Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Lumigan (bimatoprost) – Fuljett ta’ tagħrif - S01EE03

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaLumigan
Kodiċi ATCS01EE03
Sustanzabimatoprost
ManifatturAllergan Pharmaceuticals Ireland

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

LUMIGAN 0.1 mg/ml qtar għall-għajnejn, soluzzjoni

Bimatoprost

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu LUMIGAN 0.1 mg/ml u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża LUMIGAN 0.1 mg/ml

3.Kif għandek tuża LUMIGAN 0.1 mg/ml

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen LUMIGAN 0.1 mg/ml

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu LUMIGAN 0.1 mg/ml u gћalxiex jintuża

LUMIGAN hu prodott mediċinali għal kontra l-glawkoma. Jifforma parti minn grupp ta’ mediċini magħrufa bħala prostamidi.

Il-qtar għall-għajnejn LUMIGAN jintużaw biex inaqqsu l-pressjoni għolja fl-għajn. Din il-mediċina tista’ tintuża waħedha jew ma’ qtar ieħor magħrufa bħala imblokkaturi tar-riċetturi beta li wkoll inaqqsu l-pressjoni.

Għajnejk fiha likwidu ċar li jsostni l-parti ta’ ġewwa tal-għajn. Il-likwidu joħroġ kontinwament mill- għajn u likwidu ġdid jiġi magħmul biex jeħodlu postu. Jekk il-likwidu ma joħroġx malajr biżżejjed, tiżdied il-pressjoni fuq il-parti ta’ ġewwa tal-għajn. Din il-mediċina taħdem billi żżid l-ammont ta’ likwidu li jitneħħa. Dan inaqqas il-pressjoni fil-parti ta’ ġewwa tal-għajn. Jekk il-pressjoni għolja ma tinżilx, din tista’ twassal għal marda msejħa glawkoma u eventwalment tagħmel ħsara lill-vista tiegħek.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża LUMIGAN 0.1 mg/ml

Tużax LUMIGAN 0.1 mg/ml

-Jekk int allerġiku għal bimatoprost jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).

-jekk kellek tieqaf tuża qtar għall-għajnejn fil-passat minħabba effett sekondarju tal-preservattiv benzalkonium chloride.

Twissijiet u prekawzjonijiet:

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tuża LUMIGAN 0.1 mg/ml Kellem lit-tabib tiegħek jekk:

-Għandek xi problemi biex tieħu n-nifs.

-Għandek xi problemi fil-fwied jew fil-kliewi.

-Għamilt l-operazzjoni tal-katarretta fil-passat.

-Għandek għajnejn xotti

-Għandek jew kellek kwalunkwe problemi fil-kornea (il-parti trasparenti ta’ quddiem tal- għajn)

-Jekk tilbes il-lentijiet tal-kuntatt (ara “ LUMIGAN 0.1 mg/ml”)

-Jekk għandek jew kellek pressjoni tad-demm baxxa jew rata baxxa ta’ tażbit tal-qalb

-Kellek infezzjoni virali jew infjammazzjoni f’għajnejk

LUMIGAN jista’ jikkawża skurament u żjieda fit-tul tax-xagħar ta’ xfar il-għajn u kif ukoll skurament tal-ġilda tal-kappell ta’ l-għajn. Il-kulur tal-ħabba ta’ l-għajn tista’ tiskura wkoll fuq perijodu ta’ żmien. Dawn il-bidliet jistgħu jkunu permanenti. Il-bidla tista’ tkun aktar evidenti meta l-kura ssir fuq għajn waħda biss.

Tfal u adolexxenti

LUMIGAN ma ġiex ittestjat fi tfal ta’ taħt it-18-il sena u għalhekk m’għandux jintuża minn pazjenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u LUMIGAN:

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

LUMIGAN jista’ jidħol fil-ħalib tas-sider u għalhekk m’għandekx tredda’ waqt li qed tuża

LUMIGAN.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-vista tiegħek tista’ ssir ftit imċajpra għal ftit ħin hekk kif tuża LUMIGAN. M’għandekx issuq jew tħaddem xi magni qabel ma terġa’ tiċċaralek il-vista.

LUMIGAN 0.1 mg/ml fih benzalkonium chloride

Tużax il-qtar waqt li tkun liebes il-lentijiet tal-kuntatt. Stenna mqar 15-il minuta wara li tkun użajt qtar ta’ l-għajnejn qabel ma terġa’ tqiegħed il-lentijiet tal-kuntatt lura f’għajnejk. Preservattiv f’LUMIGAN magħruf bħala benzalkonium chloride jista’ jikkawża l-irritazzjoni fl-għajn u jista’ jneħħi l-kulur tal- lentijiet tal-kuntatt rotob.

3.Kif għandek tuża LUMIGAN 0.1 mg/ml

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

LUMIGAN għandu jintuża biss fl-għajn. Id-doża rrakkomandata hija qatra waħda ta’ Lumigan f’kull għajn li teħtieġ il-kura filgħaxija, darba kuljum

Jekk tuża LUMIGAN flimkien ma’ mediċini oħra tal-għajnejn, ħalli mill-anqas 5 minuti bejn l-użu ta’ LUMIGAN u l-mediċina l-oħra.

Tużax aktar minn darba kuljum għax l-effettività tal-kura tista’ titnaqqas.

Istruzzjonijiet għall-użu:

M’għandekx tuża l-flixkun jekk is-siġill ta’ sigurtà fl-għonq tal-flixkun ikun miksur qabel ma tkun bdejt tużah għall-ewwel darba.

1.Aħsel idejk. Mejjel rasek lura u ħares lejn is-saqaf.

2.Bil-mod niżżel l-isfel tebqet il-għajn t’isfel sakemm ikun hemm spazju żgħir.

3.Aqleb il-flixkun rasu l-isfel u agħfsu sakemm toħroġ qatra waħda f’kull għajn li teħtieġ il-kura.

4.Itlaq tebqet il-għajn t’isfel u agħlaq għajnejk għal 30 sekonda.

Imsaħ kwalunkwe likwidu żejjed li jċarċar ma’ ħaddejk.

Jekk xi qatra ma tidħolx f’għajnejk, erġa’ pprova.

Biex tipprevjeni nfezzjonijiet u tevita ħsara fl-għajn, tħallix il-parti ta’ fuq tal-flixkun tmiss m’għajnejk jew ma’ x’imkien ieħor. Poġġi l-għatu f’postu u agħlaq il-flixkun mill-ewwel wara li tkun użajtu.

Jekk tuża LUMIGAN 0.1 mg/ml aktar milli suppost

Jekk tuża LUMIGAN aktar milli suppost, mhux suppost li għandu jikkaġunalek xi danni serji. Qattar id-doża li jmiss fil-ħin tas-soltu. Jekk int inkwetat, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk tinsa tuża LUMIGAN 0.1 mg/ml

Jekk tinsa tuża LUMIGAN, qattar qatra waħda hekk kif tiftakar, imbagħad erġa’ dur għar-rutina regolari tiegħek. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tuża LUMIGAN 0.1 mg/ml

LUMIGAN għandu jintuza kuljum biex jaħdem kif suppost. Jekk tieqaf tuża LUMIGAN, il-pressjoni f’għajnejk tista’ titla’, u għalhekk kellem lit-tabib tiegħek qabel ma twaqqaf din il-kura.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħall kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Effetti sekondarji komuni ħafna

Dawn jistgħu jolqtu utent wieħed jew aktar minn utent wieħed minn 10

Effett fuq l-għajn

Ħmura ħafifa (sa 29% tal-persuni)

Effetti sekondarji komuni

Dawn jistgħu jolqtu minn 1 sa 9 utenti minn 100.

Effett fuq l-għajn

Qasmiet żgħar fil-wiċċ ta’ l-għajn, b’infjamazzjoni jew mingħajrha

Irritazzjoni

Hakk fl-għajnejn

Xagħar tal-għajnejn li jkun itwal

Irritazzjoni, meta tqattar f’għajnejk

Uġigħ fl-għajn

Effetti fuq il-ġilda

Tebqet il-għajnejn ħomor u bil-ħakk

Skurament tal-ġilda madwar l-għajn

Jikber ix-xagħar madwar l-għajnejn

Effetti sekondarji mhux komuni

Dawn jistgħu jolqtu minn 1 sa 9 utenti minn 1000

Effetti fuq l-għajn

Kulur iktar skur tal-ħabba tal-għajn

Għajnejn għajjenin

Nefħa fuq il-wiċċ tal-għajnejn

Vista mċajpra

Ix-xagħar tal-għajnejn jaqa’

Effett fuq il-ġilda

Ġilda xotta

Qxur fuq it-tarf ta’ tebqet il-għajn

Nefha ta’ t-tebqet il-ghajn.

Ħakk

Effett fuq il-ġisem

Uġigħ ta' ras

Tħossok imdardar

Effetti sekondarji fejn il-frekwenza mhijiex magħrufa

Jaffettwaw lill-għajn

Edima makulari (nefħa tar-retina ġol-għajn li twassal għal aggravar tal-vista)

il-għajn aktar skura

L-għajnejn jidhru li huma fil-ħofra

Għajnejn xotti

Għajnejn iwaħħlu

Sensazzjoni qisek għandek xi ħaġa f’għajnejk

Nefħa tal-għajn

Żieda fid-dmugħ

Jaffettwaw lill-ġisem

Ażżma

Aggravar tal-ażżma

Aggravar tal-marda tal-pulmun imsejħa marda pulmonari ostruttiva kronika (COPD)

Qtugħ ta’ nifs

Sintomi ta reazzjoni allerġika (nefħa, ħmura ta’ l- għajn u raxx fil- ġilda)

Flimkien mal-effetti sekondarji għal LUMIGAN 0.1 mg/ml, l-effetti sekondarji li ġejjin kienu osservati ma’ mediċina oħra li b’qawwa ogħla qawwa ta’ bimatoprost (0.3 mg/ml):

Sturdament

Ħruq fl-għajnejn

Reazzjoni allerġika fl-għajnejn

Teqbet il-għajnejn infjammati

Diffikultà biex tara ċar

Vista li tmur għall-agħar

Nefħa tas-saff trasparenti li jkopri l-wiċċ tal-għajn

Sensittività għad-dawl

Dmugħ

Xagħar tal-għajnejn iktar skur

Ħruġ ta’ demm mir-retina

Infjammazzjoni fl-għajnejn

Edima makulari ċistojde (nefħa tar-retina ġol-għajn li twassal biex il-vista tmur għall-agħar

Teqbet l-għajn jiċċaqilqu b’mod involontarju

Teqbet l-għajn tiċkien, waqt li tiċċaqlaq ’il bogħod mill-wiċċ tal-għajn

Ħmura tal-ġilda madwar l-għajn

Żieda fil-pressjoni tad-demm

Dgħufija

Żieda fir-riżultati ta’ test tad-demm li juri kif qed jaħdem il-fwied tiegħek

Effetti sekondarji oħrajn irrappurati bi qtar tal-għajnejn li fih fosfat.

F’każijiet rari ħafna, xi pazjenti bi ħsara severa fis-saff ċar tal-parti ta’ quddiem tal-għajn (il-kornea) żviluppaw irqajja’ mċajpra fuq il-kornea minħabba l-akkumulazzjoni ta’ kalċju matul il-kura.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen LUMIGAN 0.1 mg/ml

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tiketta tal-flixkun u fuq il-kaxxa wara JIS:. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Għandek tarmi l-flixkun, mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat li tkun ftaħtu għall-ewwel darba, anke jekk ikun għad fadal xi soluzzjoni. Dan jevita l-infezzjonijiet. Biex ma tinsiex, ikteb id-data ta’ meta tkun ftaħtu fl-ispazju ta’ fuq il-kaxxa.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih LUMIGAN 0.1 mg/ml

-Is-sustanza attiva hi bimatoprost. Millilitru ta’ soluzzjoni fih 0.1mg ta’ bimatoprost.

-Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma benzalkonium chloride (preservattiv), sodium chloride, sodium phosphate dibasic heptahydrate, citric acid monohydrate u ilma purifikat. Ammonti żgħar ta’ hydrochloric acid jew sodium hydroxide jistgħu jkunu miżjuda biex iġibu s-soluzzjoni fil-livell korrett ta’ pH.

Kif jidher LUMIGAN 0.1 mg/ml u l-kontenut tal-pakkett:

LUMIGAN hu soluzzjoni ta’ qtar għall-għajnejn mingħajr kulur, li jinsab f’pakketti li fihom 1 flixkun tal-plastik jew 3 fliexken tal-plastik kull wieħed b’għatu tal-kamin. Kull flixkun fih bejn wieħed u

ieħor 3 millilitri ta’ soluzzjoni. Dan hu biżżejjed għall-użu fuq 4 ġimgħat. Jista’ jkun li mhux il- pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqeghid fis-Suq u l-Manifattur:

Allergan Pharmaceuticals Ireland

Castlebar Road

Westport

Co. Mayo

L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Ísland

Luxembourg/Luxemburg/Nederland

Actavis ehf.

Allergan n.v.

Sími: +354 550 3300

Tél/Tel: +32 (0)2 351 24 24

 

България

Italia

Алерган България ЕООД

Allergan S.p.A

Тел.: +359 (0) 800 20 280

Tel: +39 06 509 561

Česká republika

Latvija

Allergan CZ s.r.o.

Allergan Baltics UAB

Tel: +420 800 188 818

Tel: +371 27331152

Danmark/Norge/Suomi/Finland/Sverige

Lietuva

Allergan Norden AB

Allergan Baltics UAB

Tlf/Puh/Tel: +46 (0)8 594 100 00

Tel: +370 62660247

Deutschland

Magyarország

Pharm-Allergan GmbH

Allergan Hungary Kft.

Tel: +49 69 92038 10

Tel: +36 80 100 101

Eesti

Österreich

Allergan Baltics UAB

Pharm-Allergan GmbH

Tel: + 372 56955144

Tel: +43 1 99460 6355

Ελλάδα/Κύπρος

Polska

Allergan Hellas Pharmaceuticals S.A.

Allergan Sp. z o.o.

Τηλ: +30 210 74 73 300

Tel: +48 22 256 37 00

España

Portugal

Allergan S.A.

Profarin Lda.

Tel: +34 91 807 6130

Tel: +351 21 425 3242

France

România

Allergan France SAS

Allergan S.R.L.

Tel: +33 (0)1 49 07 83 00

Tel.: +40 21 301 53 02

Hrvatska

Slovenija

Ewopharma d.o.o.

Ewopharma d.o.o.

Tel: +385 1 6646 563

Tel: +386 (0) 590 848 40

Ireland/Malta/United Kingdom

Slovenská republika

Allergan Ltd

Allergan SK s.r.o.

Tel: +44 (0)1628 494026

Tel: +421 800 221 223

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

LUMIGAN 0.3 mg/ml qtar għall-għajnejn, soluzzjoni

Bimatoprost

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu LUMIGAN 0.3 mg/ml u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża LUMIGAN 0.3 mg/ml

3.Kif għandek tuża LUMIGAN 0.3 mg/ml

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen LUMIGAN 0.3 mg/ml

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu LUMIGAN 0.3 mg/ml u gћalxiex jintuża

LUMIGAN hu prodott mediċinali għal kontra l-glawkoma. Jifforma parti minn grupp ta’ mediċini magħrufa bħala prostamidi.

LUMIGAN jintuża biex inaqqas il-pressjoni għolja fl-għajn. Din il-mediċina tista’ tintuża waħedha jew ma’ qtar ieħor magħrufa bħala imblokkaturi tar-riċetturi beta li wkoll inaqqsu l-pressjoni.

Għajnejk fiha likwidu ċar li jsostni l-parti ta’ ġewwa tal-għajn. Il-likwidu joħroġ kontinwament mill- għajn u likwidu ġdid jiġi magħmul biex jeħodlu postu. Jekk il-likwidu ma joħroġx malajr biżżejjed, tiżdied il-pressjoni fuq il-parti ta’ ġewwa tal-għajn. Din il-mediċina taħdem billi żżid l-ammont ta’ likwidu li jitneħħa. Dan inaqqas il-pressjoni fil-parti ta’ ġewwa tal-għajn. Jekk il-pressjoni għolja ma tinżilx, din tista’ twassal għal marda msejħa glawkoma u eventwalment tagħmel ħsara lill-vista tiegħek.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża LUMIGAN 0.3 mg/ml

Tużax LUMIGAN 0.3 mg/ml

-Jekk int allerġiku għal bimatoprost jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6)

-jekk kellek tieqaf tuża qtar għall-għajnejn fil-passat minħabba effett sekondarju tal-preservattiv benzalkonium chloride.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tuża LUMIGAN 0.3 mg/ml:

-Kellem lit-tabib tiegħek jekk:

-Għandek xi problemi biex tieħu n-nifs.

-Għandek xi problemi fil-fwied jew fil-kliewi.

-Għamilt l-operazzjoni tal-katarretta fil-passat.

-Għandek għajnejn xotti

-Għandek jew kellek kwalunkwe problemi fil-kornea (il-parti trasparenti ta’ quddiem tal- għajn)

-Jekk tilbes il-lentijiet tal-kuntatt (ara “ LUMIGAN 0.3 mg/ml”)

-Jekk għandek jew kellek pressjoni tad-demm baxxa jew rata baxxa ta’ tażbit tal-qalb

-Kellek infezzjoni virali jew infjammazzjoni f’għajnejk

LUMIGAN jista’ jikkawża skurament u żjieda fit-tul tax-xagħar ta’ xfar il-għajn u kif ukoll skurament tal-ġilda tal-kappell ta’ l-għajn. Il-kulur tal-ħabba ta’ l-għajn tista’ tiskura wkoll fuq perijodu ta’ żmien. Dawn il-bidliet jistgħu jkunu permanenti. Il-bidla tista’ tkun aktar evidenti meta l-kura ssir fuq għajn waħda biss.

Tfal u adolexxenti

LUMIGAN ma ġiex ittestjat fi tfal ta’ taħt it-18-il sena u għalhekk LUMIGAN m’għandux jintuża minn pazjenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u LUMIGAN

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

LUMIGAN jista’ jidħol fil-ħalib tas-sider u għalhekk m’għandekx tredda’ waqt li qed tuża

LUMIGAN.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-vista tiegħek tista’ ssir ftit imċajpra għal ftit ħin hekk kif tuża LUMIGAN. M’għandekx issuq jew tħaddem xi magni qabel ma terġa’ tiċċaralek il-vista.

LUMIGAN 0.3 mg/ml fih benzalkonium chloride

Tużax il-qtar waqt li tkun liebes il-lentijiet tal-kuntatt. Stenna mqar 15-il minuta wara li tkun użajt qtar ta’ l-għajnejn qabel ma terġa’ tqiegħed il-lentijiet tal-kuntatt lura f’għajnejk. Preservattiv f’LUMIGAN magħruf bħala benzalkonium chloride jista’ jikkawża l-irritazzjoni fl-għajn u jista’ jneħħi l-kulur tal- lentijiet tal-kuntatt rotob.

3.Kif għandek tuża LUMIGAN 0.3 mg/ml

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

LUMIGAN għandu jintuża biss fl-għajn. Id-doża rrakkomandata hija qatra waħda ta’ Lumigan f’kull għajn li teħtieġ il-kura filgħaxija, darba kuljum

Jekk tuża LUMIGAN flimkien ma’ mediċini oħra tal-għajnejn, ħalli mill-anqas 5 minuti bejn l-użu ta’ LUMIGAN u l-mediċina l-oħra.

Tużax aktar minn darba kuljum għax l-effettività tal-kura tista’ titnaqqas.

Istruzzjonijiet għall-użu:

M’għandekx tuża l-flixkun jekk is-siġill ta’ sigurtà fl-għonq tal-flixkun ikun miksur qabel ma tkun bdejt tużah għall-ewwel darba.

1.Aħsel idejk. Mejjel rasek lura u ħares lejn is-saqaf.

2.Bil-mod niżżel l-isfel tebqet il-għajn t’isfel sakemm ikun hemm spazju żgħir.

3.Aqleb il-flixkun rasu l-isfel u agħfsu sakemm toħroġ qatra waħda f’kull għajn li teħtieġ il-kura.

4.Itlaq tebqet il-għajn t’isfel u agħlaq għajnejk għal 30 sekonda.

Imsaħ kwalunkwe likwidu żejjed li jċarċar ma’ ħaddejk.

Jekk xi qatra ma tidħolx f’għajnejk, erġa’ pprova.

Biex tipprevjeni nfezzjonijiet u tevita ħsara fl-għajn, tħallix il-parti ta’ fuq tal-flixkun tmiss m’għajnejk jew ma’ x’imkien ieħor. Poġġi l-għatu f’postu u agħlaq il-flixkun mill-ewwel wara li tkun użajtu.

Jekk tuża LUMIGAN 0.3 mg/ml aktar milli suppost

Jekk tuża LUMIGAN aktar milli suppost, mhux suppost li għandu jikkaġunalek xi danni serji. Qattar id-doża li jmiss fil-ħin tas-soltu. Jekk int inkwetat, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk tinsa tuża LUMIGAN 0.3 mg/ml

Jekk tinsa tuża LUMIGAN, qattar qatra waħda hekk kif tiftakar, imbagħad erġa’ dur għar-rutina regolari tiegħek. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tuża LUMIGAN 0.3 mg/ml

LUMIGAN għandu jintuza kuljum biex jaħdem kif suppost. Jekk tieqaf tuża LUMIGAN, il-pressjoni f’għajnejk tista’ titla’, u għalhekk kellem lit-tabib tiegħek qabel ma twaqqaf din il-kura.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħall kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Effetti sekondarji komuni ħafna

Dawn jistgħu jolqtu utent wieħed jew aktar minn utent wieħed minn 10

Effett fuq l-għajn

Żjieda fit-tul tax-xagħar ta’ xfar il-għajn (sa 45% tal-persuni)

Ħmura ħafifa (sa 44% tal-persuni)

Ħakk (sa 14% tal-persuni)

Effetti sekondarji komuni

Dawn jistgħu jolqtu minn 1 sa 9 utenti minn 100.

Effett fuq l-għajn

Reazzjoni allerġika fl-għajn

Għejja fl-għajnejn

Sensittività għad-dawl

Skurament tal-ġilda madwar l-għajn

Skurament tax-xagħar ta’ xfar il-għajn

Uġigħ

Sensazzjoni li hemm xi ħaġa f’għajnejk

Għajnejn iwaħħlu

Skurament tal-ħabba ta’ l-għajn

Diffikultajiet fil-vista

Irritazzjoni

Ħruq

Infjamazzjoni, ħmura u ħakk fit-teqbet il-għajn

Dmugħ

Nixfa

Vista li tmur għall-agħar

Vista mċajpra

Infieħ tas-saff trasparenti li jkopri l-wiċċ ta’ l-għajn

Qasmiet żgħar fil-wiċċ ta’ l-għajn, b’infjamazzjoni jew mingħajrha

Effetti fuq il-ġisem

Uġigħ ta’ ras

Żjieda fir-riżultati ta’ eżamijiet tad-demm li juru kif qed jaħdem il-fwied tiegħek

Żjieda fil-pressjoni tad-demm

Effetti sekondarji mhux komuni

Dawn jistgħu jolqtu minn 1 sa 9 utenti minn 1000

Effetti fuq l-għajn

Edema makulari fiċ-ċistojde (infiħ tar-retina fl-għajn li jwassal għat-tnaqqis fil-vista)

Infjamazzjoni fl-għajn

Emorraġġija retinali

Teqbet il-għajnejn minfuħin

Teqbet il-għajnejn li jiċċaqilqu b’mod involontarju

Teqbet il-għajn tiċkien, waqt li tiċċaqlaq ’il bogħod mill-wiċċ tal-għajn

Ħmura tal-ġilda madwar l-għajn

Effetti fuq il-ġisem

Dardir

Sturdament

Dgħufija

Tkabbir ta’ xagħar madwar l-għajn

Effetti sekondarji fejn il-frekwenza mhix magħrufa

Effetti fuq l-għajn

L-għajnejn jidhru li huma fil-ħofra

Effetti sekondarji fejn il-frekwenza mhijiex magħrufa

Jaffettwaw lill-ġisem

Ażżma

Aggravar tal-ażżma

Aggravar tal-marda tal-pulmun imsejħa marda pulmonari ostruttiva kronika (COPD)

Qtugħ ta’ nifs

Sintomi ta reazzjoni allerġika (nefħa, ħmura ta’ l- għajn u raxx fil- ġilda)

Effetti sekondarji oħrajn irrappurati bi qtar tal-għajnejn li fih fosfat.

F’każijiet rari ħafna, xi pazjenti bi ħsara severa fis-saff ċar tal-parti ta’ quddiem tal-għajn (il-kornea) żviluppaw irqajja’ mċajpra fuq il-kornea minħabba l-akkumulazzjoni ta’ kalċju matul il-kura.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen LUMIGAN 0.3 mg/ml

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tiketta tal-flixkun u fuq il-kaxxa wara JIS:. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Għandek tarmi l-flixkun mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat li tkun ftaħtu għall-ewwel darba, anke jekk ikun għad fadal xi soluzzjoni. Dan jevita l-infezzjonijiet. Biex ma tinsiex, ikteb id-data ta’ meta tkun ftaħtu fl-ispazju ta’ fuq il-kaxxa.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih LUMIGAN 0.3 mg/ml

-Is-sustanza attiva hi Bimatoprost. Millilitru ta’ soluzzjoni fih 0.3mg ta’ bimatoprost.

-Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma benzalkonium chloride (preservattiv), sodium chloride, sodium phosphate dibasic heptahydrate, citric acid monohydrate u ilma purifikat. Ammonti żgħar ta’ hydrochloric acid jew sodium hydroxide jistgħu jkunu miżjuda biex iġibu s-soluzzjoni fil-livell korrett ta’ pH.

Kif jidher LUMIGAN 0.3 mg/ml u d-daqs tal-pakkett:

LUMIGAN hu soluzzjoni ta’ qtar għall-għajnejn mingħajr kulur, li jinsab f’pakketti li fihom 1 flixkun tal-plastik jew 3 fliexken tal-plastik kull wieħed b’għatu tal-kamin. Kull flixkun fih bejn wieħed u ieħor 3 millilitri ta’ soluzzjoni. Dan hu biżżejjed għall-użu fuq 4 ġimgħat. Jista’ jkun li mhux il- pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqeghid fis-Suq u l-Manifattur:

Allergan Pharmaceuticals Ireland

Castlebar Road

Westport

Co. Mayo

L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Ísland

Luxembourg/Luxemburg/Nederland

Actavis ehf.

Allergan n.v.

Sími: +354 550 3300

Tél/Tel: +32 (0)2 351 24 24

 

България

Italia

Алерган България ЕООД

Allergan S.p.A

Тел.: +359 (0) 800 20 280

Tel: +39 06 509 561

Česká republika

Latvija

Allergan CZ s.r.o.

Allergan Baltics UAB

Tel: +420 800 188 818

Tel: +371 27331152

Danmark/Norge/Suomi/Finland/Sverige

Lietuva

Allergan Norden AB

Allergan Baltics UAB

Tlf/Puh/Tel: +46 (0)8 594 100 00

Tel: +370 62660247

Deutschland

Magyarország

Pharm-Allergan GmbH

Allergan Hungary Kft.

Tel: +49 69 92038 10

Tel: +36 80 100 101

Eesti

Österreich

Allergan Baltics UAB

Pharm-Allergan GmbH

Tel: + 372 56955144

Tel: +43 1 99460 6355

Ελλάδα/Κύπρος

Polska

Allergan Hellas Pharmaceuticals S.A.

Allergan Sp. z o.o.

Τηλ: +30 210 74 73 300

Tel: +48 22 256 37 00

España

Portugal

Allergan S.A.

Profarin Lda.

Tel: +34 91 807 6130

Tel: +351 21 425 3242

France

România

Allergan France SAS

Allergan S.R.L.

Tel: +33 (0)1 49 07 83 00

Tel.: +40 21 301 53 02

Hrvatska

Slovenija

Ewopharma d.o.o.

Ewopharma d.o.o.

Tel: +385 1 6646 563

Tel: +386 (0) 590 848 40

Ireland/Malta/United Kingdom

Slovenská republika

Allergan Ltd

Allergan SK s.r.o.

Tel: +44 (0)1628 494026

Tel: +421 800 221 223

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

LUMIGAN 0.3 mg/mL qtar għall-għajnejn, soluzzjoni, f’kontenitur b’doża waħda

Bimatoprost

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda

3.Kif għandek tuża LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda u gћalxiex jintuża

LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda hu prodott mediċinali għal kontra l-glawkoma. Jifforma parti minn grupp ta’ mediċini magħrufa bħala prostamidi.

LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda qtar għall-għajnejn jintużaw biex inaqqsu l-pressjoni għolja fl- għajn. Din il-mediċina tista’ tintuża waħedha jew ma’ qtar ieħor magħrufa bħala imblokkaturi tar- riċetturi beta li wkoll inaqqsu l-pressjoni.

Għajnejk fiha likwidu ċar li jsostni l-parti ta’ ġewwa tal-għajn. Il-likwidu joħroġ kontinwament mill- għajn u likwidu ġdid jiġi magħmul biex jeħodlu postu. Jekk il-likwidu ma joħroġx malajr biżżejjed, tiżdied il-pressjoni fuq il-parti ta’ ġewwa tal-għajn. Din il-mediċina taħdem billi żżid l-ammont ta’ likwidu li jitneħħa. Dan inaqqas il-pressjoni fil-parti ta’ ġewwa tal-għajn. Jekk il-pressjoni għolja ma tinżilx, din tista’ twassal għal marda msejħa glawkoma u eventwalment tagħmel ħsara lill-vista tiegħek.

Din il-mediċina ma fihiex preservattiv.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża LUMIGAN 0.3 mg//mL doża waħda

Tużax din il-mediċina:

-Jekk inti allerġiku għal bimatoprost jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tuża LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda.

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk:

-Għandek xi problemi biex tieħu n-nifs.

-Għandek xi problemi fil-fwied jew fil-kliewi.

-Għamilt l-operazzjoni tal-katarretta fil-passat.

-Jekk għandek jew kellek pressjoni tad-demm baxxa jew rata baxxa ta’ tażbit tal-qalb

-Kellek infezzjoni virali jew infjammazzjoni f’għajnejk

LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda jista’ jikkawża skurament u żjieda fit-tul tax-xagħar ta’ xfar il- għajn u kif ukoll skurament tal-ġilda tal-kappell ta’ l-għajn. Il-kulur tal-ħabba ta’ l-għajn tista’ tiskura wkoll fuq perijodu ta’ żmien. Dawn il-bidliet jistgħu jkunu permanenti. Il-bidla tista’ tkun aktar evidenti meta l-kura ssir fuq għajn waħda biss.

Tfal u adolexxenti

LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda ma ġiex ittestjat fi tfal ta’ taħt it-18-il sena u għalhekk LUMIGAN m’għandux jintuża minn pazjenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda:

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Tqala, treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda jista’ jidħol fil-ħalib tas-sider u għalhekk m’għandekx tredda’ waqt li qed tuża din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-vista tiegħek tista’ ssir ftit imċajpra għal ftit ħin hekk kif tuża LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda. M’għandekx issuq jew tħaddem xi magni qabel ma terġa’ tiċċaralek il-vista.

3.Kif għandek tuża LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rrakkomandata hija qatra waħda darba kuljum f’kull għajn li teħtieġ il-kura filgħaxija. LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda għandu jintuża biss fl-għajn.

Jekk tuża LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda flimkien ma’ mediċini oħra tal-għajnejn, ħalli mill- anqas 5 minuti bejn l-użu ta’ LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda u l-mediċina l-oħra.

Tużax aktar minn darba kuljum għax l-effettività tal-kura tista’ titnaqqas.

Kard b’kalendarju fuqha hija pprovduta fil-pakkett, b’numri minn 1-31 għal kull jum tax-xahar. Poġġi l-kard b’kalendarju fin-naħa ta’ fuq tal-kontenitur tal-plastik u mbotta ’l isfel biex tikklikkja f’postha.

It-30 kunjett fil-pakkett għandhom jiġu separati minn ma’ xulxin u jitpoġġew fl-ispazji bin-numri li jibdew bl-ispazju li jkun immarkat bid-data tal-lum. Jekk ikun fadallek xi kunjetti, ibda mill-ġdid bl- ispazju bin-numru “1” li se jieħdok fix-xahar li jmiss. Kuljum għandu jittieħed kunjett mill-ispazju bin-numru li jaqbel mal-jum tal-kalendarju biex taċċerta ruħek li ma tinsiex tieħu d-doża ta’ kuljum.

Aħsel idejk sew qabel ma tuża. Aċċerta ruħek li l-kontenitur b’doża waħda jkun intatt qabel l-

użu. Is-soluzzjoni għandha tintuża immedjatament wara li tinfetaħ. Biex tevita l-kontaminazzjoni, tħallix it-tarf miftuħ tal-kontenitur b’doża waħda jmiss m’għajnejk jew ma’ kwalunkwe ħaġa oħra.

1.Ħu kontenitur b’doża waħda mill-ispazju b’numru fuqu li jkun jaqbel mal-jum tal-kalendarju u żommu f’pożizzjoni vertikali (bl-għatu jipponta ’l fuq) u qaċċat l-għatu billi ddawwar.

2.Iġbed in-naħa t’isfel ta’ tebqet il-għajn bil-mod l-isfel biex tifforma qisu but. Dawwar il- kontenitur b’doża waħda ta’ taħt fuq u agħfsu biex toħroġ qatra waħda ġol-għajn(ejn) affettwata(i).

3.Armi l-kontenitur b’doża waħda wara li tużah, anki jekk ikun fadal xi soluzzjoni ġo fih

Imsaħ kwalunkwe likwidu żejjed li jċarċar ma’ ħaddejk.

Jekk tilbes lentijiet tal-kuntatt, neħħihom qabel ma tuża din il-mediċina. Stenna 15-il minuta wara li tuża l-qtar, qabel ma terġa’ tilbes il-lentijiet tal-kuntatt.

Jekk tuża LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda aktar milli suppost

Jekk tuża aktar milli suppost minn din il-mediċina, mhux suppost li għandu jikkaġunalek xi danni serji. Qattar id-doża li jmiss fil-ħin tas-soltu. Jekk int inkwetat, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk tinsa tuża LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda

Jekk tinsa tuża din il-mediċina, qattar qatra waħda hekk kif tiftakar, imbagħad erġa’ dur għar-rutina regolari tiegħek. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tuża LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda

LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda għandu jintuza kuljum biex jaħdem kif suppost. Jekk tieqaf tuża LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda, il-pressjoni f’għajnejk tista’ titla’, u għalhekk kellem lit-tabib tiegħek qabel ma twaqqaf din il-kura.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħall kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Effetti sekondarji komuni ħafna

Dawn jistgħu jolqtu utent wieħed jew aktar minn utent wieħed minn 10

Effett fuq l-għajn

Ħmura ħafifa (sa 24% tal-persuni)

Effetti sekondarji komuni

Dawn jistgħu jolqtu minn 1 sa 9 utenti minn 100.

Effett fuq l-għajn

Tiċrit żgħir fil-wiċċ tal-għajn, bi jew mingħajr infjammazzjoni

Irritazzjoni

Ħakk fl-għajnejn

Uġigħ

Għajnejn xotti

Sensazzjoni li hemm xi ħaġa f’għajnejk

Xagħar tal-għajnejn li jkun itwal

Kulur iktar skur tal-ġilda ta’ madwar l-għajnejn

Tebqet il-għajnejn ħomor

Effetti sekondarji mhux komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw minn 1 sa 9 utenti minn kull 1000

Jaffettwaw l-għajnejn

Għajnejn għajjenin

Sensittività għad-dawl

Kulur iktar skur tal-ħabba tal-għajn

Tebqet il-għajnejn bil-ħakk u minfuħin

Dmugħ

Infieħ tas-saff trasparenti li jkopri l-wiċċ ta’ l-għajn

Vista mċajpra

Effetti fuq il-ġisem

Uġigħ ta’ ras

Tkabbir ta’ xagħar madwar l-għajnejn

Effetti sekondarji fejn il-frekwenza mhijiex magħrufa

Jaffettwaw lill-ġisem

Ażżma

Aggravar tal-ażżma

Aggravar tal-marda tal-pulmun imsejħa marda pulmonari ostruttiva kronika (COPD)

Qtugħ ta’ nifs

Sintomi ta reazzjoni allerġika (nefħa, ħmura ta’ l- għajn u raxx fil- ġilda)

Flimkien mal-effetti sekondarji għal LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda, l-effetti sekondarji li ġejjin ġew osservati bil-formulazzjoni b’ħafna dożi ppreservata ta’ LUMIGAN 0.3 mg/mL u jistgħu jseħħu f’pazjenti li jkunu qed jieħdu LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda:

Sturdament

Sensazzjoni ta’ ħruq fl-għajn

Reazzjoni allerġika ġol-għajn

Tebqet il-għajnejn infjammati

Diffikultà biex tara b’mod ċar

Għajnejn iwaħħlu

Vista li tmur għall-agħar

Xagħar tal-għajnejn iktar skur

Ħruġ ta’ demm fir-retina

Infjammazzjoni ġol-għajn

Edema makulari fiċ-ċistojde (infiħ tar-retina fl-għajn li jwassal għat-tnaqqis fil-vista)

Infjammazzjoni tal-ħabba tal-għajn

Teqbet il-għajnejn li jiċċaqilqu b’mod involontarju

Teqbet il-għajn tiċkien, waqt li tiċċaqlaq ’il bogħod mill-wiċċ tal-għajn

L-għajnejn jidhru fil-ħofra

Żieda fil-pressjoni tad-demm

Dardir

Ħmura tal-ġilda madwar l-għajn

Dgħufija

Żieda fir-riżultati tat-testijiet tad-demm li juru kif il-fwied tiegħek qed jaħdem

Effetti sekondarji oħrajn irrappurati bi qtar tal-għajnejn li fih fosfat

F’każijiet rari ħafna, xi pazjenti bi ħsara severa fis-saff ċar tal-parti ta’ quddiem tal-għajn (il-kornea) żviluppaw irqajja’ mċajpra fuq il-kornea minħabba l-akkumulazzjoni ta’ kalċju matul il-kura.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Din il-mediċina tintuża darba biss u ma fihiex preservattivi. M’għandekx iżżomm soluzzjoni mhux użata.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kontenitur b’doża waħda u fuq it- tray wara d-data ta’ meta tiskadi (JIS):. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix- xahar.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali. Madankollu, ġaladarba l-pakkett jinfetaħ, użah fi żmien 30 jum.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda

-Is-sustanza attiva hi bimatoprost. Millilitru ta’ soluzzjoni fih 0.3mg ta’ bimatoprost.

-Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma sodium chloride, sodium phosphate dibasic heptahydrate, citric acid monohydrate u ilma purifikat. Ammonti żgħar ta’ hydrochloric acid jew sodium hydroxide jistgħu jkunu miżjuda biex iġibu s-soluzzjoni fil-livell korrett ta’ pH.

Kif jidher LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda u l-kontenut tal-pakkett

LUMIGAN 0.3 mg/mL doża waħda hi soluzzjoni ċara, bla kulur, fornuta f’kontenituri tal-plastik b’doża waħda, u kull wieħed fih 0.4 ml ta’ soluzzjoni.

Kull pakkett fih 5, 30 jew 90 kontenitur tal-plastik b’doża waħda.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqeghid fis-Suq u l-Manifattur

Allergan Pharmaceuticals Ireland

Castlebar Road

Westport

Co. Mayo

L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Ísland

Luxembourg/Luxemburg/Nederland

Actavis ehf.

Allergan n.v.

Sími: +354 550 3300

Tél/Tel: +32 (0)2 351 24 24

 

България

Italia

Алерган България ЕООД

Allergan S.p.A

Тел.: +359 (0) 800 20 280

Tel: +39 06 509 561

Česká republika

Latvija

Allergan CZ s.r.o.

Allergan Baltics UAB

Tel: +420 800 188 818

Tel: +371 27331152

Danmark/Norge/Suomi/Finland/Sverige

Lietuva

Allergan Norden AB

Allergan Baltics UAB

Tlf/Puh/Tel: +46 (0)8 594 100 00

Tel: +370 62660247

Deutschland

Magyarország

Pharm-Allergan GmbH

Allergan Hungary Kft.

Tel: +49 69 92038 10

Tel: +36 80 100 101

Eesti

Österreich

Allergan Baltics UAB

Pharm-Allergan GmbH

Tel: + 372 56955144

Tel: +43 1 99460 6355

Ελλάδα/Κύπρος

Polska

Allergan Hellas Pharmaceuticals S.A.

Allergan Sp. z o.o.

Τηλ: +30 210 74 73 300

Tel: +48 22 256 37 00

España

Portugal

Allergan S.A.

Profarin Lda.

Tel: +34 91 807 6130

Tel: +351 21 425 3242

France

România

Allergan France SAS

Allergan S.R.L.

Tel: +33 (0)1 49 07 83 00

Tel.: +40 21 301 53 02

Hrvatska

Slovenija

Ewopharma d.o.o.

Ewopharma d.o.o.

Tel: +385 1 6646 563

Tel: +386 (0) 590 848 40

Ireland/Malta/United Kingdom

Slovenská republika

Allergan Ltd

Allergan SK s.r.o.

Tel: +44 (0)1628 494026

Tel: +421 800 221 223

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE/ŻEE fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati