Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Lonquex (lipegfilgrastim) – Fuljett ta’ tagħrif - L03AA14

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaLonquex
Kodiċi ATCL03AA14
Sustanzalipegfilgrastim
ManifatturSicor Biotech UAB

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Lonquex 6 mg soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

Lipegfilgrastim

▼Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Lonquex u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Lonquex

3.Kif għandek tuża Lonquex

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Lonquex

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

7.Informazzjoni biex tinjetta lilek innifsek

1.X’inhu Lonquex u għalxiex jintuża

X’inhu Lonquex

Lonquex fih is-sustanza attiva lipegfilgrastim. Lipegfilgrastim hu proteina modifikata taħdem fit-tul magħmula permezz ta’ bijoteknoloġija f’batterji msejħa Escherichia coli. Jappartjeni għal grupp ta’ proteini msejħa cytokines, u hu simili għal proteina naturali (fattur tal-istimulazzjoni tal-kolonji tal- granuloċiti [G-CSF]) magħmul minn ġismek stess.

Għalxiex jintuża Lonquex

It-tabib tiegħek tak riċetta għal Lonquex biex inaqqas it-tul ta’ żmien ta’ kundizzjoni msejħa newtropenija (għadd baxx ta’ ċelluli tad-demm bojod) u l-każijiet ta’ newtropenija bid-deni (għadd baxx ta’ ċelluli tad-demm bojod flimkien ma’ deni). Dawn jistgħu jiġu kkawżati mill-użu ta’ kimoterapija ċitotossika (mediċini li jeqirdu ċelluli li jkunu qed jikbru malajr).

Kif jaħdem Lonquex

Lipegfilgrastim jistimula l-mudullun (it-tessut fejn isiru ċelluli tad-demm ġodda) biex jipproduċi iktar ċelluli tad-demm bojod. Iċ-ċelluli tad-demm bojod huma importanti għax jgħinu lill-ġismek jiġġieled l-infezzjoni. Dawn iċ-ċelluli huma sensittivi ħafna għall-effetti ta’ kimoterapija li tista’ jikkawża n- numru ta’ dawn iċ-ċelluli f’ġismek biex jonqos. Jekk iċ-ċelluli tad-demm bojod jinżlu għal livell baxx, jista’ ma jkunx fadal biżżejjed fil-ġisem biex jiġġieldu l-batterji u inti jista’ jkollok żieda fir-riskju ta’ infezzjoni.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Lonquex

Tużax Lonquex:

jekk inti allerġiku għal lipegfilgrastim jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tuża Lonquex.

jekk ikollok uġigħ fin-naħa ta’ fuq ta’ żaqqek fuq ix-xellug, jew fit-tarf ta’ spallejk. Dan jista’ jkun konsegwenza ta’ disturb fil-milsa (ara sezzjoni “4. Effetti sekondarji possibbli”).

jekk ikollok sogħla, deni u diffikultà biex tieħu n-nifs. Dawn jistgħu jkunu konsegwenza ta’ disturb pulmonari (ara sezzjoni “4. Effetti sekondarji possibbli”).

jekk għandek anemija taċ-ċelluli sickle, li hi marda li tintiret ikkaratterizzati minn ċelluli tad- demm ħomor li jkollhom il-forma ta’ minġel.

jekk fil-passat kellek reazzjonijiet allerġiċi għal mediċini oħra bħal din (eż. filgrastim, lenograstim jew pegfilgrastim tal-grupp ta’ G-CSFs. Jista’ jkun hemm riskju ta’ reazzjoni għal Lonquex ukoll.

It-tabib tiegħek se jagħmel testijiet regolari tad-demm biex jimmonitorja d-diversi komponenti tad- demm u l-livelli tagħhom.

Tfal u adolexxenti

Tagħtix din il-mediċina lil tfal u adolexxenti taħt it-18 il-sena għax hemm biss esperjenza limitata fit- tfal biex turi li din il-mediċina hi sigura u taħdem f’dan il-grupp ta’ età.

Mediċini oħra u Lonquex

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tuża, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċini oħra.

Normalment inti se tinjetta d-doża tiegħek ta’ Lonquex madwar 24 siegħa wara l-aħħar doża tiegħek ta’ kimoterapija fit-tmiem ta’ kull ċiklu ta’ kimoterapija.

Tqala u treddigħ

Lonquex ma ġiex ittestjat f’nisa tqal. Hu importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, għax it-tabib jista’ jiddeċiedi li m’għandekx tuża din il-mediċina.

Mhux magħruf jekk is-sustanza attiva f’din il-mediċina tgħaddix ġol-ħalib tas-sider. Inti għalhekk għandek tinterrompi t-treddigħ matul it-trattament.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Lonquex m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

Lonquex fih sorbitol u sodium

Din il-mediċina fiha sorbitol. Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

Dan il-prodott mediċinali fih anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull siringa mimlija għal-lest, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.

3.Kif għandek tuża Lonquex

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

X’inhi d-doża rakkomandata

Id-doża rakkomandata hija ta’ siringa waħda mimlija għal-lest (6 mg ta’ lipegfilgrastim) darba kull

ċiklu ta’ kimoterapija.

Meta għandek tuża Lonquex

Din il-mediċina għandha tintuża madwar 24 siegħa wara l-aħħar doża tiegħek ta’ kimoterapija fit- tmiem ta’ kull ċiklu ta’ kimoterapija.

Kif jingħataw l-injezzjonijiet?

Din il-mediċina tingħata bħala injezzjoni bl-użu ta’ siringa mimlija għal-lest. Din l-injezzjoni tingħata ġot-tessut kemm kemm taħt il-ġilda (injezzjoni taħt il-ġilda).

It-tabib tiegħek jista’ jissuġġerixxi li inti titgħallem kif tinjetta lilek innifsek b’din il-mediċina. It-tabib jew l-infermier tiegħek se jagħtuk istruzzjonijiet dwar kif tagħmel dan. Tippruvax tagħti Lonquex lilek innifsek mingħajr dan it-taħriġ. L-informazzjoni meħtieġa biex tuża s-siringa mimlija għal-lest jinsab fl-aħħar ta’ dan fuljett ta’ tagħrif (ara sezzjoni “7. Informazzjoni biex tinjetta lilek innifsek”). Madankollu, il-kura kif suppost tal-marda tiegħek, teħtieġ kooperazzjoni mill-qrib u kostanti mat-tabib tiegħek.

Jekk tuża Lonquex aktar milli suppost

Jekk tuża Lonquex aktar milli suppost, kellem lit-tabib tiegħek.

Jekk tinsa tuża Lonquex

Jekk tkun insejt tieħu doża tal-injezzjoni, ikkuntattja lit-tabib tiegħek biex tiddiskuti meta għandek tinjetta d-doża li jmiss.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-iktar effetti sekondarji serji

Reazzjonijiet allerġiċi bħal raxx tal-ġilda, żoni tal-ġilda li jkunu minfuħin u bil-ħakk, u rezzjonijiet allerġiċi serji bi dgħufija, tnaqqis fil-pressjoni tad-demm, diffikultà biex tieħu n-nifs u nefħa tal-wiċċ ġew irrappurtati b’mod mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100). Jekk taħseb li jkun qed ikollok dan it-tip ta’ reazzjoni, trid twaqqaf l-injezzjoni ta’ Lonquex tikseb għajnuna medika immedjatament.

Żieda fid-daqs tal-milsa ġiet irrappurtata b’mod mhux komuni (tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 100) u każijiet ta’ ftuq tal-milsa ġew irrappurtati b’mediċini oħrajn li huma simili għal Lonquex. Xi każijiet ta’ ftuq tal-milsa kienu fatali. Hu importanti li tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok uġigħ fin-naħa ta’ fuq ta’ żaqqek fuq ix-xellug jew uġigħ fi spalltek tax-xellug għax dan jista’ jkun relatat ma’ problema fil-milsa.

Sogħla, deni u teħid tan-nifs diffiċli jew bl-uġigħ jistgħu jkunu sinjali ta’ effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100) serji, bħal pnewmonja u sindromu ta’ problema respiratorja akuta, li jistgħu jkunu fatali. Jekk ikollok id-deni jew kwalunkwe minn dawn is-sintomi, hu importati li tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.

Hu importanti li tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi li ġejjin: nefħa, li tista’ tkun assoċjata ma’ li persuna tagħmel l-awrina inqas frekwenti, diffikultà biex tieħu n nifs, nefħa addominali u sensazzjoni li wieħed iħossu mimli, u sensazzjoni ġenerali ta’ għeja. Dawn is-sintomi ġeneralment jiżviluppaw b’mod rapidu.

Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ kundizzjoni rrappurtata b’mediċini oħrajn simili għal Lonquex li tissejjaħ “sindromu ta’ tnixxija kapillari” li tikkawża demm li jnixxi mill-vini ż-żgħar għal ġo ġismek u teħtieġ attenzjoni medika urġenti.

Effetti sekondarji oħra

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna 1 minn kull 10)

Uġigħ muskoluskeletriku bħal uġigħ fl-għadam u wġigħ fil-ġogi, muskoli, dirgħajn/riġlejn, sider, għonq jew dahar. It-tabib tiegħek se jgħidlek x’tista’ tieħu biex ittaffi l-uġigħ fl-għadam.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

Tnaqqis ta’ plejtlits fid-demm, li jżid ir-riskju ta’ emorraġija jew tbenġil.

Uġigħ ta’ ras.

Reazzjonijiet tal-ġilda, bħal ħmura jew raxx.

Livelli baxxi ta’ potassium fid-demm, li jistgħu jikkawżaw dgħufija fil-muskoli, kontrazzjonijiet jew ritmu anormali tal-qalb.

Uġigħ fis-sider.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

Żieda fiċ-ċelluli bojod tad-demm.

Reazzjonijiet lokali fis-sit tal-injezzjoni, bħal uġigħ jew ebusija.

Jista’ jseħħ xi tibdil fid-demm tiegħek, iżda dan se jinstab minn testijiet tad-demm ta’ rutina.

Effetti sekondarji li ġew osservati b’mediċini simili, iżda mhux b’Lonquex s’issa

Kriżijiet taċ-ċelluli sickle pazjenti b’anemija taċ-ċelluli sickle.

Leżjonijiet minfuħin ta’ kulur l-għajnbaqar u bl-uġigħ fuq id-dirgħajn/riġlejn u xi kultant fil- wiċċ u fl-għonq, flimkien ma’ deni (is-sindrome ta’ Sweet).

Infjammazzjoni tal-vini jew arterji fil-ġilda.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Lonquex

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna ta’ barra u fuq it-tikketta tas- siringa mimlija għal-lest wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix- xahar.

Aħżen fi friġġ (2 C – 8 C).

Tagħmlux fil-friża.

Żomm is-siringa mimlija għal-lest fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Lonquex jista’ jitneħħa mill-friġġ u jinħażen f’temperatura ta’ inqas minn 25°C għal perjodu wieħed massimu ta’ sa 3 ijiem. Ġaladarba jitneħħa mill-friġġ, il-mediċina trid tintuża f’dan il-perjodu jew inkella tintrema.

Tużax din il-mediċina jekk tinnota li hi mċajpra jew li fiha l-frak.

Armi din il-mediċina skont kif jgħidulek it-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Lonquex

Is-sustanza attiva hi lipegfilgrastim. Kull siringa mimlija għal-lest fiha 6 mg ta’ lipegfilgrastim. Kull ml ta’ soluzzjoni fih 10 mg ta’ lipegfilgrastim.

Is-sustanzi l-oħra (eċċipjenti) huma glacial acetic acid, sodium hydroxide, sorbitol (E420), polysorbate 20 u ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher Lonquex u l-kontenut tal-pakkett

Lonquex hu soluzzjoni għall-injezzjoni (injezzjoni) f’siringa mimlija għal-lest b’labra fissa tal- injezzjoni f’folja. Lonquex hu soluzzjoni ċara u bla kulur. Kull siringa mimlija għal-lest fiha soluzzjoni ta’ 0.6 ml.

Kull pakkett fih siringa mimlija għal-lest 1 bi jew mingħajr tagħmir tas-sigurtà.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

UAB "Sicor Biotech"

Molėtų pl. 5

LT-08409 Vilnius

Il-Litwanja

Manifattur

Teva Biotech GmbH

Dornierstraße 10

89079 Ulm

Il-Ġermanja

Teva Pharmaceuticals Europe B.V.

Swensweg 5

2031 GA Haarlem

L-Olanda

Teva Operations Poland Sp. z o.o. ul. Mogilska 80

31-546 Kraków Il-Polonja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

UAB "Sicor Biotech"

Tél/Tel: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 0203

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG,

Teл: +359 2 489 95 82

Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: +32 3 820 73 73

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt.

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland, L-Irlanda

Tlf: +45 44 98 55 11

Tel: +353 51 321740

Deutschland

Nederland

TEVA GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: +49 731 402 08

Tel: +31 800 0228 400

Eesti

Norge

UAB "Sicor Biotech" Eesti filiaal

Teva Norway AS

Tel: +372 661 0801

Tlf: +47 66 77 55 90

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43 1 97 007

España

Polska

Teva Pharma, S.L.U.

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tél: +34 91 387 32 80

Tel.: +48 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33 1 55 91 78 00

Tel: +351 21 476 75 50

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o.

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel: +385 1 37 20 000

Tel: +40 21 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 51 321740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 57 26 79 11

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

Teva Finland

Tel: +39 02 89 17 98 1

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε., Ελλάδα

Teva Sweden AB

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +46 42 12 11 00

Latvija

United Kingdom

UAB "Sicor Biotech" filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 673 23 666

Tel: +44 1977 628500

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{xahar SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

7.Informazzjoni biex tinjetta lilek innifsek

Din is-sezzjoni fiha informazzjoni dwar kif tinjetta lilek innifsek b’injezzjoni ta’ Lonquex taħt il-ġilda. Hu importanti li ma tippruvax tagħti l-injezzjoni lilek innifsek ħlief jekk tkun ingħatajt taħriġ speċjali mingħand it-tabib jew l-infermier tiegħek. Jekk m’intix ċert dwar kif tagħti l-injezzjoni lilek innifsek jew jekk ikollok xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew l-infermier tiegħek biex jgħinuk.

Kif jintuża Lonquex

Se jkollok bżonn tagħti l-injezzjoni lilek innifsek fit-tessut li jinsab kemm kemm taħt il-ġilda. Din hi magħrufa bħala injezzjoni taħt il-ġilda.

Tagħmir li jkollok bżonn

Biex tagħti injezzjoni lilek innifsek fit-tessut taħt il-ġilda se jkollok bżonn:

siringa mimlija għal-lest ta’ Lonquex,

tajjara bl-alkoħol,

biċċa faxxa/ġarża jew ġarża/tajjara sterilizzata,

kontenitur li ma jistax jittaqqab (kontenitur tal-plastik ipprovdut mill-isptar jew mill-ispiżerija) biex tkun tista tarmi s-siringi b’mod sigur.

X’għandek tagħmel qabel l-injezzjoni

1.Oħrog il-mediċina mill-friġġ.

2.Iftaħ il-folja u oħroġ is-siringa mimlija għal-lest mill-folja. Taqbadx is-siringa mimlija għal-lest mill-planġer jew mill-għatu tal-labra.

3.Iċċekkja d-data ta’ skadenza fuq is-siringa mimlija għal-lest (JIS). Tużahiex jekk id-data tkun wara l-aħħar jum tax-xahar indikat.

4.Iċċekkja d-dehra ta’ Lonquex. Il-kontenut għandu jkun likwidu ċar u bla kulur. Jekk ikun fih il- frak jew ikun imċajpar, m’għadekx tużah.

5.Iċċaqlaqx Lonquex bis-saħħa għax dan jista’ jaffettwa l-attività tiegħu.

6.Għal injezzjoni iktar komda, ħalli s-siringa mimlija għal-lest toqgħod 30 minuta biex tilħaq it- temperatura tal-kamra (mhux aktar minn 25°C) jew żomm is-siringa mimlija għal-lest b’mod ġentili f’idejk għal ftit minuti. Issaħħanx Lonquex bi kwalunkwe mod ieħor (pereżempju, issaħħnux fil-microwave jew f’ilma jaħraq).

7.Tneħħix l-għatu tal-labra mis-siringa sakemm tkun lest biex tinjetta.

8.Sib post komdu u li jkun imdawwal tajjeb. Poġġi dak kollu li teħtieġ fejn jista’ jintlaħaq faċilment (is-siringa ta’ Lonquex mimlija għal-lest, tajjara bl-alkoħol, biċċa faxxa/ġarża jew ġarża/tajjara sterilizzata u l-kontenitur li ma jistax jittaqqab).

9.Aħsel idejk sewwa.

Kif tipprepara għall-injezzjoni tiegħek

Qabel ma tinjetta lilek innifsek b’Lonquex, trid tagħmel dan li ġej:

1.Żomm is-siringa u neħħi bil-mod l-għatu minn fuq il-labra mingħajr ma tilwih. Iġbed bi dritt kif muri fi istampi 1 u 2. Tmissx il-labra u timbuttax il-planġer.

2.Tista’ tinnota bżieżaq żgħar tal-arja fis-siringa mimlija għal-lest. Jekk ikun hemm bżieżaq tal- arja, tektek bil-mod is-siringa b’subgħajk sakemm il-bżieżaq tal-arja jitilgħu fin-naħa ta’ fuq tas-siringa. Bis-siringa tipponta ’l fuq, neħħi l-arja kollha minn ġos-siringa billi timbotta l- planġer bil-mod ’il fuq.

3.Issa tista’ tuża s-siringa mimlija għal-lest.

Fejn għandek tagħti l-injezzjoni

L-aktar postijiet adattati biex tinjetta lilek innifsek huma:

in-naħa ta’ fuq tal-koxox,

iż-żaqq (ara ż-żoni griżi fi stampa 3) billi tevita l-ġilda li direttament tkun madwar iż-żokra.

Jekk xi ħaddieħor ikun se jagħtik l-injezzjoni, din il-persuna tista’ tuża wkoll in-naħa ta’ wara u l-ġenb tal-parti ta’ fuq ta’ dirgħajk (ara ż-żoni griżi fi stampi 4 u 5).

Kif għandek tinjetta lilek innifsek

1.Iddiżinfetta s-sit tal-injezzjoni fuq il-ġilda billi tuża tajjara bl-alkoħol u toqros il-ġilda bejn is- saba’ l-kbir u s-saba’ l-werrej, mingħajr ma tagħfasha (ara stampa 6).

2.Daħħal il-labra kollha ġol-ġilda kif urewk it-tabib jew l-infermier tiegħek. L-angolu bejn is- siringa u l-ġilda m’għandux jkun dejjaq wisq (mill-inqas 45°, ara stampa 7).

3.Iġbed ftit il-planġer biex tiċċekkja li ma taqqabtx xi vina/arterja. Jekk tara d-demm fis-siringa, neħħi l-labra u daħħalha mill-ġdid f’post ieħor.

4.Injetta l-likwidu ġot-tessut bil-mod u b’mod konsistenti, billi dejjem iżżom il-ġilda maqrusa.

5.Wara li tinjetta l-likwidu, neħħi l-labra u erħi l-ġilda.

6.Agħfas is-sit tal-injezzjoni b’biċċa faxxa/ġarża jew b’ġarża/tajjara sterilizzata għal diversi sekondi.

7.Uża biss kull siringa għal injezzjoni waħda. Tużax kwalunkwe Lonquex li jkun fadal fis-siringa.

Ftakar

Jekk ikollok kwalunkwe problemi, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew lill-infermier tiegħek għall- għajnuna u parir.

Kif tarmi s-siringi uzati

Tpoġġix l-għatu lura fuq siringi użati.

Poġġi s-siringi użati fil-kontenitur li ma jittaqqabx u żommu fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

Armi l-kontenitur mimli li ma jittaqqabx skont kif jgħidulek it-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

Qatt m’għandek tarmi siringi użati ġol-kontenitur tal-iskart normali tad-dar.

7. Informazzjoni biex tinjetta lilek innifsek

Din is-sezzjoni fiha informazzjoni dwar kif tinjetta lilek innifsek b’injezzjoni ta’ Lonquex taħt il-ġilda. Hu importanti li ma tippruvax tagħti l-injezzjoni lilek innifsek ħlief jekk tkun ingħatajt taħriġ speċjali mingħand it-tabib jew l-infermier tiegħek. Jekk m’intix ċert dwar kif tagħti l-injezzjoni lilek innifsek jew jekk ikollok xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew l-infermier tiegħek biex jgħinuk.

Kif jintuża Lonquex

Se jkollok bżonn tagħti l-injezzjoni lilek innifsek fit-tessut li jinsab kemm kemm taħt il-ġilda. Din hi magħrufa bħala injezzjoni taħt il-ġilda.

Tagħmir li jkollok bżonn

Biex tagħti injezzjoni lilek innifsek fit-tessut taħt il-ġilda se jkollok bżonn:

siringa mimlija għal-lest ta’ Lonquex,

tajjara bl-alkoħol,

biċċa faxxa/ġarża jew ġarża/tajjara sterilizzata.

X’għandek tagħmel qabel l-injezzjoni

1.Oħrog il-mediċina mill-friġġ.

2.Iftaħ il-folja u oħroġ is-siringa mimlija għal-lest mill-folja (see stampa 1). Taqbadx is-siringa mimlija għal-lest mill-planġer jew mill-għatu tal-labra. Dan jista’ jagħmel ħsara lit-tagħmir tas- sigurtà.

3.Iċċekkja d-data ta’ skadenza fuq is-siringa mimlija għal-lest (JIS). Tużahiex jekk id-data tkun wara l-aħħar jum tax-xahar indikat.

4.Iċċekkja d-dehra ta’ Lonquex. Il-kontenut għandu jkun likwidu ċar u bla kulur. Jekk ikun fih il- frak jew ikun imċajpar, m’għadekx tużah.

5.Iċċaqlaqx Lonquex bis-saħħa għax dan jista’ jaffettwa l-attività tiegħu.

6.Għal injezzjoni iktar komda, ħalli s-siringa mimlija għal-lest toqgħod 30 minuta biex tilħaq it- temperatura tal-kamra (mhux aktar minn 25°C) jew żomm is-siringa mimlija għal-lest b’mod ġentili f’idejk għal ftit minuti. Issaħħanx Lonquex bi kwalunkwe mod ieħor (pereżempju, issaħħnux fil-microwave jew f’ilma jaħraq).

7.Tneħħix l-għatu tal-labra mis-siringa sakemm tkun lest biex tinjetta.

8.Sib post komdu u li jkun imdawwal tajjeb. Poġġi dak kollu li teħtieġ fejn jista’ jintlaħaq faċilment (is-siringa ta’ Lonquex mimlija għal-lest, tajjara bl-alkoħol u biċċa faxxa/ġarża jew ġarża/tajjara sterilizzata).

9.Aħsel idejk sewwa.

Kif tipprepara għall-injezzjoni tiegħek

Qabel ma tinjetta lilek innifsek b’Lonquex, trid tagħmel dan li ġej:

1.Żomm is-siringa u neħħi bil-mod l-għatu minn fuq il-labra mingħajr ma tilwih. Iġbed bi dritt kif muri fi istampi 2 u 3. Tmissx il-labra u timbuttax il-planġer.

2.Tista’ tinnota bżieżaq żgħar tal-arja fis-siringa mimlija għal-lest. Jekk ikun hemm bżieżaq tal- arja, tektek bil-mod is-siringa b’subgħajk sakemm il-bżieżaq tal-arja jitilgħu fin-naħa ta’ fuq tas-siringa. Bis-siringa tipponta ’l fuq, neħħi l-arja kollha minn ġos-siringa billi timbotta l- planġer bil-mod ’il fuq.

3.Issa tista’ tuża s-siringa mimlija għal-lest.

Fejn għandek tagħti l-injezzjoni

L-aktar postijiet adattati biex tinjetta lilek innifsek huma:

in-naħa ta’ fuq tal-koxox,

iż-żaqq (ara ż-żoni griżi fi stampa 4) billi tevita l-ġilda li direttament tkun madwar iż-żokra.

Jekk xi ħaddieħor ikun se jagħtik l-injezzjoni, din il-persuna tista’ tuża wkoll in-naħa ta’ wara u l-ġenb tal-parti ta’ fuq ta’ dirgħajk (ara ż-żoni griżi fi stampi 5 u 6).

Kif għandek tinjetta lilek innifsek

1.Iddiżinfetta s-sit tal-injezzjoni fuq il-ġilda billi tuża tajjara bl-alkoħol u toqros il-ġilda bejn is- saba’ l-kbir u s-saba’ l-werrej, mingħajr ma tagħfasha (ara stampa 7).

2.Daħħal il-labra kollha ġol-ġilda kif urewk it-tabib jew l-infermier tiegħek. L-angolu bejn is- siringa u l-ġilda m’għandux jkun dejjaq wisq (mill-inqas 45°, ara stampa 8).

3.Iġbed ftit il-planġer biex tiċċekkja li ma taqqabtx xi vina/arterja. Jekk tara d-demm fis-siringa, neħħi l-labra u daħħalha mill-ġdid f’post ieħor.

4.Injetta l-likwidu ġot-tessut bil-mod u b’mod konsistenti, billi dejjem iżżom il-ġilda maqrusa (ara stampa 9).

5.Agħfas il-planġer s’isfel nett u injetta l-likwidu kollu. Meta l-planġer ikun għadu magħfus s’isfel nett, neħħi l-labra minn ġol-ġilda (ara stampa 10). Imbagħad erħi l-planġer. It-tagħmir

tas-sigurtà se jiġi attivat awtomatikament. Il-labra u s-siringa kollha se jinġibdu lura awtomatikament u jinksew biex b’hekk ma tkunx tista’ tniggeż lilek innifsek (ara stampa 11).

6.Agħfas is-sit tal-injezzjoni b’biċċa faxxa/ġarża jew b’ġarża/tajjara sterilizzata għal diversi sekondi.

7.Kull siringa mimlija għal-lest tintuża darba biss.

Ftakar

Jekk ikollok kwalunkwe problemi, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew lill-infermier tiegħek għall- għajnuna u parir.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati