Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Memantine Mylan (memantine hydrochloride) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N06DX01

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaMemantine Mylan
Kodiċi ATCN06DX01
Sustanzamemantine hydrochloride
ManifatturGenerics [UK] Limited

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Memantine Mylan 10 mg pilloli miksijin b’rita.

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola miksija b’rita fiha 10 mg memantine hydrochloride ekwivalenti għal 8.31 mg memantine.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita.

Pillola miksija b’rita ta’ kulur isfar skur, b’form a oblunga b’tarf ġej għal xejn xejn, bikonvessa, imnaqqxa b’“ME” fuq in-na ħa tax-xellug tas-sinjal minn fejn tista’ taqsam u “ 10” fuq in-na ħa tal- lemin tas-sinjal minn fejn tista’ taqsam fuq naħa waħda tal-pillola u sinjal minn fejn tista’ taqsam fuq in-naħa l-oħra.

Il-pillola tista’ tinqasam f’do żijiet indaqs.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kura ta’ pazjenti adulti bil-marda ta’ Alzheimer mo derata għal severa.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif g ħandu jingħata

Il-kura għandha tibda tingħata u tibqa taħt superviżjoni ta’ tabib li jkollu esperjenza bid-dijanjo żi u l- kura tad-dimenzja ta’ Alzheimer.

Pożoloġija

It-terapija għandha tinbeda biss jekk ikun hemm persuna li timmoniterja t-teħid tal-prodott mediċinali mill-pazjent. Id-dijanjożi għandha ssir skond il-linji gwida li hemm bħalissa. It-tolleranza u d-dożaġġ ta’ memantine għandhom jerġgħu jiġu vvalutati fuq bażi regolari, preferibbilment fi żmien tliet xhur mill-bidu tal-kura. Wara dan, il-benefiċċju kliniku ta’ memantine u t-tolleranza tal-pazjent għall-kura għandhom jerġgħu jiġu vvalutati fuq bażi regolari skond il-linji gwida li hemm bħalissa. Il-kura ta’ manteniment tista’ tkompli sakemm ikun hemm benefiċċju terapewtiku favorevoli u sakemm il-pazjent jibqa’ jittollera l-kura b’memantine. It-twaqqif ta ’ memantine għandu jiġi kkunsidrat meta ma tibqa’ tidher l-ebda evidenza ta’ effett terapewtiku jew il-pazjent ma jittollerax il-kura.

Adulti

Tittrazzjoni tad-doża

Id-doża massima ta’ kuljum hija ta’ 20 mg kuljum. Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti mhux mixtieqa d-doża ta’ manteniment tinkiseb billi tittella’ bil-mod minn doża ta’ 5 mg fil-ġimgħa għall-ewwel 3 ġimgħat kif ġej:

L-1 ġimgħa (jum 1-7):

Il-pazjent għandu jieħu nofs pillola miksija b’rita ta’ 10 mg kuljum (5 m g) għal 7 t’ijiem.

It-2 ġimgħa (jum 8-14):

Il-pazjent għandu jieħu pillola miksija b’rita ta’ 10 mg (10 mg) kuljum g ħal 7 t’ijiem.

It-3 ġimgħa (jum 15-21):

Il-pazjent għandu jieħu pillola miksija b’rita waħda u nofs ta’ 10 mg (15 mg) kuljum għal 7 ijiem.

Mir-4 ġimgħa ’l quddiem:

Il-pazjent għandu jieħu żewġ pilloli miksija b’rita ta’ 10 mg (20 mg) kuljum.

Doża ta’ manteniment

Id-doża rakkomandata hi ta’ 20 mg kuljum.

Anzjani

Minn studji kliniċi, id-doża rakkomandata għal pazjenti li għandhom ’l fuq minn 65 sena hija 20 mg kuljum (żewġ 10 mg pilloli miksijin b’rita darba kuljum) kif sp jegat hawn fuq.

Indeboliment renali

F’pazjenti b’funzjoni renali indebolita b’mod ħafif (tneħħija tal-kreatinina 50-80 ml/min) m’hemmx bżonn li tinbidel id-doża. F’pazjenti b’indeboliment renali moderat (tne ħħija tal-kreatinina 30 – 49 ml/min) id-doża għandha tkun 10 mg kuljum. Jekk il-pazjent ikun jittollerha sew wara mill-anqas 7 ijiem ta’ kura, id-do ża tista’ ti ġi miżjuda sa 20 mg/jum skond l-iskema standard ta’ kif għandha tiżdied. F’pazjenti b’indeboliment sever renali (tne ħħija tal-kreatinina 5-29 ml/min) id-doża ta’ kuljum għandha tkun 10 mg kuljum.

Indeboliment epatiku

F’pazjenti b’indeboliment epatiku ħafif għal moderat (Child-Pugh A u Child-Pugh B) m’hemmx bżonn ta’ tibdil fid-do żaġġ. M’hemmx tagħrif dwar l-użu ta’ memantine f’pazjenti b’indeboliment epatiku sever. It-teħid ta’ Memantine Mylan mhux rakkomandat f’pazjenti li għandhom indeboliment epatiku sever.

Popolazzjoni pedjatrika

Dejta mhux disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Memantine Mylan għandu jingħata mill-ħalq darba kuljum u għandu jittieħed fl-istess ħin kuljum. Il- pilloli miksija b’rita jistgħu jittieħdu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività e ċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Hija rakkomandata l-attenzjoni f’pazjenti li jbatu b’epilessija, passat ta’ a ċċessjonijiet jew pazjenti li għandhom fatturi li minħabba fihom ikollhom tendenza għall-epilessija.

L-użu fl-istess ħin ta’ antagonisti-N-methyl-D-aspartate (NMDA) bħal amantadine, ketamine jew dextromethorphan għandu jkun evitat. Dawn is-sustanzi jaħdmu fuq l-istess sistema ta’ riċettur bħal memantine, u għalhekk effetti avversi (l-aktar relatati mas-sistema nervuża ċentrali (SNĊ)) jistgħu jseħħu b’mod aktar frekwenti jew aktar bil-qawwa (ara wkoll sezzjoni 4.5).

Xi fatturi li jistgħu jgħollu l-pH ta’ l-awrina (ara sezzjoni 5.2 “Eliminazz joni”) jistg ħu jeħtieġu monitoraġġ bir-reqqa tal-pazjent. Dawn il-fatturi jinkludu bidla drastika tad-dieta, eż. minn dieta li

tinkludi l-laħam għal waħda veġetarjana, jew it-teħid ta’ ammonti kbar ta’ buffers gastri ċi alkalini. Minbarra hekk, il-pH ta’ l-awrina tista’ titla min ħabba każijiet ta’ aċidożi tubulari renali (RTA) jew infezzjonijiet severi tal-passaġġ awrinarju b’batterji Proteus.

Fil-parti l-kbira tal-provi kliniċi, pazjenti li ftit qabel kellhom infart mijokardijaku, insuffiċjenza mhux kompensata tal-qalb konġestiva (NYHA III-IV), jew pressjoni għolja mhux kontrollata kienu esklużi. Minħabba f’hekk hemm tagħrif limitat u pazjenti b’dawn il-kondizzjonijiet għandhom jinżammu taħt superviżjoni mill-qrib.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Minħabba l-effetti farmakoloġiċi u l-mekkaniżmu ta’ kif jaħdem memantine, jistgħu jseħħu dawn l- interazzjonijiet li ġejjin:

Il-mod kif jaħdem jindika li l-effeti ta’ L-Dopa, agonisti dopaminerġiċi, u antikolinerġiċi jistgħu jkunu aktar qawwija meta jingħataw flimkien ma’ antagonisti ta’ NMDA b ħal memantine. L-effetti ta’ barbiturati u newrolettiċi jistgħu jiddgħajjfu. Meta memantine jingħata flimkien ma’ mediċini antispasmodiċi, dantolene jew baclofen, jista’ jibdlilhom l-effetti tagħhom u jista’ jkun hemm bżonn ta’ bidla fid-do ża.

L-użu ta’ memantine u amantadine għandu jkun evitat, minħabba r-riskju ta’ psikożi farmakotossika. Iż-żewġ sustanzi huma antagonsiti-NMDA kimikament relatati. Dan jista’ jgħodd ukoll għal ketamine u dextromethorphan (ara wkoll sezzjoni 4.4). Hemm rapport wieħed ta’ ka ż li kien publikat dwar riskju li jista’ jkun hemm meta memantine jingħata ma’ phenytoin.

Sustanzi attivi oħra bħal cimetidine, ranitidine, procainamide, quinidine, quinine u nicotine li jużaw l-istess sistema ta’ trasport ketajoniku renali bħal amantadine jistgħu ukoll jinteraġixxu ma’ memantine u b’hekk jista’ jkun hemm riskju ta’ live lli ogħla fil-plażma.

Jista’ jkun hemm possibilità ta’ livelli ta’ hydro chlorthiazide (HCT) imnaqqsa fis-serum meta memantine jingħata ma’ HCT jew kwalunkwe taħlita ma’ HCT.

Fl-esperjenza wara t-tqegħid fis-suq, każijiet iżolati b’żidiet fil-proporzjon internazzjonali normalizzat (INR) kienu rrappurtati f’pazjenti li kienu qed jingħataw fl-istess waqt warfarin. Għalkemm ma ġietx stabilita r-relazzjoni mal-kawża, monitoraġġ tal-ħin ta’ protrombin jew INR ikun aħjar għal pazjenti li jkunu qed jiġu kkurati b’mediċini kontra l-koagulazzjoni orali.

Fi studji farmakokinetiċi b’do ża waħda (PK) f’żgħażagħ b’saħħithom, ma dehrietx interazzjoni bejn sustanza attiva u oħra ta’memantine ma’ glyburide/metformin jew donepez il.

Fi studju kliniku li sar fuq pazjenti żgħażagħ b’saħħithom ma dehrx effett rilevanti ta’ memantine fuq il-farmakokinetika ta’ galantamine.

Memantine m’għamilx impediment fuq CYP 1A2, 2A6, 2C9, 2D6, 2E1, 3A, monoxygenase li fih flavin, epoxide hydrolase jew sulfejxin in vitro.

4.6Fertilità, tqala u treddig ħ

Tqala

Mhemmx dejta jew hemm dejta limitata dwar l-użu tamemantine fnisa tqal. Studji fl-annimali jindikaw li jista’ jeffettwa kemm jikber fl-utru b’ livelli ta’ esponiment, li huma identiċi jew ikunu ħarira ogħla mill-esponiment fil-bniedem (ara sezzjoni 5.3). Ir-riskju li jista’ jkun hemm fuq in-nies, mhux magħruf. Memantine m’għandux jintuża waqt it-tqala sakemm ma jkunx hemm bżonn ċar.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk memantine jiġix eliminat fil-ħalib tas-sider tal-bniedem, iżda meta tqies kemm hija lipofilika s-sustanza, probabbli li dan iseħħ. Nisa li jkunu qed jieħdu memantine m’għandhomx ireddgħu.

Fertilità

L-ebda reazzjonijiet avversi ta’ memantine ma ġew osservati fuq il-fertilità tal-ir ġiel u n-nisa.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Il-marda ta’ Alzheimer moderata għal severa normalment ma tħallix persuna ssuq tajjeb u l-ħila ta’ l- użu ta’ makkinarji tiġi kompromessa. Minbarra hekk, memantine għandha effett minn minuri sa moderata fuq il-ħila biex issuq u tuża magni u għalhekk pazjenti outpatients għandhom ikunu mwissija biex joqgħodu aktar attenti.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Fi provi kliniċi f’pazjenti b’dimenzja ħafifa għal moderata, b’1,784 pazjent ikkurat b’memantine Mylan u 1,595 pazjent ikkurat bi plaċebo, ir-rata globali ta’ reazzjonijiet avversi li seħħew b’memantine ma kinitx differenti min dik tal-pla ċebo; ir-reazzjoniiet avversi ġeneralment kienu ħfief għal moderati fil-qawwa. L-aktar każijiet reazzjonijiet avversi li seħħew ta’ spiss fil-grupp ta’ memantine milli fil-grupp tal-plaċebo kienu sturdament (6.3% vs 5.6%, rispettivament), uġigħ ta’ ras (5.2% vs 3.9%), stitikezza (4.6% vs 2.6%), ngħas (3.4% vs 2.2%) u pressjoni għolja (4.1% vs 2.8%).

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin elenkati fit-Tabella hawn taħt kienu miġbura fi studji kliniċi b’memantine u minn meta tpoggiet fis-suq.

Ir-reazzjonijiet avversi huma kklassifikati skont is-sistema tal-klassifika tal-organi bl-użu tal- konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (1/10), komuni (1/100 sa < 1/10), mhux komuni (1/1,000 sa < 1/100), rari (1/10,000 sa < 1/1,000), rari ħafna (< 1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). F’kull sezzjoni ta’ fr ekwenza, l-effetti mhux mixtieqa għandhom jitniżżlu skond is-serjetà tag ħhom. L-effetti li huma l-aktar serji għandhom jitniżżlu l- ewwel, segwiti minn dawk anqas serji.

Sistema tal-klassifika tal-

Frekwenza

Reazzjoni avversa

organi

 

 

Infezzjonijiet u

Mhux komuni

Infezzjonijiet tal-moffa

infestazzjonijiet

 

 

Disturbi fis-sistema immuni

Komuni

Sensittivita' eċċessiva għal- mediċini

 

 

 

Disturbi psikjatriċi

Komuni

Ngħas

 

 

 

 

Mhux komuni

Konfużjoni

 

 

 

 

Mhux komuni

Alluċinazzjonijiet1

 

 

 

 

Mhux magħruf

Reazzjonijiet psikotiċi2

 

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Sturdament

 

 

 

 

Komuni

Disturbi tal-bilanċ

 

 

 

 

Mhux komuni

Mixja anormali

 

 

 

 

Rari ħafna

Aċċessjonijiet

 

 

 

Disturbi fil-qalb

Mhux komuni

Insuffiċjenza kardijaka

 

 

 

Disturbi vaskulari

Komuni

Pressjoni għolja

 

 

 

 

Mhux komuni

Trombożi fil-vini/trombo- emboliżmu

 

 

 

Disturbi respiratorji, toraċiċi u

Komuni

Qtugħ ta’ nifs

medjastinali

 

 

Disturbi gastro-intestinali

Komuni

Stitikezza

 

 

 

 

Mhux komuni

Rimettar

 

 

 

 

Mhux magħruf

Pankrejatite2

 

 

 

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Komuni

Test tal-funzjoni tal-fwied għoli

 

 

 

 

Mhux magħruf

Epatite

 

 

 

Disturbi ġenerali u

Komuni

Uġigħ ta’ ras

kondizzjonijiet ta’ mnejn

 

 

jingħata

 

 

 

Mhux komuni

Għeja

 

 

 

1Alluċinazzjonijiet dehru l-aktar f’pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer severa.

2Każijiet iżolati rrappurtati f’esperjenza wara t-tqegħid fis-suq

Il-marda ta’ Alzheimer kienet assoċjata ma’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju u suwiċidju. Fl- esperjenza ta’ wara t-tqegħid dawn ir-reazzjonijiet ġew irrappurtati f’pazjenti kkurati b’memantine.

Rappurtar tareazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Hemm biss esperjenza limitata b’do ża eċċessiva minn studji kliniċi u esperjenza wara t-tqegħid fis-suq.

Sintomi

Dożi eċċessivi relattivament għoljin (200 mg u 105 mg/jum għal 3-ijiem, rispettivament) kienu assoċjati ma’ sintomi ta’ g ħeja biss, dgħjufija u/jew dijarea jew ma ebda sintomu. Fil-każijiet ta’ do ża eċċessiva taħt il-140 mg jew doża mhux magħrufa il-pazjenti wrew sintomi li kienu ġejjin mis- sistema nervuża ċentrali (konfużjoni, tħeddil, ngħas, vertiġini, aġitazzjoni, imġieba aggressiva, alluċinazzjoni, u disturbi fil-qagħda tal-mixi) u/jew ta’ natura gastro-intestinali (rimettar u dijarea).

Fl-aktar każ estrem ta’ do ża eċċessiva, il-pazjent irnexxielu jibqa ħaj meta ħa b’mod orali 2000 mg memantine b’effetti fuq is-sistema nervu ża ċentrali (koma għal 10 ijiem, u wara kellu diplopja u aġitazzjoni). Il-pazjent irċieva kura għas-sintomi u plażmafereżi. Il-pazjent irkupra mingħajr ma kellu konsegwenzi permanenti.

F’ka ż ieħor ta’ do ża eċċessiva kbira, il-pazjent ukoll baqa ħaj u rkupra. Il-pazjent kien irċieva 400 mg memantine b’mod orali. Il-pazjent kellu sintomi fuq is-sistema nervuża ċentrali fosthom, irrikwitezza, psikożi, alluċinazzjonijiet tal-vista, pro-aċċessjonijiet, ngħas, sturdament u telf mis-sensi.

Kura

F’ka ż ta’ do ża eċċessiva, għandha tingħata kura għas-sintomi. M’hemmx antidotu spe ċifiku għal intossikazzjoni jew doża eċċessiva. Proċeduri standard kliniċi biex titneħħa s-sustanza attiva, eż. tlaħliħ ta’ l-istonku, mediċinali-karbo (li ma jħallux ir-riċirkolazzjoni entero-epatika), l-aċidifikazzjoni ta’ l-awrina, id-dijure żi forzata għandhom jintużaw kif ikun jixraq.

F’ka ż ta’ sinjali u sintomi ta’ simulazzjoni e ċċessiva tas-Sistema Nervuża Ċentrali (SNĊ) ġenerali, għandha titqies kura klinika tas-sintomi bir-reqqa.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Psikoalattetiċi, mediċini oħrajn kontra d-dimenzja, Kodiċi ATC: N06DX01.

Aktar evidenza qed tindika li l-funzjoni ħażina ta’ newrotrasmissjoni glutamaterġika, b’mod partikolari fir-riċetturi-NMDA, jagħtu kontribut kemm għall-espressjoni tas-sintomi kif ukoll għall- avvanz ta’ dimenzja newrodiġenerattiva.

Memantine huwa anatagonist mhux kompetittiv b’affinità moderata g ħar-riċettur-NMDA li jiddipendi mill-vultaġġ. Jibdel l-effetti ta’ livelli toniċi għoljin b’mod patolo ġiku ta’ glutamate li jistgħu jwasslu għal funzjoni ħażin tan-newroni.

Studji kliniċi

Studju pivitali b’terapija wa ħda f’popolazzjoni ta’ pazjenti li kienu qed ibatu m ill-marda ta’ Alzheimer moderata għal severa (eżami żgħir ħafna ta’ l-istat mentali (MMSE) punte ġġ totali fil- linja bażi ta’ 3- 14) kien jinkludi 252 outpatient. L-istudju wera effetti tajbin tal-kura b’memantine meta mqabbla ma’ plaċebo mas-6 xahar (analiżi tal-każijiet għall-impressjoni ta’ bidla skond l- intervista tat-tabib (CIBIC-plus): p=0.025; studju kooperattiv tal-marda ta’ Alzheimer (ADCS- ADLsev): p=0.003; Batterija ta’ indeboliment sever (SIB): p=0.002).

Studju pivitali b’terapija wa ħda ta’ memantine fil-kura tal-marda ta’ Alzheimer ħafifa għal moderata (punteġġ totali ta’ MMSE mal-linja bażi ta’ 10 sa 22) kien jinkludi 403 pazjent. Pazjenti kkurati b’memantine wrew effett statistikament a ħjar mill-pazjenti ikkurati bi plaċebo fuq il-fini primarji: Skala ta’ assessjar tal-marda ta’ Alzheimer ADAS-co g (p=0.003) u CIBIC-plus (p=0.004) f’Ġimgħa 24 bl-aħħar osservazzjoni miġjuba ’l quddiem (LOCF). Fi studju ieħor b’terapija waħda għal marda ta’ Alzheimer ħafifa għal moderata, total ta’ 470 pazjent (punteġġi totali MMSE mal-linja bażi ta’ 11-23) kienu randomizzati. Fl-ewwel analiżi li kienet definita minn qabel, sinifikat statistiku ma ntlaħaqx mal- fini ewlieni ta’ l-effikaċja f’ ġimgħa 24.

Analiżi-meta ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer moderat a għal severa (total tal-punteġġi MMSE < 20) minn sitt studji ta’ fażi III kontrollati bi plaċebo li damu 6-xhur (inklużi studji b’monoterapija u studji b’pazjenti fuq do ża stabbli ta’ inibituri ta’ acetylcholinesterase) w riet li kien hemm effett

statistikament sinifikanti favur il-kura b’memantin e fil-qasam ta’ l-għarfien, globali u funzjonali. Meta pazjenti deher li marru għall-agħar fit-tlett oqsma, ir-riżultati wrew effett statistikament sinifikanti ta’ memantine biex jevita li jmorru għall-agħar, darbtejn aktar mill-pazjenti ikkurati bi plaċebo hekk kif pazjenti kkurati b’memantine marru għall-agħar fit-tlett oqsma (21% vs. 11%, p<0.0001).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Memantine għandu bijodisponibilità assoluta ta’ madwar 100%. t max hija bejn 3 u 8 sigħat. M’hemmx indikazzjoni li l-ikel jeffettwa l-assorbiment ta’ memantine.

Distribuzzjoni

Dożi ta’ 20 mg kuljum jwasslu għal konċentrazzjonijiet ta’ memantine fil-plażma fi stat fiss f’medda ta’ bejn 70 sa 150 ng/ml (0.5 – 1µmol) b’varjazzjon ijiet kbar bejn individwu.u ieħor. Meta ngħataw dożi ta’ 5 sa 30 mg kuljum, il-proporzjon tal-medja ta’ fluwidu ċerebrospinali CSF/serum kien kalkolat 0.52. Il-volum ta’ distribuzzjoni huwa madwar 10 l/kg. Madwar 45% ta’ memantine jeħel mal-proteini tal-plażma.

Bijotrasformazzjoni

Fil-bniedem, madwar 80% tal-materjal li għandu x’jaqsam ma’ memantine li jkun fi ċ-ċirkolazzjoni jinsab bħala s-sustanza mhux mibdula. Il-metaboli ewlenin fil-bniedem huma N-3,5-dimethyl- gludantan, it-taħlita ta’ 4- u 6-hydroxy-memantine, u 1-nitroso-3,5-dimethyl-adamantane. L-ebda wieħed minn dawn il-metaboli m’għandu attività antagonista g ħal NMDA. Ma nstab l-ebda metaboliżmu katalizzat minn cytochrome P 450 in vitro.

Fi studju b’14C-memantine mogħti b’mod orali, medja ta’ 84% tad-do ża kienet irkuprata fi żmien 20 jum, aktar minn 99% tneħħiet ma’ l-awrina.

Eliminazzjoni

Memantine jitneħħa b’mod mono-esponenzjali b’ t ½ terminali ta’ 60 sa 100 siegħa. F’voluntiera b’funzjoni tal-kliewi normali, it-tneħħija totali (Cltot) kienet 170 ml/min/1.73 m2 u parti mit-tneħħija renali totali tinkiseb b’sekrezzjoni tubulari.

Proċess renali ieħor jinvolvi ri-assorbiment tubulari, probabbli permezz ta’ proteini ta’ trasport katajoniċi. Ir-rata ta’ eliminazzjoni renali ta’ memantine t aħt kondizzjonijiet ta’ awrina alkalina tista’ titnaqqas b’fattur ta’ 7 g ħal 9 (ara sezzjoni 4.4). L-awrina tista’ ssir alkalina minn bidliet drastiċi fid- dieta, eż. minn dieta li tinkludi l-laħam għal waħda veġetarjana, jew it-teħid ta’ ammonti kbar ta’ buffers gastriċi alkalini.

Linearità

Studji f’voluntiera wrew farmakokinetika linejari f’medda ta’ do żi minn 10 sa 40 mg.

Relazzjoni farmakokinetika/farmakodinamika

B’do ża ta’ 20 mg memantine kuljum il-livelli ta’ CSF qab lu mal-valur-ki (ki = kostanti ta’ l- impediment) ta’ memantine, li hija 0.5µmol fil-kort iċi anterjuri tal-bniedem.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Fi studji fuq perijodu qasir f’firien, memantine b ħal antagonisti NMDA oħrajn, stimola il-formazzjoni ta’ vacuoles fin-newroni u nekro żi (leżjonijiet Olney) biss wara dożi li wasslu għal konċentrazzjonijiet li kellhom quċċata għolja ħafna. Atassja u sinjali ta’ qabel l-u żu kliniku oħrajn seħħew qabel ma ffurmaw il-vacuoles fin-newroni u n-nekrożi. Peress li l-effetti la dehru fi studji fit-tul f’annimali gerriema u lanqas f’annimali mhux gerriema, ir-relevanza ta’ dawn ir-riżultati mhumiex magħrufa.

Bidliet fl-għajnejn dehru b’mod mhux konsistenti fi studji dwar tossiċità b’do żi ripetuti f’annimali gerriema u klieb, iżda mhux fix-xadini. Studji speċifiċi oftalmoskopiċi fl-istudji kliniċi b’memantine ma wrew l-ebda bidliet fl-għajnejn.

Fosfolipidożi f’makrofaġi fil-pulmun minħabba l-akkumulazzjoni ta’ memantine f’liso żomi ġiet osservata f’annimali ġerriema. Dan l-effett hu magħruf minn sustanzi attivi oħra b’karatteristiċi amfifiliċi katajoniċi. Hemm relazzjoni possibbli bejn din l-akkumulazzjoni u l-vakwolizzazzjoni osservata fil-pulmun. Dan l-effett deher biss f’do żi għoljin f’annimali gerriema. Ir-rilevanza klinika ta’ dawn ir-riżultati m’humiex magħrufa.

Ma ġietx osservata l-ebda tossiċità g ħal ġeni wara testijiet b’memantine f’assa ġġi standard. Ma kienx hemm evidenza ta’ riskju ta’ tumuri fi studji fi ġrieden u firien tul ħajjithom kollha. Memantine ma kienx teratoġeniku fil-firien u fniek, anki meta d-dożi kienu tossiċi għall-omm, u l-ebda effetti avversi ma dehru b’memantine fuq il-fertilità. Fil-firien, tnaqqis fit-tkabbir tal-fetu deher b’livelli ta’ esponiment, li huma daqs jew ħarira ogħla mill-esponiment fil-bniedem.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Qalba tal-pillola

Cellulose microcrystalline

Croscarmellose sodium

Magnesium stearate

Talc

Silica colloidal anhydrous

Kisja tal-pillola

Polydextrose (E1200)

Titanium dioxide (E171)

Hypromellose 3cP (E464)

Hypromellose 6cP (E464)

Hypromellose 50cP (E464)

Iron oxide isfar (E172)

Macrogol 400 (E1521)

Macrogol 8000 (E1521)

Indigo carmine aluminium lake (E132)

Iron oxide red (E172)

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Rita ċara tal-PVC-PVdC b’folji b’lidding foil tal-aluminj u li tista’ timbuttah f’daqsijiet tal-pakketti ta’

7, 10, 14, 28, 28 × 1, 30, 42, 50, 56, 56 × 1, 60,

70, 84, 98, 98 × 1, 100, 100 × 1 jew 112-pillola mi ksija

b’rita. Id-daqsijiet tal-pakketti ta’ 28 × 1, 56 ×

1, 98 × 1 u 100 × 1 pillola miksija b’rita huma

ppreżentati f’rita ċara tal-PVC-PVdC b’folji tad-do ża tal-unità b’lidding foil tal-aluminju li tista’ timbuttah perforati.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Generics [UK] Limited

Station Close

Potters Bar

Hertfordshire EN6 1TL

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/13/827/001

EU/1/13/827/002

EU/1/13/827/003

EU/1/13/827/004

EU/1/13/827/005

EU/1/13/827/006

EU/1/13/827/007

EU/1/13/827/008

EU/1/13/827/009

EU/1/13/827/010

EU/1/13/827/011

EU/1/13/827/012

EU/1/13/827/013

EU/1/13/827/014

EU/1/13/827/015

EU/1/13/827/016

EU/1/13/827/017

EU/1/13/827/018

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 22 ta’ April, 2013

10.DATA TA’ META ĠIET RIVEDUTA L-KITBA

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Memantine Mylan 20 mg pilloli miksijin b’rita.

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola miksija b’rita fiha 20 mg memantine hydrochloride ekwivalenti għal 16.62 mg memantine.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita.

Pillola miksija b’rita ta’ kulur a ħmar, b’tarf ġej għal xejn xejn, bikonvessa, imnaqqxa b’“ME” fuq naħa waħda tal-pillola u “20” fuq in-na ħa l-oħra.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kura ta’ pazjenti adulti bil-marda ta’ Alzheimer mo derata għal severa.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif g ħandu jingħata

Il-kura għandha tibda tingħata u tibqa taħt superviżjoni ta’ tabib li jkollu esperjenza bid-dijanjo żi u l- kura tad-dimenzja ta’ Alzheimer.

Pożoloġija

It-terapija għandha tinbeda biss jekk ikun hemm persuna li timmoniterja t-teħid tal-prodott mediċinali mill-pazjent. Id-dijanjożi għandha ssir skond il-linji gwida li hemm bħalissa. It-tolleranza u d-dożaġġ ta’ memantine għandhom jerġgħu jiġu vvalutati fuq bażi regolari, preferibbilment fi żmien tliet xhur mill-bidu tal-kura. Wara dan, il-benefiċċju kliniku ta’ memantine u t-tolleranza tal-pazjent għall-kura għandhom jerġgħu jiġu vvalutati fuq bażi regolari skond il-linji gwida li hemm bħalissa. Il-kura ta’ manteniment tista’ tkompli sakemm ikun hemm benefiċċju terapewtiku favorevoli u sakemm il-pazjent jibqa’ jittollera l-kura b’memantine. It-twaqqif ta ’ memantine għandu jiġi kkunsidrat meta ma tibqa’ tidher l-ebda evidenza ta’ effett terapewtiku jew il-pazjent ma jittollerax il-kura.

Adulti

Tittrazzjoni tad-doża

Id-doża massima ta’ kuljum hija ta’ 20 mg kuljum. Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti mhux mixtieqa d-doża ta’ manteniment tinkiseb billi tittella’ bil-mod minn doża ta’ 5 mg fil-ġimgħa għall-ewwel 3 ġimgħat kif ġej:

L-1 ġimgħa (jum 1-7):

Il-pazjent għandu jieħu nofs pillola miksija b’rita ta’ 10 mg kuljum (5 m g) għal 7 t’ijiem.

It-2 ġimgħa (jum 8-14):

Il-pazjent għandu jieħu pillola miksija b’rita ta’ 10 mg (10 mg) kuljum g ħal 7 t’ijiem.

It-3 ġimgħa (jum 15-21):

Il-pazjent għandu jieħu pillola miksija b’rita waħda u nofs ta’ 10 mg (15 mg) kuljum għal 7 ijiem.

Mir-4 ġimgħa ’l quddiem:

Il-pazjent għandu jieħu żewġ pilloli miksija b’rita ta’ 20 mg kuljum.

Doża ta’ manteniment

Id-doża rakkomandata hi ta’ 20 mg kuljum

Anzjani

Minn studji kliniċi, id-doża rakkomandata għal pazjenti li għandhom ’l fuq minn 65 sena hija 20 mg kuljum (żewġ 10 mg pilloli miksijin b’rita darba kuljum) kif sp jegat hawn fuq.

Indeboliment renali

F’pazjenti b’funzjoni renali indebolita b’mod ħafif (tneħħija tal-kreatinina 50-80 ml/min) m’hemmx bżonn li tinbidel id-doża. F’pazjenti b’indeboliment renali moderat (tne ħħija tal-kreatinina 30 – 49 ml/min) id-doża għandha tkun 10 mg kuljum. Jekk il-pazjent ikun jittollerha sew wara mill-anqas 7 ijiem ta’ kura, id-do ża tista’ ti ġi miżjuda sa 20 mg/jum skond l-iskema standard ta’ kif għandha tiżdied. F’pazjenti b’indeboliment sever renali (tne ħħija tal-kreatinina 5-29 ml/min) id-doża ta’ kuljum għandha tkun 10 mg kuljum.

Indeboliment epatiku

F’pazjenti b’indeboliment epatiku ħafif għal moderat (Child-Pugh A u Child-Pugh B) m’hemmx bżonn ta’ tibdil fid-do żaġġ. M’hemmx tagħrif dwar l-użu ta’ memantine f’pazjenti b’indeboliment epatiku sever. It-teħid ta’ Memantine Mylan mhux rakkomandat f’pazjenti li għandhom indeboliment epatiku sever.

Popolazzjoni pedjatrika

Dejta mhux disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Memantine Mylan għandu jingħata mill-ħalq darba kuljum u għandu jittieħed fl-istess ħin kuljum. Il- pilloli miksija b’rita jistgħu jittieħdu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività e ċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Hija rakkomandata l-attenzjoni f’pazjenti li jbatu b’epilessija, passat ta’ a ċċessjonijiet jew pazjenti li għandhom fatturi li minħabba fihom ikollhom tendenza għall-epilessija.

L-użu fl-istess ħin ta’ antagonisti-N-methyl-D-aspartate (NMDA) bħal amantadine, ketamine jew dextromethorphan għandu jkun evitat. Dawn is-sustanzi jaħdmu fuq l-istess sistema ta’ riċettur bħal memantine, u għalhekk effetti avversi (l-aktar relatati mas-sistema nervuża ċentrali (SNĊ)) jistgħu jseħħu b’mod aktar frekwenti jew aktar bil-qawwa (ara wkoll sezzjoni 4.5).

Xi fatturi li jistgħu jgħollu l-pH ta’ l-awrina (ara sezzjoni 5.2 “Eliminazz joni”) jistg ħu jeħtieġu monitoraġġ bir-reqqa tal-pazjent. Dawn il-fatturi jinkludu bidla drastika tad-dieta, eż. minn dieta li tinkludi l-laħam għal waħda veġetarjana, jew it-teħid ta’ ammonti kbar ta’ buffers gastri ċi alkalini. Minbarra hekk, il-pH ta’ l-awrina tista’ titla min ħabba każijiet ta’ aċidożi tubulari renali (RTA) jew infezzjonijiet severi tal-passaġġ awrinarju b’batterji Proteus.

Fil-parti l-kbira tal-provi kliniċi, pazjenti li ftit qabel kellhom infart mijokardijaku, insuffiċjenza mhux kompensata tal-qalb konġestiva (NYHA III-IV), jew pressjoni għolja mhux kontrollata kienu esklużi. Minħabba f’hekk hemm tagħrif limitat u pazjenti b’dawn il-kondizzjonijiet għandhom jinżammu taħt superviżjoni mill-qrib.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Minħabba l-effetti farmakoloġiċi u l-mekkaniżmu ta’ kif jaħdem memantine, jistgħu jseħħu dawn l- interazzjonijiet li ġejjin:

Il-mod kif jaħdem jindika li l-effeti ta’ L-Dopa, agonisti dopaminerġiċi, u antikolinerġiċi jistgħu jkunu aktar qawwija meta jingħataw flimkien ma’ antagonisti ta’ NMDA b ħal memantine. L-effetti ta’ barbiturati u newrolettiċi jistgħu jiddgħajjfu. Meta memantine jingħata flimkien ma’ mediċini antispasmodiċi, dantolene jew baclofen, jista’ jibdlilhom l-effetti tagħhom u jista’ jkun hemm bżonn ta’ bidla fid-do ża.

L-użu ta’ memantine u amantadine għandu jkun evitat, minħabba r-riskju ta’ psikożi farmakotossika. Iż-żewġ sustanzi huma antagonsiti-NMDA kimikament relatati. Dan jista’ jgħodd ukoll għal ketamine u dextromethorphan (ara wkoll sezzjoni 4.4). Hemm rapport wieħed ta’ ka ż li kien publikat dwar riskju li jista’ jkun hemm meta memantine jingħata ma’ phenytoin.

Sustanzi attivi oħra bħal cimetidine, ranitidine, procainamide, quinidine, quinine u nicotine li jużaw l-istess sistema ta’ trasport ketajoniku renali bħal amantadine jistgħu ukoll jinteraġixxu ma’ memantine u b’hekk jista’ jkun hemm riskju ta’ live lli ogħla fil-plażma.

Jista’ jkun hemm possibilità ta’ livelli ta’ hydro chlorthiazide (HCT) imnaqqsa fis-serum meta memantine jingħata ma’ HCT jew kwalunkwe taħlita ma’ HCT.

Fl-esperjenza wara t-tqegħid fis-suq, każijiet iżolati b’żidiet fil-proporzjon internazzjonali normalizzat (INR) kienu rrappurtati f’pazjenti li kienu qed jingħataw fl-istess waqt warfarin. Għalkemm ma ġietx stabilita r-relazzjoni mal-kawża, monitoraġġ tal-ħin ta’ protrombin jew INR ikun aħjar għal pazjenti li jkunu qed jiġu kkurati b’mediċini kontra l-koagulazzjoni orali.

Fi studji farmakokinetiċi b’do ża waħda (PK) f’żgħażagħ b’saħħithom, ma dehrietx interazzjoni bejn sustanza attiva u oħra ta’memantine ma’ glyburide/metformin jew donepez il.

Fi studju kliniku li sar fuq pazjenti żgħażagħ b’saħħithom ma dehrx effett rilevanti ta’ memantine fuq il-farmakokinetika ta’ galantamine.

Memantine m’għamilx impediment fuq CYP 1A2, 2A6, 2C9, 2D6, 2E1, 3A, monoxygenase li fih flavin, epoxide hydrolase jew sulfejxin in vitro.

4.6Fertilità, tqala u treddig ħ

Tqala

Mhemmx dejta jew hemm dejta limitata dwar l-użu tamemantine fnisa tqal. Studji fl-annimali jindikaw li jista’ jeffettwa kemm jikber fl-utru b’ livelli ta’ esponiment, li huma identiċi jew ikunu ħarira ogħla mill-esponiment fil-bniedem (ara sezzjoni 5.3). Ir-riskju li jista’ jkun hemm fuq in-nies, mhux magħruf. Memantine m’għandux jintuża waqt it-tqala sakemm ma jkunx hemm bżonn ċar.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk memantine jiġix eliminat fil-ħalib tas-sider tal-bniedem, iżda meta tqies kemm hija lipofilika s-sustanza, probabbli li dan iseħħ. Nisa li jkunu qed jieħdu memantine m’għandhomx ireddgħu.

Fertilità

L-ebda reazzjonijiet avversi ta’ memantine ma ġew osservati fuq il-fertilità tal-ir ġiel u n-nisa.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Il-marda ta’ Alzheimer moderata għal severa normalment ma tħallix persuna ssuq tajjeb u l-ħila ta’ l- użu ta’ makkinarji tiġi kompromessa. Minbarra hekk, memantine għandha effett minn minuri sa moderata fuq il-ħila biex issuq u tuża magni u għalhekk pazjenti outpatients għandhom ikunu mwissija biex joqgħodu aktar attenti.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Fi provi kliniċi f’pazjenti b’dimenzja ħafifa għal moderata, b’1,784 pazjent ikkurat b’memantine Mylan u 1,595 pazjent ikkurat bi plaċebo, ir-rata globali ta’ reazzjonijiet avversi li seħħew b’memantine ma kinitx differenti min dik tal-pla ċebo; ir-reazzjoniiet avversi ġeneralment kienu ħfief għal moderati fil-qawwa. L-aktar każijiet reazzjonijiet avversi li seħħew ta’ spiss fil-grupp ta’ memantine milli fil-grupp tal-plaċebo kienu sturdament (6.3% vs 5.6%, rispettivament), uġigħ ta’ ras (5.2% vs 3.9%), stitikezza (4.6% vs 2.6%), ngħas (3.4% vs 2.2%) u pressjoni għolja (4.1% vs 2.8%).

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin elenkati fit-Tabella hawn taħt kienu miġbura fi studji kliniċi b’memantine u minn meta tpoggiet fis-suq.

Ir-reazzjonijiet avversi huma kklassifikati skont is-sistema tal-klassifika tal-organi bl-użu tal- konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (1/10), komuni (1/100 sa < 1/10), mhux komuni (1/1,000 sa < 1/100), rari (1/10,000 sa < 1/1,000), rari ħafna (< 1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). F’kull sezzjoni ta’ fr ekwenza, l-effetti mhux mixtieqa għandhom jitniżżlu skond is-serjetà tag ħhom. L-effetti li huma l-aktar serji għandhom jitniżżlu l- ewwel, segwiti minn dawk anqas serji.

Sistema tal-klassifika tal-

Frekwenza

Reazzjoni avversa

organi

 

 

Infezzjonijiet u

Mhux komuni

Infezzjonijiet tal-moffa

infestazzjonijiet

 

 

Disturbi fis-sistema immuni

Komuni

Sensittivita' eċċessiva għal- mediċini

 

 

 

Disturbi psikjatriċi

Komuni

Ngħas

 

 

 

 

Mhux komuni

Konfużjoni

 

 

 

 

Mhux komuni

Alluċinazzjonijiet1

 

 

 

 

Mhux magħruf

Reazzjonijiet psikotiċi2

 

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Sturdament

 

 

 

 

Komuni

Disturbi tal-bilanċ

 

 

 

 

Mhux komuni

Mixja anormali

 

 

 

 

Rari ħafna

Aċċessjonijiet

 

 

 

Disturbi fil-qalb

Mhux komuni

Insuffiċjenza kardijaka

 

 

 

Disturbi vaskulari

Komuni

Pressjoni għolja

 

 

 

 

Mhux komuni

Trombożi fil-vini/trombo- emboliżmu

 

 

 

Disturbi respiratorji, toraċiċi u

Komuni

Qtugħ ta’ nifs

medjastinali

 

 

Disturbi gastro-intestinali

Komuni

Stitikezza

 

 

 

 

Mhux komuni

Rimettar

 

 

 

 

Mhux magħruf

Pankrejatite2

 

 

 

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Komuni

Test tal-funzjoni tal-fwied għoli

 

 

 

 

Mhux magħruf

Epatite

 

 

 

Disturbi ġenerali u

Komuni

Uġigħ ta’ ras

kondizzjonijiet ta’ mnejn

 

 

jingħata

 

 

 

Mhux komuni

Għeja

 

 

 

1Alluċinazzjonijiet dehru l-aktar f’pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer severa.

2Każijiet iżolati rrappurtati f’esperjenza wara t-tqegħid fis-suq

Il-marda ta’ Alzheimer kienet assoċjata ma’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju u suwiċidju. Fl- esperjenza ta’ wara t-tqegħid dawn ir-reazzjonijiet ġew irrappurtati f’pazjenti kkurati b’memantine.

Rappurtar tareazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Hemm biss esperjenza limitata b’do ża eċċessiva minn studji kliniċi u esperjenza wara t-tqegħid fis-suq.

Sintomi

Dożi eċċessivi relattivament għoljin (200 mg u 105 mg/jum għal 3-ijiem, rispettivament) kienu assoċjati ma’ sintomi ta’ g ħeja biss, dgħjufija u/jew dijarea jew ma ebda sintomu. Fil-każijiet ta’ do ża eċċessiva taħt il-140 mg jew doża mhux magħrufa il-pazjenti wrew sintomi li kienu ġejjin mis- sistema nervuża ċentrali (konfużjoni, tħeddil, ngħas, vertiġini, aġitazzjoni, imġieba aggressiva, alluċinazzjoni, u disturbi fil-qagħda tal-mixi) u/jew ta’ natura gastro-intestinali (rimettar u dijarea).

Fl-aktar każ estrem ta’ do ża eċċessiva, il-pazjent irnexxielu jibqa ħaj meta ħa b’mod orali 2000 mg memantine b’effetti fuq is-sistema nervu ża ċentrali (koma għal 10 ijiem, u wara kellu diplopja u aġitazzjoni). Il-pazjent irċieva kura għas-sintomi u plażmafereżi. Il-pazjent irkupra mingħajr ma kellu konsegwenzi permanenti.

F’ka ż ieħor ta’ do ża eċċessiva kbira, il-pazjent ukoll baqa ħaj u rkupra. Il-pazjent kien irċieva 400 mg memantine b’mod orali. Il-pazjent kellu sintomi fuq is-sistema nervuża ċentrali fosthom, irrikwitezza, psikożi, alluċinazzjonijiet tal-vista, pro-aċċessjonijiet, ngħas, sturdament u telf mis-sensi.

Kura

F’ka ż ta’ do ża eċċessiva, għandha tingħata kura għas-sintomi. M’hemmx antidotu spe ċifiku għal intossikazzjoni jew doża eċċessiva. Proċeduri standard kliniċi biex titneħħa s-sustanza attiva, eż. tlaħliħ ta’ l-istonku, mediċinali-karbo (li ma jħallux ir-riċirkolazzjoni entero-epatika), l-aċidifikazzjoni ta’ l-awrina, id-dijure żi forzata għandhom jintużaw kif ikun jixraq.

F’ka ż ta’ sinjali u sintomi ta’ simulazzjoni e ċċessiva tas-Sistema Nervuża Ċentrali (SNĊ) ġenerali, għandha titqies kura klinika tas-sintomi bir-reqqa.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Psikoalattetiċi, mediċini oħrajn kontra d-dimenzja, Kodiċi ATC: N06DX01.

Aktar evidenza qed tindika li l-funzjoni ħażina ta’ newrotrasmissjoni glutamaterġika, b’mod partikolari fir-riċetturi-NMDA, jagħtu kontribut kemm għall-espressjoni tas-sintomi kif ukoll għall- avvanz ta’ dimenzja newrodiġenerattiva.

Memantine huwa anatagonist mhux kompetittiv b’affinità moderata g ħar-riċettur-NMDA li jiddipendi mill-vultaġġ. Jibdel l-effetti ta’ livelli toniċi għoljin b’mod patolo ġiku ta’ glutamate li jistgħu jwasslu għal funzjoni ħażin tan-newroni.

Studji kliniċi

Studju pivitali b’terapija wa ħda f’popolazzjoni ta’ pazjenti li kienu qed ibatu m ill-marda ta’ Alzheimer moderata għal severa (eżami żgħir ħafna ta’ l-istat mentali (MMSE) punte ġġ totali fil- linja bażi ta’ 3- 14) kien jinkludi 252 outpatient. L-istudju wera effetti tajbin tal-kura b’memantine meta mqabbla ma’ plaċebo mas-6 xahar (analiżi tal-każijiet għall-impressjoni ta’ bidla skond l- intervista tat-tabib (CIBIC-plus): p=0.025; studju kooperattiv tal-marda ta’ Alzheimer (ADCS- ADLsev): p=0.003; Batterija ta’ indeboliment sever (SIB): p=0.002).

Studju pivitali b’terapija wa ħda ta’ memantine fil-kura tal-marda ta’ Alzheimer ħafifa għal moderata (punteġġ totali ta’ MMSE mal-linja bażi ta’ 10 sa 22) kien jinkludi 403 pazjent. Pazjenti kkurati b’memantine wrew effett statistikament a ħjar mill-pazjenti ikkurati bi plaċebo fuq il-fini primarji: Skala ta’ assessjar tal-marda ta’ Alzheimer ADAS-co g (p=0.003) u CIBIC-plus (p=0.004) f’

Ġimgħa 24 bl-aħħar osservazzjoni miġjuba ’l quddiem (LOCF). Fi studju ieħor b’terapija waħda għal marda ta’ Alzheimer ħafifa għal moderata, total ta’ 470 pazjent (punte ġġi totali MMSE mal-linja bażi ta’ 11-23) kienu randomizzati. Fl-ewwel analiżi li kienet definita minn qabel, sinifikat statistiku ma ntlaħaqx mal-fini ewlieni ta’ l-effika ċja f’ ġimgħa 24.

Analiżi-meta ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer moderat a għal severa (total tal-punteġġi MMSE < 20) minn sitt studji ta’ fa żi III kontrollati bi plaċebo li damu 6-xhur (inklużi studji b’monoterapija u studji b’pazjenti fuq do ża stabbli ta’ inibituri ta’ acetylcholinesterase) w riet li kien hemm effett statistikament sinifikanti favur il-kura b’memantin e fil-qasam ta’ l-għarfien, globali u funzjonali. Meta pazjenti deher li marru għall-agħar fit-tlett oqsma, ir-riżultati wrew effett statistikament sinifikanti ta’ memantine biex jevita li jmorru għall-agħar, darbtejn aktar mill-pazjenti ikkurati bi plaċebo hekk kif pazjenti kkurati b’memantine marru għall-agħar fit-tlett oqsma (21% vs. 11%, p<0.0001).

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Memantine għandu bijodisponibilità assoluta ta’ madwar 100%. t max hija bejn 3 u 8 sigħat. M’hemmx indikazzjoni li l-ikel jeffettwa l-assorbiment ta’ memantine.

Distribuzzjoni

Dożi ta’ 20 mg kuljum jwasslu għal konċentrazzjonijiet ta’ memantine fil-plażma fi stat fiss f’medda ta’ bejn 70 sa 150 ng/ml (0.5 – 1µmol) b’varjazzjon ijiet kbar bejn individwu.u ieħor. Meta ngħataw dożi ta’ 5 sa 30 mg kuljum, il-proporzjon tal-medja ta’ fluwidu ċerebrospinali CSF/serum kien kalkolat 0.52. Il-volum ta’ distribuzzjoni huwa madwar 10 l/kg. Madwar 45% ta’ memantine jeħel mal-proteini tal-plażma.

Bijotrasformazzjoni

Fil-bniedem, madwar 80% tal-materjal li għandu x’jaqsam ma’ memantine li jkun fi ċ-ċirkolazzjoni jinsab bħala s-sustanza mhux mibdula. Il-metaboli ewlenin fil-bniedem huma N-3,5-dimethyl- gludantan, it-taħlita ta’ 4- u 6-hydroxy-memantine, u 1-nitroso-3,5-dimethyl-adamantane. L-ebda wieħed minn dawn il-metaboli m’għandu attività antagonista g ħal NMDA. Ma nstab l-ebda metaboliżmu katalizzat minn cytochrome P 450 in vitro.

Fi studju b’14C-memantine mogħti b’mod orali, medja ta’ 84% tad-do ża kienet irkuprata fi żmien 20 jum, aktar minn 99% tneħħiet ma’ l-awrina.

Eliminazzjoni

Memantine jitneħħa b’mod mono-esponenzjali b’ t ½ terminali ta’ 60 sa 100 siegħa. F’voluntiera b’funzjoni tal-kliewi normali, it-tneħħija totali (Cltot) kienet 170 ml/min/1.73 m2 u parti mit-tneħħija renali totali tinkiseb b’sekrezzjoni tubulari.

Proċess renali ieħor jinvolvi ri-assorbiment tubulari, probabbli permezz ta’ proteini ta’ trasport katajoniċi. Ir-rata ta’ eliminazzjoni renali ta’ memantine t aħt kondizzjonijiet ta’ awrina alkalina tista’ titnaqqas b’fattur ta’ 7 g ħal 9 (ara sezzjoni 4.4). L-awrina tista’ ssir alkalina minn bidliet drastiċi fid- dieta, eż. minn dieta li tinkludi l-laħam għal waħda veġetarjana, jew it-teħid ta’ ammonti kbar ta’ buffers gastriċi alkalini.

Linearità

Studji f’voluntiera wrew farmakokinetika linejari f’medda ta’ do żi minn 10 sa 40 mg.

Relazzjoni farmakokinetika/farmakodinamika

B’do ża ta’ 20 mg memantine kuljum il-livelli ta’ CSF qab lu mal-valur-ki (ki = kostanti ta’ l- impediment) ta’ memantine, li hija 0.5µmol fil-kort iċi anterjuri tal-bniedem.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Fi studji fuq perijodu qasir f’firien, memantine b ħal antagonisti NMDA oħrajn, stimola il-formazzjoni ta’ vacuoles fin-newroni u nekro żi (leżjonijiet Olney) biss wara dożi li wasslu għal konċentrazzjonijiet li kellhom quċċata għolja ħafna. Atassja u sinjali ta’ qabel l-u żu kliniku oħrajn seħħew qabel ma ffurmaw il-vacuoles fin-newroni u n-nekrożi. Peress li l-effetti la dehru fi studji fit-tul f’annimali gerriema u lanqas f’annimali mhux gerriema, ir-relevanza ta’ dawn ir-riżultati mhumiex magħrufa.

Bidliet fl-għajnejn dehru b’mod mhux konsistenti fi studji dwar tossiċità b’do żi ripetuti f’annimali gerriema u klieb, iżda mhux fix-xadini. Studji speċifiċi oftalmoskopiċi fl-istudji kliniċi b’memantine ma wrew l-ebda bidliet fl-għajnejn.

Fosfolipidożi f’makrofaġi fil-pulmun minħabba l-akkumulazzjoni ta’ memantine f’liso żomi ġiet osservata f’annimali ġerriema. Dan l-effett hu magħruf minn sustanzi attivi oħra b’karatteristiċi amfifiliċi katajoniċi. Hemm relazzjoni possibbli bejn din l-akkumulazzjoni u l-vakwolizzazzjoni osservata fil-pulmun. Dan l-effett deher biss f’do żi għoljin f’annimali gerriema. Ir-rilevanza klinika ta’ dawn ir-riżultati m’humiex magħrufa.

Ma ġietx osservata l-ebda tossiċità g ħal ġeni wara testijiet b’memantine f’assa ġġi standard. Ma kienx hemm evidenza ta’ riskju ta’ tumuri fi studji fi ġrieden u firien tul ħajjithom kollha. Memantine ma kienx teratoġeniku fil-firien u fniek, anki meta d-dożi kienu tossiċi għall-omm, u l-ebda effetti avversi ma dehru b’memantine fuq il-fertilità. Fil-firien, tnaqqis fit-tkabbir tal-fetu deher b’livelli ta’ esponiment, li huma daqs jew ħarira ogħla mill-esponiment fil-bniedem.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Qalba tal-pillola

Cellulose microcrystalline

Croscarmellose sodium

Magnesium stearate

Talc

Silica colloidal anhydrous

Kisja tal-pillola

Polydextrose (E1200)

Titanium dioxide (E171)

Hypromellose 3cP (E464)

Hypromellose 6cP (E464)

Hypromellose 50cP (E464)

Iron oxide red (E172)

Macrogol 400 (E1521)

Macrogol 8000 (E1521)

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Rita ċara tal-PVC-PVdC b’folji b’lidding foil tal-aluminj u li tista’ timbuttah f’daqsijiet tal-pakketti ta’

7, 10, 14, 28, 28 × 1, 30, 42, 50, 56, 56 × 1, 60,

70, 84, 98, 98 × 1, 100, 100 × 1 jew 112-pillola mi ksija

b’rita. Id-daqsijiet tal-pakketti ta’ 28 × 1, 56 ×

1, 98 × 1 u 100 × 1 pillola miksija b’rita huma

ppreżentati f’rita ċara tal-PVC-PVdC b’folji tad-do ża tal-unità b’lidding foil tal-aluminju li tista’ timbuttah perforati.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Generics [UK] Limited

Station Close

Potters Bar

Hertfordshire EN6 1TL

Ir-Renju Unit

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/13/827/019

EU/1/13/827/020

EU/1/13/827/021

EU/1/13/827/022

EU/1/13/827/023

EU/1/13/827/024

EU/1/13/827/025

EU/1/13/827/026

EU/1/13/827/027

EU/1/13/827/028

EU/1/13/827/029

EU/1/13/827/030

EU/1/13/827/031

EU/1/13/827/032

EU/1/13/827/033

EU/1/13/827/034

EU/1/13/827/035

EU/1/13/827/036

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 22 ta’ April, 2013

10.DATA TA’ META ĠIET RIVEDUTA L-KITBA

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati