Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Memantine Accord (memantine hydrochloride) – Fuljett ta’ tagħrif - N06DX01

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaMemantine Accord
Kodiċi ATCN06DX01
Sustanzamemantine hydrochloride
ManifatturAccord Healthcare Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Memantine Accord 10 mg pilloli miksija b’rita

Memantine hydrochloride

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi wieħed mill-effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li jista’ jkollu li mhuwiex imsemmi f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

X’jinkludi dan il-fuljett

1.X’inhu Memantine Accord u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel tieħu Memantine Accord

3.Kif għandek tieħu Memantine Accord

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5.Kif taħżen Memantine Accord

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

Kif jaħdem Memantine Accord

Memantine Accord jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini magħrufa bħala mediċini kontra d- dimenzja.

It-telf tal-memorja fil-marda ta’ Alzheimer jiġi minħabba disturbi fis-sinjali tal-messaġġi fil-moħħ. Il-moħħ fih l-hekk imsejjħa riċetturi-N-mthyl D-aspartate (NMDA) li jieħdu sehem fit-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri importanti għat-tagħlim u l-memorja. Memantine Accord jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu antagonisti tar-riċettur-NMDA. Memantine Accord jaħdem fuq dawn ir- riċetturi-NMDA u jtejjeb it-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri u l-memorja.

Għalxiex jintuża Memantine Accord:

Memantine Accord jintuża għall-kura ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer minn moderata għal severa.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Memantine Accord

Tiħux memantine:

-jekk inti allerġiku/a għal memantine hydrochloride jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina

(elenkati fis-sezzjoni 6)

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu Memantine Accord

-jekk fil-passat kellek aċċessjonijiet ta’ epilessija

-jekk ftit ilu kellek xi infart mijokardijaku (attakk f’qalbek), jew jekk qed tbati minn insuffiċjenza tal-qalb konġestiva jew minn pressjoni għolja li ma tistax tikkontrollha (pressjoni għolja tad-demm).

F’dawn il-każijiet il-kura għandha tkun sorveljata bir-reqqa, u l-benefiċċju kliniku ta’ Memantine Accord jiġi evalwat mit-tabib tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tbati minn indeboliment renali (problemi bil-kliewi) it-tabib tiegħek għandu jżommlok il-funzjoni tal-kliewi taħt osservazzjoni mill-qrib u jekk ikun hemm bżonn jadatta d-dożi ta’ memantine kif ikun

jixraq.

L-użu ta’ prodotti mediċinali msejjħa amantadine (għat-trattament tal-marda ta’ Parkinson), ketamine (sustanza li ġeneralment tingħata bħala loppju), dextromethorphan (ġeneralment użata għas-sogħla) u antagonisti oħra ta’ NMDA fl-istess ħin għandu jkun evitat.

Tfal u adolexxenti

Memantine Accord mhux rakkomandat fit-tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Memantine Accord

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

B’mod partikolari, Memantine Accord jista’ jibdel l-effetti tal-mediċini li ġejjin u d-doża tagħhom jista’ jkollha bżonn tinbidel mit-tabib tiegħek.

amantadine, ketamine, dextromethorphan dantrolene, baclofen

cimetidine, ranitidine, procainamide, quinidine, quinine, nicotine hydrochlorothiazide (jew kwalunkwe kombinazzjoni ma’ hydrochlorothiazide)

antikolinerġiċi (sustanzi li ġeneralment jintużaw għall-kura ta’ disturbi fil-movimenti jew spażmi fl-imsaren)

mediċini kontra l-aċċessjonijiet (mediċini li jintużaw biex ikunu evitati jew iserrħu l-aċċessjonijiet) barbiturati (sustanzi li ġeneralment jintużaw biex jgħinuk torqod)

agonisti dopaminerġiċi (sustanzi bħal L-dopa, bromocriptine) newrolettiċi (sustanzi li jintużaw għall-kura ta’ disturbi tal-moħħ) mediċini orali kontra l-koagulazzjoni tad-demm

Jekk tmur l-isptar għarraf lit-tabib tiegħek li qed tieħu Memantine Accord.

Meta tieħu Memantine Accord mal-ikel u max-xorb

Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk dan l-aħħar bdilt id-dieta tiegħek jew bi ħsiebek tibdel id-dieta tiegħek b’mod sostanzjali (eż minn dieta normali għal waħda veġetarjana stretta) jew jekk qed tbati minn stat ta’ aċidożi tubulari renali (RTA, jiżdiedu s-sustanzi li jiffurmaw l-aċidu fid-demm minħabba funzjoni ħażina renali (funjonament ħażin tal-kliewi)) jew infezzjonijiet severi tal-passaġġ awrinarju, (struttura li ġġorr l-awrina) għax it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża tal-mediċina tiegħek.

Tqala u Treddigħ

Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Għid lit-tabib tiegħek jekk ħriġt tqila jew qed tippjana li toħroġ tqila. L-użu ta’ memantine f’nisa waqt it-tqala mhux rakkomandat.

Nisa li qed jieħdu Memantine Accord m’għandhomx ireddgħu.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

It-tabib tiegħel ser jgħidlek jekk il-marda tiegħek tħallikx issuq u tħaddem magni b’mod sigur.

Minbarra hekk, Memantine Accord jista’ jibdillek il-ħila biex tirreaġixxi, u għalhekk ma jkunx xieraq li ssuq jew tħaddem magni.

Memantine Accord fih il-lattożju

Dan il-prodott mediċinali fih il-lattożju. Jekk it-tabib tiegħek qallek li jista’ jkollok xi intolleranza għal xi zokkor, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu dan il-prodott mediċinali. It-tabib tiegħek jagħtik parir.

3.Kif tieħu Memantine Accord

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Dożaġġ

Id-doża rakkomandata ta’ Memantine Accord għall-adulti u pazjenti anzjani hija 20 mg darba kuljum. Sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ effetti sekondarji din id-doża tinkiseb bil-mod bl-iskema ta’ kura ta’ kuljum kif ġej:

ġimgħa 1

nofs pillola ta’ 10 mg

ġimgħa 2

pillola waħda ta’ 10 mg

ġimgħa 3

pillola u nofs ta’ 10mg

minn ġimgħa 4

żewġ pilloli ta’ 10 mg

’l quddiem

darba kuljum

Id-doża tas-soltu tal-bidu hija nofs pillola darba kuljum (1 x5 mg) għall-ewwel ġimgħa. Din tiżdied għal pillola waħda darba kuljum (1 x10 mg) fit-tieni ġimgħa u għal pillola 1 u nofs darba kuljum (1 x 15 mg) fit-tielet ġimgħa. Mir-4 ġimgħa ’l quddiem, id-doża li ġeneralment tingħata hija ta’ 2 pilloli 1 darba kuljum (1 x 20 mg).

Dożaġġ f’pazjenti b’indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi

Jekk għandek indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi, it-tabib tiegħek ser jiddeċiedi dwar doża li tkun tixraq għall-kundizzjoni tiegħek. F’dan il-każ, il-funzjoni tal-kliewi għandha tiġi eżaminata mit-tabib tiegħek f’intervalli speċifikati.

Kif jingħata

Memantine Accord għandha tingħata b’mod orali darba kuljum Biex tikseb benefiċċju mil-mediċina tiegħek, għandek tkompli teħodha kuljum fl-istess ħin tal-ġurnata. Il-pilloli għandhom jinbelgħu ma’ ftit ilma. Il-pilloli jistgħu jittieħdu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Kemm għandha ddum il-kura

Kompli ħu Memantine Accord sakemm tibqa tikseb benefiċċju minnu. It-tabib tiegħek għandu jevalwa l-kura tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tieħu Memantine Accord aktar milli suppost

-B’mod ġenerali, meta tieħu wisq Memantine Accord m’għandha tiġrilek l-ebda ħsara. Jista’ jkollok aktar sintomi li hemm imsemmija f’sezzjoni 4. ‘Effetti sekondarji li jista’ jkollu'.

-Jekk tieħu doża eċċessiva kbira ta’ Memantine Accord, għamel kuntatt mat-tabib tiegħek jew ikseb parir mediku, għax jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.

Jekk tinsa tieħu Memantine Accord

-Jekk tinduna li nsejt tieħu doża ta’ Memantine Accord, stenna u ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas- soltu.

-M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

B’mod ġenerali, l-effetti sekondarji li jidhru jkunu ħfief għal moderati.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa wieħed minn kull 10 persuni):

• Uġigħ ta’ ras, ngħas, stitkezza, testijiet tal-funzjoni tal-fwied għoljin, sturdament, disturbi tal- bilanċ, qtugħ ta’ nifs, pressjoni għolja tad-demm u sensittivita' eċċessiva għal-mediċini.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa wieħed minn kull 100 persuna):

Għeja, infezzjonijiet tal-moffa, konfużjoni, alluċinazzjonijiet, rimettar, mixja anormali, insuffiċjenza tal-qalb u emboli tad-demm fil-vini (trombożi/tromboemboliżmu)

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa wieħed minn kull 10,000 persuna):

• Aċċessjonijiet.

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli):

• Infjammazzjoni tal-frixa, infjammazzjoni tal-fwied u reazzjonijiet psikotiċi

Il-marda ta’ Alzheimer kienet assoċjata ma’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju u suwiċidju. Dawn il-kazijiet gew irrapurtati minn pazjenti li ħadu memantine.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Memantine Accord

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax Memantine Accord wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ta’ xi kundizzjonijet ta’ ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent .

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Memantine Accord:

Is-sustanza attiva hi memantine hydrochloride. Kull pillola miksija b’rita fiha 10 mg memantine hydrochloride li hi ekwivalenti għal 8.31 mg memantine.

Is-sustanzi l-oħra huma lactose monohydrate, microcrystalline cellulose, colloidal anhydrous silica, crospovidone, magnesium stearate, kollha fil-qalba tal-pillola; hypromellose, polysorbate 80, macrogol 400, titanium dioxide (E 171), kollha fil-kisja tal-pillola.

Id-dehra ta’ Memantine Accord u l-kontenuti tal-pakkett:

Il-pilloli miksija b'rita ta' Memantine Accord jiġu bħala pilloli bojod mmarkati u miksija, b’forma tawwilija, imnaqqxa bl-ittri “MT”, maqsuma biċ-ċifra fuq naħa waħda u “10” maqsuma biċ-ċifra fuq

in-naħa l-oħra. Il-pillola tista’ tinqasam f’dożi indaqs.

Il-pilloli miksija b’rita ta Memantine Accord huma disponibbli f'pakketti b'folji ta' 14 pillola,

28 pillola, 30 pillola, 42 pillola, 50 pillola, 56 pillola, 98 pillola, 100 pillola u 112 pillola (folja tal- aluminju-PVC/PE/PVDC).

Jista’ jkun li mhux il-pakketti kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

Accord Healthcare Limited

Sage house, 319 Pinner road

North Harrow, Middlesex, HA1 4HF

Ir-Renju Unit

Manifattur:

Delorbis Pharmaceuticals Ltd 17, Athinon Street

Ergates Industrial Area, 2643 Nicosia Ċipru

Accord Healthcare Limited

Sage house, 319 Pinner road

North Harrow, Middlesex, HA1 4HF

Ir-Renju Unit

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’<{XX/SSSS}> <{xahar SSSS}.>

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Memantine Accord 20 mg pilloli miksija b’rita

Memantine hydrochloride

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi wieħed mill-effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li jista’ jkollu li mhuwiex imsemmi f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

X’jinkludi dan il-fuljett?

1.X’inhu Memantine Accord u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel tieħu Memantine Accord

3.Kif għandek tieħu Memantine Accord

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5.Kif taħżen Memantine Accord

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Memantine Accord u għalxiex jintuża

Kif jaħdem Memantine Accord

Memantine Accord jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini magħrufa bħala mediċini kontra d- dimenzja.

It-telf tal-memorja fil-marda ta’ Alzheimer jiġi minħabba disturbi fis-sinjali tal-messaġġi fil-moħħ. Il-moħħ fih l-hekk imsejjħa riċetturi-N-mthyl D-aspartate (NMDA) li jieħdu sehem fit-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri importanti għat-tagħlim u l-memorja. Memantine Accord jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu antagonisti tar-riċettur-NMDA. Memantine Accord jaħdem fuq dawn ir- riċetturi-NMDA u jtejjeb it-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri u l-memorja.

Għalxiex jintuża Memantine Accord

Memantine Accord jintuża għall-kura ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer minn moderata għal severa.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Memantine Accord

Tiħux Memantine Accord:

-jekk inti allerġiku/a għal memantine hydrochloride jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina

(elenkati fis-sezzjoni 6)

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu Memantine Accord

-jekk fil-passat kellek aċċessjonijiet ta’ epilessija

-jekk ftit ilu kellek xi infart mijokardijaku (attakk f’qalbek), jew jekk qed tbati minn insuffiċjenza tal-qalb konġestiva jew minn pressjoni għolja li ma tistax tikkontrollha (pressjoni għolja tad-demm).

F’dawn il-każijiet il-kura għandha tkun sorveljata bir-reqqa, u l-benefiċċju kliniku ta’ Memantine Accord jiġi evalwat mit-tabib tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tbati minn indeboliment renali (problemi bil-kliewi) it-tabib tiegħek għandu jżommlok il-funzjoni

tal-kliewi taħt osservazzjoni mill-qrib u jekk ikun hemm bżonn jadatta d-dożi ta’ memantine kif ikun jixraq.

L-użu ta’ prodotti mediċinali msejjħa amantadine (għat-trattament tal-marda ta’ Parkinson), ketamine (sustanza li ġeneralment tingħata bħala loppju), dextromethorphan (ġeneralment użata għas-sogħla) u antagonisti oħra ta’ NMDA fl-istess ħin għandu jkun evitat.

Tfal u adolexxenti

Memantine Accord mhux rakkomandat fit-tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Memantine Accord

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

B’mod partikolari, Memantine Accord jista’ jibdel l-effetti tal-mediċini li ġejjin u d-doża tagħhom jista’ jkollha bżonn tinbidel mit-tabib tiegħek.

amantadine, ketamine, dextromethorphan dantrolene, baclofen

cimetidine, ranitidine, procainamide, quinidine, quinine, nicotine hydrochlorothiazide (jew kwalunkwe kombinazzjoni ma’ hydrochlorothiazide)

antikolinerġiċi (sustanzi li ġeneralment jintużaw għall-kura ta’ disturbi fil-movimenti jew spażmi fl-imsaren)

mediċini kontra l-aċċessjonijiet (mediċini li jintużaw biex ikunu evitati jew iserrħu l-aċċessjonijiet) barbiturati (sustanzi li ġeneralment jintużaw biex jgħinuk torqod)

agonisti dopaminerġiċi (sustanzi bħal L-dopa, bromocriptine) newrolettiċi (sustanzi li jintużaw għall-kura ta’ disturbi tal-moħħ) mediċini orali kontra l-koagulazzjoni tad-demm

Jekk tmur l-isptar għarraf lit-tabib tiegħek li qed tieħu Memantine Accord.

Meta tieħu Memantine Accord mal-ikel u max-xorb

Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk dan l-aħħar bdilt id-dieta tiegħek jew bi ħsiebek tibdel id-dieta tiegħek b’mod sostanzjali (eż minn dieta normali għal waħda veġetarjana stretta) jew jekk qed tbati minn stat ta’ aċidożi tubulari renali (RTA, jiżdiedu s-sustanzi li jiffurmaw l-aċidu fid-demm minħabba funzjoni ħażina renali (funjonament ħażin tal-kliewi)) jew infezzjonijiet severi tal-passaġġ awrinarju, (struttura li ġġorr l-awrina) għax it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża tal-mediċina tiegħek.

Tqala u Treddigħ

Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Għid lit-tabib tiegħek jekk ħriġt tqila jew qed tippjana li toħroġ tqila. L-użu ta’ memantine f’nisa waqt it-tqala mhux rakkomandat.

Nisa li qed jieħdu Memantine Accord m’għandhomx ireddgħu.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

It-tabib tiegħel ser jgħidlek jekk il-marda tiegħek tħallikx issuq u tħaddem magni b’mod sigur.

Minbarra hekk, Memantine Accord jista’ jibdillek il-ħila biex tirreaġixxi, u għalhekk ma jkunx xieraq li ssuq jew tħaddem magni.

Memantine fih il-lattożju

Dan il-prodott mediċinali fih il-lattożju. Jekk it-tabib tiegħek qallek li jista’ jkollok xi intolleranza għal xi zokkor, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu dan il-prodott mediċinali. It-tabib tiegħek jagħtik parir.

3. Kif tieħu Memantine Accord

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir tat-tabib. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Dożaġġ

Id-doża rakkomandata ta’ Memantine Accord għall-adulti u pazjenti anzjani hija 20 mg darba kuljum. Sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ effetti sekondarji din id-doża tinkiseb bil-mod bl-iskema ta’ kura ta’ kuljum kif ġej: Għal tittrazzjoni ’l fuq pilloli ta’ qawwiet oħra huma disponibbli.

Fil-bidu tat-trattament għandek tibda billi tuża pilloli miksija b’rita ta’ Memantine Accord 5 mg darba kuljum. Din id-doża għandha tiżdied kull ġimgħa b’5 mg sakemm id-doża (ta’ manteniment) rakkomandata tintlaħaq. Id-doża ta’ manteniment rakkomandata hi ta’ 20 mg darba kuljum, li tintlaħaq fil-bidu tar-raba’ ġimgħa.

Dożaġġ f’pazjenti b’indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi

Jekk għandek indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi, it-tabib tiegħek ser jiddeċiedi dwar doża li tkun tixraq għall-kundizzjoni tiegħek. F’dan il-każ, il-funzjoni tal-kliewi għandha tiġi eżaminata mit-tabib tiegħek f’intervalli speċifikati.

Kif jingħata

Memantine Accord għandha tingħata b’mod orali darba kuljum Biex tikseb benefiċċju mil-mediċina tiegħek, għandek tkompli teħodha kuljum fl-istess ħin tal-ġurnata. Il-pilloli għandhom jinbelgħu ma’ ftit ilma. Il-pilloli jistgħu jittieħdu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Kemm għandha ddum il-kura

Kompli ħu Memantine Accord sakemm tibqa tikseb benefiċċju minnu. It-tabib tiegħek għandu jevalwa l-kura tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tieħu Memantine Accord aktar milli suppost

-B’mod ġenerali, meta tieħu wisq Memantine Accord m’għandha tiġrilek l-ebda ħsara. Jista’ jkollok aktar sintomi li hemm imsemmija f’sezzjoni 4. ‘Effetti sekondarji li jista’ jkollu'.

-Jekk tieħu doża eċċessiva kbira ta’ Memantine Accord, għamel kuntatt mat-tabib tiegħek jew ikseb parir mediku, għax jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.

Jekk tinsa tieħu Memantine Accord

-Jekk tinduna li nsejt tieħu doża ta’ Memantine Accord, stenna u ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas- soltu.

-M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji li jista’ jkollu

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

B’mod ġenerali, l-effetti sekondarji li jidhru jkunu ħfief għal moderati.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa wieħed minn kull 10 persuni):

Uġigħ ta’ ras, ngħas, stitkezza, testijiet tal-funzjoni tal-fwied għoljin, sturdament, disturbi tal- bilanċ, qtugħ ta’ nifs, pressjoni għolja tad-demm u sensittivita' eċċessiva għal-mediċini.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa wieħed minn kull 100 persuna):

Għeja, infezzjonijiet tal-moffa, konfużjoni, alluċinazzjonijiet, rimettar, mixja anormali, insuffiċjenza tal-qalb u emboli tad-demm fil-vini (trombożi/tromboemboliżmu)

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa wieħed minn kull 10,000 persuna):

Aċċessjonijiet.

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli):

Infjammazzjoni tal-frixa, infjammazzjoni tal-fwied u reazzjonijiet psikotiċi

Il-marda ta’ Alzheimer kienet assoċjata ma’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju u suwiċidju. Dawn il-kazijiet gew irrapurtati minn pazjenti li ħadu memantine.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Memantine Accord

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax Memantine Accord wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ta’ xi kundizzjonijet ta’ ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent .

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Memantine Accord:

-Is-sustanza attiva hi memantine hydrochloride. Kull pillola miksija b’rita fiha 20 mg memantine hydrochloride li hi ekwivalenti għal 16.62 mg memantine.

-Is-sustanzi l-oħra huma lactose monohydrate, microcrystalline cellulose, colloidal anhydrous silica, crospovidone, magnesium stearate, li lkoll jinsabu fil-qalba tal-pillola; hypromellose, polysorbate 80, macrogol 400, titanium dioxide (E 171), iron oxide aħmar (E 172), iron oxide isfar (E 172), li lkoll jinsabu fil-kisja tal-pilloli.

Id-dehra ta’ Memantine Accord u l-kontenuti tal-pakkett

Il-pilloli miksija b’rita ta’ Memantine Accord jiġu bħala pilloli ħomor ċari għal ħomor griżi, immarkati u miksija b’rita li huma tawwalin, imnaqqxa bl-ittri "MT” maqsuma biċ-ċifra fuq naħa u

“20” maqsuma biċ-ċifra fuq in-naħa l-oħra. Il-pillola tista’ tinqasam f’dożi indaqs.

Il-pilloli miksija b’rita ta’ memantine jiġu f’pakketti ta’ folji bi 14 pillola, 28 pillola, 42 pillola, 56 pillola u 98 pillola (folji tal-aluminju-PVC/PE/PVDC).

Jista’ jkun li mhux il-pakketti kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

Accord Healthcare Limited

Sage house, 319 Pinner road

North Harrow, Middlesex, HA1 4HF

Ir-Renju Unit

Manifattur:

Delorbis Pharmaceuticals Ltd 17, Athinon Street

Ergates Industrial Area, 2643 Nicosia Ċipru

Accord Healthcare Limited

Sage house, 319 Pinner road

North Harrow, Middlesex, HA1 4HF

Ir-Renju Unit.

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’<{XX/SSSS}> <{xahar SSSS}.>

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-

Mediċini.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Memantine Accord 5 mg pilloli miksija b’rita

Memantine Accord 10 mg pilloli miksija b’rita

Memantine Accord 15 mg pilloli miksija b’rita

Memantine Accord 20 mg pilloli miksija b’rita

Memantine hydrochloride

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi wieħed mill-effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li jista’ jkollu li mhuwiex imsemmi f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

X’jinkludi dan il-fuljett?

1.X’inhu Memantine Accord u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel tieħu Memantine Accord

3.Kif għandek tieħu Memantine Accord

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5.Kif taħżen Memantine Accord

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Memantine Accord u għalxiex jintuża

Kif jaħdem Memantine Accord

Memantine Accord jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini magħrufa bħala mediċini kontra d- dimenzja.

It-telf tal-memorja fil-marda ta’ Alzheimer jiġi minħabba disturbi fis-sinjali tal-messaġġi fil-moħħ.

Il-moħħ fih l-hekk imsejjħa riċetturi-N-mthyl D-aspartate (NMDA) li jieħdu sehem fit-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri importanti għat-tagħlim u l-memorja. Memantine Accord jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu antagonisti tar-riċettur-NMDA. Memantine Accord jaħdem fuq dawn ir- riċetturi-NMDA u jtejjeb it-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri u l-memorja.

Għalxiex jintuża Memantine Accord

Memantine Accord jintuża għall-kura ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer minn moderata għal severa.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Memantine Accord

Tiħux Memantine Accord:

-jekk inti allerġiku/a għal memantine hydrochloride jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina

(elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu Memantine Accord

-jekk fil-passat kellek aċċessjonijiet ta’ epilessija

-jekk ftit ilu kellek xi infart mijokardijaku (attakk f’qalbek), jew jekk qed tbati minn insuffiċjenza tal-qalb konġestiva jew minn pressjoni għolja li ma tistax tikkontrollha (pressjoni għolja tad-demm).

F’dawn il-każijiet il-kura għandha tkun sorveljata bir-reqqa, u l-benefiċċju kliniku ta’ Memantine

Accord jiġi evalwat mit-tabib tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tbati minn indeboliment renali (problemi bil-kliewi) it-tabib tiegħek għandu jżommlok il-funzjoni tal-kliewi taħt osservazzjoni mill-qrib u jekk ikun hemm bżonn jadatta d-dożi ta’ memantine kif ikun jixraq.

L-użu ta’ prodotti mediċinali msejjħa amantadine (għat-trattament tal-marda ta’ Parkinson), ketamine (sustanza li ġeneralment tingħata bħala loppju), dextromethorphan (ġeneralment użata għas-sogħla) u antagonisti oħra ta’ NMDA fl-istess ħin għandu jkun evitat.

Tfal u adolexxenti

Memantine Accord mhux rakkomandat fit-tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Memantine Accord

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

B’mod partikolari, Memantine Accord jista’ jibdel l-effetti tal-mediċini li ġejjin u d-doża tagħhom jista’ jkollha bżonn tinbidel mit-tabib tiegħek.

amantadine, ketamine, dextromethorphan dantrolene, baclofen

cimetidine, ranitidine, procainamide, quinidine, quinine, nicotine hydrochlorothiazide (jew kwalunkwe kombinazzjoni ma’ hydrochlorothiazide)

antikolinerġiċi (sustanzi li ġeneralment jintużaw għall-kura ta’ disturbi fil-movimenti jew spażmi fl-imsaren)

mediċini kontra l-aċċessjonijiet (mediċini li jintużaw biex ikunu evitati jew iserrħu l-aċċessjonijiet) barbiturati (sustanzi li ġeneralment jintużaw biex jgħinuk torqod)

agonisti dopaminerġiċi (sustanzi bħal L-dopa, bromocriptine) newrolettiċi (sustanzi li jintużaw għall-kura ta’ disturbi tal-moħħ) mediċini orali kontra l-koagulazzjoni tad-demm

Jekk tmur l-isptar għarraf lit-tabib tiegħek li qed tieħu Memantine Accord.

Meta tieħu Memantine Accord mal-ikel u max-xorb

Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk dan l-aħħar bdilt id-dieta tiegħek jew bi ħsiebek tibdel id-dieta tiegħek b’mod sostanzjali (eż minn dieta normali għal waħda veġetarjana stretta) jew jekk qed tbati minn stat ta’ aċidożi tubulari renali (RTA, jiżdiedu s-sustanzi li jiffurmaw l-aċidu fid-demm minħabba funzjoni ħażina renali (funjonament ħażin tal-kliewi)) jew infezzjonijiet severi tal-passaġġ awrinarju, (struttura li ġġorr l-awrina) għax it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża tal-mediċina tiegħek.

Tqala u Treddigħ

Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Għid lit-tabib tiegħek jekk ħriġt tqila jew qed tippjana li toħroġ tqila. L-użu ta’ memantine f’nisa waqt it-tqala mhux rakkomandat.

Nisa li qed jieħdu Memantine Accord m’għandhomx ireddgħu.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

It-tabib tiegħel ser jgħidlek jekk il-marda tiegħek tħallikx issuq u tħaddem magni b’mod sigur.

Minbarra hekk, Memantine Accord jista’ jibdillek il-ħila biex tirreaġixxi, u għalhekk ma jkunx xieraq li ssuq jew tħaddem magni.

Memantine Accord fih il-lattożju

Dan il-prodott mediċinali fih il-lattożju. Jekk it-tabib tiegħek qallek li jista’ jkollok xi intolleranza għal xi zokkor, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu dan il-prodott mediċinali. It-tabib tiegħek jagħtik parir.

3. Kif tieħu Memantine Accord

Il-pakkett għal bidu tat-trattament ta’ Memantine Accord għandu jintuża biss fil-bidu tat-trattament b’Memantine Accord.

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir tat-tabib. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Dożaġġ

Id-doża rakkomandata ta’ 20 mg kuljum tintlaħaq billi tiżdided b’mod gradwali d-doża ta’ Memantine Accord matul l-ewwel tliet ġimgħat ta’ trattament. L-iskema tat-trattament hija wkoll indikata fil- pakkett tal-bidu ta’ trattament. Ħu pillola waħda kuljum:

Ġimgħa 1 (jum 1-7)

Ħu pillola miksija b’rita waħda ta’ 5 mg kuljum (bajda) għal 7 t’ijiem.

Ġimgħa 2 (jum 8-14)

Ħu pillola miksija b’rita waħda ta’ 10 mg kuljum (bajda, immarkata) għal 7 t’ijiem.

Ġimgħa 3 (jum 15-21)

Ħu pillola miksija b’rita waħda kuljum ta’ 15 mg (oranġjo għal oranġjo griża) għal 7 t’ijiem.

Ġimgħa 4 (jum 22-28)

Ħu pillola miksija b’rita waħda kuljum ta’ 20 mg (ħamra ċara għal ħamra griża, immarkata) għal 7 t’ijiem

ġimgħa 1

pillola ta’ 5 mg

ġimgħa 2

pillola ta’ 10 mg

ġimgħa 3

pillola ta’ 15 mg

minn ġimgħa 4

pillola ta’ 20 mg darba

’l quddiem

kuljum

Doża ta’ manteniment

Id-doża rakkomandata tas-soltu hija ta’ 20 mg kuljum.

Sabiex tkompli t-trattament jekk jogħġbok ikkonsulta t-tabib tiegħek

Dożaġġ f’pazjenti b’indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi

Jekk għandek indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi, it-tabib tiegħek ser jiddeċiedi dwar doża li tkun tixraq għall-kundizzjoni tiegħek. F’dan il-każ, il-funzjoni tal-kliewi għandha tiġi eżaminata mit-tabib tiegħek f’intervalli speċifikati.

Kif jingħata

Memantine Accord għandha tingħata b’mod orali darba kuljum Biex tikseb benefiċċju mil-mediċina tiegħek, għandek tkompli teħodha kuljum fl-istess ħin tal-ġurnata. Il-pilloli għandhom jinbelgħu ma’ ftit ilma. Il-pilloli jistgħu jittieħdu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Kemm għandha ddum il-kura

Kompli ħu Memantine Accord sakemm tibqa tikseb benefiċċju minnu. It-tabib tiegħek għandu jevalwa

l-kura tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tieħu Memantine Accord aktar milli suppost

-B’mod ġenerali, meta tieħu wisq Memantine Accord m’għandha tiġrilek l-ebda ħsara. Jista’ jkollok aktar sintomi li hemm imsemmija f’sezzjoni 4. ‘Effetti sekondarji li jista’ jkollu'.

-Jekk tieħu doża eċċessiva kbira ta’ Memantine Accord, għamel kuntatt mat-tabib tiegħek jew ikseb parir mediku, għax jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.

Jekk tinsa tieħu Memantine Accord

-Jekk tinduna li nsejt tieħu doża ta’ Memantine Accord, stenna u ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas- soltu.

-M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji li jista’ jkollu

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd .

B’mod ġenerali, l-effetti sekondarji li jidhru jkunu ħfief għal moderati.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa wieħed minn kull 10 persuni):

• Uġigħ ta’ ras, ngħas, stitkezza, testijiet tal-funzjoni tal-fwied għoljin, sturdament, disturbi tal- bilanċ, qtugħ ta’ nifs, pressjoni għolja tad-demm u sensittivita' eċċessiva għal-mediċini.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa wieħed minn kull 100 persuna):

Għeja, infezzjonijiet tal-moffa, konfużjoni, alluċinazzjonijiet, rimettar, mixja anormali, insuffiċjenza tal-qalb u emboli tad-demm fil-vini (trombożi/tromboemboliżmu)

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa wieħed minn kull 10,000 persuna):

• Aċċessjonijiet.

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli):

• Infjammazzjoni tal-frixa, infjammazzjoni tal-fwied u reazzjonijiet psikotiċi

Il-marda ta’ Alzheimer kienet assoċjata ma’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju u suwiċidju. Dawn il-kazijiet gew irrapurtati minn pazjenti li ħadu memantine.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Memantine Accord

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax Memantine Accord wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ta’ xi kundizzjonijet ta’ ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif

għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent .

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Memantine Accord:

-Is-sustanza attiva hi memantine hydrochloride. Kull pillola miksija b’rita fiha 5/10/15/20 mg memantine hydrochloride li hi ekwivalenti għal 4.15/8.31/12.46/16.62 mg memantine.

-Is-sustanzi l-oħra huma lactose monohydrate, microcrystalline cellulose, colloidal anhydrous silica, crospovidone, magnesium stearate, li lkoll jinsabu fil-qalba tal-pillola; hypromellose, polysorbate 80, macrogol 400, titanium dioxide (E 171) u kif ukoll għal Memantine Accord 15 mg u Memantine Accord 20 mg pilloli miksija b’rita iron oxide isfar u aħmar (E 172), li lkoll jinsabu fil-kisja tal-pilloli.

Id-dehra ta’ Memantine Accord u l-kontenuti tal-pakkett:

Il-pilloli miksija b’rita ta’ 5 mg ta' Memantine Accord jiġu bħala pilloli bojod, f’għamla tawwalija u miksija, imnaqqxa bl-ittri “MT” fuq naħa waħda u b’“5” fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli miksija b’rita ta’ 10 mg ta’ Memantine Accord jiġu bħala pilloli miksija u mmarkati bojod, f’għamla tawwalija, imaqqxa bl-ittri “MT”, maqsuma biċ-ċifra fuq naħa u “10” maqsuma biċ-ċifra fuq in-naħa l-oħra. Il-pilloli jistgħu jinqasmu f'dożi indaqs.

Il-pilloli miksija b’rita ta’ 15 mg ta’ Memantine Accord jiġu bħala pilloli oranġjo għal oranġjo griżi, f’għamla tawwalija, imnaqqxa bl-ittri “MT” fuq naħa u “15” fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli miksija b’rita ta’ 20 mg ta’ Memantine Accord jiġu bħala pilloli ħomor ċari għal ħomor griżi, immarkati u miksija, f’għamla tawwalija, imnaqqxa bl-ittra “MT”, maqsuma biċ-ċifra fuq naħa u "20" maqsuma biċ-ċifra fuq in-naħa l-oħra. Il-pilloli jistgħu jinqasmu f'dożi indaqs.

Pakkett ta’ bidu tal-kura fih 28 pillola f’4 folji b’7 pilloli ta' 5 mg ta’ Memantine Accord, 7 pilloli ta’ 10 mg ta’ Memantine Accord, 7 pilloli ta’ 15 mg ta’ memanine u 7 pilloli ta’ 20 mg ta’ Memantine Accord.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

Accord Healthcare Limited

Sage house, 319 Pinner road

North Harrow, Middlesex, HA1 4HF

Ir-Renju Unit

Manifattur:

Delorbis Pharmaceuticals Ltd 17, Athinon Street

Ergates Industrial Area, 2643 Nicosia Ċipru

Accord Healthcare Limited

Sage house, 319 Pinner road

North Harrow, Middlesex, HA1 4HF

Ir-Renju Unit.

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’<{XX/SSSS}> <{xahar SSSS}.>

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-

Mediċini.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati