treddigћ gћandu jitwaqqaf waqt it-trattament b’Lonquex.

Fertilità

M’hemm l-ebda data disponibbli. Studji f’annimali b’G-CSF u derivati ma jurux effetti ħżiena fir- rigward tal-fertilità (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Lonquex m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

L-iktar effett frekwenti mhux mixtieq hu wġigħ muskoloskeletriku. L-uġigħ muskoloskeletriku ġeneralment ikun ta’ severità minn ħafif sa moderat, temporanju u jista’ jiġi kkontrollat fil-biċċa l-kbira tal-pazjenti b’analġesiċi standard.

Sindromu ta’ tnixxija kapillari, li jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja jekk il-kura ddum ma tingħata, ġie rrappurtat l-aktar f’pazjenti bil-kanċer li jkunu qed jirċievu kimoterapija wara l-għoti ta’ G-CSF jew derivattivi (ara sezzjoni 4.4 u sottosezzjoni “Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula” ta’ sezzjoni 4.8).

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Is-sigurtà ta’ lipegfilgrastim ġiet evalwata bbażat fuq riżultati minn studji kliniċi li jinkludu 506 pazjent u 76 voluntiera b’saħħithom ikkurati mill-inqas darba b’lipegfilgrastim.

Ir-reazzjonijiet avversi elenkati hawn taħt f’tabella 1 huma kklassifikati skont il-Sistema tal-klassifika tal-organi. Il-kategoriji ta’ frekwenza huma definiti skont il-konvenzjoni li ġejja:

Komuni ħafna: ≥ 1/10

Komuni:

≥ 1/100 sa < 1/10

Mhux komuni:

≥ 1/1,000 sa < 1/100

Rari:

≥ 1/10,000 sa < 1/1,000

Rari ħafna:

< 1/10,000

Mhux magħruf: ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma mniżżla skont is-serjetà tagħhom, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel.

Tabella 1. Reazzjonijiet avversi

 

 

Sistema tal-klassifika tal-organi

Frekwenza

Reazzjoni avversa

Disturbi tad-demm u tas-

Komuni

Tromboċitopenija*

sistema limfatika

Mhux komuni

Lewkoċitosi*, Splenomegalija*

Disturbi fis-sistema immuni

Mhux komuni

Reazzjonijiet ta’ sensittività

 

 

eċċessiva*

Disturbi fil-metaboliżmu u n-

Komuni

Ipokalemija*

nutrizzjoni

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Uġigħ ta’ ras

Disturbi vaskulari

Mhux magħruf

Sindromu ta’ tnixxija kapillari*

Disturbi respiratorji, toraċiċi u

Mhux komuni

Reazzjonijiet pulmonari avversi

medjastinali

 

*

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’

Komuni

Reazzjonijiet tal-ġilda*

taħt il-ġilda

Mhux komuni

Reazzjonijiet fis-sit

 

 

tal-injezzjoni*

Disturbi muskolu-skeletriċi u

Komuni ħafna

Uġigħ muskoloskeletriku*

tat-tessuti konnettivi

 

 

Disturbi ġenerali u

Komuni

Uġigħ fis-sider

kondizzjonijiet ta’ mnejn

 

 

jingħata

 

 

Investigazzjonijiet

Mhux komuni

Żieda fil-livell ta’ alkaline

 

 

phosphatase fid-demm*, Żieda

 

 

fil-livell ta’ lactate

 

 

dehydrogenase fid-demm*

*Ara subsezzjoni “Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula” hawn taħt

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Tromboċitopenija u lewkoċitosi ġew irrappurtati (ara sezzjoni 4.4).

Splenomegalija, ġeneralment asintomatika, ġiet irrappurtata (ara sezzjoni 4.4)

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva bħal reazzjonijiet allerġiċi tal-ġilda, urtikarja, anġjoedema u reazzjonijiet allerġiċi serji jistgħu jseħħu.

Ipokalemija ġiet irrappurtata (ara sezzjoni 4.4).

Reazzjonijiet pulmonari avversi, b’mod partikulari pnewmonja interstizjali, ġew irrappurtati (ara sezzjoni 4.4). Dawn ir-reazzjonijiet pulmonari avversi jistgħu jinkludu wkoll edema pulmonari, infiltrati pulmonari, fibrożi pulmonari, waqfien tan-nifs jew ARDS (ara sezzjoni 4.4).

Reazzjonijiet tal-ġilda, bħal eritema u urtikarja, jistgħu jseħħu.

Reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni bħal ebusija fis-sit tal-injezzjoni u wġigħ fis-sit tal-injezzjoni jista’ jseħħu.

L-iktar reazzjonijiet avversi frekwenti huma wġigħ muskoloskeletriku bħal uġigħ fl-għadam u majalġja. L-uġigħ muskoloskeletriku ġeneralment ikun ta’ severità minn ħafif sa moderat, temporanju u jista’ jiġi kkontrollat fil-biċċa l-kbira tal-pazjenti b’analġesiċi standard.

Żidiet riversibbli, minn ħfief sa moderati fil-livell ta’ alkaline phosphatase u lactate dehydrogenase, jistgħu jseħħu, mingħajr ebda effetti kliniċi assoċjati. Żidiet fil-livelli ta’ alkaline phosphatase u lactate dehydrogenase x’aktarx li joriġinaw miż-żieda fin-newtrofili.

Ċerti reazzjonijiet avversi għadhom ma ġewx osservati s’issa b’lipegfilgrastim, iżda huma ġeneralment aċċettati bħala li huma attribwibbli għal G-CSF u derivati:

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

-Ftuq tal-milsa, li jinkludi xi każijiet fatali (ara sezzjoni 4.4)

-Kriżi taċ-ċelluli sickle f’pazjenti b’anemija taċ-ċelluli sickle (ara sezzjoni 4.4)

Disturbi vaskulari

-Sindromu ta’ tnixxija kapillari

-Każijiet ta’ sindromu ta’ tnixxija kapillari kienu rrappurtati fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis- suq wara l-għoti ta’ G-CSF jew derivattivi. Dawn ġeneralment seħħew f’pazjenti li kienu jbatu minn mard malinn avvanzat, sepsis, li kienu qed jieħdu mediċini multipli tal-kimoterapija jew li kienu għaddejjin minn aferesi (ara sezzjoni 4.4).

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

-Dermatosi newtrofilika akuta bid-deni (sindromu ta’ Sweet)

-Vaskulite tal-ġilda

Popolazzjoni pedjatrika

L-esperjenza fit-tfal hija limitata għal studju ta’ fażi 1 ta’ doża waħda f’21 pazjent pedjatriku ta’ bejn sentejn u <18-il sena (ara sezzjoni 5.1), li ma indikatx differenza fil-profil tas-sigurtà ta’ lipegfilgrastim fit-tfal meta mqabbel ma’ dak fl-adulti. L-avvenimenti avversi relatati mal-kura kienu wġigħ fid-dahar, uġigħ fl-għadam u żieda fl-għadd tan-newtrofili (1 avveniment kull wieħed).

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

M’hemm l-ebda esperjenza b’doża eċċessiva ta’ lipegfilgrastim. Fil-każ ta’ doża eċċessiva, WBC u għadd tal-plejtlits għandhom isiru regolarment u d-daqs tal-milsa għandu jiġi mmonitorjat b’attenzjoni (eż. eżami kliniku, ultrasound).

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Immunostimulanti, Fatturi li jistimulaw il-kolonji, Kodiċi ATC: L03AA14

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Lipegfilgrastim hu konjugat kovalenti ta’ filgrastim b’molekula waħda ta’ methoxy polyethylene glycol (PEG) permezz ta’ carbohydrate linker li jikkonsisti minn glycine, N-acetylneuraminic acid u N-acetylgalactosamine. Il-medja tal-piż molekulari hi ta’ madwar 39 kDa, li minnhom, il-moijetà tal- proteina tikkostitwixxi madwar 48 %. G-CSF umana hi glikoproteina li tirregola l-produzzjoni u l- ħruġ ta’ newtrofili funzjonali mill-mudullun. Filgrastim hu un-glycosylated recombinant methionyl human G-CSF. Lipegfilgrastim hu forma ta’ tul sostnut ta’ filgrastim minħabba tnaqqis fit-tneħħija mill-kliewi. Lipegfilgrastim jeħel mar-riċettur ta’ G-CSF uman bħal filgrastim u pegfilgrastim.

Effetti farmakodinamiċi

Lipegfilgrastim and filgrastim ikkawżaw żidiet notevoli fl-għadd tan-newtrofili tad-demm periferali fi żmien 24 siegħa, b’żidiet żgħar fil-monoċiti u/jew limfoċiti. Dawn ir-riżultati jissuġġerixxu li l-moijetà ta’ G-CSF ta’ lipegfilgrastim tikkawża l-attività mistennija ta’ dan il-fattur ta’ żvilupp: stimulazzjoni ta’ proliferazzjoni ta’ ċelluli proġenituri ematopoijetiċi, differenzazzjoni ġo ċelluli maturi u emorraġija periferali. Dan l-effett jinkludi mhux biss in-nisel tan-newtrofili, iżda jestendi għal proġenituri li ġejjin minn nisel wieħed jew multiplu u ċelluli staminali ematopoietiċi pluripotenti. G-CSF iżid ukoll l- attivitajiet antibatteriċi tan-newtrofili li jinkludu l-fagoċitosi.

Effikaċja klinika u sigurtà

Dożaġġ ta’ lipegfilgrastim darba kull ċiklu ġie investigat f’żewġ studji kliniċi importanti ħafna, li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, double-blind, f’pazjenti li kienu qed jirċievu kimoterapija li trażżan l-attività tal-mudullun.

L-ewwel studju kliniku, importanti ħafna (fażi III) XM22-03 kien studju b’kontroll attiv, li sar fuq 202 pazjenti b’kanċer tas-sider ta’ stadju II-IV li kienu qed jirċievu sa 4 ċikli ta’ kimoterapija li tikkonsisti minn doxorubicin u docetaxel. Il-pazjenti ntgħażlu b’mod każwali fi proporzjon ta’ 1:1 biex jirċievu 6 mg ta’ lipegfilgrastim jew 6 mg ta’ pegfilgrastim. L-istudju wera nuqqas ta’ inferjorità tad-doża ta’ 6 mg ta’ lipegfilgrastim meta mqabbla mad-doża ta’ 6 mg ta’ pegfilgrastim għall-punt aħħari primarju, dewmien ta’ newtropenija severa (DSN) fl-ewwel ċiklu ta’ kimoterapija (ara

tabella 2).

Tabella 2: DSN, newtropenija severa (SN) u newtropenija bid-deni (FN) f’ċiklu 1 ta’ studju XM22-03 (ITT)

 

Pegfilgrastim 6 mg

 

Lipegfilgrastim 6 mg

 

(n = 101)

 

(n = 101)

DSN

 

 

 

Medja ± SD (d)

0.9 ± 0.9

 

0.7 ± 1.0

medja ta’ LS

 

-0.186

95% CI

 

-0.461 sa 0.089

SN

 

 

 

Inċidenza (%)

51.5

 

43.6

FN

 

 

 

Inċidenza (%)

3.0

1.0

ITT = Popolazzjoni b’intenzjoni li tiġi kkurata (pazjenti kollha li ntgħażlu b’mod każwali) SD = devjazzjoni standard

d = jiem

CI = intervall ta’ kunfidenza

medja ta’ LS (differenza tal-least square mean lipegfilgrastim – pegfilgrastim) u CI minn analiżi ta’ rigressjoni ta’ Poisson multivarjata

It-tieni studju kliniku, importanti ħafna (fażi III) XM22-04 kien studju bi plaċebo bħala kontroll li sar fuq 375 pazjent b’kanċer tal-pulmun ta’ ċelluli mhux żgħar li kienu qed jirċievu sa 4 ċikli ta’ kimoterapija li tikkonsisti minn cisplatin u etoposide. Il-pazjenti ntgħażlu b’mod każwali fi proporzjon ta’ 2:1 biex jirċievu jew 6 mg ta’ lipegfilgrastim jew plaċebo. Ir-riżultati tal-istudju huma ppreżentati f’tabella 3. Meta l-istudju ewlieni ġie ffinalizzat, l-inċidenza ta’ mewt kienet ta’ 7.2 % (plaċebo) u 12.5% (6 mg ta’ lipegfilgrastim) għalkemm wara l-perjodu ta’ 360 jum ta’ follow-up, l-inċidenza globali ta’ mewt kienet simili bejn il-plaċebo u lipegfilgrastim (44.8 % u 44.0 %; popolazzjoni tas- sigurtà).

Tabella 3: DSN, SN u FN fiċ-ċiklu 1 ta’ studju XM22-04 (ITT)

 

Plaċebo

 

Lipegfilgrastim 6 mg

 

(n = 125)

 

(n = 250)

FN

 

 

 

Inċidenza(%)

5.6

 

2.4

95 % CI

 

0.121 sa 1.260

valur p

 

0.1151

DSN

 

 

 

Medja ± SD (d)

2.3 ± 2.5

 

0.6 ± 1.1

medja ta’ LS

 

-1.661

95% CI

 

-2.089 sa -1.232

valur p

 

< 0.0001

SN

 

 

 

Inċidenza (%)

59.2

 

32.1

Proporzjon tal-odds

 

0.325

95 % CI

 

0.206 sa 0.512

valur p

 

< 0.0001

medja ta’ LS (differenza tal-least square mean lipegfilgrastim – plaċebo) CI u valur p minn analiżi ta’ rigressjoni ta’ Poisson multivarjata

Il-proporzjon tal-odds (lipegfilgrastim/plaċebo), CI u l-valur p li jirriżulta minn analiżi ta’ rigressjoni loġistika multivarjata

Immunoġeneċità

Twettqet analiżi tal-antikorpi kontra l-mediċina ta’ 579 pazjent u voluntiera b’saħħithom ikkurati b’lipegfilgrastim, 188 pazjent u voluntiera b’saħħithom ikkurati b’pegfilgrastim u 121 pazjent ikkurati bi plaċebo. L-antikorpi speċifiċi għall-mediċina li żviluppaw wara l-bidu tal-kura kienu osservati f’0.86% tal-individwi li kienu qed jirċievu lipegfilgrastim, f’1.06% tal-individwi li kienu qed jirċievu

pegfilgrastim u f’1.65% tal-individwi li kienu qed jirċievu plaċebo. L-ebda antikorpi li jinnewtralizzaw kontra lipegfilgrastim ma ġew osservati.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ddifferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b’Lonquex f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fil-kura ta’ newtropenija kkaġunata mill-kimoterapija u l-prevenzjoni ta’ newtropenija bid-deni kkaġunata mill-kimoterapija (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku). Fi studju ta’ fażi 1 ta’ 21 tifel/tifla ta’ bejn sentejn u 16-il sena bil-familja ta’ tumuri Ewing jew b’rabdomijosarkoma, lipegfilgrastim ingħata bħala doża waħda taħt il-ġilda ta’ 100 μg/kg (sa massimu ta’ 6 mg, li hija d-doża fissa għall-adulti) 24 siegħa wara t-tmiem tal-aħħar kura ta’ kimoterapija f’ġimgħa 1 tal-kors. L-inċidenza ta’ FN varjat skont l-età (minn 14.3% sa 71.4%), bl-ogħla frekwenza tkun fil-grupp bl-ikbar età. L-użu ta’ tliet korsijiet ta’ kimoterapija differenti, b’effetti majelosuppressivi u b’distribuzzjonijiet ta’ età li jvarjaw, ikkomplika t-tqabbil tal- effikaċja fil-gruppi ta’ età. Ara sezzjoni 4.2.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Ġenerali

Voluntiera b’saħħithom

Fi 3 studji (XM22-01, XM22-05, XM22-06) fuq voluntiera b’saħħithom, il-konċentrazzjoni massima fid-demm intlaħqet wara medjan ta’ 30 sa 36 siegħa u l-medja tal-half-life terminali kienet tvarja minn madwar 32 sa 62 siegħa wara injezzjoni waħda taħt il-ġilda ta’ 6 mg ta’ lipegfilgrastim.

Wara injezzjoni taħt il-ġilda ta’ 6 mg ta’ lipegfilgrastim fi tliet siti differenti (in-naħa ta’ fuq tad- driegħ, l-addome u l-koxxa) f’voluntiera b’saħħithom, il-bijodisponibilità (konċentrazzjoni massima u żona taħt il-kurva [AUC]) kienu iktar baxxi wara injezzjoni taħt il-ġilda fil-koxxa meta mqabbla ma’ injezzjoni taħt il-ġilda fl-addome u fin-naħa ta’ fuq tad-driegħ. F’dan l-istudju limitat XM22-06, il-bijodisponibilità ta’ lipegfilgrastim u d-differenzi osservati fost is-siti tal-injezzjoni kienu ogħla f’individwi rġiel meta mqabbla ma’ individwi nisa. Madankollu, l-effetti farmakodinamiċi kienu simili u indipendenti mis-sess tal-persuna u s-sit tal-injezzjoni.

Metaboliżmu

Lipegfilgrastim jiġi metabolizzat permezz ta’ degradazzjoni intra- jew extraċellulari minn enzimi proteolitiċi. Lipegfilgrastim jiġi internalizzat min-newtrofili (proċess mhux lineari), imbagħad jiġi ddegradat fiċ-ċelluli minn enzimi proteolitiċi endoġeni. Il-passaġġ lineari hu x’aktarx minħabba degradazzjoni extraċellulari tal-proteini minn elastase tan-newtrofili u proteases oħrajn tal-plażma.

Interazzjonijiet tal-mediċina

Dejta in vitro tindika li lipegfilgrastim għandu ftit jew m’għandu l-ebda effetti diretti jew li jsiru permezz tas-sistema immuni fuq l-attività ta’ CYP1A2, CYP2B6, CYP2C8, CYP2C9, CYP2C19, u CYP3A4/5. Għalhekk, lipegfilgrastim x’aktarx li mhux se jaffettwa l-metaboliżmu permezz ta’ enzimi taċ-ċitokrom P450 tal-bniedem.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti bil-kanċer

F’2 studji (XM22-02 u XM22-03) f’pazjenti b’kanċer tas-sider li kienu qed jirċievu kimoterapija li tikkonsisti minn doxorubicin u docetaxel, il-medja tal-konċentrazzjonijiet massimi fid-demm ta’ 227 u 262 ng/ml intlaħqu wara ħinijiet medjani sal-konċentrazzjoni massima (tmax) ta’ 44 u 48 siegħa. Il-half- lives terminali medji kienu ta’ madwar 29 u 31 siegħa wara injezzjoni waħda taħt il-ġilda ta’ 6 mg ta’ lipegfilgrastim matul l-ewwel ċiklu ta’ kimoterapija. Wara injezzjoni waħda taħt il-ġilda ta’ 6 mg ta’ lipegfilgrastim matul ir-raba’ ċiklu, il-konċentrazzjonijiet massimi fid-demm kienu iktar baxxi minn dawk osservati fl-ewwel ċiklu (medja tal-valuri ta’ 77 u 111 ng/ml) u ntlaħqu wara tmax medjan ta’

8 sigħat. Il-half-lives terminali medji fir-raba’ ċiklu kienu ta’ madwar 39 u 42 siegħa.

Fi studju (XM22-04) li sar fuq pazjenti b’kanċer tal-pulmun ta’ ċelluli mhux żgħar li kienu qed jirċievu kimoterapija li tikkonsisti minn cisplatin u etoposide, il-medja tal-konċentrazzjoni massima fid-demm ta’ 317 ng/ml intlaħqet wara tmax medjan ta’ 24 siegħa u l-medja tal-half-life terminali kienet ta’ madwar 28 siegħa wara injezzjoni waħda taħt il-ġilda ta’ 6 mg ta’ lipegfilgrastim matul l-ewwel ċiklu ta’ kimoterapija. Wara injezzjoni waħda taħt il-ġilda ta’ 6 mg ta’ lipegfilgrastim matul ir-raba’ ċiklu, il-medja tal-konċentrazzjoni massima fid-demm ta’ 149 ng/ml intlaħqet wara tmax medjan ta’

8 sigħat u l-medja tal-half-life terminali kienet ta’ madwar 34 siegħa.

Lipegfilgrastim jidher li jiġi eliminat primarjament permezz ta’ tneħħija li ssir permezz ta’ newtrofili, li jsiru saturati f’dożi ogħla. B’mod konsistenti ma’ mekkaniżmu ta’ tneħħija li jirregola lilu nnifsu, il- konċentrazzjoni ta’ lipegfilgrastim fis-serum tonqos bil-mod matul il-livell minimu temporanju tan- newtrofili kkawżat mill-kimoterapija, u b’mod mgħaġġel fil-bidu ta’ wara tal-irkuprar tan-newtrofili (ara figura 1).

Figura 1: Profil tal-medjan tal-konċentrazzjoni ta’ lipegfilgrastim fis-serum u medjan tal-ANC f’pazjenti kkurati bil-kimoterapija wara injezzjoni waħda ta’ 6 mg ta’ lipegfilgrastim

Medjan tal-konċentrazzjonijiet fis-serum ta’ lipegfilgrastim (ng/ml)

Lipegfilgrastim

ANC

Medjan ta’ ANC (x 109 ċelluli/l)

Jiem ta’ studju, injezzjoni ta’ lipegfilgrastim f’jum 0

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi jew tal-fwied

Minħabba mekkaniżmu ta’ tneħħija li jsir permezz ta’ newtrofili, il-farmakokinetika ta’ lipegfilgrastim mhix mistennija li tiġi affettwata minn indeboliment tal-kliewi jew tal-fwied.

Pazjenti anzjani

Dejta limitata minn pazjenti tindika li l-farmakokinetika ta’ lipegfilgrastim f’pazjenti anzjani (65 - 74 sena) hi simili għal dik f’pazjenti iżgħar. L-ebda dejta farmakokinetika mhi disponibbli f’pazjenti li għandhom ≥ 75 sena.

Popolazzjoni pedjatrika

Fi studju ta’ fażi 1 (ara sezzjoni 5.1), bl-użu ta’ soluzzjoni ta’ 10 mg/ml għal injezzjoni taħt il-ġilda żviluppata speċifikament għall-istudji pedjatriċi, il-konċentrazzjonijiet massimi medji fid-demm (Cmax) kienu 243 ng/ml fil-grupp ta’ sentejn sa <6 snin, 255 ng/ml fil-grupp ta’ 6 snin sa <12-il sena u

224 ng/ml fil-grupp ta’ 12-il sena sa <18-il sena wara injezzjoni waħda taħt il-ġilda ta’ 100 μg/kg (massimu 6 mg) ta’ lipegfilgrastim mal-ewwel ċiklu ta’ kimoterapija. Il-konċentrazzjonijiet massimi fid-demm intlaħqu wara ħin medjan (tmax) ta’ 23.9 sigħat, 30.0 siegħa u 95.8 sigħat, rispettivament. Ara sezzjoni 4.2.

Pazjenti b’piż żejjed

Ġiet osservata tendenza lejn tnaqqis fl-esponiment għal lipegfilgrastim ma’ żieda fi piż. Dan jista’ jirriżulta f’risponsi farmakodinamiċi iktar baxxi f’pazjenti ħoxnin (> 95 kg). Tnaqqis konsegwenti fl- effikaċja f’dawn il-pazjenti ma jistax jiġi eskluż fuq id-dejta kurrenti.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi waħidhom u ripetuti u tolleranza lokali, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

Fi studju dwar l-effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva fil-fniek, ġiet osservata żieda fl-inċidenza ta’ telf ta’ wara l-impjantazzjoni u korriment f’dożi għoljin ta’ lipegfilgrastim, u dan x’aktarx seħħ minħabba effett farmakodinamiku esaġerat li hu speċifiku għal fniek. M’hemm l-ebda evidenza li lipegfilgrastim hu teratoġeniku. Dawn ir-riżultati huma konsistenti ma’ riżultati miksuba minn G-CSF u derivati. Informazzjoni ppubblikata fuq G-CSF u derivati ma żvelat l-ebda evidenza ta’ effetti avversi fuq il-fertilità u l-iżvilupp embrijufetali fil-firien jew effetti ta’ qabel jew wara t-twelid, ħlief dawk marbuta ma’ tossiċità materna wkoll. Hemm evidenza li filgrastim u pegfilgrastim jistgħu jiġu ttrasportati f’livelli baxxi fuq il-plaċenta fil-firien, għalkemm m’hemm l-ebda informazzjoni disponibbli għal lipegfilgrastim. Ir-rilevanza ta’ dawn ir-riżultati għall-bnedmin mhijiex magħrufa.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Acetic acid, glacial

Sodium hydroxide (għal aġġustament tal-pH)

Sorbitol (E420)

Polysorbate 20

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbiltajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2 C – 8 C).

Tagħmlux fil-friża.

Żomm is-siringa mimlija għal-lest fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Lonquex jista’ jitneħħa mill-friġġ u jinħażen f’temperatura taħt 25°C għal perjodu wieħed massimu ta’ sa 3 ijiem. Ġaladarba jitneħħa mill-friġġ, il-prodott mediċinali jrid jintuża f’dan il-perjodu jew inkella jintrema.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

0.6 ml ta’ soluzzjoni f’siringa mimlija għal-lest (ħġieġ ta’ tip I) bi planġer-tapp [poly(ethylene-co-tetrafluoroethylene) miksi b’lastku tal-bromobutyl] u labra fissa tal-injezzjoni (azzar, 29G [0.34 mm] jew 27G [0.4 mm] x 0.5 pulzier [12.7 mm]).

Daqsijiet tal-pakkett ta’ siringa mimlija għal-lest 1 bi jew mingħajr tagħmir tas-sigurtà (li jipprevjeni feriti minn tingiż tal-labra u l-użu mill-ġdid).

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi u għal immaniġġar ieħor

Is-soluzzjoni għandha tiġi eżaminata viżwalment qabel l-użu. Għandhom jintużaw biss soluzzjonijiet li jkunu ċari u mingħajr frak.

Is-soluzzjoni għandha titħalla tilħaq temperatura komda (15°C - 25°C) għall-injezzjoni.

Ċaqliq bis-saħħa għandu jiġi evitat. Ċaqliq eċċessiv jista’ jikkawża l-aggregazzjoni ta’ lipegfilgrastim, u jagħmlu bijoloġikament inattiv.

Lonquex ma fih l-ebda preservattiv. Minħabba r-riskju possibbli ta’ kontaminazzjoni mikrobjali, is-siringi ta’ Lonquex għandhom jintużaw darba biss.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

UAB "Sicor Biotech"

Molėtų pl. 5

LT-08409 Vilnius

Il-Litwanja

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/13/856/001

EU/1/13/856/002

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 25 ta’ Lulju, 2013.

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati