Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Marixino (Maruxa) (memantine hydrochloride) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N06DX01

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaMarixino (Maruxa)
Kodiċi ATCN06DX01
Sustanzamemantine hydrochloride
ManifatturConsilient Health Ltd

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Marixino 10 mg pilloli miksijin b’rita

Marixino 20 mg pilloli miksijin b’rita

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Marixino 10 mg pilloli miksijin b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 10 mg memantine hydrochloride ekwivalenti għal 8.31 mg memantine.

Marixino 20 mg pilloli miksijin b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 20 mg memantine hydrochloride ekwivalenti għal 16.62 mg memantine.

Eċċipjent b’effett magħruf:

Marixino 10 mg pilloli miksijin b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 51.45 mg lactose (bħala monohydrate).

Marixino 20 mg pilloli miksijin b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 102.90 mg lactose (bħala monohydrate).

Għal-lista sħiħa ta' eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita

Marixino 10 mg pilloli miksijin b’rita

Pillola miksija b’rita ta’ lewn bajdani, ovali, mżaqqha fuq żewġ naħiet, b’ferq fuq naħa waħda (tul tal- pillola: 12,2-12,9 mm, ħxuna:3,5-4,5 mm). Il-pillola tista’ tinqasam f’dożi ndaqs.

Marixino 20 mg pilloli miksijin b’rita

Pillola miksija b’rita ta’ lewn bajdani, ovali, mżaqqha fuq żewġ naħiet (tul tal-pillola: 15,7-16,4 mm, ħxuna:4,7-5,7 mm).

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Trattament ta’ pazjenti b’indeboliment moderat għal sever tal-marda ta’ Alzheimer.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Kura għandha tinbeda u tkun segwita minn tabib li għandu esperjenza fid-dijanjożi u t-trattament ta’ dimenzja ta’ Alzheimer.

Pożoloġija

It-terapija għandha tinbeda biss jekk persuna li tieħu ħsieb tkun disponibbli biex timmonitorja regolarment it-teħid tal-prodott mediċinali mill-pazjent. Id-dijanjożi għandha ssir skond il-linji gwida attwali. It-tolleranza u l-dożaġġ ta’ memantine għandu jiġi evalwat fuq bażi regolari, preferibbilment fi żmien tliet xhur wara l-bidu tal-kura. Wara dan, il-benefiċċju kliniku ta’ memantine u t-tolleranza tal- pazjent għall-kura għandu jiġi evalwat fuq bażi regolari skont linji gwida kliniċi attwali. Doża ta’ manteniment tista’ titkompla sakemm il-benefiċċju terapewtiku hu favorevoli u l-pazjent jittollera il- kura b’memantine. It-twaqqif ta’ memantine għandu jiġi kkunsidrat meta evidenza ta’ effett

terapewtiku ma jkunx aktar preżenti, jew jekk il-pazjent ma jittollerax it-trattament.

Adulti

Tittrazzjoni tad-doża

Id-doża massima ta’ kuljum hi ta’ 20 mg kuljum.Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti mhux mixtieqa, id-doża ta’ manteniment tinkiseb bit-titrazzjoni ’l fuq ta’ 5 mg fil-ġimgħa matul l-ewwel 3 ġimgħat kif ġej:

Ġimgħa 1 (jum 1-7):

Il-pazjent għandu jieħu nofs pillola miksija b’rita ta’ 10 mg (5 mg) kuljum għal 7 ijiem.

Ġimgħa 2 (jum 8-14):

Il-pazjent għandu jieħu pillola miksija b’rita waħda ta’ 10 mg (10 mg) kuljum għal 7 ijiem.

Ġimgħa 3 (jum 15-21):

Il-pazjent għandu jieħu pillola miksija b’rita ta’ 10 mg u nofs waħda (15 mg) kuljum għal 7 ijiem.

Minn Ġimgħa 4 ’l quddiem:

Il-pazjent għandu jieħu żewġ pilloli miksija b’rita ta’ 10 mg (20 mg) kuljum.

Doża ta’ manteniment

Id-doża ta’ manteniment rakkomandata hi ta’ 20 mg kuljum.

Anzjani

Abbażi tal-istudji kliniċi, id-doża rakkomandata għal pazjenti li għandhom aktar minn 65 sena hija ta’ 20 mg kuljum (żewġ pilloli miksijin b’rita ta’ 10 mg darba kuljum kif spjegat hawn fuq.

Popolazzjoni pedjatrika

Marixino mhux irrakkomandat għall-użu fit-tfal taħt it-18-il sena peress li m’hemmx biżżejjed informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja.

Indeboliment renali

F’pazjenti b’funzjoni renali indebolita b’mod ħafif (tneħħija tal-kreatinina 50-80 ml/min) l-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ. F’pazjenti b’indeboliment renali moderat (tneħħija tal-kreatinina 30 - 49 ml/min) id-doża għandha tkun ta’ 10 mg kuljum.Jekk tkun tollerata sew wara mill-anqas 7 ijiem ta’ kura, id-doża tista’ tiġi miżjuda sa 20 mg/jum skont l-iskema standard ta’ titrazzjoni.F’pazjenti b’indeboliment renali sever (tneħħija tal-kreatinina 5 - 29 ml/min) id-doża għandha tkun 10 mg kuljum.

Indeboliment tal-fwied

F’pazjenti b’funzjoni epatika ħafifa jew moderata indebolita (Child-Pugh B A u Child-Pugh B), l-ebda aġġustament fid-doża mhija meħtieġa. Tagħrif dwar l-użu ta ‘memantine f’pazjenti b’indeboliment epatiku sever mhuwiex disponibbli. L-għoti ta’ Marixino mhuwiex rakkomandat f’pazjenti b’indeboliment epatiku sever.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Marixino għandu jingħata darba kuljum u għandu jittieħed fl-istess ħin kuljum.Pilloli miksija b’rita jistgħu jittieħdu bi jew mingħajr ikel.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Ipersensittività għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe eċċipjent elenkat fit-taqsima 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Kawtela hija rrakkomandata f’pazjenti, b’epilessija, b’passat t’aċċessjonijiet jew pazjenti b’fatturi ta’ predisposizzjoni għal epilessija.

L-użu konkomitanti ta’ antagonisti ta’ N-methyl-D-aspartate (NMDA) bħal amantadine, ketamine jew dextromethorphan għandu jkun evitat. Dawn il-komposti jaġixxu fl-istess sistema ta’ riċettur bħal memantine, u għalhekk ir-reazzjonijiet avversi (prinċipalment marbuta mas-sistema nervuża ċentrali (SNĊ)) jistgħu jkunu aktar frekwenti jew aktar evidenti (ara wkoll sezzjoni 4.5).

Xi fatturi li jistgħu jgħollu l-pH tal-awrina (ara sezzjoni 5.2 "Eliminazzjoni") jistgħu jeħtieġu monitoraġġ bir-reqqa tal-pazjent.Dawn il-fatturi jinkludu bidla drastika fid-dieta, eż minn karnivori għal dieta veġetarjana, jew inġestjoni kbira ta’ buffers alkalini għall-istonku Ukoll, il-pH awrinarja tista’ tiġi elevata mill-istati ta’ aċidożi tubulari renali (RTA - renal tubulary acidosis) jew infezzjonijiet severi tal-passaġġ awrinarju bil-batterja Proteus.

Fil-maġġoranza tal-provi kliniċi, pazjenti b’infart mijokardijaku riċenti, mingħajr kumpens tal-qalb konġestiva (NYHA III-IV), jew pressjoni għolja mhux kontrollata kienu esklużi. Bħala konsegwenza, hemm biss informazzjoni limitata disponibbli u pazjenti b’dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu sorveljati mill-qrib.

Dan il-prodott mediċinali fih lactose. Pazjenti bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għal galactose, defiċjenza ta’ Lapp lactase jew assorbiment ħażin ta’ glucose-galactose m’għandhomx jieħdu din il-mediċina.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Minħabba l-effetti farmakoloġiċi u l-mekkaniżmu ta’ azzjoni ta’ memantine l-interazzjonijiet li ġejjin jistgħu jseħħu:

-Il-mod kif jaħdem jindika li l-effeti ta ‘L-dopa, agonisti dopaminerġiċi, u antikolinerġiċi jistgħu jiġu mtejba permezz ta’ trattament konkomittanti ma’ antagonsiti-NMDA bħal memantine.L- effetti ta barbiturati u newrolettiċi jistgħu jitnaqqsu. L-għoti konkomitanti ta ‘memantine mas- sustanzi antispasmodiċi, dantrolene jew baclofen, jista ‘jimmodifika l-effetti tagħhom u aġġustament fid-doża jista’ jkun meħtieġ.

-L-użu konkomittanti ta’ memantine u amantadine għandu jkun evitat, minħabba r-riskju ta’ psikożi farmakotossika.Iż-żewġ komposti huma antagonisti ta’ NMDA kimikament relatati. L- istess jista’ jingħad għal ketamine u dextromethorphan (ara wkoll sezzjoni 4.4). Hemm rapport ta’ każ wieħed ippubblikat dwar riskju possibbli wkoll għall-kombinazzjoni ta’ memantine u phenytoin.

-Sustanzi attivi oħra bħal cimetidine, ranitidine, procainamide, quinidine, quinine u nicotine li jużaw l-istess sistema katajonika ta’ trasport fil-kliewi bħal ta’ amantadine jistgħu wkoll jirreagixxu ma’ memantine li jwasslu għal riskju potenzjali ta’ livelli ogħla fil-plażma.

-Jista’ jkun hemm possibilità ta’ livell imnaqqas ta ‘hydrochlorthiazide (HCT) fis-serum meta memantine jingħata flimkien ma’ HCT jew kwalunkwe taħlita ma’ HCT.

-Fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, każijiet iżolati b’ żieda fil-proporzjon internazzjonali normalizzat (INR - international normalized ratio) kienu rrappurtati f’pazjenti kkurati fl-istess ħin b’warfarin.Għalkemm l-ebda relazzjoni kawżali ma ġiet stabbilita, il-monitoraġġ mill-qrib tal-ħin ta’ protrombin jew INR huwa rakkomandat għal pazjenti kkurati fl-istess ħin b’antikoagulanti orali.

Fi studji farmakokinetiċi b’doża waħda (PK) f’individwi żgħażagħ b’saħħithom, l-ebda interazzjoni bejn sustanza attiva u oħra rilevanti ta’ memantine ma’ glyburide/metformin jew donepezil me ġiet osservata.

Fi studju kliniku f’individwi żgħażagħ b’saħħithom, l-ebda effett rilevanti ta’ memantine fuq il-farmakokinetika ta’ galantamine ma ġie osservat.

Memantine ma jimpedixxix CYP 1A2, 2A6, 2C9, 2D6, 2E1, 3A, flavin li fih monooxygenase, epoxide hydrolase jew sulphation in vitro.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta jew ammont limitat ta’ dejta dwar l-użu ta’ memantine f’nisa tqal. Studji fl-annimali jindikaw potenzjal għal tnaqqis tat-tkabbir fil-ġuf b’livelli ta’ esponiment, li huma daqs jew ħarira ogħla mill-esponiment fil-bniedem (ara sezzjoni 5.3). Ir-riskju potenzjali għall-bniedem mhuwiex magħruf. Memantine m’għandux jintuża waqt it-tqala jekk m’hemmx bżonn ċar.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk memantine jiġix eliminat mal-ħalib tas-sider uman, iżda, meta iqies il-lipofilika tas-sustanza, probabbli li dan iseħħ. Nisa li qed jieħdu memantine m’għandhomx ireddgħu.

Fertilità

Ma dehru ebda reazzjonijiet avversi ta’ memantine fuq il-fertilità maskili u femminili.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Il-marda ta’ Alzheimer minn moderata għal severa normalment tikkawża indeboliment fil-prestazzjoni tas-sewqan u tikkomprometti l-ħila biex jitħaddem makkinarju. Barra minn hekk, Marixino għandu effett minuri għal moderat fuq il-ħila tas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni u għalhekk pazjenti fuq barra għandhom ikunu mwissija biex jikunu partikolarment attenti.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Fi provi kliniċi fuq 1,784 pazjent b’dimenzja ħafifa għal severa, ikkurati b’memantine u 1595 pazjent ttrattati bil-plaċebo, ir-rata globali ta ‘reazzjonijiet avversi b’memantine ma kinitx differenti minn dik tal-plaċebo; ir-reazzjonijiet avversi ġeneralment kienu ħfief għal moderati fis-severità.Ir-reazzjonijiet avversi l-aktar frekwenti seħħew li kellhom inċidenza ogħla fil-grupp ta’ memantine milli fil-grupp tal-plaċebo kienu sturdament (6.3% vs 5.6%, rispettivament), uġigħ ta’ ras (5.2% vs 3.9%), stitikezza (4.6% vs 2.6%), ngħas (3.4% vs 2.2%) u pressjoni għolja (4.1% vs 2.8%).

Lista f’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi

Il-reazzjonijiet avversi li ġejjin elenkati fit-tabella hawn taħt kienu miġbura minn studji kliniċi b’memantine u mill-introduzzjoni tiegħu fis-suq.

Reazzjonijiet avversi huma kklassifikati skont il-klassi tal-organi tas-sistema, bil-konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna ( 1/10), komuni ( 1/100 sa <1/10), mhux komuni ( 1/1, 000 sa <1/100), rari ( 1/10, 000 sa <1/1, 000), rari ħafna (<1/10, 000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). Fi ħdan kull ragruppament ta’ frekwenzi, effetti mhux mixtieqa huma ppreżentati f’ordni ta’ serjetà dejjem tonqos.

SISTEMA TAL-KLASSIFIKA TAL-

FREKWENZA

REAZZJONI AVVERSA

ORGANI

 

 

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

Mhux komuni

Infezzjonijiet fungali

 

 

 

Disturbi fis-sistema immuni

Komuni

Sensittività eċċessiva għall-mediċina

 

 

 

Disturbi psikjatriċi

Komuni

Ngħas

 

Mhux komuni

Konfużjoni

 

Mhux komuni

Alluċinazzjonijiet1

 

Mhux magħruf

Reazzjonijiet psikotiċi2

 

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Sturdament

 

Komuni

Disturbi fil-bilanċ

 

 

 

 

Mhux komuni

Mixja mhix normali

 

Rari ħafna

Aċċessjonijiet

 

 

 

Disturbi fil-qalb

Mhux komuni

Insuffiċjenza kardijaka

 

 

 

Disturbi vaskulari

Komuni

Pressjoni għolja

 

Mhux komuni

Trombo#i venuża/tromboemboliżmu

 

 

 

Disturbi respiratorji, toraċiċi u

Komuni

Qtugħ ta’ nifs

medjastinali

 

 

Disturbi gastrointestinali

Komuni

Stitikezza

 

Mhux komuni

Rimettar

 

Mhux magħruf

Pankreatite2

 

 

 

Disturbi marbuta mal-fwied u l-

Komuni

Riżultati elevati għat-test tal-funzjoni tal-

marrara

 

fwed

 

Mhux magħruf

Epatite

 

 

 

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’

Komuni

Uġigħ ta’ ras

mnejn jingħata

Mhux komuni

Għeja

 

 

 

 

1L-alluċinazzjonijiet kienu osservati prinċipalment f’pazjenti b’mard tal-Alzheimer sever.

2Każijiet iżolati rapportati fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq.

Il-marda ta’ Alzheimer ġiet assoċjata ma’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju u suwiċidju. Fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, dawn il-każijiet ġew rapportati f’pazjenti trattati b’memantine.

Rapportar ta’ effetti sekondarji suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati effetti sekondarji suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali elenkata f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Hemm biss esperjenza limitata b’doża eċċessiva minn studji kliniċi u esperjenza wara t-tqegħid fis- suq.

Sintomi

Dożi eċċessivi relattivament għoljin (200 mg u 105 mg/jum għal 3 ijiem, rispettivament) kienu assoċjati ma’ sintomi jew ma’ għeja, dgħufija u/jew dijarea jew l-ebda sintomi.Fil-każijiet ta’ doża eċċessiva taħt il-140 mg jew doża mhux magħrufa l-pazjenti wrew sintomi mis-sistema nervuża ċentrali (konfużjoni, tħeddil, ngħas, vertiġini, aġitazzjoni, aggressjoni, alluċinazzjoni, u disturbi fil- mixi) u/jew ta’ oriġini gastrointestinali (rimettar u dijarea).

Fl-aktar każ estrem ta ‘doża eċċessiva, il-pazjent baqa’ ħaj wara li ħa total ta’ 2,000 mg memantine mill-ħalq b’effetti fuq is-sistema nervuża ċentrali (koma għal 10 ijiem, u wara diplopja u aġitazzjoni). Il-pazjent irċieva kura sintomatika u plażmafereżi. Il-pazjent irkupra mingħajr konsegwenzi permanenti.

F’każ ieħor ta’ doża eċċessiva kbira, il-pazjent ukoll baqa ħaj u rkupra. Il-pazjent kien irċieva 400 mg memantine b’mod orali.Il-pazjent esperjenza sintomi tas-sistema nervuża ċentrali bħal irrekwitezza psikożi, alluċinazzjonijiet viżivi, proconvulsiveness, ngħas, sturdament, telf mis-sensi u nuqqas ta’ koxjenza.

Trattament:

F’każ ta’ doża eċċessiva, għandha tingħata kura għas-sintomi. M’hemmx antidotu speċifiku għal intossikazzjoni jew doża eċċessiva. Proċeduri standard kliniċi biex titneħħa materjal tas-sustanza attiva, eż., tlaħliħ tal-istonku, karbo-mediċinlalis (li ma jħallux ir-riċirkolazzjoni entero-epatika), l-aċidifikazzjoni tal-awrina, id-dijureżi forzata għandhom jintużaw kif jixraq.

F’każ ta’ sinjali u sintomi ta’ stimulazzjoni eċċessiva tas-Sistema Nervuża Ċentrali (SNĊ) ġenerali, għandha titqies kura klinika tas-sintomi bir-reqqa.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Psikoanalettiċi, mediċini oħra kontra d-dimenzja, Kodiċi ATC: N06DX01.

Aktar evidenza qed tindika li l-funzjoni ħażina ta’ newrotrasmissjoni glutamaterġika, b’mod partikolari f’riċettaturi ta’ NMDA, jagħtu kontribut kemm għall-espressjoni tas-sintomi kif ukoll għall- avvanz ta’ dimenzja ġenerattiva.

Memantine huwa antagonist mhux kompettativ b’affinità moderata għar-riċeetatur –NMDA li jiddependi mill-vultaġġ. Jibdel l-effetti ta’ livelli toniċi għoljin b’mod patoloġiku ta’ glutamete li jistgħu jwasslu għal funzjoni ħażin tan-newroni.

Studji kliniċi

Studju ewlieni b’terapija waħda b’popolazzjoni ta’ pazjenti li kienu qd ibatu mill-marda ta’ Alzheimer minn moderata għal severa (eżami żgħir ħafna tal-istat mentali (MMSE - mini mental state examination (MMSE) b’punteggi totali fil-linja bażi ta’ 3 - 14) kien jinkludi 252 pazjent tal-isptar fuq barra. L-istudju wera effetti tajbin tal-kura b’memantine meta mqabbla ma’ plaċebo mas-6 xahar (analiżi tal-każijiet għall-impressjoni ta’ bidla skont l-intervista mat-tabib (CIBIC-plus): p = 0.025; studju kooperativ tal-marda ta’ Alzheimer (ADCS-ADLsev): p = 0.003; batterija ta’ impediment sever (SIB - severe impairment battery): p = 0.002).

Studju ewlieni b’terapija waħda ta’ memantine fil-kura tal-marda ta’ Alzheimer ħafifa għal moderata (punteġġ totali ta’ mal-linja bażi ta’ 10 sa 22) kien jinkludi 403 pazjent. Pazjenti kkurati b’memantine wrew effett statistikament aħjar mill-pazjenti kkurati bi plaċebo fuq il-fini primarji: skala ta’ assessjar tal-marda ta’ Alzheimer ADAS-cog (p = 0.003) u CIBIC-plus (p = 0.004) f’Ġimgħa 24 (bl-aħħar osservazzjoni miġjuba ’l quddiem (LOCF). Fi studju ieħor b’terapija waħda għal marda ta’ Alzheimer ħafifa għal moderata, total ta’ 470 pazjent (punteġġi totali ta’ MMSE fil-linja bażi ta’ 11 - 23) kienu magħżula b’mod każwali. Fl-ewwel analiżi li kienet definita minn qabel, sinifikat statistiku ma ntlaħaqtx mal-fini ewlieni tal-effikaċja f’ġimgħa 24.

Analiżi meta ta’ pazjenti bil-marda severa ta’ Alzheimer (punteġġ totali ta’ MMSE < 20) mis-sitt studji ta’ fażi III, kontrollat bi plaċebo, li damu sitt xhur (li jinkludu studji b’monoterapija u studji b’pazjenti fuq doża stabbli ta’ inibituri ta’ acetylcholinesterase) wriet li kien hemm effett statistikament favur il-kura b’memantine fil-qasam tal-għarfien globali u funzjonali. Meta pazjenti dehru li marru għall-agħar fi tliet oqsma, ir-riżultati wrew effett statistikament sinifikanti ta’ memantine biex jevita li jmorru għall-agħar, darbtejn aktar mill-pazjenti kkurati bi plaċebo hekk kif pazjenti kkurati b’memantine marru għall-agħar fit-tlett oqsma (21 % vs. 11 %, p < 0.0001).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Memantine għandu bijodisponibilità assoluta ta’ madwar 100 %. Tmax hija bejn 3 u 8 sigħat. M’hemmx indikazzjon li l-ikel jaffettwa l-assorbment ta’ memantine.

Distribuzzjoni

Dożi ta’ 20 mg kuljum iwasslu għal konċentrazzjoni ta’ memantine fil-plażma fi stat fiss f’medda ta’ bejn 70 sa 150 ng/ml (0.5 – 1 μmol) b’varjazzjonijiet kbar bejn individwu u ieħor. Meta ngħataw dożi ta’ 5 sa 30 mg kuljum, proporzjon medju ta’ fluwidu ċerebrospinali (CSF)/serum ta’ 0.52 kien ikkalkolat. Il-volum ta’ distribuzzjoni huwa madwar 10 l/kg. Madwar 45 % ta’ memantine hu marbut ma’ proteini fil-plażma.

Bijotrasformazzjoni

Fil-bniedem, madwar 80 % tal-materjal marbut ma’ memantine preżenti fiċ-ċirkolazzjoni jinsab bħala s-sustanza mhux mibdula. Il-metaboliti fil-bniedem ewlenien huma N-3,5-dimethyl-gludantan, it- taħlita iżomerika ta’ 4- u 6-hydroxy-memantine, u 1-nitroso-3,5-dimethyl-adamantane. L-ebda wieħed minn dawn il-metaboliti ma juru attivita antagonista għal NMDA. Ma ġie osservat l-ebda metaboliżmu katalizzat b’cythochrome P 450 in vitro. Fi studju fejn 14C-memantine ġie mogħti b’mod orali, medja ta’ 84 % tad-doża kienet irkuprata b’mod orali fi żmien 20 jum, b’aktar minn 99 % tiġi eliminata mal- awrina.

Eliminazzjoni

Memantine jiġi eliminat b’mod monoesponenzjali b’tewrminu t½ ta’ bejn 60 sa 100 siegħa. F’voluntiera b’funzjoni tal-kliewi normali, it-tneħħija totali (Cltot) kienet ta’ 170 ml/min/1.73 m2 u parti mit-tneħħija renali totali tinkiseb bi tnixxija tubulari.

Il-ġestjoni renali tinvolvi l-assorbiment tubulari mill-ġdid permezz ta’ proteini ta’ trasport katajoniku. Ir-rata ta’ eliminazzjoni renali ta’ memantine taħt kondizzjonijiet ta’ awrina alkalina tista’ titnaqqas b’fattur ta’ 7 għal 9 (ara sezzjoni 4.4). L-awrina tista’ ssir alkalina minn bidliet drastiċi fid-dieta, eż. Minn dieta li tinkludi l-laħam għal waħda veġetarjana, jew it-teħid ta’ ammonti kbar ta’ bafers alkalini għall-istonku.

Linearità

Studji f’voluntiera wrew farmakokinetika lineari f’medda ta’ dożi minn 10 sa 40 mg.

Relazzjoni farmakokinetika/farmakodinamika

B’doża ta’ 20 mg memantine kuljum il-livelli ta’ CSF qablu mal-valur ki (ki = kostant tal-impediment) ta’ memantine, li hu ta’ 0.5 μmol fil-kortiċi anterjuri tal-bniedem.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Fi studju fuq perjodu qasir fil-firien, memantine bħal antagonisti NMDA oħrajn, stimola l-formazzjoni ta’ vacuoles fin-newroni u nekrożi (ġrieħi ta’ Olney) biss wara dożi li wasslu għal konċentrazzjonijiet li kellhom quċċata għolja ħafna. Atassja u sinjali ta’ qabel l-użu kliniku oħrajn seħħew qabel ma ffurmaw il-vacuoles fin-newroni u n-nekrożi. Peress li l-effetti la dehru fi studju fit-tul f’annimali gerriema u lanqas f’annimali mhux gerriema, ir-rilevanza ta’ dawn ir-riżultati mhumiex magħrufa.

Bidliet fl-għajnejn dehru b’mod mhux konsistenti fi studji dwar it-tossiċità b’dożi ripetuti f’annimali gerriema u klieb, iżda mhux fix-xadini. Studji speċifiċi oftalmoskopiċi fl-istudji kliniċi b’memantine ma wrew l-ebda bidliet fl-għajnejn.

Fosfolipidożi f’makrofaġi fil-pulmun minħabba l-akkumulazzjoni ta’ memantine f’lsożomi ġiet osservata f’annimali gerriema. Dan l-effett hu magħruf minn sustanzi attivi oħra b’karatteristiċi katajoniċi amfifiliċi. Hemm relazzjoni possibbli bejn din l-akkumulazzjoni u l-vakwolizzazzjoni osservata fil-pulmun. Dan l-effett deher biss f’dożi għoljin f’aqnnimali gerriema. Ir-rilevanza klinika ta’ dawn ir-riżultati m’humiex magħrufa.

Ma ġiet osservata l-ebda tossiċità għal ġeni wara testijet b’memantine f’assaġġi standard. Ma kienx hemm evidenza ta’ riskju ta’ tumuri fi ġrieden u firien tull ħajjithom. Mamantine ma kienx teratoġeniku fil-firien u fniek, anki meta d-dożi kienu tossiċi għall-omm, u l-ebda effetti avversi ma dehru b’memantine fuq il-fertilità. Fil-firien, tnaqqis fit-tkabbir tal-fetu deher b’livelli ta’ esponiment, li huma daws jew ħarira ogħla mill-bniedem.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Il-qalba tal-pillola

Lactose monohydrate

Cellulose, microcrystalline (E460)

Silica, anidru kollojdali

Talc (E553b)

Magnesium stearate (E572)

Kisja tal-pillola

Methacrylic acid-ethyl acrylate copolymer (1:1)

Sodyum laurilsulfate

Polysorbate 80

Talc (E553b)

Triacetin

Simeticone

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

5 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folja (fojl ta’ PVC/PVDC-Al foil): 14, 28,30, 42, 50, 56, 60, 70, 84, 90, 98, 100 u 112-il pillola miksija b’rita, f’kaxxa tal-kartun.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu jitpoġġew fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi u għal ġestjoni ieħor

L-ebda rekwiżiti speċjali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Consilient Health Ltd., 5th floor, Beaux Lane House, Mercer Street Lower, Dublin 2, L-Irlanda

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Marixino 10 mg pilloli miksijin b’rita

14-il pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/001

28 pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/002

30 pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/003

42 pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/004

50 pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/005

56 pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/006

60 pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/007

70 pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/008

84 pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/009

90 pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/010

98 pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/011

100 pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/012

112-il pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/013

Marixino 20 mg pilloli miksijin b’rita

14-il pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/014

28 pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/015

30 pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/016

42 pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/017

50 pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/018

56 pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/019

60 pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/020

70 pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/021

84 pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/022

90 pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/023

98 pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/024

100 pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/025

112-il pillola miksija b’rita: EU/1/13/820/026

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 20 april 2013

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAL-KITBA

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati