Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Memantine LEK (memantine hydrochloride) – Fuljett ta’ tagħrif - N06DX01

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaMemantine LEK
Kodiċi ATCN06DX01
Sustanzamemantine hydrochloride
ManifatturPharmathen S.A.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall utent

Memantine LEK 10 mg pilloli miksijin b’rita

Memantine LEK 20 mg pilloli miksijin b’rita

Memantine hydrochloride

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sintomi bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Memantine LEK u għalxiex jintuża

2.Xgħandek tkun taf qabel ma tieħu Memantine LEK

3.Kif għandek tieħu Memantine LEK

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5.Kif taħżen Memantine LEK

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Memantine LEK u gћalxiex jintuża

Kif jaħdem Memantine LEK

Memantine LEK jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini magħrufa bħala mediċini kontra d-dimenzja. It-telf tal-memorja fil-marda ta’ Alzheimer jiġi minħabba disturbi fis-sinjali tal-messaġġi fil-moħħ. Il-moħħ fih l-hekk imsejjħa riċetturi-N-mthyl D-aspartate (NMDA) li jieħdu sehem fit-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri importanti għat-tagħlim u l-memorja. Memantine LEK jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu antagonisti tar-riċettur-NMDA. Memantine LEK jaħdem fuq dawn ir- riċetturi-NMDA u jtejjeb it-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri u l-memorja.

Għalxiex jintuża Memantine LEK

Memantine LEK jintuża għall-kura ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer minn moderata għal severa.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Memantine LEK

Tieħux Memantine LEK:

-jekk inti allerġiku għal memantine hydrochloride jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina

(elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

-jekk fil-passat kellek aċċessjonijiet ta’ epilessija

-jekk ftit ilu kellek xi infart mijokardijaku (attakk f’qalbek), jew jekk qed tbati minn insuffiċjenza tal-qalb konġestiva jew minn pressjoni għolja li ma tistax tikkontrollha (pressjoni għolja tad-demm).

F’dawn il-każijiet il-kura għandha tkun sorveljata bir-reqqa, u l-benefiċċju kliniku ta’ Memantine LEK jiġi evalwat mill-ġdid mit-tabib tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tbati minn indeboliment renali (problemi bil-kliewi) it-tabib tiegħek għandu jżommlok il-funzjoni tal-kliewi taħt osservazzjoni mill-qrib u jekk ikun hemm bżonn jadatta d-dożi ta’ memantine kif ikun jixraq.

L-użu ta’ prodotti mediċinali msejjħa amantadine (għat-trattament tal-marda ta’ Parkinson), ketamine (sustanza li ġeneralment tingħata bħala loppju), dextromethorphan (ġeneralment użata għas-sogħla) u antagonisti oħra ta’ NMDA fl-istess ħin għandu jkun evitat.

Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk dan l-aħħar bdilt id-dieta tiegħek jew bi ħsiebek tibdel id-dieta tiegħek b’mod sostanzjali (eż minn dieta normali għal waħda veġetarjana stretta) jew jekk qed tbati minn stat ta’ aċidożi tubulari renali (RTA, jiżdiedu s-sustanzi li jiffurmaw l-aċidu fid-demm minħabba funzjoni ħażina renali (funzjonament ħażin tal-kliewi)) jew infezzjonijiet severi tal-passaġġ awrinarju, (struttura li ġġorr l-awrina) għax it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża tal-mediċina tiegħek.

Tfal u adolexxenti

Memantine LEK mhux rakkomandat fit-tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Memantine

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra. Anki dawk mingħajr riċetta.

B’mod partikolari, Memantine LEK jista’ jibdel l-effetti tal-mediċini li ġejjin u d-doża tagħhom jista’ jkollha bżonn tinbidel mit-tabib tiegħek.

amantadine, ketamine, dextromethorphan dantrolene, baclofen

cimetidine, ranitidine, procainamide, quinidine, quinine, nicotine hydrochlorothiazide (jew kwalunkwe kombinazzjoni ma’ hydrochlorothiazide)

antikolinerġiċi (sustanzi li ġeneralment jintużaw għall-kura ta’ disturbi fil-movimenti jew spażmi fl-imsaren)

mediċini kontra l-aċċessjonijiet (mediċini li jintużaw biex ikunu evitati jew iserrħu l-aċċessjonijiet) barbiturati (sustanzi li ġeneralment jintużaw biex jgħinuk torqod)

agonisti dopaminerġiċi (sustanzi bħal L-dopa, bromocriptine) newrolettiċi (sustanzi li jintużaw għall-kura ta’ disturbi tal-moħħ) mediċini orali kontra l-koagulazzjoni tad-demm

Jekk tmur l-isptar għarraf lit-tabib tiegħek li qed tieħu Memantine LEK

Tqala u Treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

L-użu ta’ memantine f’nisa waqt it-tqala mhux rakkomandat.

Nisa li qed jieħdu Memantine LEK m’għandhomx ireddgħu.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

It-tabib tiegħek ser jgħidlek jekk il-marda tiegħek tħallikx issuq u tħaddem magni b’mod sigur. Minbarra hekk, Memantine LEK jista’ jibdillek il-ħila biex tirreaġixxi, u għalhekk ma jkunx xieraq li ssuq jew tħaddem magni.

3.Kif gћandek tieћu Memantine LEK

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Dożaġġ

Id-doża rakkomandata ta’ Memantine LEK għall-adulti u pazjenti anzjani hija 20 mg darba kuljum. Sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ effetti sekondarji din id-doża tinkiseb bil-mod bl-iskema ta’ kura ta’ kuljum kif ġej:

ġimgħa 1

nofs pillola ta’ 10 mg

 

 

ġimgħa 2

pillola waħda ta’ 10 mg

 

 

ġimgħa 3

pillola u nofs ta’ 10mg

 

 

minn ġimgħa 4

żewġ pilloli ta’ 10 mg jew

’l quddiem

1 pillola waħda ta20 mg

 

darba kuljum

 

 

Id-doża tas-soltu tal-bidu hija nofs pillola ta 10mg darba kuljum (1x5 mg) għall-ewwel ġimgħa. Din tiżdied għal pillola ta 10mg waħda darba kuljum (1 x10 mg) fit-tieni ġimgħa u għal pillola 1 u nofs ta 10mg darba kuljum fit-tielet ġimgħa. Id-doża ta’ manteniment rakkomandata hi ta’ 20 mg darba kuljum, li tintlaħaq fil-bidu tar-raba’ ġimgħa.

Dożaġġ f’pazjenti b’indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi

Jekk għandek indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi, it-tabib tiegħek ser jiddeċiedi dwar doża li tkun tixraq għal kundizzjoni tiegħek. F’dan il-każ, il-funzjoni tal-kliewi għandha tkun eżaminata mit-tabib tiegħek f’intervalli speċifikati.

Kif jingħata

Memantine LEK għandha tingħata b’mod orali darba kuljum Biex tikseb benefiċċju mil-mediċina tiegħek, għandek tkompli teħodha kuljum fl-istess ħin tal-ġurnata. Il-pilloli għandhom jinbelgħu ma’ ftit ilma. Il-pilloli jistgħu jittieħdu ma’ l-ikel jew fuq stonku vojt.

Kemm għandha ddum il-kura

Kompli ħu Memantine LEK sakemm tibqa tikseb benefiċċju minnu. It-tabib tiegħek għandu jevalwa l- kura tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tieħu Memantine LEK aktar milli suppost

-B’mod ġenerali, meta tieħu wisq Memantine LEK m’għandha tiġrilek l-ebda ħsara. Jista’ jkollok aktar sintomi li hemm imsemmija f’sezzjoni 4. “Effetti sekondarji li jista’ jkollu”.

-Jekk tieħu doża eċċessiva kbira ta’ Memantine LEK, għamel kuntatt mat-tabib tiegħek jew ikseb parir mediku, għax jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.

Jekk tinsa tieħu Memantine LEKJekk tinduna li nsejt tieħu doża ta’ Memantine LEK, stenna u ħu d- doża li jmissek fil-ħin tas-soltu.

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-medicina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Memantine LEK jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

B’mod ġenerali, l-effetti sekondarji li jidhru jkunu ħfief għal moderati.

Komuni (jaffettwa minn 1 sa 10 utenti f’100):

• Uġigħ ta’ ras, ngħas, stitkezza, testijiet tal-funzjoni tal-fwied għoljin, sturdament, disturbi tal- bilanċ, qtugħ ta’ nifs, pressjoni għolja tad-demm u sensittivita' eċċessiva għal-mediċini.

Mhux komuni (jaffettwa 1 f’1000 persuna):

Għeja, infezzjonijiet tal-moffa, konfużjoni, alluċinazzjonijiet, rimettar, mixja anormali, insuffiċjenza tal-qalb u emboli tad-demm fil-vini (trombożi/tromboemboliżmu)

Rari ħafna (jaffettwa anqas minn 1 f’10,000 persuna):

• Aċċessjonijiet.

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli):

• Infjammazzjoni tal-frixa, infjammazzjoni tal-fwied (epatite) u reazzjonijiet psikotiċi

Il-marda ta’ Alzheimer kienet assoċjata ma’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju u suwiċidju. Dawn il-kazijiet gew irrapurtati minn pazjenti li hadu Memantine LEK.

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett..

5.Kif taħżen Memantine LEK

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax Memantin LEK wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ta’ xi kundizzjonijet ta’ ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Memantine LEK:

Is-sustanza attiva hi memantine hydrochloride.

Kull pillola miksija b’rita fiha 10 mg memantine hydrochloride li hi ekwivalenti għal 8.31 mg memantine.

Kull pillola miksija b’rita fiha 20 mg memantine hydrochloride li hi ekwivalenti għal 16.62 mg memantine

Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola: microcrystalline cellulose, croscarmellose sodium, colloidal anhydrous silica u magnesium stearate.

10mg:

Kisja tal-pillola: Polyvinyl alcohol, Titanium dioxide (E 171), Talc, Macrogol 3350, Iron oxide isfar (E 172)

20mg:

Kisja tal-pillola: Polyvinyl alcohol, Titanium dioxide (E 171), Talc, Macrogol 3350, Iron oxide isfar (E 172), Iron oxide red (E 172)

Id-Dehra ta’ Memantine LEK u l-kontenuti tal-pakkett:

Memantine Lek 10 mg pilloli miksija b'rita huma ppreżentati bħala pillola miksija isfar, b'forma ovali skorja fuq naħa waħda. Il-pillola tista 'tinqasam f'nofsijiet indaqs.

Memantine Lek 20 mg pilloli miksija b'rita huma ppreżentati bħala pallida, ovali aħmar pillola miksija b'rita skorja fuq naħa waħda. Il-linja skorja m’hijiex maħsuba għat-tkissir tal-pillola.

Memantine Lek 10 mg pilloli miksija b'rita huma disponibbli f'folji PVC / PVDC-Aluminju ta '28, 30, 42, 50, 56, 60, 98, 100 u 112 pillola.

Memantine Lek 20 mg pilloli miksija b'rita huma disponibbli fil-PVC / PVDC-aluminju f'pakketti ta 'folji ta' 28, 30, 42, 56, 98 u 100 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Pharmathen S.A., 6, Dervenakion str., 15351 Pallini, Attiki, Greċja

Manifattur:

Pharmathen S.A , 6, Dervenakion str., 15351 Pallini, Attiki, Il-Greċja or

Pharmathen International S.A., Industrial Park Sapes, Rodopi Prefecture, Block No 5, Rodopi 69300,

Greċja or

Lek Pharmaceuticals d.d., Verovškova 57, 1526 Ljubljana, Slovenja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Sandoz n.v./s.a.

Sandoz Pharmaceuticals d.d.

Tél/Tel: +32 2 722 97 81

Tel: + 370 5 2636 037

България

Luxembourg/Luxemburg

Sandoz d.d Representative office

Sandoz n.v./s.a.

Teл.: + 359 2 970 47 47

Tel: + 32 2 722 97 81

Česká republika

Magyarország

Sandoz s.r.o.

Sandoz Hungária Kft.

Tel: + +420 221 421 658

Tel.: + 36 1 430 2896

Danmark

Malta

Sandoz A/S

Cherubino LTD

Tel: + 45 6395 1000

Tel: + 356 21 343 270

Deutschland

Nederland

Sandoz Pharmaceuticals GmbH

Sandoz B.V.

Tel: + 49 08024 902-4513

Tel: + 31 (0)36 5241600

Eesti

Norge

Sandoz d.d. Estonia

Sandoz A/S

Tel: + 372 6652405

Tlf: + 45 6395 1000

Ελλάδα

Österreich

Sambrook Pharmaceuticals Med SA

Sandoz GmbH

800 110 0333 (toll free) / +30-210-8194280

Tel: + 43 5338 200

España

Polska

Sandoz Farmacéutica, S.A.

Lek S.A.

Tel: + 34 91 740 12 92

Tel.: + 48 /22/ 549 15 43, +48 /22/ 549 07 24

France

Portugal

Sandoz

Sandoz Farmacêutica Lda.

+33 1 49 64 48 21

Tel: + 351 21 000 87 81

Hrvatska

România

Sandoz d.o.o.

Sandoz SRL Romania

Tel: +385 1 23 53 111

Tel: + 40 21 407 51 83

Ireland

Slovenija

ROWEX LTD

Lek Pharmaceuticals d.d.

Tel: + 353 27 50077

Tel: + 386 1 580 3327

Ísland

Slovenská republika

Sandoz A/S

Sandoz d.d. organizacna zlozka

Tel: + 45 6395 1000

Tel: + 421-2/48 200 600

Italia

Suomi/Finland

Sandoz S.p.A.

Sandoz A/S

Tel: + 39 02 96 54 3483–

Puh/Tel: + 45 6395 1000

Κύπρος

Sverige

P.T.Hadjigeorgiou Co Ltd

Sandoz A/S

Τηλ: + 357 – 25372425

Tel: + 45 6395 1000

Latvija

United Kingdom

Sandoz d.d. representative office Latvia.

Sandoz Limited

Tel: + 371 6789 2006

Tel: + 44 1276 698020

Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’ {XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini (EMA) http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati