Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Marixino (Maruxa) (memantine hydrochloride) – Fuljett ta’ tagħrif - N06DX01

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaMarixino (Maruxa)
Kodiċi ATCN06DX01
Sustanzamemantine hydrochloride
ManifatturConsilient Health Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Marixino 10 mg pilloli miksija b’rita

Memantine hydrochloride

Aqra l-fuljett ta’ tagħrif kollu bir-reqqa qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa' taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effetti sekondarji, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Marixino u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Marixino

3.Kif għandek tieħu Marixino

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Marixino

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Marixino u għalxiex jintuża

Marixino jappartjeni għal grupp ta’ mediċini magħrufa bħala mediċini kontra d-dimenzja. It-telf tal-memorja fil-marda ta’ Alzheimer jiġi minħabba disturbi fis-sinjali tal-messaġġi fil-moħħ. Il-moħħ fih l-hekk imsejjħa riċetturi-N-mthyl D-aspartate (NMDA) li jieħdu sehem fit-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri importanti għat-tagħlim u l-memorja. Marixino jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu antagonisti tar-riċettur-NMDA. Marixino jaġixxi fuq dawn ir-riċetturi-NMDA billi jtejjeb it-trasmissjoni ta’ sinjali min-nervituri u l-memorja.

Marixino jintuża għall-kura ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer minn moderata għal severa.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Marixino

Tiħux Marixino:

-jekk inti allerġiku għal memantine hydrochloride jew għal xi ingredjenti oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla f’taqsima 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Marixino:

-jekk għandek storja b’aċċessjonijiet epilettiċi,

-jekk riċentement kellek infart mijokardjali (attakk tal-qalb), jew jekk qed tbati minn falliment tal-qalb konġestiva jew minn pressjoni għolja mhix ikkontrollata (pressjoni għolja tad-demm).

F’dawn il-każijiet il-kura għandha tkun sorveljata bir-reqqa, u l-benefiċċju kliniku ta’ Marixino jiġi evalwat mill-ġdid mit-tabib tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tbati minn indeboliment renali (problemi fil-kliewi) it-tabib tiegħek għandu jissorvelja mill-qrib il-funzjoni tal-kliewi tiegħek u jekk hemm bżonn jadatta d-doża ta’ memantine kif ikun jixraq.

L-użu ta’ prodotti mediċinali msejjħa amantadine (għat-trattament tal-marda ta’ Parkinson), ketamine (sustanza li ġeneralment tingħata bħala loppju), dextromethorphan (ġeneralment użata għas-sogħla) u antagonisti oħra ta’ NMDA fl-istess ħin għandu jkun evitat.

Tfal u adolexxenti

Marixino mhux rakkomandat fit-tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Marixino

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, dan l-aħħar ħadt jew stajt ħadt xi mediċini oħra.

B’mod partikolari, Marixino jista’ jibdel l-effetti tal-mediċini li ġejjin u d-doża tagħhom jista’ jkollha bżonn tinbidel mit-tabib tiegħek:

-amantadine, ketamine, dextromethorphan

-dantrolene, baclofen

-cimetidine, ranitidine, procainamide, quinidine, quinine, nicotine

-hydrochlorothiazide (jew kull kombinazzjoni ma’ hydrochlorothiazide)

-anticholinergics (sustanzi li ġeneralment jintużaw għall-kura ta’ disturbi fil-movimenti jew spażmi fl-imsaren)

-mediċini kontra l-aċċessjonijiet (mediċini li jintużaw biex ikunu evitati jew iserrħu l- aċċessjonijiet)

-barbiturati (sustanzi li ġeneralment jintużaw biex jgħinuk torqod)

-agonisti dopaminergiċi (sustanzi bħal L-dopa, bromocriptine)

-newrolettiċi (sustanzi li jintużaw għall-kura ta’ disturbi tal-moħħ)

-mediċini orali kontra l-koagulazzjoni tad-demm

Jekk tmur l-isptar għarraf lit-tabib tiegħek li qed tieħu Marixino.

Marixino ma’ ikel u xorb

Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk dan l-aħħar bdilt id-dieta tiegħek jew bi ħsiebek tibdel id-dieta tiegħek b’mod sostanzjali (eż. Minn dieta normali għal waħda veġetarjana stretta) jew jekk qed tbati minn stat ta’ aċidożi tubulari renali (RTA, jiżdiedu s-sustanzi li jiffurmaw l-aċidu fid-demm minħabba funzjoni renali batuta) jew infezzjonijiet severi tal-passaġġ awrinarju (struttura li minnha tgħaddi l- awrina), peress li t-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża tal-mediċina tiegħek.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

L-użu ta’ memantine f’nisa tqal mhux rakkomandat.

Nisa li qed jieħdu Marixino m’għandhomx ireddgħu.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

It-tabib tiegħek ser jgħidlek jekk il-marda tħallikx issuq u tħaddem magni b’mod sigur. Minbarra hekk, Marixino jista’ jibdillek il-ħila biex tirreaġixxi, u għalhekk ma jkunx xieraq li ssuq jew tħaddem magni.

Marixino fih lactose

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

3.Kif għandek tieħu Marixino

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir tat-tabib. Iċċekkja mat-tabib jew spiżjar jekk m’intix ċert.

Dożaġġ

Id-doża rakkomandata ta’ Marixino għal adulti u pazjenti anzjani hi ta’ 20 mg darba kull jum. Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti kollaterali, din id-doża tintlaħaq gradwalment billi tiġi segwita l-iskema li

ġejja kuljum:

Ġimgħa 1

Nofs pillola ta’ 10 mg

Ġimgħa 2

Pillola waħda ta’ 10 mg

Ġimgħa 3

Pillola waħda u nofs ta’ 10 mg

Ġimgħa 4

Żewġ pilloli ta’ 10 mg

Id-doża li ġeneralment tingħata fil-bidu hija ta’ nofs pillola darba kull jum (1 x 5 mg) għall-ewwl ġimgħa. Din id-doża għandha tiżdied għal pillola waħda darba kull jum (1 x 10 mg) fit-tieni ġimgħa u għal pillola waħda u nofs kull jum (1 x 15 mg) fit-tielet ġimgħa. Mir-raba’ ġimgħa ’l quddiem, id-doża tas-soltu hi ta’ 20 mg darba kull jum (1 x 20 mg).

Id-doża f’pazjenti b’funzjoni tal-fwied indebolita

Jekk għandek indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi, it-tabib tiiegħek ser jiddeċiedi dwar doża li tkun tixraq għal kundizzjoni tiegħek. F’dan il-każ, il-funzjoni tal-kliewi għandha tkun eżaminata mit-tabib tiegħek f’intervalli speċifikati.

Kif jingħata

Marixino għandu jingħata mill-ħalq darba kuljum. Biex tikseb benefiċċju mill-mediċina tiegħek, għandek tkompli teħodha fl-istess ħin tal-ġurnata. Il-pilloli għandhom jinbelgħu ma’ ftit ilma. Il-pillola miksija b’rita ta’ 10 mg tista’ tinqasam f’dożi ugwali. Il-pilloli jistgħu jittieħdu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Kemm għandha ddum il-kura

Kompli ħu Marixino sakemm tibqa’ tikseb benefiċċju. It-tabib tiegħek għandu jevalwa l-kura tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tieħu Marixino aktar milli suppost

-B’mod ġenerali, meta tieħu wisq Marixino m’għandu jiġrilek l-ebda ħsara. Jista’ jkollok aktar sintomi li hemm imsemmija f’sezzjon 4. “Effetti sekondarji possibbli”.

-Jekk tieħu doża eċċessiva kbira ta’ Marixino, agħmel kuntatt mat-tabib tiegħek jew ikseb parir mediku, għax jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.

Jekk tinsa tieħu Marixino

-Jekk tinduna li nsejt tieħu doża ta’ Marixino, stenna u ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas-soltu.

-M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

B’mod ġenerali, l-effetti sekondarji osservati kienu minn ħfief għal moderati.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni):

Uġigħ ta’ ras, ngħas, stitikezza, riżultati għoljin għal testijiet tal-funzjoni tal-fwied, sturdament, disturbi fil-bilanċ, qtugħ ta’ nifs, pressjoni tad-demm għolja u sensittività eċċessiva għall-mediċina.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna):

Għeja, infezzjonijiet tal-moffa, konfużjoni, alluċinazzjonijiet, remettar, mixja mhix normali, insuffiċjenza kardijaka u emboli tad-demm fil-vini (trombożi/tromboemboliżmu).

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 persuna):

Aċċessjonijiet.

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli):

Infjammazzjoni tal-frixa, infjammazzjoni tal-fwied (epatite) u reazzjonijiet psikotiċi

Il-marda ta’ Alzheimer kienet assoċjata ma’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju u suwiċidju. Dawn il-każijiet ġew rapportati minn pazjenti li ħadu memantine.

Rapportar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Marixino

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-pakkett wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Marixino

-Is-sustanza attiva hi memantine hydrochloride.

Kull pillola miksija b’rita fiha 10 mg memantine hydrochloride ekwivalenti għal 8.31 mg memantine.

-Is-sustanzi l-oħra (eċċipjenti) huma:

Il-qalba tal-pillola: lactose monohydrate, microcrystalline cellulose (E460), silika kollojdali anidra, talc (E553b), magnesium stearate (E572).

Il-kisja tar-rita: methacrylic acid-ethyl acrylate copolymer (1:1),sodium laurilsulfate, polysorbate 80, talc (E553b), triacetin, simeticone.

Ara sezzjoni 2 " Marixino fih lactose".

Id-dehra ta’ Marixino u l-kontenuti tal-pakkett

Pillola miksija b’rita ta’ lewn bajdani, ovali, mżaqqha fuq żewġ naħiet, b’ferq fuq naħa waħda (tul tal-pillola: 12.2-12.9 mm, ħxuna:3.5-4.5 mm). Il-pillola tista’ tinqasam f’dożi ndaqs.

Il-pilloli miksija b’rita ta’ Marixino jiġu f’kaxex ta’ 14, 28,30, 42, 50, 56, 60, 70, 84, 90, 98, 100 u 112-il pillola miksija b’rita, f’folji.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu jitpoġġew fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Consilient Health Ltd., 5th floor, Beaux Lane House, Mercer Street Lower, Dublin 2, L-Irlanda

l-Manifattur

KRKA, d.d., Novo mesto, Šmarješka cesta 6, 8501 Novo mesto, Is-Slovenja TAD Pharma GmbH, Heinz-Lohmann-Straße 5, 27472 Cuxhaven, Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

KRKA Belgium, SA.

UAB KRKA Lietuva

Tél/Tel: + 32 (0) 487 50 73 62

Tel: + 370 5 236 27 40

България

Luxembourg/Luxemburg

Представителство на КРКА България ЕООД

KRKA Belgium, SA.

Teл.: + 359 (02) 962 34 50

Tél/Tel: + 32 (0) 487 50 73 62 (BE)

Česká republika

Magyarország

KRKA ČR, s.r.o.

KRKA Magyarország Kereskedelmi Kft.

Tel: + 420 (0) 221 115 150

Tel.: + 361 (0) 355 8490

Danmark

Malta

KRKA Sverige AB

E. J. Busuttil Ltd.

Tlf: + 46 (0)8 643 67 66 (SE)

Tel: + 356 21 445 885

Deutschland

Nederland

TAD Pharma GmbH

KRKA Belgium, SA.

Tel: + 32 (0) 487 50 73 62 (BE)

Eesti

Norge

KRKA, d.d., Novo mesto Eesti filiaal

KRKA Sverige AB

Tel: + 372 (0) 6 671 658

Tlf: + 46 (0)8 643 67 66 (SE)

Ελλάδα

Österreich

QUALIA PHARMA S.A.

KRKA Pharma GmbH, Wien

Τηλ: + 30 210 6256177

Tel: + 43 (0)1 66 24 300

España

Polska

KRKA Farmacéutica, S.L.

KRKA-POLSKA Sp. z o.o.

Tel: + 34 911 61 03 81

Tel.: + 48 (0)22 573 7500

France

Portugal

KRKA France Eurl

KRKA Farmacêutica, Sociedade Unipessoal Lda.

Tél: + 33 (0)1 57 40 82 25

Tel: + 351 (0)21 46 43 650

Hrvatska

România

KRKA - FARMA d.o.o.

KRKA Romania S.R.L., Bucharest

Tel: + 385 1 6312 100

Tel: + 4 021 310 66 05

Ireland

Slovenija

KRKA Pharma Dublin, Ltd.

KRKA, d.d., Novo mesto

Tel: + 353 1 293 91 80

Tel: + 386 (0) 1 47 51 100

Ísland

Slovenská republika

KRKA Sverige AB

KRKA Slovensko, s.r.o.

Sími: + 46 (0)8 643 67 66 (SE)

Tel: + 421 (0) 2 571 04 501

Italia

Suomi/Finland

KRKA Farmaceutici Milano S.r.l.

KRKA Finland Oy

Tel: + 39 02 3300 8841

Puh/Tel: + 358 20 754 5330

Κύπρος

Sverige

Kipa Pharmacal Ltd.

KRKA Sverige AB

Τηλ: + 357 24 651 882

Tel: + 46 (0)8 643 67 66 (SE)

Latvija

United Kingdom

KRKA Latvija SIA

Consilient Health (UK) Ltd.

Tel: + 371 6 733 86 10

Tel: + 44 (0)203 751 1888

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Marixino 20 mg pilloli miksija b’rita

Memantine hydrochloride

Aqra l-fuljett ta’ tagħrif kollu bir-reqqa qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa' taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effetti sekondarji, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Marixino u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Marixino

3.Kif għandek tieħu Marixino

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Marixino

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Marixino u għalxiex jintuża

Marixino jappartjeni għal grupp ta’ mediċini magħrufa bħala mediċini kontra d-dimenzja. It-telf tal-memorja fil-marda ta’ Alzheimer jiġi minħabba disturbi fis-sinjali tal-messaġġi fil-moħħ. Il-moħħ fih l-hekk imsejjħa riċetturi-N-mthyl D-aspartate (NMDA) li jieħdu sehem fit-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri importanti għat-tagħlim u l-memorja. Marixino jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu antagonisti tar-riċettur-NMDA. Marixino jaġixxi fuq dawn ir-riċetturi-NMDA billi jtejjeb it-trasmissjoni ta’ sinjali min-nervituri u l-memorja.

Marixino jintuża għall-kura ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer minn moderata għal severa.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Marixino

Tiħux Marixino:

-jekk inti allerġiku għal memantine hydrochloride jew għal xi ingredjenti oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla f’taqsima 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Marixino:

-jekk għandek storja b’aċċessjonijiet epilettiċi,

-jekk riċentement kellek infart mijokardjali (attakk tal-qalb), jew jekk qed tbati minn falliment tal-qalb konġestiva jew minn pressjoni għolja mhix ikkontrollata (pressjoni għolja tad-demm).

F’dawn il-każijiet il-kura għandha tkun sorveljata bir-reqqa, u l-benefiċċju kliniku ta’ Marixino jiġi evalwat mill-ġdid mit-tabib tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tbati minn indeboliment renali (problemi fil-kliewi) it-tabib tiegħek għandu jissorvelja mill-qrib il-funzjoni tal-kliewi tiegħek u jekk hemm bżonn jadatta d-doża ta’ memantine kif ikun jixraq.

L-użu ta’ prodotti mediċinali msejjħa amantadine (għat-trattament tal-marda ta’ Parkinson), ketamine (sustanza li ġeneralment tingħata bħala loppju), dextromethorphan (ġeneralment użata għas-sogħla) u antagonisti oħra ta’ NMDA fl-istess ħin għandu jkun evitat.

Tfal u adolexxenti

Marixino mhux rakkomandat fit-tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Marixino

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, dan l-aħħar ħadt jew stajt ħadt xi mediċini oħra.

B’mod partikolari, Marixino jista’ jibdel l-effetti tal-mediċini li ġejjin u d-doża tagħhom jista’ jkollha bżonn tinbidel mit-tabib tiegħek:

-amantadine, ketamine, dextromethorphan

-dantrolene, baclofen

-cimetidine, ranitidine, procainamide, quinidine, quinine, nicotine

-hydrochlorothiazide (jew kull kombinazzjoni ma’ hydrochlorothiazide)

-anticholinergics (sustanzi li ġeneralment jintużaw għall-kura ta’ disturbi fil-movimenti jew spażmi fl-imsaren)

-mediċini kontra l-aċċessjonijiet (mediċini li jintużaw biex ikunu evitati jew iserrħu l- aċċessjonijiet)

-barbiturati (sustanzi li ġeneralment jintużaw biex jgħinuk torqod)

-agonisti dopaminergiċi (sustanzi bħal L-dopa, bromocriptine)

-newrolettiċi (sustanzi li jintużaw għall-kura ta’ disturbi tal-moħħ)

-mediċini orali kontra l-koagulazzjoni tad-demm

Jekk tmur l-isptar għarraf lit-tabib tiegħek li qed tieħu Marixino.

Marixino ma’ ikel u xorb

Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk dan l-aħħar bdilt id-dieta tiegħek jew bi ħsiebek tibdel id-dieta tiegħek b’mod sostanzjali (eż. Minn dieta normali għal waħda veġetarjana stretta) jew jekk qed tbati minn stat ta’ aċidożi tubulari renali (RTA, jiżdiedu s-sustanzi li jiffurmaw l-aċidu fid-demm minħabba funzjoni renali batuta) jew infezzjonijiet severi tal-passaġġ awrinarju (struttura li minnha tgħaddi l- awrina), peress li t-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża tal-mediċina tiegħek.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

L-użu ta’ memantine f’nisa tqal waqt it-tqala mhux rakkomandat.

Nisa li qed jieħdu Marixino m’għandhomx ireddgħu.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

It-tabib tiegħek ser jgħidlek jekk il-marda tħallikx issuq u tħaddem magni b’mod sigur. Minbarra hekk, Marixino jista’ jibdillek il-ħila biex tirreaġixxi, u għalhekk ma jkunx xieraq li ssuq jew tħaddem magni.

Marixino fih lactose

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

3. Kif għandek tieħu Marixino

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir tat-tabib. Iċċekkja mat-tabib jew spiżjar jekk m’intix ċert.

Dożaġġ

Id-doża rakkomandata ta’ Marixino għal adulti u pazjenti ikbar hi ta’ 20 mg darba kull jum. Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti kollaterali, din id-doża tintlaħaq gradwalment billi tiġi segwita l-iskema li ġejja kuljum:

Ġimgħa 1

Nofs pillola ta’ 10 mg

Ġimgħa 2

Pillola waħda ta’ 10 mg

Ġimgħa 3

Pillola waħda u nofs ta’ 10 mg

Ġimgħa 4

Żewġ pilloli ta’ 10 mg jew waħda ta’ 20 mg darba kuljum

Id-doża li ġeneralment tingħata fil-bidu hija ta’ nofs pillola darba kull jum (1 x 5 mg) għall-ewwl ġimgħa. Din id-doża għandha tiżdied għal pillola waħda darba kull jum (1 x 10 mg) fit-tieni ġimgħa u għal pillola waħda u nofs kull jum (1 x 15 mg) fit-tielet ġimgħa. Mir-raba’ ġimgħa ’l quddiem, id-doża tas-soltu hi ta’ 20 mg darba kull jum (1 x 20 mg).

Id-doża f’pazjenti b’funzjoni tal-fwied indebolita

Jekk għandek indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi, it-tabib tiiegħek ser jiddeċiedi dwar doża li tkun tixraq għal kundizzjoni tiegħek. F’dan il-każ, il-funzjoni tal-kliewi għandha tkun eżaminata mit-tabib tiegħek f’intervalli speċifikati.

Kif jingħata

Marixino għandu jingħata mill-ħalq darba kuljum. Biex tikseb benefiċċju mill-mediċina tiegħek, għandek tkompli teħodha fl-istess ħin tal-ġurnata. Il-pilloli għandhom jinbelgħu ma’ ftit ilma. Il-pillola miksija b’rita ta’ 10 mg tista’ tinqasam f’dożi ugwali. Il-pilloli jistgħu jittieħdu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Kemm għandha ddum il-kura

Kompli ħu Marixino sakemm tibqa’ tikseb benefiċċju. It-tabib tiegħek għandu jevalwa l-kura tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tieħu Marixino aktar milli suppost

-B’mod ġenerali, meta tieħu wisq Marixino m’għandu jiġrilek l-ebda ħsara. Jista’ jkollok aktar sintomi li hemm imsemmija f’sezzjon 4. “Effetti sekondarji possibbli”.

-Jekk tieħu doża eċċessiva kbira ta’ Marixino, agħmel kuntatt mat-tabib tiegħek jew ikseb parir mediku, għax jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.

Jekk tinsa tieħu Marixino

-Jekk tinduna li nsejt tieħu doża ta’ Marixino, stenna u ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas-soltu.

-M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

B’mod ġenerali, l-effetti sekondarji osservati kienu minn ħfief għal moderati.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni):

Uġigħ ta’ ras, ngħas, stitikezza, riżultati għoljin għal testijiet tal-funzjoni tal-fwied, sturdament, disturbi fil-bilanċ, qtugħ ta’ nifs, pressjoni tad-demm għolja u sensittività eċċessiva għall-mediċina.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna):

Għeja, infezzjonijiet tal-moffa, konfużjoni, alluċinazzjonijiet, remettar, mixja mhix normali, insuffiċjenza kardijaka u emboli tad-demm fil-vini (trombożi/tromboemboliżmu).

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 persuna):

Aċċessjonijiet

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli):

Infjammazzjoni tal-frixa, infjammazzjoni tal-fwied (epatite) u reazzjonijiet psikotiċi

Il-marda ta’ Alzheimer kienet assoċjata ma’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju u suwiċidju. Dawn il- każijiet ġew rapportati minn pazjenti li ħadu memantine.

Rapportar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5. Kif taħżen Marixino

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-pakkett wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Marixino

-Is-sustanza attiva hi memantine hydrochloride.

Kull pillola miksija b’rita fiha 20 mg memantine hydrochloride ekwivalenti għal 16.62 mg memantine.

-Is-sustanzi l-oħra (eċċipjenti) huma:

Il-qalba tal-pillola: lactose monohydrate, microcrystalline cellulose (E460), silika kollojdali anidra, talc (E553b), magnesium stearate (E572).

Il-kisja tar-rita: methacrylic acid-ethyl acrylate copolymer (1:1), sodium laurilsulfate, polysorbate 80, talc (E553b), triacetin, simeticone.

Ara sezzjoni 2 " Marixino fih lactose".

Id-dehra ta’ Marixino u l-kontenuti tal-pakkett

Pillola miksija b’rita ta’ lewn bajdani, ovali, mżaqqha fuq żewġ naħiet (tul tal-pillola:15.7-16.4 mm, ħxuna:4.7-5.7 mm).

Il-pilloli miksija b’rita ta’ Marixino jiġu f’kaxex ta’ 14, 28,30, 42, 50, 56, 60, 70, 84, 90, 98, 100 u 112-il pillola miksija b’rita, f’folji.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu jitpoġġew fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Consilient Health Ltd., 5th floor, Beaux Lane House, Mercer Street Lower, Dublin 2, L-Irlanda

l-Manifattur

KRKA, d.d., Novo mesto, Šmarješka cesta 6, 8501 Novo mesto, Is-Slovenja TAD Pharma GmbH, Heinz-Lohmann-Straße 5, 27472 Cuxhaven, Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

KRKA Belgium, SA.

UAB KRKA Lietuva

Tél/Tel: + 32 (0) 487 50 73 62

Tel: + 370 5 236 27 40

България

Luxembourg/Luxemburg

Представителство на КРКА България ЕООД

KRKA Belgium, SA.

Teл.: + 359 (02) 962 34 50

Tél/Tel: + 32 (0) 487 50 73 62 (BE)

Česká republika

Magyarország

KRKA ČR, s.r.o.

KRKA Magyarország Kereskedelmi Kft.

Tel: + 420 (0) 221 115 150

Tel.: + 361 (0) 355 8490

Danmark

Malta

KRKA Sverige AB

E. J. Busuttil Ltd.

Tlf: + 46 (0)8 643 67 66 (SE)

Tel: + 356 21 445 885

Deutschland

Nederland

TAD Pharma GmbH

KRKA Belgium, SA.

Tel: + 32 (0) 487 50 73 62 (BE)

Eesti

Norge

KRKA, d.d., Novo mesto Eesti filiaal

KRKA Sverige AB

Tel: + 372 (0) 6 671 658

Tlf: + 46 (0)8 643 67 66 (SE)

Ελλάδα

Österreich

QUALIA PHARMA S.A.

KRKA Pharma GmbH, Wien

Τηλ: + 30 210 6256177

Tel: + 43 (0)1 66 24 300

España

Polska

KRKA Farmacéutica, S.L.

KRKA-POLSKA Sp. z o.o.

Tel: + 34 911 61 03 81

Tel.: + 48 (0)22 573 7500

France

Portugal

KRKA France Eurl

KRKA Farmacêutica, Sociedade Unipessoal Lda.

Tél: + 33 (0)1 57 40 82 25

Tel: + 351 (0)21 46 43 650

Hrvatska

România

KRKA - FARMA d.o.o.

KRKA Romania S.R.L., Bucharest

Tel: + 385 1 6312 100

Tel: + 4 021 310 66 05

Ireland

Slovenija

KRKA Pharma Dublin, Ltd.

KRKA, d.d., Novo mesto

Tel: + 353 1 293 91 80

Tel: + 386 (0) 1 47 51 100

Ísland

Slovenská republika

KRKA Sverige AB

KRKA Slovensko, s.r.o.

Sími: + 46 (0)8 643 67 66 (SE)

Tel: + 421 (0) 2 571 04 501

Italia

Suomi/Finland

KRKA Farmaceutici Milano S.r.l.

KRKA Finland Oy

Tel: + 39 02 3300 8841

Puh/Tel: + 358 20 754 5330

Κύπρος

Sverige

Kipa Pharmacal Ltd.

KRKA Sverige AB

Τηλ: + 357 24 651 882

Tel: + 46 (0)8 643 67 66 (SE)

Latvija

United Kingdom

KRKA Latvija SIA

Consilient Health (UK) Ltd.

Tel: + 371 6 733 86 10

Tel: + 44 (0)203 751 1888

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati