Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Memantine Accord (memantine hydrochloride) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N06DX01

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaMemantine Accord
Kodiċi ATCN06DX01
Sustanzamemantine hydrochloride
ManifatturAccord Healthcare Limited

1.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

Memantine Accord 10 mg pilloli miksija b’rita.

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola miksija b’rita fiha 10 mg memantine hydrochloride ekwivalenti għal 8.31 mg memantine.

Eċċipjent b’effett magħruf: kull pillola miksija b’rita fiha 183.13 mg lactose (bħala monohydrate).

Għal-lista kompleta ta’ sustanzi mhux attivi, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita.

Pillola bajda, tawwalija, miksija u mmarkata, imnaqqxa bl-ittri “MT” maqsumin bejniethom bil-qasma fuq naħa waħda u biċ-ċifri “10” maqsumin bil-qasma fuq in-naħa l-oħra.

Il-pillola tista’ tinqasam f’dożi ugwali.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kura ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer moderata għal severa.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-kura għandha tibda tingħata u tibqa’ taħt superviżjoni ta’ tabib li jkollu esperjenza bid-dijanjożi u l-kura tad-dimenzja ta’ Alzheimer. It-terapija għandha tinbeda biss jekk ikun hemm persuna li timmoniterja t-teħid tal-prodott mediċinali mill-pazjent. Id-dijanjożi għandha ssir skont il-linji gwida li hemm bħalissa. It-tolleranza u d-dożaġġ ta’ memantine għandhom jerġgħu jiġu vvalutati fuq bażi regolari, preferibbilment fi żmien tliet xhur mill-bidu tal-kura. Wara dan, il-benefiċċju kliniku ta’ memantine u t-tolleranza tal-pazjent għall-kura għandhom jerġgħu jiġu vvalutati fuq bażi regolari skont il-linji gwida li hemm bħalissa. Il-kura ta’ manteniment tista’ tkompli sakemm ikun hemm benefiċċju terapewtiku favorevoli u sakemm il-pazjent jibqa’ jittollera l-kura b’memantine. It-twaqqif ta’ memantine għandu jiġi kkunsidrat meta ma tibqa’ tidher l-ebda evidenza ta’ effett terapewtiku jew jekk il-pazjent ma jittollerax il-kura.

Pożoloġija:

Memantine Accord għandu jingħata darba kuljum u għandu jittieħed fl-istess ħin kuljum.

Adulti

Titrazzjoni tad-doża

Id-doża massima ta’ kuljum hija ta’ 20 mg kuljum. Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti mhux mixtieqa d-doża ta’ manteniment tinkiseb billi tittella’ bil-mod minn doża ta’ 5 mg fil-ġimgħa għall-ewwel

3 ġimgħat kif ġej:

L-1 ġimgħa (jum 1-7):

Il-pazjent għandu jieħu nofs pillola miksija b’rita ta’ 10 mg kuljum għal 7 t’ijiem

It-2 ġimgħa (jum 8-14):

Il-pazjent għandu jieħu pillola miksija b’rita (ta’ 10 mg) kuljum għal 7 t’ijiem

It-3 ġimgħa (jum 15-21)

Il-pazjent għandu jieħu pillola u nofs miksija b’rita ta’ 10 mg (15 mg) kuljum għal 7 t’ijiem.

Mir-4 ġimgħa ’l quddiem:

Il-pazjent għandu jieħu żewġ pilloli miksija b’rita ta’ 10 mg (20 mg) kuljum.

Doża ta’ manteniment

Id-doża rakkomandata hi ta’ 20 mg kuljum

Anzjani

Minn studji kliniċi, id-doża rakkomandata għal pazjenti li għandhom ’l fuq minn 65 sena hija 20 mg kuljum (żewġ pilloli ta’ 10 mg darba kuljum) kif spjegat hawn fuq.

Popolazzjoni pedjatrika

Memantine Accord mhux irrakkomandat għall-użu fit-tfal ta’ taħt it-18-il sena peress li m’hemmx biżżejjed informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja.

Indeboliment renali:

F’pazjenti b’funzjoni renali indebolita b’mod ħafif (rata ta’ tneħħija tal-kreatinina 50-80 ml/min) m’hemmx bżonn li tinbidel id-doża. F’pazjenti b’indeboliment renali moderat (rata ta’ tneħħija tal- kreatinina 30-49 ml/min) id-doża għandha tkun 10 mg kuljum. Jekk il-pazjent ikun jittollerha sew wara mill-anqas 7 t’ijiem ta’ kura, id-doża tista’ tiġi miżjuda sa 20 mg/jum skont l-iskema standard ta’ kif għandha tiżdied. F’pazjenti b’indeboliment sever renali (rata ta’ tneħħija tal-kreatinina

5-29 ml/min) id-doża ta’ kuljum għandha tkun 10 mg kuljum.

Indeboliment epatiku:

F’pazjenti b’indeboliment epatiku ħafif għal moderat (Child-Pugh A u Child-Pugh B) m’hemmx bżonn ta’ tibdil fid-doża. M’hemmx tagħrif dwar l-użu ta’ memantine f’pazjenti b’indeboliment epatiku sever. It-teħid ta’ Memantine Accord mhux rakkomandat f’pazjenti li għandhom indeboliment epatiku sever.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-pilloli miksija b’rita jistgħu jittieħdu mal-ikel jew mhux mal-ikel.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Hija rakkomandata l-attenzjoni f’pazjenti li jbatu b’epilessija, passat ta’ aċċessjonijiet jew pazjenti li għandhom fatturi li minħabba fihom ikollhom tendenza għall-epilessija.

L-użu fl-istess ħin ta’ antagonisti-N-methyl-D-aspartate (NMDA) oħra bħal amantadine, ketamine jew dextromethorphan għandu jkun evitat. Dawn is-sustanzi jaħdmu fuq l-istess sistema ta’ riċettur bħal memantine, u għalhekk effetti avversi (l-aktar relatati mas-sistema nervuża ċentrali (SNĊ)) jistgħu jseħħu b’mod aktar frekwenti jew aktar bil-qawwa (ara wkoll sezzjoni 4.5).

Xi fatturi li jistgħu jgħollu l-pH tal-awrina (ara sezzjoni 5.2 ‘Eliminazzjoni’) jistgħu jeħtieġu monitoraġġ bir-reqqa tal-pazjent. Dawn il-fatturi jinkludu bidla drastika tad-dieta, eż. minn dieta li tinkludi l-laħam għal waħda veġetarjana, jew it-teħid ta’ ammonti kbar ta’ buffers gastriċi alkalini. Minbarra hekk, il-pH tal-awrina tista’ titla minħabba każijiet ta’ aċidożi tubulari renali (RTA) jew infezzjonijiet severi tal-passaġġ awrinarju b’Proteus bacteria.

Fil-parti l-kbira tal-provi kliniċi, pazjenti li ftit qabel kellhom infart mijokardijaku, insuffiċjenza mhux kompensata tal-qalb konġestiva (NYHA III-IV), jew pressjoni għolja mhux kontrollata kienu esklużi.

Minħabba f’hekk hemm tagħrif limitat u pazjenti b’dawn il-kondizzjonijiet għandhom jinżammu taħt superviżjoni mill-qrib.

Eċċipjenti

Memantine fih il-lattożju. Il-pazjenti bi problemi ereditarji ta’ intolleranza rari għal galattożju, defiċjenza ta’ lattożju Lapp jew malassorbiment ta’ galattożju tal-glukożju ma għandhomx jieħdu dan il-prodott.

4.5 Prodotti mediċinali oħra li ma jaqblux ma’ dan

il-prodott u affarjiet oħra li jistgħu jibdlu l-effett farmaċewtiku tal-prodott

Minħabba l-effetti farmakoloġiċi u l-mekkaniżmu ta’ kif jaħdem memantine, jistgħu jseħħu dawn l-interazzjonijiet li ġejjin:

Il-mod kif jaħdem jindika li l-effeti tal-Dopa, agonisti dopaminerġiċi, u antikolinerġiċi jistgħu jkunu aktar qawwija meta jingħataw flimkien ma’ antaginisti ta’ NMDA bħal memantine. L-effetti ta’ barbiturati u newrolettiċi jistgħu jiddgħajjfu. Meta memantine jingħata flimkien ma’ mediċini antispasmodiċi, dantolene jew baclofen, jista’ jibdlilhom l-effetti tagħhom u jista’ jkun hemm bżonn ta’ bidla fid-doża.

L-użu ta’ memantine u amantadine għandu jkun evitat, minħabba r-riskju ta’ psikożi farmakotossika. Iż-żewġ sustanzi huma antagonsiti-NMDA kimikament relatati. Dan jista’ jgħodd ukoll għal ketamine u dextromethorphan (ara wkoll sezzjoni 4.4). Hemm rapport wieħed ta’ każ li kien publikat dwar riskju li jista’ jkun hemm meta memantine jingħata ma’ phenytoin.

Sustanzi attivi oħra bħal cimetidine, ranitidine, procainamide, quinidine, quinine u nicotine li jużaw l-istess sistema ta’ trasport ketajoniku renali bħal amantadine jistgħu ukoll jinteraġixxu ma’ memantine u b’hekk jista’ jkun hemm riskju ta’ livelli ogħla fil-plażma.

Jista’ jkun hemm possibilità ta’ livelli ta’ hydrochlorthiazide (HCT) imnaqqsa fis-serum meta memantine jingħata ma’ HCT jew kwalunkwe taħlita ma’ HCT.

Fl-esperjenza wara t-tqegħid fis-suq, każijiet iżolati b’żidiet fil-proporzjon internazzjonali normalizzat (INR) kienu rrappurtati f’pazjenti li kienu qed jingħataw fl-istess waqt warfarin.

Għalkemm ma ġietx stabilita r-relazzjoni mal-kawża, monitoraġġ tal-ħin ta’ protrombin jew INR ikun aħjar għal pazjenti li jkunu qed jiġu kkurati b’mediċini kontra l-koagulazzjoni orali.

Fi studji farmakokinetiċi b’doża waħda (PK) f’żgħażagħ b’saħħithom, ma dehrietx interazzjoni bejn sustanza attiva u oħra ta’memantine ma’ glyburide/metformin jew donepezil.

Fi studju kliniku ma dehrx effett rilevanti ta’ memantine fuq il-farmakokinetika ta’ galantamine.

Memantine m’għamilx impediment fuq CYP 1A2, 2A6, 2C9, 2D6, 2E1, 3A, monoxygenase li fih flavin, epoxide hydrolase jew sulfejxin in vitro.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Għal memantine, m’hemmx tagħrif kliniku dwar l-użu waqt it-tqala. Studji fl-annimali jindikaw li jista’ jeffettwa kemm jikber fl-utru b’livelli ta’ esponiment, li huma identiċi jew ikunu ħarira ogħla mill-esponiment fil-bniedem (ara sezzjoni 5.3). Ir-riskju li jista’ jkun hemm fuq in-nies, mhux magħruf. Memantine m’għandux jintuża waqt it-tqala sakemm ma jkunx hemm bżonn ċar.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk memantine joħroġx mal-ħalib tas-sider tal-mara, iżda meta tqies kemm hija lipofilika s-sustanza, probabbli li dan iseħħ. Nisa li jkunu qed jieħdu memantine m’għandhomx ireddgħu.

Fertilità

Mhuwiex magħruf jekk memantine għandux effett fuq il-fertilità għaliex ma hemm ebda dejta.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Il-marda ta’ Alzheimer moderata għal severa normalment ma tħallix persuna ssuq tajjeb u l-ħila tal- użu ta’ makkinarji tiġi kompromessa. Minbarra hekk, memantine għandha effett minn minuri sa moderata fuq il-ħila biex issuq u tuża magni u għalhekk pazjenti outpatients għandhom ikunu mwissija biex joqgħodu aktar attenti.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Fi provi kliniċi f’pazjenti b’dimenzja ħafifa għal severa, b’1784 pazjent ikkurat b’memantine u 1,595 pazjent ikkurat bi plaċebo, ir-rata globali ta’ reazzjonijiet avversi li seħħew b’memantine ma kinitx differenti min dik tal-plaċebo; ir-reazzjonijiet avversi ġeneralment kienu ħfief għal moderati fil-qawwa. L-aktar reazzjonijiet avversi li seħħew ta’ spiss fil-grupp ta’ memantine milli fil-grupp tal-plaċebo kienu sturdament (6.3 % vs 5.6 %, rispettivament), uġigħ ta’ ras (5.2 % vs 3.9 %), stitikezza (4.6 % vs 2.6 %), ngħas (3.4 % vs 2.2 %) u pressjoni għolja (4.1 % vs 2.8 %).

Lista f’tabella tar-reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin elenkati fit-tabella hawn taħt kienu miġbura fi studji kliniċi b’memantine u minn meta tpoggiet fis-suq. F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa għandhom jitniżżlu skont is-serjetà tagħhom. L-effetti li huma l-aktar serji għandhom jitniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji.

Ir-reazzjonijiet avversi huma mniżżla skont il-klassi tas-sistema tal-organi, bil-konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (≥ 1/10) komuni (≥ 1/100 sa < 1/10), mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100), rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000), rari ħafna (< 1/10,000), mhux magħruf (ma jistax ikun stmat mit-tagħrif li hemm).

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

Mhux komuni

Infezzjonijiet tal-moffa

Disturbi fis-sistema immuni

Komuni

Sensittivita' eċċessiva għal-

 

 

mediċini

Disturbi psikjatriċi

Komuni

Ngħas

 

Mhux komuni

Konfużjoni

 

Mhux komuni

Alluċinazzjonijiet1

 

Mhux magħruf

Reazzjonijiet psikotiċi2

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Sturdament

 

Komuni

Disturbi fil-bilanċ

 

Mhux komuni

Mixja anormali

 

Rari ħafna

Aċċessjonijiet

Disturbi fil-qalb

Mhux komuni

Insuffiċjenza kardijaka

Disturbi vaskulari

Komuni

Pressjoni għolja

 

Mhux komuni

Trombożi fil-vini/trombo-

 

 

emboliżmu

Disturbi respiratorji, toraċiċi u

Komuni

Qtugħ ta’ nifs

medjastinali

 

 

Disturbi gastro-intestinali

Komuni

Stitikezza

 

Mhux komuni

Rimettar

 

Mhux magħruf

Pankrejatite2

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Komuni

Test tal-funzjoni tal-fwied għoli

 

Mhux magħruf

Epatite

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet

Komuni

Uġigħ ta’ ras

ta’ mnejn jingħata

Mhux komuni

Għeja

1Alluċinazzjonijiet dehru l-aktar f’pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer severa.

2Każijiet iżolati rrappurtati f’esperjenza wara t-tqegħid fis-suq

Deskrizzjoni tar-reazzjonijiet avversi magħżula

Il-marda ta’ Alzheimer kienet assoċjata ma’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju u suwiċidju.

Fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq dawn il-każijiet kienu rrappurtati f’pazjenti kkurati b’memantine.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Hemm biss esperjenza limitata b’doża eċċessiva minn studji kliniċi u esperjenza wara t-tqegħid fis-suq.

Sintomi: Dożi eċċessivi relattivament għoljin (200 mg u 105 mg/jum għal 3 ijiem, rispettivament) kienu assoċjati ma’ sintomi ta’ għeja biss, dgħjufija u/jew dijarea jew ma ebda sintomu. Fil-każijiet ta’ doża eċċessiva taħt il-140 mg jew doża mhux magħrufa l-pazjenti wrew sintomi li kienu ġejjin mis-sistema nervuża ċentrali (konfużjoni, tħeddil, ngħas, vertiġini, aġitazzjoni, imġieba aggressiva, alluċinazzjoni, u disturbi fil-qagħda tal-mixi) u/jew ta’ natura gastro-intestinali (rimettar u dijarea).

Fl-aktar każ estrem ta’ doża eċċessiva, il-pazjent irnexxielu jibqa ħaj meta ħa b’mod orali 2,000 mg memantine b’effetti fuq is-sistema nervuża ċentrali (koma għal 10 t’ijiem, u wara kellu diplopja u aġitazzjoni). Il-pazjent irċieva kura għas-sintomi u plażmafereżi. Il-pazjent irkupra mingħajr ma kellu konsegwenzi permanenti.

F’każ ieħor ta’ doża eċċessiva kbira, il-pazjent ukoll baqa ħaj u rkupra. Il-pazjent kien irċieva 400 mg memantine b’mod orali. Il-pazjent kellu sintomi fuq is-sistema nervuża ċentrali fosthom, irrikwitezza, psikożi, alluċinazzjonijiet tal-vista, pro-aċċessjonijiet, ngħas, sturdament u telf mis-sensi.

Kura: F’każ ta’ doża eċċessiva, għandha tingħata kura għas-sintomi. M’hemmx antidotu speċifiku għal intossikazzjoni jew doża eċċessiva. Proċeduri standard kliniċi biex titneħħa s-sustanza attiva eż. tlaħliħ tal-istonku, mediċinali-karbo (li ma jħallux ir-riċirkolazzjoni entero-epatika), l-aċidifikazzjoni tal-awrina, id-dijureżi forzata għandhom jintużaw kif ikun jixraq.

F’każ ta’ sinjali u sintomi ta’ simulazzjoni eċċessiva tas-sistema nervuża ċentrali (SNĊ) ġenerali, għandha titqies kura klinika tas-sintomi bir-reqqa.

5.TAGĦRIF FARMAKOLOĠIKU

5.1Tagħrif farmakodinamiku

Kategorija farmakoterapewtika: Mediċini oħra ta’ kontra d-dimenzja, Kodiċi ATC: N06DX01.

Aktar evidenza qed tindika li l-funzjoni ħażina ta’ newrotrasmissjoni glutamaterġika, b’mod partikolari fir-riċetturi-NMDA, jagħtu kontribut kemm għall-espressjoni tas-sintomi kif ukoll għall-avvanz ta’ dimenzja newrodiġenerattiva.

Memantine huwa anatagonist mhux kompetittiv b’affinità moderata għar-riċettur-NMDA li jiddipendi mill-vultaġġ. Jibdel l-effetti ta’ livelli toniċi għoljin b’mod patoloġiku ta’ glutamate li jistgħu jwasslu għal funzjoni ħażin tan-newroni.

Studji kliniċi:

Studju pivitali b’terapija waħda f’popolazzjoni ta’ pazjenti li kienu qed ibatu mill-marda ta’ Alzheimer moderata għal severa (eżami żgħir ħafna tal-istat mentali (MMSE) punteġġ totali fil-linja bażi ta’

3 - 14) kien jinkludi total ta’ 252 outpatient. L-istudju wera effetti tajbin tal-kura b’memantine meta mqabbla ma’ plaċebo mas-6 xahar (analiżi tal-każijiet għall-impressjoni ta’ bidla skont l-intervista tat-tabib (CIBIC-plus): p = 0.025; studju kooperattiv tal-marda ta’ Alzheimer (ADCS-ADLsev):

p = 0.003; Batterija ta’ indeboliment sever (SIB): p = 0.002).

Studju pivitali b’terapija waħda ta’ memantine fil-kura tal-marda ta’ Alzheimer ħafifa għal moderata (punteġġ totali ta’ MMSE mal-linja bażi ta’ 10 sa 22) kien jinkludi 403 pazjent. Pazjenti kkurati b’memantine wrew effett statistikament aħjar mill-pazjenti ikkurati bi plaċebo fuq il-fini primarji: Skala ta’ assessjar tal-marda ta’ Alzheimer (ADAS-cog) (p = 0.003) u CIBIC-plus (p = 0.004) f’Ġimgħa 24 bl-aħħar osservazzjoni miġjuba ’l quddiem (LOCF). Fi studju ieħor b’terapija waħda għal marda ta’ Alzheimer ħafifa għal moderata, total ta’ 470 pazjent (punteġġi totali MMSE mal-linja bażi ta’ 11-23) kienu randomizzati. Fl-ewwel analiżi li kienet definita minn qabel, sinifikat statistiku ma ntlaħaqx mal-fini ewlieni tal-effikaċja f’ġimgħa 24.

Analiżi-meta ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer moderata għal severa (total tal-punteġġi MMSE

< 20) minn sitt studji ta’ fażi III kontrollati bi plaċebo li damu 6-xhur (inklużi studji b’monoterapija u studji b’pazjenti fuq doża stabbli ta’ inibituri ta’ acetylcholinesterase) wriet li kien hemm effett statistikament sinifikanti favur il-kura b’memantine fil-qasam tal-għarfien, globali u funzjonali. Meta pazjenti deher li marru għall-agħar fit-tlett oqsma, ir-riżultati wrew effett statistikament sinifikanti ta’ memantine biex jevita li jmorru għall-agħar, darbtejn aktar mill-pazjenti ikkurati bi plaċebo hekk kif

pazjenti kkurati b’memantine marru għall-agħar fit-tlett oqsma (21 % vs. 11 %, p<0.0001).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment:

Memantine għandu bijodisponibilità assoluta ta’ madwar 100 %. tmax hija bejn 3 u 8 sigħat. M’hemmx indikazzjoni li l-ikel jeffettwa l-assorbiment ta’ memantine.

Distribuzzjoni:

Dożi ta’ 20 mg kuljum jwasslu għal konċentrazzjonijiet ta’ memantine fil-plażma fi stat fiss f’medda ta’ bejn 70 sa 150 ng/ml (0.5 - 1 µmol) b’varjazzjonijiet kbar bejn individwu.u ieħor. Meta ngħataw dożi ta’ 5 sa 30 mg kuljum, il-proporzjon tal-medja ta’ fluwidu ċerebrospinali (CSF)/serum kien kalkolat 0.52. Il-volum ta’ distribuzzjoni huwa madwar 10 l/kg. Madwar 45 % ta’ memantine jeħel mal-proteini tal-plażma.

Bijotrasformazzjoni:

Fil-bniedem, madwar 80 % tal-materjal li għandu x’jaqsam ma’ memantine li jkun fiċ-ċirkolazzjoni jinsab bħala s-sustanza mhux mibdula. Il-metaboli ewlenin fil-bniedem huma N-3,5-dimethyl- gludantan, it-taħlita ta’ 4- u 6-hydroxy-memantine, u 1-nitroso-3,5-dimethyl-adamantane. L-ebda wieħed minn dawn il-metaboli m’għandu attività antagonista għal NMDA. Ma nstab l-ebda metaboliżmu katalizzat minn cytochrome P 450 in vitro.

Fi studju b’ 14C-memantine mogħti b’mod orali, medja ta’ 84 % tad-doża kienet irkuprata fi żmien

20 jum, aktar minn 99 % tneħħiet mal-awrina.

Eliminazzjoni:

Memantine jitneħħa b’mod mono-esponenzjali b’ t½ terminali ta’ 60 sa 100 siegħa. F’voluntiera b’funzjoni tal-kliewi normali, it-tneħħija totali (Cltot) kienet 170 ml/min/1.73 m2 u parti mit-tneħħija renali totali tinkiseb bi tnixxija tubulari.

Proċess renali ieħor jinvolvi ri-assorbiment tubulari, probabbli permezz ta’ proteini ta’ trasport ketajoniċi. Ir-rata ta’ tneħħija renali ta’ memantine taħt kondizzjonijiet ta’ awrina alkalina tista’ titnaqqas b’fattur ta’ 7 għal 9 (ara sezzjoni 4.4). L-awrina tista’ ssir alkalina minn bidliet drastiċi fid-dieta, eż. minn dieta li tinkludi l-laħam għal waħda veġetarjana, jew it-teħid ta’ ammonti kbar ta’ buffers gastriċi alkalini.

Linjarità:

Studji f’voluntiera wrew farmakokinetika linjari f’medda ta’ dożi minn 10 sa 40 mg.

Relazzjoni farmaokinetika/farmakodinamika: B’doża ta’ 20 mg memantine kuljum il-livelli ta’ CSF qablu mal-valur-ki (ki = kostanti tal-impediment) ta’ memantine, li hija 0.5 µmol fil-kortiċi ta’ quddiem tal-bniedem.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà tal-mediċina

Fi studji fuq perijodu qasir f’firien, memantine bħal antagonisti NMDA oħrajn, stimola l-formazzjoni ta’ vacuoles fin-newroni u nekrożi (leżjonijiet Olney) biss wara dożi li wasslu għal konċentrazzjonijiet li kellhom quċċata għolja ħafna. Atassja u sinjali ta’ qabel l-użu kliniku oħrajn seħħew qabel ma ffurmaw il-vacuoles fin-newroni u n-nekrożi. Peress li l-effetti la dehru fi studji fit-tul f’annimali gerriema u lanqas f’annimali mhux gerriema, ir-relevanza ta’ dawn ir-riżultati mhumiex magħrufa.

Bidliet fl-għajnejn dehru b’mod mhux konsistenti fi studji dwar tossiċità b’dożi ripetuti f’annimali gerriema u klieb, iżda mhux fix-xadini. Studji speċifiċi oftalmoskopiċi fl-istudji kliniċi b’memantine ma wrew l-ebda bidliet fl-għajnejn.

Fosfolipidożi f’makrofaġi fil-pulmun minħabba l-akkumulazzjoni ta’ memantine f’lisożomi ġiet osservata f’annimali ġerriema. Dan l-effett hu magħruf minn sustanzi attivi oħra b’karatteristiċi amfifiliċi katajoniċi. Hemm relazzjoni possibbli bejn din l-akkumulazzjoni u l-vakwolizzazzjoni osservata fil-pulmun. Dan l-effett deher biss f’dożi għoljin f’annimali gerriema. Ir-rilevanza klinika ta’ dawn ir-riżultati m’humiex magħrufa.

Ma ġiet osservata l-ebda tossiċità għal ġeni wara testijiet b’memantine f’assaġġi standard. Ma kienx hemm evidenza ta’ riskju ta’ tumuri fi studji fi ġrieden u firien tul ħajjithom kollha. Memantine ma kienx teratoġeniku fil-firien u fniek, anki meta d-dożi kienu tossiċi għall-omm, u l-ebda effetti avversi ma dehru b’memantine fuq il-fertilità. Fil-firien, tnaqqis fit-tkabbir tal-fetu deher b’livelli ta’ esponiment, li huma daqs jew ħarira ogħla mill-esponiment fil-bniedem.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ sustanzi mhux attivi

Qalba tal-pillola

Lactose monohydrate

Microcrystalline cellulose

Silica, colloidal anhydrous

Crospovidone

Magnesium stearate

Kisja tal-pillola

Hypromellose

Polysorbate 80

Macrogol 400

Titanium dioxide (E 171)

6.2Inkompatibilitajiet

Ma jgħoddx f’dan il-każ.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Pakketti b’folji li fihom jew 7, 10, 14 jew 20 pillola f’kull strixxa (folja tal-aluminju-PVC/PE/PVDC). Il-pakketti jiġu f’daqsijiet ta’ 14, 28, 30, 42, 50, 56, 98, 100 u 112-il pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7.ID-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Accord Healthcare Limited

Sage house, 319 Pinner road

North Harrow, Middlesex, HA1 4HF

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/13/880/001

EU/1/13/880/002

EU/1/13/880/003

EU/1/13/880/004

EU/1/13/880/005

EU/1/13/880/006

EU/1/13/880/007

EU/1/13/880/008

EU/1/13/880/014

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 04-12-2013

10.DATA TA’ META ĠIET RIVEDUTA L-KITBA

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

1. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

Memantine Accord 20 mg pilloli miksija b’rita.

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola miksija b’rita fiha 20 mg memantine hydrochloride ekwivalenti għal 16.62 mg memantine.

Eċċipjent b’effett magħruf: kull pillola miksija b’rita fiha 295.18 mg lactose (bħala monohydrate). Għal-lista kompleta ta’ sustanzi mhux attivi, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita.

Pillola ħamra ċara għal ħamra griża, tawwalija, immarkata u miksija, imnaqqxa bl-ittri “MT”, maqsuma biċ-ċifra fuq naħa u "20" maqsuma miċ-ċifra fuq in-naħa l-oħra.

Il-pillola tista’ tinqasam f'dożi indaqs.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kura ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer moderata għal severa.

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-kura għandha tibda tingħata u tibqa’ taħt superviżjoni ta’ tabib li jkollu esperjenza bid-dijanjożi u l-kura tad-dimenzja ta’ Alzheimer. It-terapija għandha tinbeda biss jekk ikun hemm persuna li timmoniterja t-teħid tal-prodott mediċinali mill-pazjent. Id-dijanjożi għandha ssir skont il-linji gwida li hemm bħalissa. It-tolleranza u d-dożaġġ ta’ memantine għandhom jerġgħu jiġu vvalutati fuq bażi regolari, preferibbilment fi żmien tliet xhur mill-bidu tal-kura. Wara dan, il-benefiċċju kliniku ta’ memantine u t-tolleranza tal-pazjent għall-kura għandhom jerġgħu jiġu vvalutati fuq bażi regolari skont il-linji gwida li hemm bħalissa. Il-kura ta’ manteniment tista’ tkompli sakemm ikun hemm benefiċċju terapewtiku favorevoli u sakemm il-pazjent jibqa’ jittollera l-kura b’memantine. It-twaqqif ta’ memantine għandu jiġi kkunsidrat meta ma tibqa’ tidher l-ebda evidenza ta’ effett terapewtiku jew jekk il-pazjent ma jittollerax il-kura.

Pożoloġija:

Memantine Accord għandu jingħata darba kuljum u għandu jittieħed fl-istess ħin kuljum.

Adulti

Titrazzjoni tad-doża

Id-doża massima ta’ kuljum hija ta’ 20 mg kuljum. Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti mhux mixtieqa d-doża ta’ manteniment tinkiseb billi tittella’ bil-mod minn doża ta’ 5 mg fil-ġimgħa għall-ewwel

3 ġimgħat kif ġej: Sabiex tiżdid it-titrazzjoni hemm pilloli b’aktar qawwiet.

L-1 ġimgħa (jum 1- 7):

Il-pazjent għandu jieħu pillola waħda miksija b’rita ta’ 5 mg kuljum għal 7 t’ijiem.

It-2 ġimgħa (jum 8-14):

Il-pazjent għandu jieħu pillola miksija b’rita ta’ 10 mg kuljum għal 7 t’ijiem.

It-3 ġimgħat (jum 15-21):

Il-pazjent għandu jieħu pillola miksija b’rita ta’ 15 mg kuljum għal 7 t’ijiem.

Mir-4 ġimgħa ’l quddiem:

Il-pazjent għandu jieħu pillola miksija b’rita ta’ 20 mg kuljum għal 7 t’ijiem.

Doża ta’ manteniment

Id-doża ta’ manteniment rakkomandata hi ta’ 20 mg kuljum.

Anzjani

Minn studji kliniċi, id-doża rakkomandata għal pazjenti li għandhom ’l fuq minn 65 sena hija 20 mg kuljum (żewġ pilloli darba kuljum) kif spjegat hawn fuq.

Popolazzjoni pedjatrika

Memantine Accord mhux irrakkomandat għall-użu fit-tfal ta’ taħt it-18-il sena peress li m’hemmx biżżejjed informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja.

Indeboliment renali

F’pazjenti b’funzjoni renali indebolita b’mod ħafif (rata ta’ tneħħija tal-kreatinina 50-80 ml/min) m’hemmx bżonn li tinbidel id-doża. F’pazjenti b’indeboliment renali moderat (rata ta’ tneħħija tal- kreatinina 30 – 49 ml/min) id-doża għandha tkun 10 mg kuljum. Jekk il-pazjent ikun jittollerha sew wara mill-anqas 7 t’ijiem ta’ kura, id-doża tista’ tiġi mużjuda sa 20 mg/jum skont l-iskema standard ta’ kif għandha tiżdied. F’pazjenti b’indeboliment sever renali (rata ta’ tneħħija tal-kreatinina 5 –

29 ml/min) id-doża ta’ kuljum għandha tkun 10 mg kuljum.

Indeboliment epatiku

F’pazjenti b’indeboliment epatiku ħafif għal moderat (Child-Pugh A u Child-Pugh B) m’hemmx bżonn ta’ tibdil fid-doża. M’hemmx tagħrif dwar l-użu ta’ memantine f’pazjenti b’indeboliment epatiku sever. It-teħid ta’ Memantine Accord mhux rakkomandat f’pazjenti li għandhom indeboliment epatiku sever.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-pilloli miksija b’rita jistgħu jittieħdu mal-ikel jew mhux mal-ikel.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal xi sustanzi mhux attivi elenkati fis-sezzjoni 6.1.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Hija rakkomandata l-attenzjoni f’pazjenti li jbatu b’epilessija, passat ta’ aċċessjonijiet jew pazjenti li għandhom fatturi li minħabba fihom ikollhom tendenza għall-epilessija.

L-użu fl-istess ħin ta’ antagonisti-N-methyl-D-aspartate (NMDA) oħra bħal amantadine, ketamine jew dextromethorphan għandu jkun evitat. Dawn is-sustanzi jaħdmu fuq l-istess sistema ta’ riċettur bħal memantine, u għalhekk effetti avversi (l-aktar relatati mas-sistema nervuża ċentrali (SNĊ)) jistgħu jseħħu b’mod aktar frekwenti jew aktar bil-qawwa (ara wkoll sezzjoni 4.5).

Xi fatturi li jistgħu jgħollu l-pH tal-awrina (ara sezzjoni 5.2 “Eliminazzjoni”) jistgħu jeħtieġu monitoraġġ bir-reqqa tal-pazjent. Dawn il-fatturi jinkludu bidla drastika tad-dieta, eż. minn dieta li tinkludi l-laħam għal waħda veġetarjana, jew it-teħid ta’ ammonti kbar ta’ buffers gastriċi alkalini. Minbarra hekk, il-pH tal-awrina tista’ titla minħabba każijiet ta’ aċidożi tubulari renali (RTA) jew infezzjonijiet severi tal-passaġġ awrinarju b’Proteus bacteria.

Fil-parti l-kbira tal-provi kliniċi, pazjenti li ftit qabel kellhom infart mijokardijaku, insuffiċjenza mhux kompensata tal-qalb konġestiva (NYHA III-IV), jew pressjoni għolja mhux kontrollata kienu esklużi. Minħabba f’hekk hemm tagħrif limitat u pazjenti b’dawn il-kondizzjonijiet għandhom jinżammu taħt

superviżjoni mill-qrib.

Eċċipjenti

Memantine Accord fih il-lattożju. Il-pazjenti bi problemi ereditarji ta’ intolleranza rari għal galattożju, defiċjenza ta’ lattożju Lapp jew malassorbiment ta’ galattożju tal-glukożju ma għandhomx jieħdu dan il-prodott.

4.5 Prodotti mediċinali oħra li ma jaqblux ma’ dan il-prodott u affarjiet oħra li jistgħu jibdlu l-effett farmaċewtiku tal-prodott

Minħabba l-effetti farmakoloġiċi u l-mekkaniżmu ta’ kif jaħdem memantine, jistgħu jseħħu dawn l-interazzjonijiet li ġejjin:

Il-mod kif jaħdem jindika li l-effeti tal-Dopa, agonisti dopaminerġiċi, u antikolinerġiċi jistgħu jkunu aktar qawwija meta jingħataw flimkien ma’ antaginisti ta’ NMDA bħal memantine. L-effetti ta’ barbiturati u newrolettiċi jistgħu jiddgħajjfu. Meta memantine jingħata flimkien m’ aġenti antispasmodiċi, dantolene jew baclofen, jista’ jibdlilhom l-effetti tagħhom u jista’ jkun hemm bżonn ta’ bidla fid-doża.

L-użu ta’ memantine u amantadine għandu jkun evitat, minħabba r-riskju ta’ psikożi farmakotossika. Iż-żewġ sustanzi huma antagonsiti-NMDA kimikament relatati. Dan jista’ jgħodd ukoll għal ketamine u dextromethorphan (ara wkoll sezzjoni 4.4). Hemm rapport wieħed ta’ każ li kien publikat dwar riskju li jista’ jkun hemm meta memantine jingħata ma’ phenytoin.

Sustanzi attivi oħra bħal cimetidine, ranitidine, procainamide, quinidine, quinine u nicotine li jużaw l-istess sistema ta’ trasport ketajoniku renali bħal amantadine jistgħu ukoll jinteraġixxu ma’ memantine u b’hekk jista’ jkun hemm riskju ta’ livelli ogħla fil-plażma.

Jista’ jkun hemm possibilità ta’ livelli ta’ hydrochlorthiazide (HCT) imnaqqsa fis-serum meta memantine jingħata ma’ HCT jew kwalunkwe taħlita ma’ HCT.

Fl-esperjenza wara t-tqegħid fis-suq, każijiet iżolati b’żidiet fil-proporzjon internazzjonali normalizzat (INR) kienu rrappurtati f’pazjenti li kienu qed jingħataw fl-istess waqt warfarin. Għalkemm ma ġietx stabilita r-relazzjoni mal-kawża, monitoraġġ tal-ħin ta’ protrombin jew INR ikun aħjar għal pazjenti li jkunu qed jiġu kkurati b’mediċini kontra l-koagulazzjoni orali.

Fi studji farmakokinetiċi b’doża waħda (PK) f’żgħażagħ b’saħħithom, ma dehrietx interazzjoni bejn sustanza attiva u oħra ta’memantine ma’ glyburide/metformin jew donepezil.

Fi studju kliniku ma dehrx effett rilevanti ta’ memantine fuq il-farmakokinetika ta’ galantamine.

Memantine m’għamilx impediment fuq CYP 1A2, 2A6, 2C9, 2D6, 2E1, 3A, monoxygenase li fih flavin, epoxide hydrolase jew sulfejxin in vitro.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Għal memantine, m’hemmx tagħrif kliniku dwar l-użu waqt it-tqala. Studji fl-annimali jindikaw li jista’ jeffettwa kemm jikber fl-utru b’livelli ta’ esponiment, li huma identiċi jew ikunu ħarira ogħla mill-esponiment fil-bniedem (ara sezzjoni 5.3). Ir-riskju li jista’ jkun hemm fuq in-nies, mhux magħruf. Memantine m’għandux jintuża waqt it-tqala sakemm ma jkunx hemm bżonn ċar.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk memantine joħroġx mal-ħalib tas-sider tal-mara, iżda meta tqies kemm hija lipofilika s-sustanza, probabbli li dan iseħħ. Nisa li jkunu qed jieħdu memantine m’għandhomx ireddgħu.

Fertilità

Mhuwiex magħruf jekk memantine għandux effett fuq il-fertilità għaliex ma hemm ebda dejta.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Il-marda ta’ Alzheimer moderata għal severa normalment ma tħallix persuna ssuq tajjeb u l-ħila tal- użu ta’ makkinarji tiġi kompromessa. Minbarrahekk, memantine għandha effett minn minuri sa moderat fuq il-ħila biex issuq u tuża magni u għalhekk pazjenti outpatients għandhom ikunu mwissija biex joqgħodu aktar attenti.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Fi provi kliniċi f’pazjenti b’dimenzja severa għal moderata, b’1,784 pazjent ikkurat b’memantine u 1,595 pazjent ikkurat bi plaċebo, ir-rata globali ta’ reazzjonijiet avversi li seħħew b’memantine ma kinitx differenti min dik tal-plaċebo; ir-reazzjonijiet avversi ġeneralment kienu ħfief għal moderati fil-qawwa. L-aktar reazzjonijiet avversi li seħħew ta’ spiss fil-grupp ta’ memantine milli fil-grupp tal-plaċebo kienu sturdament (6.3 % vs 5.6 %, rispettivament), uġigħ ta’ ras (5.2 % vs 3.9 %), stitikezza (4.6 % vs 2.6 %), ngħas (3.4 % vs 2.2 %) u pressjoni għolja (4.1 % vs 2.8 %).

Lista f’tabella tar-reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin elenkati fit-tabella hawn taħt kienu miġbura fi studji kliniċi b’memantine u minn meta tpoggiet fis-suq. F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa għandhom jitniżżlu skont is-serjetà ta’ tagħhom. L-effetti li huma l-aktar serji għandhom jitniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji.

Ir-reazzjonijiet avversi huma mniżżla skont il-klassi tas-sistema tal-organi, bil-konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (≥ 1/10) komuni (≥ 1/100 sa < 1/10), mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100), rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000), rari ħafna (< 1/10,000), mhux magħruf (ma jistax ikun stmat mit-tagħrif li hemm).

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

Mhux komuni

Infezzjonijiet tal-moffa

Disturbi fis-sistema immuni

Komuni

Sensittivita' eċċessiva għal-

 

 

mediċini

Disturbi psikjatriċi

Komuni

Ngħas

 

Mhux komuni

Konfużjoni

 

Mhux komuni

Alluċinazzjonijiet1

 

Mhux magħruf

Reazzjonijiet psikotiċi2

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Sturdament

 

Komuni

Disturbi fil-bilanċ

 

Mhux komuni

Mixja anormali

 

Rari ħafna

Aċċessjonijiet

Disturbi fil-qalb

Mhux komuni

Insuffiċjenza kardijaka

Disturbi vaskulari

Komuni

Pressjoni għolja

 

Mhux komuni

Trombożi fil-vini/trombo-

 

 

emboliżmu

Disturbi respiratorji, toraċiċi u

Komuni

Qtugħ ta’ nifs

medjastinali

 

 

Disturbi gastro-intestinali

Komuni

Stitikezza

 

Mhux komuni

Rimettar

 

Mhux magħruf

Pankrejatite2

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Komuni

Test tal-funzjoni tal-fwied għoli

 

Mhux magħruf

Epatite

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet

Komuni

Uġigħ ta’ ras

ta’ mnejn jingħata

Mhux komuni

Għeja

1Alluċinazzjonijiet dehru l-aktar f’pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer severa.

2Każijiet iżolati rrappurtati f’esperjenza wara t-tqegħid fis-suq

Deskrizzjoni tar-reazzjonijiet avversi magħżula

Il-marda ta’ Alzheimer kienet assoċjata ma’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju u suwiċidju. Fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq dawn il-każijiet kienu rrappurtati f’pazjenti kkurati b’memantine.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Hemm biss esperjenza limitata b’doża eċċessiva minn studji kliniċi u esperjenza wara t-tqegħid fis- suq.

Sintomi: Dożi eċċessivi relattivament għoljin (200 mg u 105 mg/jum għal 3 ijiem, rispettivament) kienu assoċjati ma’ sintomi ta’ għeja biss, dgħjufija u/jew dijarea jew ma ebda sintomu. Fil-każijiet ta’ doża eċċessiva taħt il-140 mg jew doża mhux magħrufa l-pazjenti wrew sintomi li kienu ġejjin mis-sistema nervuża ċentrali (konfużjoni, tħeddil, ngħas, vertiġini, aġitazzjoni, imġieba aggressiva, alluċinazzjoni, u disturbi fil-qagħda tal-mixi) u/jew ta’ natura gastro-intestinali (rimettar u dijarea).

Fl-aktar każ estrem ta’ doża eċċessiva, il-pazjent irnexxielu jibqa ħaj meta ħa b’mod orali 2,000 mg memantine b’effetti fuq is-sistema nervuża ċentrali (koma għal 10 t’ijiem, u wara kellu diplopja u aġitazzjoni). Il-pazjent irċieva kura għas-sintomi u plażmafereżi. Il-pazjent irkupra mingħajr ma kellu konsegwenzi permanenti.

F’każ ieħor ta’ doża eċċessiva kbira, il-pazjent ukoll baqa ħaj u rkupra. Il-pazjent kien irċieva 400 mg memantine b’mod orali. Il-pazjent kellu sintomi fuq is-sistema nervuża ċentrali fosthom, ma setgħax joqod bi kwietu, psikożi, alluċinazzjonijiet tal-vista, pro-aċċessjonijiet, ngħas, sturdament u telf mis-sensi.

Kura: F’każ ta’ doża eċċessiva, għandha tingħata kura għas-sintomi. M’hemmx antidotu speċifiku għal intossikazzjoni jew doża eċċessiva. Proċeduri standard kliniċi biex titneħħa s-sustanza attiva eż. tlaħliħ tal-istonku, mediċinali-karbo (li ma jħallux ir-riċirkolazzjoni entero-epatika), l-aċidifikazzjoni tal-awrina, id-dijureżi forzata għandhom jintużaw kif ikun jixraq.

F’każ ta’ sinjali u sintomi ta’ simulazzjoni eċċessiva tas-Sistema Nervuża Ċentrali (SNĊ) ġenerali, għandha titqies kura klinika tas-sintomi bir-reqqa.

5. TAGĦRIF FARMAKOLOĠIKU

5.1 Tagħrif farmakodinamiku

Kategorija farmakoterapewtika: Mediċini oħra ta’ kontra d-dimenzja, Kodiċi ATC: N06DX01. Aktar evidenza qed tindika li l-funzjoni ħażina ta’ newrotrasmissjoni glutamaterġika, b’mod partikolari fir-riċetturi-NMDA, jagħtu kontribut kemm għall-espressjoni tas-sintomi kif ukoll għall-avvanz ta’ dimenzja newrodiġenerattiva.

Memantine huwa anatagonist mhux kompetittiv b’affinità moderata għar-riċettur-NMDA li jiddipendi mill-vultaġġ. Jibdel l-effetti ta’ livelli toniċi għoljin b’mod patoloġiku ta’ glutamate li jistgħu jwasslu għal funzjoni ħażin tan-newroni.

Studji kliniċi:

Studju pivitali b’terapija waħda f’popolazzjoni ta’ pazjenti li kienu qed ibatu mill-marda ta’ Alzheimer moderata għal severa (eżami żgħir ħafna tal-istat mentali (MMSE) punteġġ totali fil-linja bażi ta’

3 -14) kien jinkludi total ta’ 252 outpatient. L-istudju wera effetti tajbin tal-kura b’memantine meta

mqabbla ma’ plaċebo mas-6 xahar (analiżi tal-każijiet għall-impressjoni ta’ bidla skont l-intervista tat-tabib (CIBIC-plus): p = 0.025; studju kooperattiv tal-marda ta’ Alzheimer (ADCS-ADLsev): p = 0.003; Batterija ta’ indeboliment sever (SIB): p = 0.002).

Studju pivitali b’terapija waħda ta’ memantine fil-kura tal-marda ta’ Alzheimer ħafifa għal moderata (punteġġ totali ta’ MMSE mal-linja bażi ta’ 10 sa 22) kien jinkludi 403 pazjent. Pazjenti kkurati b’memantine wrew effett statistikament aħjar mill-pazjenti kkurati bi plaċebo fuq il-fini primarji: Skala ta’ assessjar tal-marda ta’ Alzheimer (ADAS-cog) (p = 0.003) u CIBIC-plus (p = 0.004) f’Ġimgħa 24 bl-aħħar osservazzjoni miġjuba ’l quddiem (LOCF). Fi studju ieħor b’terapija waħda għal marda ta’ Alzheimer ħafifa għal moderata, total ta’ 470 pazjent (punteġġi totali MMSE mal-linja bażi ta’ 11-23) kienu randomizzati. Fl-ewwel analiżi li kienet definita minn qabel, sinifikat statistiku ma ntlaħaqx mal-fini ewlieni tal-effikaċja f’ġimgħa 24.

Analiżi-meta ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer moderata għal severa (total tal-punteġġi MMSE

< 20) minn sitt studji ta’ fażi III kontrollati bi plaċebo li damu 6-xhur (inklużi studji b’monoterapija u studji b’pazjenti fuq doża stabbli ta’ inibituri ta’ acetylcholinesterase) wriet li kien hemm effett statistikament sinifikanti favur il-kura b’memantine fil-qasam tal-għarfien, globali u funzjonali. Meta pazjenti deher li marru għall-agħar fit-tlett oqsma, ir-riżultati wrew effett statistikament sinifikanti ta’ memantine biex jevita li jmorru għall-agħar, darbtejn aktar mill-pazjenti kkurati bi plaċebo hekk kif

pazjenti kkurati b’memantine marru għall-agħar fit-tlett oqsma (21 % vs. 11 %, p<0.0001).

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment:

Memantine għandu bijodisponibilità assoluta ta’ madwar 100 %. tmax hija bejn 3 u 8 sigħat. M’hemmx indikazzjoni li l-ikel jeffettwa l-assorbiment ta’ memantine.

Distribuzzjoni:

Dożi ta’ 20 mg kuljum jwasslu għal konċentrazzjonijiet ta’ memantine fil-plażma fi stat fiss f’medda ta’ bejn 70 sa 150 ng/ml (0.5 - 1 µmol) b’varjazzjonijiet kbar bejn individwu.u ieħor. Meta ngħataw dożi ta’ 5 sa 30 mg kuljum, il-proporzjon tal-medja ta’ fluwidu ċerebrospinali (CSF)/serum kien kalkolat 0.52. Il-volum ta’ distribuzzjoni huwa madwar 10 l/kg. Madwar 45 % ta’ memantine jeħel mal-proteini tal-plażma.

Bijotrasformazzjoni:

Fil-bniedem, madwar 80 % tal-materjal li għandu x’jaqsam ma’ memantine li jkun fiċ-ċirkolazzjoni jinsab bħala s-sustanza mhux mibdula. Il-metaboli ewlenin fil-bniedem huma N-3,5-dimethyl- gludantan, it-taħlita ta’ 4- u 6-hydroxy-memantine, u 1-nitroso-3,5-dimethyl-adamantane. L-ebda wieħed minn dawn il-metaboli m’għandu attività antagonista għal NMDA. Ma nstab l-ebda metaboliżmu katalizzat minn cytochrome P 450 in vitro.

Fi studju b’ 14C-memantine mogħti b’mod orali, medja ta’ 84 % tad-doża kienet irkuprata fi żmien

20 jum, aktar minn 99 % tneħħiet mal-awrina.

Eliminazzjoni:

Memantine jitneħħa b’mod mono-esponenzjali b’ t½ terminali ta’ 60 sa 100 siegħa. F’voluntiera b’funzjoni tal-kliewi normali, it-tneħħija totali (Cltot) kienet 170 ml/min/1.73 m2 u parti mit-tneħħija renali totali tinkiseb bi tnixxija tubulari.

Proċess renali ieħor jinvolvi ri-assorbiment tubulari, probabbli permezz ta’ proteini ta’ trasport ketajoniċi. Ir-rata ta’ tneħħija renali ta’ memantine taħt kondizzjonijiet ta’ awrina alkalina tista’ titnaqqas b’fattur ta’ 7 għal 9 (ara sezzjoni 4.4). L-awrina tista’ ssir alkalina minn bidliet drastiċi fid-dieta, eż minn dieta li tinkludi l-laħam għal waħda veġetarjana, jew it-teħid ta’ ammonti kbar ta’ buffers gastriċi alkalini.

Linjarità:

Studji f’voluntiera wrew farmakokinetika linjari f’medda ta’ dożi minn 10 sa 40 mg.

Relazzjoni farmaokinetika/farmakodinamika: B’doża ta’ 20 mg memantine kuljum il-livelli fil- fluwidu CSF qablu mal-valur-ki (ki = kostanti tal-impediment) ta’ memantine, li hija 0.5 µmol fil- kortiċi ta’ quddiem tal-bniedem.

5.3 Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà tal-mediċina

Fi studji fuq perijodu qasir f’firien, memantine bħal antagonisti NMDA oħrajn, stimola l-formazzjoni ta’ vacuoles fin-newroni u nekrożi (leżjonijiet Olney) biss wara dożi li wasslu għal konċentrazzjonijiet li kellhom quċċata għolja ħafna. Atassja u sinjali ta’ qabel l-użu kliniku oħrajn seħħew qabel ma ffurmaw il-vacuoles fin-newroni u n-nekrożi. Peress li l-effetti la dehru fi studji fit-tul f’annimali gerriema u lanqas f’annimali mhux gerriema, ir-relevanza ta’ dawn ir-riżultati mhumiex magħrufa.

Bidliet fl-għajnejn dehru b’mod mhux konsistenti fi studji dwar tossiċità b’dożi ripetuti f’annimali gerriema u klieb, iżda mhux fix-xadini. Studji speċifiċi oftalmoskopiċi fl-istudji kliniċi b’memantine ma wrew l-ebda bidliet fl-għajnejn.

Fosfolipidożi f’makrofaġi fil-pulmun minħabba l-akkumulazzjoni ta’ memantine f’lisożomi ġiet osservata f’annimali ġerriema. Dan l-effett hu magħruf minn sustanzi attivi oħra b’karatteristiċi amfifiliċi katajoniċi. Hemm relazzjoni possibbli bejn din l-akkumulazzjoni u l-vakwolizzazzjoni osservata fil-pulmun. Dan l-effett deher biss f’dożi għoljin f’annimali gerriema. Ir-rilevanza klinika ta’ dawn ir-riżultati m’humiex magħrufa.

Ma ġiet osservata l-ebda tossiċità għal ġeni wara testijiet b’memantine f’assaġġi standard. Ma kienx hemm evidenza ta’ riskju ta’ tumuri fi studji fi ġrieden u firien tul ħajjithom kollha. Memantine ma kienx teratoġeniku fil-firien u fniek, anki meta d-dożi kienu tossiċi għall-omm, u l-ebda effetti avversi ma dehru b’memantine fuq il-fertilità. Fil-firien, tnaqqis fit-tkabbir tal-fetu deher b’livelli ta’ esponiment, li huma daqs jew ħarira ogħla mill-esponiment fil-bniedem.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ sustanzi mhux attivi

Qalba tal-pillola

Lactose monohydrate

Microcrystalline cellulose

Silica, colloidal anhydrous

Crospovidone

Magnesium stearate

Kisja tal-pillola

Lactose monohydrate

Microcrystalline cellulose

Silica, colloidal anhydrous

Crospovidone

Magnesium stearate

6.2 Inkompatibilitajiet

Ma jgħoddx f’dan il-każ.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.

6.5 In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Pakketti b’folji li fihom 7, 10, 14 jew 20 pillola miksija b’rita kull folja strixxa (folji tal-aluminju PVC/PE/PVDC). Daqsijiet tal-pakkett ta’ 14, 28, 42, 56 u 98 pillola miksija b’rita huma disponibbli. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7. ID-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Accord Healthcare Limited

Sage house, 319 Pinner road

North Harrow, Middlesex, HA1 4HF

Ir-Renju Unit

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/13/880/009

EU/1/13/880/010

EU/1/13/880/011

EU/1/13/880/012

EU/1/13/880/015

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 04-12-2013

10. DATA TA’ META ĠIET RIVEDUTA L-KITBA

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

1. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

Memantine Accord 5 mg pilloli miksija b’rita

Memantine Accord 10 mg pilloli miksija b’rita

Memantine Accord 15 mg pilloli miksija b’rita

Memantine Accord 20 mg pilloli miksija b’rita

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola miksija b’rita fiha 5 mg memantine hydrochloride ekwivalenti għal 4.15 mg memantine. Eċċipjent b’effett magħruf: kull pillola miksija b’rita fiha 73.80 mg lactose (bħala monohydrate).

Kull pillola miksija b’rita fiha 10 mg memantine hydrochloride ekwivalenti għal 8.31 mg memantine. Eċċipjent b’effett magħruf: kull pillola miksija b’rita fiha 183.13 mg lactose (bħala monohydrate).

Kull pillola miksija b’rita fiha 15 mg memantine hydrochloride ekwivalenti għal 12.46 mg memantine.

Eċċipjent b’effett magħruf: kull pillola miksija b’rita fiha 221.39 mg lactose (bħala monohydrate).

Kull pillola miksija b’rita fiha 20 mg memantine hydrochloride ekwivalenti għal 16.62 mg memantine.

Eċċipjent b’effett magħruf: kull pillola miksija b’rita fiha 295.18 mg lactose (bħala monohydrate).

Għal-lista kompleta ta’ sustanzi mhux attivi, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita.

Il-pilloli miksija b’rita ta’ 5 mg huma bojod, tawwalin u miksijin, imnaqqxa bl-ittri “MT” fuq naħa waħda u “5” fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli miksija b’rita ta’ 10 mg huma pilloli bojod, tawwalin, miksija, u mmarkati biċ-ċifra, bl-ittri

“MT” maqsuma biċ-ċifra fuq naħa waħda u “10” maqsuma miċ-ċifra fuq in-naħa l-oħra. Il-pilloli jistgħu jinqasmu f’żewġ dożi indaqs.

Il-pilloli miksija b’rita ta’ 15 mg huma oranġjo għal oranġjo griżi, pilloli miksija b’rita li huma oblong, imnaqqxa bl-ittri “MT” fuq naħa u “15” fuq naħa oħra.

Il-pilloli miksija b’rita ta’ 20 mg huma pilloli ħomor ċari għal ħomor griżi, tawwalin, immarkati u miksija, imnaqqxa bl-ittri “MT”, maqsuma biċ-ċifra fuq naħa u “20” maqsuma miċ-ċifra fuq in-naħa l- oħra. Il-pilloli jistgħu jinqasmu f'dożi indaqs.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kura ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer moderata għal severa.

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-kura għandha tibda tingħata u tibqa’ taħt superviżjoni ta’ tabib li jkollu esperjenza bid-dijanjożi u l-kura tad-dimenzja ta’ Alzheimer. It-terapija għandha tinbeda biss jekk ikun hemm persuna li timmoniterja t-teħid tal-prodott mediċinali mill-pazjent. Id-dijanjożi għandha ssir skont il-linji gwida li hemm bħalissa. It-tolleranza u d-dożaġġ ta’ memantine għandhom jerġgħu jiġu vvalutati fuq bażi regolari, preferibbilment fi żmien tliet xhur mill-bidu tal-kura. Wara dan, il-benefiċċju kliniku ta’ memantine u t-tolleranza tal-pazjent għall-kura għandhom jerġgħu jiġu vvalutati fuq bażi regolari

skont il-linji gwida li hemm bħalissa. Il-kura ta’ manteniment tista’ tkompli sakemm ikun hemm benefiċċju terapewtiku favorevoli u sakemm il-pazjent jibqa’ jittollera l-kura b’memantine. It-twaqqif ta’ memantine għandu jiġi kkunsidrat meta ma tibqa’ tidher l-ebda evidenza ta’ effett terapewtiku jew jekk il-pazjent ma jittollerax il-kura.

Pożoloġija:

Memantine Accord għandu jingħata darba kuljum u għandu jittieħed fl-istess ħin kuljum.

Adult

Tittrazzjoni tad-doża

Id-doża inizjali rakkomandata hija ta’ 5 mg kuljum li għandha titla fi stadji fuq perijodu ta’ 4 ġimgħat sabiex tilħaq id-doża ta’ manteniment kif ġej

L-1 ġimgħa (jum 1-7)

Il-pazjent għandu jieħu pillola miksija b’rita waħda ta’ 5 mg kuljum (bajda) għal 7 t' ijiem.

It-2 ġimgħa (jum 8-14)

Il-pazjent għandu jieħu pillola miksija b’rita ta’ 10 mg kuljum (bajda, immarkata) għal 7 t’ijiem.

It-3 ġimgħa (jum 15-21)

Il-pazjent għandu jieħu pillola miksija b’rita kuljum ta’ 15 mg (oranġjo għal oranġjo griża) għal 7 t’ijiem.

Ir-4 ġimgħa (jum 22-28)

Il-pazjent għandu jieħu pillola miksija b’rita kuljum ta’ 20 mg (ħamra ċara għal ħamra griża, immarkata) għal 7 t’ijiem

Id-doża ta’ manteniment

Id-doża ta’ manteniment rakkomandata hi ta’ 20 mg kuljum.

Anzjani

Minn studji kliniċi, id-doża rakkomandata għal pazjenti li għandhom ’l fuq minn 65 sena hija 20 mg kuljum (pilloli ta’ 20 mg darba kuljum) kif spjegat hawn fuq.

Popolazzjoni pedjatrika

Memantine Accord mhux irrakkomandat għall-użu fit-tfal ta’ taħt it-18-il sena peress li m’hemmx biżżejjed informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja.

Indeboliment renali

F’pazjenti b’funzjoni renali indebolita b’mod ħafif (rata ta’ tneħħija tal-kreatinina 50-80 ml/min) m’hemmx bżonn li tinbidel id-doża. F’pazjenti b’indeboliment renali moderat (rata ta’ tneħħija tal- kreatinina 30 - 49 ml/min) id-doża għandha tkun 10 mg kuljum. Jekk il-pazjent ikun jittollerha sew wara mill-anqas 7 t’ijiem ta’ kura, id-doża tista’ tiġi mużjuda sa 20 mg/jum skont l-iskema standard ta’ kif għandha tiżdied. F’pazjenti b’indeboliment sever renali (rata ta’ tneħħija tal-kreatinina 5 –

29 ml/min) id-doża ta’ kuljum għandha tkun 10 mg kuljum.

Indeboliment epatiku

F’pazjenti b’indeboliment epatiku ħafif għal moderat (Child-Pugh A u Child-Pugh B) m’hemmx bżonn ta’ tibdil fid-doża. M’hemmx tagħrif dwar l-użu ta’ memantine f’pazjenti b’indeboliment epatiku sever. It-teħid ta’ Memantine Accord mhux rakkomandat f’pazjenti li għandhom indeboliment epatiku sever.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-pilloli miksija b’rita jistgħu jittieħdu mal-ikel jew mhux mal-ikel.

4.3 Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal xi sustanzi mhux attivi elenkati fis-sezzjoni 6.1.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Hija rakkomandata l-attenzjoni f’pazjenti li jbatu b’epilessija, passat ta’ aċċessjonijiet jew pazjenti li għandhom fatturi li minħabba fihom ikollhom tendenza għall-epilessija.

L-użu fl-istess ħin ta’ antagonisti-N-methyl-D-aspartate (NMDA) oħra bħal amantadine, ketamine jew dextromethorphan għandu jkun evitat. Dawn is-sustanzi jaħdmu fuq l-istess sistema ta’ riċettur bħal memantine, u għalhekk effetti avversi (l-aktar relatati mas-sistema nervuża ċentrali (SNĊ)) jistgħu jseħħu b’mod aktar frekwenti jew aktar bil-qawwa (ara wkoll sezzjoni 4.5).

Xi fatturi li jistgħu jgħollu l-pH tal-awrina (ara sezzjoni 5.2 ‘Eliminazzjoni’) jistgħu jeħtieġu monitoraġġ bir-reqqa tal-pazjent. Dawn il-fatturi jinkludu bidla drastika tad-dieta, eż. minn dieta li tinkludi l-laħam għal waħda veġetarjana, jew it-teħid ta’ ammonti kbar ta’ buffers gastriċi alkalini. Minbarra hekk, il-pH tal-awrina tista’ titla minħabba każijiet ta’ aċidożi tubulari renali (RTA) jew infezzjonijiet severi tal-passaġġ awrinarju b’Proteus bacteria.

Fil-parti l-kbira tal-provi kliniċi, pazjenti li ftit qabel kellhom infart mijokardijaku, insuffiċjenza mhux kompensata tal-qalb konġestiva (NYHA III-IV), jew pressjoni għolja mhux kontrollata kienu esklużi. Minħabba f’hekk hemm tagħrif limitat u pazjenti b’dawn il-kondizzjonijiet għandhom jinżammu taħt superviżjoni mill-qrib.

Eċċipjenti

Memantine Accord fih il-lattożju. Il-pazjenti bi problemi ereditarji ta’ intolleranza rari għal galattożju, defiċjenza ta’ lattożju Lapp jew malassorbiment ta’ galattożju tal-glukożju ma għandhomx jieħdu dan il-prodott.

4.5 Prodotti mediċinali oħra li ma jaqblux ma’ dan il-prodott u affarjiet oħra li jistgħu jibdlu l-effett farmaċewtiku tal-prodott

Minħabba l-effetti farmakoloġiċi u l-mekkaniżmu ta’ kif jaħdem memantine, jistgħu jseħħu dawn l-interazzjonijiet li ġejjin:

Il-mod kif jaħdem jindika li l-effeti tal-Dopa, agonisti dopaminerġiċi, u antikolinerġiċi jistgħu jkunu aktar qawwija meta jingħataw flimkien ma’ antaginisti ta’ NMDA bħal memantine. L-effetti ta’ barbiturati u newrolettiċi jistgħu jiddgħajjfu. Meta memantine jingħata flimkien ma’ aġenti antispasmodiċi, dantolene jew baclofen, jista’ jibdlilhom l-effetti tagħhom u jista’ jkun hemm bżonn ta’ bidla fid-doża.

L-użu ta’ memantine u amantadine għandu jkun evitat, minħabba r-riskju ta’ psikożi farmakotossika. Iż-żewġ sustanzi huma antagonsiti-NMDA kimikament relatati. Dan jista’ jgħodd ukoll għal ketamine u dextromethorphan (ara wkoll sezzjoni 4.4). Hemm rapport wieħed ta’ każ li kien publikat dwar riskju li jista’ jkun hemm meta memantine jingħata ma’ phenytoin.

Sustanzi attivi oħra bħal cimetidine, ranitidine, procainamide, quinidine, quinine u nicotine li jużaw l-istess sistema ta’ trasport ketajoniku renali bħal amantadine jistgħu ukoll jinteraġixxu ma’ memantine u b’hekk jista’ jkun hemm riskju ta’ livelli ogħla fil-plażma.

Jista’ jkun hemm possibilità ta’ livelli ta’ hydrochlorthiazide (HCT) imnaqqsa fis-serum meta memantine jingħata ma’ HCT jew kwalunkwe taħlita ma’ HCT.

Fl-esperjenza wara t-tqegħid fis-suq, każijiet iżolati b’żidiet fil-proporzjon internazzjonali normalizzat (INR) kienu rrappurtati f’pazjenti li kienu qed jingħataw fl-istess waqt warfarin. Għalkemm ma ġietx stabilita r-relazzjoni mal-kawża, monitoraġġ tal-ħin ta’ protrombin jew INR ikun aħjar għal pazjenti li jkunu qed jiġu kkurati b’mediċini kontra l-koagulazzjoni orali.

Fi studji farmakokinetiċi b’doża waħda (PK) f’żgħażagħ b’saħħithom, ma dehrietx interazzjoni bejn sustanza attiva u oħra ta’memantine ma’ glyburide/metformin jew donepezil.

Fi studju kliniku ma dehrx effett rilevanti ta’ memantine fuq il-farmakokinetika ta’ galantamine.

Memantine m’għamilx impediment fuq CYP 1A2, 2A6, 2C9, 2D6, 2E1, 3A, monoxygenase li fih flavin, epoxide hydrolase jew sulfejxin in vitro.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Għal memantine, m’hemmx tagħrif kliniku dwar l-użu waqt it-tqala. Studji fl-annimali jindikaw li jista’ jeffettwa kemm jikber fl-utru b’livelli ta’ esponiment, li huma identicċ jew ikunu ħarira ogħla mill-esponiment fil-bniedem (ara sezzjoni 5.3). Ir-riskju li jista’ jkun hemm fuq in-nies, mhux magħruf. Memantine m’għandux jintuża waqt it-tqala sakemm ma jkunx hemm bżonn ċar.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk memantine joħroġx mal-ħalib tas-sider tal-mara, iżda meta tqies kemm hija lipofilika s-sustanza, probabbli li dan iseħħ. Nisa li jkunu qed jieħdu memantine m’għandhomx ireddgħu.

Fertilità

Mhuwiex magħruf jekk memantine għandux effett fuq il-fertilità għaliex ma hemm ebda dejta.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Il-marda ta’ Alzheimer moderata għal severa normalment ma tħallix persuna ssuq tajjeb u l-ħila tal- użu ta’ makkinarji tiġi kompromessa. Minbarra hekk, memantine għandha influwenza minn minuri sa moderata fuq il-ħila biex issuq u tuża magni u għalhekk pazjenti outpatients għandhom ikunu mwissija biex joqgħodu aktar attenti.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Fi provi kliniċi f’pazjenti b’dimenzja ħafifa għal severa, b’1,784 pazjent ikkurat b’memantine u 1,595 pazjent ikkurat bi plaċebo, ir-rata globali ta’ reazzjonijiet avversi li seħħew b’memantine ma kinitx differenti min dik tal-plaċebo; ir-reazzjonijiet avversi ġeneralment kienu ħfief għal moderati fil-qawwa. L-aktar reazzjonijiet avversi li seħħew ta’ spiss fil-grupp ta’ memantine milli fil-grupp tal-plaċebo kienu sturdament (6.3 % vs 5.6 %, rispettivament), uġigħ ta’ ras (5.2 % vs 3.9 %), stitikezza (4.6 % vs 2.6 %), ngħas (3.4 % vs 2.2 %) u pressjoni għolja (4.1 % vs 2.8 %).

Lista f’tabella tar-reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin elenkati fit-tabella hawn taħt kienu miġbura fi studji kliniċi b’memantine u minn meta tpoggiet fis-suq. F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa għandhom jitniżżlu skont is-serjetà tagħhom. L-effetti li huma l-aktar serji għandhom jitniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji.

Ir-reazzjonijiet avversi huma mniżżla skont il-klassi tas-sistema tal-organi, bil-konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (≥ 1/10) komuni (≥ 1/100 sa < 1/10), mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100), rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000), rari ħafna (< 1/10,000), mhux magħruf (ma jistax ikun stmat mit-tagħrif li hemm).

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

Mhux komuni

Infezzjonijiet tal-moffa

Disturbi fis-sistema immuni

Komuni

Sensittivita' eċċessiva għal-

 

 

mediċini

Disturbi psikjatriċi

Komuni

Ngħas

 

Mhux komuni

Konfużjoni

 

Mhux komuni

Alluċinazzjonijiet1

 

Mhux magħruf

Reazzjonijiet psikotiċi2

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Sturdament

 

Komuni

Disturbi fil-bilanċ

 

Mhux komuni

Mixja anormali

 

Rari ħafna

Aċċessjonijiet

Disturbi fil-qalb

Mhux komuni

Insuffiċjenza kardijaka

Disturbi vaskulari

Komuni

Pressjoni għolja

 

Mhux komuni

Trombożi fil-vini/trombo-

 

 

emboliżmu

Disturbi respiratorji, toraċiċi u

Komuni

Qtugħ ta’ nifs

medjastinali

 

 

Disturbi gastro-intestinali

Komuni

Stitikezza

 

Mhux komuni

Rimettar

 

Mhux magħruf

Pankrejatite2

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Komuni

Test tal-funzjoni tal-fwied għoli

 

Mhux magħruf

Epatite

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’

Komuni

Uġigħ ta’ ras

mnejn jingħata

Mhux komuni

Għeja

1Alluċinazzjonijiet dehru l-aktar f’pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer severa.

2Każijiet iżolati rrappurtati f’esperjenza wara t-tqegħid fis-suq

Il-marda ta’ Alzheimer kienet assoċjata ma’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju u suwiċidju. Fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq dawn il-każijiet kienu rrappurtati f’pazjenti kkurati b’memantine.

Deskrizzjoni tar-reazzjonijiet avversi magħżula

Il-marda ta’ Alzheimer kienet assoċjata ma’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju u suwiċidju. Fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq dawn il-każijiet kienu rrappurtati f’pazjenti kkurati b’memantine.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Hemm biss esperjenza limitata b’doża eċċessiva minn studji kliniċi u esperjenza wara t-tqegħid fis-suq.

Sintomi: Dożi eċċessivi relattivament għoljin (200 mg u 105 mg/jum għal 3 ijiem, rispettivament) kienu assoċjati ma’ sintomi ta’ għeja biss, dgħjufija u/jew dijarea jew ma ebda sintomu. Fil-każijiet ta’ doża eċċessiva taħt il-140 mg jew doża mhux magħrufa l-pazjenti wrew sintomi li kienu ġejjin mis-sistema nervuża ċentrali (konfużjoni, tħeddil, ngħas, vertiġini, aġitazzjoni, imġieba aggressiva, alluċinazzjoni, u disturbi fil-qagħda tal-mixi) u/jew ta’ natura gastro-intestinali (rimettar u dijarea).

Fl-aktar każ estrem ta’ doża eċċessiva, il-pazjent irnexxielu jibqa ħaj meta ħa b’mod orali 2,000 mg memantine b’effetti fuq is-sistema nervuża ċentrali (koma għal 10 t’ijiem, u wara kellu diplopja u aġitazzjoni). Il-pazjent irċieva kura għas-sintomi u plażmafereżi. Il-pazjent irkupra mingħajr ma kellu konsegwenzi permanenti.

F’każ ieħor ta’ doża eċċessiva kbira, il-pazjent ukoll baqa ħaj u rkupra. Il-pazjent kien irċieva 400 mg memantine b’mod orali. Il-pazjent kellu sintomi fuq is-sistema nervuża ċentrali fosthom, irrikwiezza, psikożi, alluċinazzjonijiet tal-vista, pro-aċċessjonijiet, ngħas, sturdament u telf mis-sensi.

Kura: F’każ ta’ doża eċċessiva, għandha tingħata kura għas-sintomi. M’hemmx antidotu speċifiku għal intossikazzjoni jew doża eċċessiva. Proċeduri standard kliniċi biex titneħħa s-sustanza attiva eż. tlaħliħ tal-istonku, mediċinali-karbo (li ma jħallux ir-riċirkolazzjoni entero-epatika), l-aċidifikazzjoni

tal-awrina, id-dijureżi forzata għandhom jintużaw kif ikun jixraq.

F’każ ta’ sinjali u sintomi ta’ simulazzjoni eċċessiva tas-sistema nervuża ċentrali (SNĊ) ġenerali, għandha titqies kura klinika tas-sintomi bir-reqqa.

5. TAGĦRIF FARMAKOLOĠIKU

5.1 Tagħrif farmakodinamiku

Kategorija farmakoterapewtika: Mediċini oħra ta’ kontra d-dimenzja, Kodiċi ATC: N06DX01. Aktar evidenza qed tindika li l-funzjoni ħażina ta’ newrotrasmissjoni glutamaterġika, b’mod partikolari fir-riċetturi-NMDA, jagħtu kontribut kemm għall-espressjoni tas-sintomi kif ukoll għall-avvanz ta’ dimenzja newrodiġenerattiva.

Memantine huwa anatagonist mhux kompetittiv b’affinità moderata għar-riċettur-NMDA li jiddipendi mill-vultaġġ. Jibdel l-effetti ta’ livelli toniċi għoljin b’mod patoloġiku ta’ glutamate li jistgħu jwasslu għal funzjoni ħażin tan-newroni.

Studji kliniċi:

Studju pivitali b’terapija waħda f’popolazzjoni ta’ pazjenti li kienu qed ibatu mill-marda ta’ Alzheimer moderata għal severa (eżami żgħir ħafna tal-istat mentali (MMSE) punteġġ totali fil-linja bażi ta’

3 -14) kien jinkludi total ta’ 252 outpatient. L-istudju wera effetti tajbin tal-kura b’memantine meta mqabbla ma’ plaċebo mas-6 xahar (analiżi tal-każijiet għall-impressjoni ta’ bidla skont l-intervista tat-tabib (CIBIC-plus): p = 0.025; studju kooperattiv tal-marda ta’ Alzheimer (ADCS-ADLsev):

p = 0.003; Batterija ta’ indeboliment sever (SIB): p = 0.002).

Studju pivitali b’terapija waħda ta’ memantine fil-kura tal-marda ta’ Alzheimer ħafifa għal moderata

(punteġġ totali ta’ MMSE mal-linja bażi ta’ 10 sa 22) kien jinkludi 403 pazjent. Pazjenti kkurati b’memantine wrew effett statistikament aħjar mill-pazjenti kkurati bi plaċebo fuq il-fini primarji: Skala ta’ assessjar tal-marda ta’ Alzheimer (ADAS-cog) (p = 0.003) u CIBIC-plus (p = 0.004) f’Ġimgħa 24 bl-aħħar osservazzjoni miġjuba ’l quddiem (LOCF). Fi studju ieħor b’terapija waħda għal marda ta’ Alzheimer ħafifa għal moderata, total ta’ 470 pazjent (punteġġi totali MMSE mal-linja bażi ta’ 11-23) kienu randomizzati. Fl-ewwel analiżi li kienet definita minn qabel, sinifikat statistiku ma ntlaħaqx mal-fini ewlieni tal-effikaċja f’ġimgħa 24.

Analiżi-meta ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer moderata għal severa (total tal-punteġġi MMSE

< 20) minn sitt studji ta’ fażi III kontrollati bi plaċebo li damu 6-xhur (inklużi studji b’monoterapija u studji b’pazjenti fuq doża stabbli ta’ inibituri ta’ acetylcholinesterase) wriet li kien hemm effett statistikament sinifikanti favur il-kura b’memantine fil-qasam tal-għarfien, globali u funzjonali. Meta pazjenti deher li marru għall-agħar fit-tlett oqsma, ir-riżultati wrew effett statistikament sinifikanti ta’ memantine biex jevita li jmorru għall-agħar, darbtejn aktar mill-pazjenti kkurati bi plaċebo hekk kif

pazjenti kkurati b’memantine marru għall-agħar fit-tlett oqsma (21 % vs. 11 %, p<0.0001).

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment:

Memantine għandu bijodisponibilità assoluta ta’ madwar 100 %. tmax hija bejn 3 u 8 sigħat. M’hemmx indikazzjoni li l-ikel jeffettwa l-assorbiment ta’ memantine.

Distribuzzjoni:

Dożi ta’ 20 mg kuljum jwasslu għal konċentrazzjonijiet ta’ memantine fil-plażma fi stat fiss f’medda ta’ bejn 70 sa 150 ng/ml (0.5 - 1 µmol) b’varjazzjonijiet kbar bejn individwu.u ieħor. Meta ngħataw dożi ta’ 5 sa 30 mg kuljum, il-proporzjon tal-medja ta’ fluwidu ċerebrospinali (CSF)/serum kien kalkolat 0.52. Il-volum ta’ distribuzzjoni huwa madwar 10 l/kg. Madwar 45 % ta’ memantine jeħel mal-proteini tal-plażma.

Bijotrasformazzjoni:

Fil-bniedem, madwar 80 % tal-materjal li għandu x’jaqsam ma’ memantine li jkun fiċ-ċirkolazzjoni jinsab bħala s-sustanza mhux mibdula. Il-metaboli ewlenin fil-bniedem huma N-3,5-dimethyl- gludantan, it-taħlita ta’ 4- u 6-hydroxy-memantine, u 1-nitroso-3,5-dimethyl-adamantane. L-ebda wieħed minn dawn il-metaboli m’għandu attività antagonista għal NMDA. Ma nstab l-ebda metaboliżmu katalizzat minn cytochrome P 450 in vitro.

Fi studju b’ 14C-memantine mogħti b’mod orali, medja ta’ 84 % tad-doża kienet irkuprata fi żmien

20 jum, aktar minn 99 % tneħħiet mal-awrina.

Eliminazzjoni:

Memantine jitneħħa b’mod mono-esponenzjali b’ t½ terminali ta’ 60 sa 100 siegħa. F’voluntiera b’funzjoni tal-kliewi normali, it-tneħħija totali (Cltot) kienet 170 ml/min/1.73 m2 u parti mit-tneħħija renali totali tinkiseb bi tnixxija tubulari.

Proċess renali ieħor jinvolvi ri-assorbiment tubulari, probabbli permezz ta’ proteini ta’ trasport katajoniċi. Ir-rata ta’ eliminazzjoni renali ta’ memantine taħt kondizzjonijiet ta’ awrina alkalina tista’ titnaqqas b’fattur ta’ 7 għal 9 (ara sezzjoni 4.4). L-awrina tista’ ssir alkalina minn bidliet drastiċi fid-dieta, eż. minn dieta li tinkludi l-laħam għal waħda veġetarjana, jew it-teħid ta’ ammonti kbar ta’ buffers gastriċi alkalini.

Linjarità:

Studji f’voluntiera wrew farmakokinetika linjari f’medda ta’ dożi minn 10 sa 40 mg.

Relazzjoni farmaokinetika/farmakodinamika: B’doża ta’ 20 mg memantine kuljum il-livelli fil-fluwidu CSF qablu mal-valur-ki (ki = kostanti tal-impediment) ta’ memantine, li hija 0.5 µmol fil-kortiċi ta’ quddiem tal-bniedem.

5.3 Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà tal-mediċina

Fi studji fuq perijodu qasir f’firien, memantine bħal antagonisti NMDA oħrajn, stimola l-formazzjoni ta’ vacuoles fin-newroni u nekrożi (leżjonijiet Olney) biss wara dożi li wasslu għal konċentrazzjonijiet li kellhom quċċata għolja ħafna. Atassja u sinjali ta’ qabel l-użu kliniku oħrajn seħħew qabel ma ffurmaw il-vacuoles fin-newroni u n-nekrożi. Peress li l-effetti la dehru fi studji fit-tul f’annimali gerriema u lanqas f’annimali mhux gerriema, ir-relevanza ta’ dawn ir-riżultati mhumiex magħrufa.

Bidliet fl-għajnejn dehru b’mod mhux konsistenti fi studji dwar tossiċità b’dożi ripetuti f’annimali gerriema u klieb, iżda mhux fix-xadini. Studji speċifiċi oftalmoskopiċi fl-istudji kliniċi b’memantine ma wrew l-ebda bidliet fl-għajnejn.

Fosfolipidożi f’makrofaġi fil-pulmun minħabba l-akkumulazzjoni ta’ memantine f’lisożomi ġiet osservata f’annimali ġerriema. Dan l-effett hu magħruf minn sustanzi attivi oħra b’karatteristiċi amfifiliċi katajoniċi. Hemm relazzjoni possibbli bejn din l-akkumulazzjoni u l-vakwolizzazzjoni osservata fil-pulmun. Dan l-effett deher biss f’dożi għoljin f’annimali gerriema. Ir-rilevanza klinika ta’ dawn ir-riżultati m’humiex magħrufa.

Ma ġiet osservata l-ebda tossiċità għal ġeni wara testijiet b’memantine f’assaġġi standard. Ma kienx hemm evidenza ta’ riskju ta’ tumuri fi studji fi ġrieden u firien tul ħajjithom kollha. Memantine ma kienx teratoġeniku fil-firien u fniek, anki meta d-dożi kienu tossiċi għall-omm, u l-ebda effetti avversi ma dehru b’memantine fuq il-fertilità. Fil-firien, tnaqqis fit-tkabbir tal-fetu deher b’livelli ta’ esponiment, li huma daqs jew ħarira ogħla mill-esponiment fil-bniedem.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ sustanzi mhux attivi

Il-qalba tal-pilloli miksija b’rita ta’ 5/10/15/20 mg

Lactose monohydrate

Microcrystalline cellulose

Silica, colloidal anhydrous

Crospovidone

Magnesium stearate

Il-kisja tal-pilloli miksija b’rita ta’ 5/1015/20 mg

Hypromellose

Polysorbate 80

Macrogol 400

Titanium dioxide (E 171)

Sustanza addizzjonali għal pilloli miksija b’rita ta’ 15 mg u 20 mg

Iron oxide isfar u aħmar (E 172)

6.2 Inkompatibilitajiet

Ma jgħoddx f’dan il-każ.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.

6.5 In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folji tal-aluminju li fihom 28 pillola b’7 pilloli ta’ 5 mg, 7 pilloli ta’ 10 mg, 7 pilloli ta’ 15 mg u 7 pilloli ta’ 20 mg (folja tal-aluminju-PVC/PE/PVDC).

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7. ID-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Accord Healthcare Limited

Sage house, 319 Pinner road

North Harrow, Middlesex, HA1 4HF

Ir-Renju Unit

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/13/880/013

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 04-12-2013

10. DATA TA’ META ĠIET RIVEDUTA L-KITBA

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati