Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Memantine ratiopharm (memantine hydrochloride) – Fuljett ta’ tagħrif - N06DX01

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaMemantine ratiopharm
Kodiċi ATCN06DX01
Sustanzamemantine hydrochloride
ManifatturRatiopharm GmbH

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Memantine ratiopharm 10 mg pilloli miksijin b’rita

Memantine hydrochloride

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Memantine ratiopharm u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Memantine ratiopharm

3.Kif għandek tieħu Memantine ratiopharm

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Memantine ratiopharm

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Memantine ratiopharm u gћalxiex jintuża

Kif jaħdem Memantine ratiopharm

Memantine ratiopharm jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini magħrufa bħala mediċini kontra d- dimenzja.

It-telf tal-memorja fil-marda ta’ Alzheimer jiġi minħabba disturbi fis-sinjali tal-messaġġi fil-moħħ. Il-moħħ fih l-hekk imsejjħa riċetturi-N-methyl-D-aspartate (NMDA) li jieħdu sehem fit-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri importanti għat-tagħlim u l-memorja. Memantine ratiopharm jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu antagonisti tar-riċettur-NMDA. Memantine ratiopharm jaħdem fuq dawn ir-riċetturi-NMDA u jtejjeb it-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri u l-memorja.

Għalxiex jintuża Memantine ratiopharm

Memantine ratiopharm jintuża għall-kura ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer minn moderata għal severa.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Memantine ratiopharm

Tiħux Memantine ratiopharm:

jekk inti allerġiku għal memantine hydrochloride, karawett jew sojja jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Memantine ratiopharm:

jekk fil-passat kellek aċċessjonijiet/epilessija

jekk ftit ilu kellek xi infart mijokardijaku (attakk f’qalbek), jew jekk qed tbati minn

insuffiċjenza tal-qalb konġestiva jew minn pressjoni għolja li ma tistax tikkontrollaha (pressjoni għolja tad-demm)

F’dawn il-każijiet il-kura għandha tkun issorveljata bir-reqqa, u l-benefiċċju kliniku ta’ Memantine ratiopharm jiġi evalwat mill-ġdid mit-tabib tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tbati minn indeboliment tal-kliewi (problemi fil-kliewi), it-tabib tiegħek għandu jżommlok il- funzjoni tal-kliewi taħt osservazzjoni mill-qrib u jekk ikun hemm bżonn jadatta d-dożi ta’ memantine kif ikun jixraq.

L-użu ta’ prodotti mediċinali msejjħa

amantadine (għat-trattament tal-marda ta’ Parkinson),

ketamine (sustanza li ġeneralment tingħata bħala loppju),

dextromethorphan (ġeneralment użat għas-sogħla) u

antagonisti oħra ta’ NMDA

fl-istess ħin għandu jkun evitat.

Tfal u adolexxenti

Memantine ratiopharm mhux irrakkomandat fit-tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Memantine ratiopharm

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu/tuża, ħadt/użajt dan l-aħħar jew tista’ tieħu/tuża xi mediċini oħra.

B’mod partikolari, Memantine ratiopharm jista’ jibdel l-effetti tal-mediċini li ġejjin u d-doża tagħhom jista’ jkollha bżonn timbidel mit-tabib tiegħek.

amantadine, ketamine, dextromethorphan

dantrolene, baclofen

cimetidine, ranitidine, procainamide, quinidine, quinine, nicotine

hydrochlorothiazide (jew kwalunkwe kombinazzjoni ma’ hydrochlorothiazide)

antikolinerġiċi (sustanzi li ġeneralment jintużaw għall-kura ta’ disturbi fil-movimenti jew spażmi fl-imsaren)

mediċini kontra l-aċċessjonijiet (mediċini li jintużaw biex ikunu evitati jew iserrħu l- aċċessjonijiet)

barbiturati (sustanzi li ġeneralment jintużaw biex jgħinuk torqod)

agonisti dopaminerġiċi ( sustanzi bħal L-dopa, bromocriptine)

newrolettiċi (sustanzi li jintużaw għall-kura ta’ disturbi tal-moħħ)

mediċini orali kontra l-koagulazzjoni tad-demm

Jekk tmur l-isptar għarraf lit-tabib tiegħek li qed tieħu Memantine ratiopharm.

Memantine ratiopharm ma’ ikel u xorb

Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk dan l-aħħar bdilt id-dieta tiegħek jew bi ħsiebek tibdel id-dieta tiegħek b’mod sostanzjali (eż minn dieta normali għal waħda veġetarjana stretta) jew jekk qed tbati minn stat ta’ aċidożi tubulari renali (RTA, jiżdiedu s-sustanzi li jiffurmaw l-aċidu fid-demm minħabba funzjoni renali batuta (il-kliewi ma jaħdmux tajjeb)) jew infezzjonijiet severi tal-passaġġ awrinarju (strutura li minnha tgħaddi l-awrina), għax it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża tal- mediċina tiegħek.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

L-użu ta’ memantine f’nisa waqt it-tqala mhux irrakkomandat.

Nisa li qed jieħdu Memantine ratiopharm m’għandhomx ireddgħu.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

It-tabib tiegħek ser jgħidlek jekk il-marda tiegħek tħallikx issuq u tħaddem magni b’mod sigur.

Minbarra hekk, Memantine ratiopharm jista’ jibdillek il-ħila biex tirreaġixxi, u għalhekk ma jkunx xieraq li ssuq jew tħaddem magni.

Memantine ratiopharm fih lactose u soya lecithin

Din il-mediċina fiha l-lactose. Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

Din il-mediċina fiha soya lecithin. Jekk int allerġiku għall-karawett jew sojja, tużax dan il-prodott mediċinali.

3.Kif gћandek tieћu Memantine ratiopharm

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Dożaġġ

Id-doża rakkomandata ta’ Memantine ratiopharm għall-adulti u pazjenti mdaħħlin fiż-żmien hija

20 mg kuljum. Sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ effetti sekondarji din id-doża tinkiseb bil-mod bl-iskema ta’ kura ta’ kuljum kif ġej:

ġimgħa 1

nofs pillola ta’ 10 mg

ġimgħa 2

pillola waħda ta’ 10 mg

ġimgħa 3

pillola u nofs ta’ 10 mg

minn ġimgħa 4 ’l

żewġ pillolli ta’ 10 mg

quddiem

darba kuljum

Id-doża tas-soltu tal-bidu hija nofs pillola darba kuljum (1x 5 mg) għall-ewwel ġimgħa. Din tiżdied għal pillola waħda darba kuljum (1x 10 mg) fit-tieni ġimgħa u għal pillola waħda u nofs darba kuljum fit-tielet ġimgħa. Mir-4 ġimgħa ’l quddiem, id-doża li ġeneralment tingħata hija ta’ żewġ pilloli darba kuljum (1x 20 mg).

Il-pillola tista’ tinqasam f’dożi ndaqs.

Dożaġġ f’pazjenti b’indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi

Jekk għandek indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi, it-tabib tiegħek ser jiddeċiedi dwar doża li tkun tixraq għal kundizzjoni tiegħek. F’dan il-każ, il-funzjoni tal-kliewi għandha tkun eżaminata mit-tabib tiegħek f’intervalli speċifikati.

Kif jingħata

Memantine ratiopharm għandu jingħata b’mod orali darba kuljum. Biex tikseb benefiċċju mill- mediċina tiegħek, għandek tkompli teħodha kuljum fl-istess ħin tal-ġurnata.

Il-pilloli għandhom jinbelgħu ma’ ftit ilma. Il-pilloli jistgħu jittieħdu ma’ l-ikel jew mingħajr ikel.

Kemm għandha ddum il-kura

Kompli ħu Memantine ratiopharm sakemm tibqa’ tikseb benefiċċju. It-tabib tiegħek għandu jevalwa l- kura tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tieħu Memantine ratiopharm aktar milli suppost

Ġeneralment, meta tieħu aktar Memantine ratiopharm milli suppost m’għandha tiġrilek l-ebda

ħsara. Jista’ jkollok aktar sintomi li hemm imsemmija f’sezzjoni 4. “Effetti sekondarji li jista’ jkollu”.

Jekk tieħu doża eċċessiva kbira ta’ Memantine ratiopharm, ikkuntattja lit-tabib tiegħek jew xi tabib ieħor, għax jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.

Jekk tinsa tieħu Memantine ratiopharm

Jekk tinduna li nsejt tieħu doża ta’ Memantine ratiopharm, stenna u ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas-soltu.

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

B’mod ġenerali, l-effetti sekondarji li jidhru jkunu ħfief għal moderati.

Komuni (jaffettwa minn 1 sa 10 utenti f’100):

Uġigħ ta’ ras, ngħas, stitkezza, testijiet tal-funzjoni tal-fwied għoljin, sturdament, disturbi tal- bilanċ, qtugħ ta’ nifs, pressjoni tad-demm għolja u sensittivita' eċċessiva għal-mediċina

Mhux komuni (jaffettwa minn 1 sa 10 utenti f’1,000 ):

Għeja, infezzjonijiet tal-moffa, konfużjoni, alluċinazzjonijiet, rimettar, mixja anormali, Insuffiċjenza kardijaka u emboli tad-demm fil-vini (trombożi/tromboemboliżmu)

Rari ħafna (jaffettwa inqas minn utent 1 f’10,000):

Aċċessjonijiet.

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli):

Infjammazzjoni tal-frixa, infjammazzjoni tal-fwied (epatite) u reazzjonijiet psikotiċi

Il-marda ta’ Alzheimer kienet assoċjata ma’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju u suwiċidju. Dawn il-kazijiet gew irrapurtati minn pazjenti li ħadu memantine.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Memantine ratiopharm

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-pakkett bil-folji wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Pakketti bil-folji

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

Fliexken tal-HDPE

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ta’ xi kundizzjonijet ta’ ħażna speċjali. Iż-żmien kemm idum tajjeb il-prodott wara li l-kontenitur jinfetaħ għall-ewwel darba: 6 xhur

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Memantine ratiopharm

-Is-sustanza attiva hi memantine hydrochloride.

Kull pillola miksija b’rita fiha 10 mg memantine hydrochloride ekwivalenti għal 8.31 mg memantine.

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola

Cellulose microcrystalline (E 460), starch pregelatinised (E 1404), lactose anhydrous, colloidal anhydrous silica (E 551), magnesium stearate (E 470b).

Kisja

Polysorbate 80 (E 433), polyvinyl alcohol (E 1203), titanium dioxide (E 171), talc (E 553b), soya lecithin (E 322), xanthan gum (E 415).

Kif jidher Memantine ratiopharm u l-kontenut tal-pakkett

Pilloli bojod sa bojod jagħtu fil-griż, forma ta’ kapsula (12.5 x 5.6 mm), bikonvessi, b’xaqq fuq naħa waħda minn fejn jistgħu jinqasmu u mnaqqxa b’“10” fuq in-naħa l-oħra.

Memantine ratiopharm hu disponibbli f’pakketti ta’ 10, 14, 21, 28, 30, 42, 50, 56, 98, 100 u 112- il pillola miksija b’rita.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq ratiopharm GmbH

Graf-Arco-Straße 3 89079 Ulm Il-Ġermanja

Manifattur

Merckle GmbH

Ludwig-Merckle-Straße 3

89143 Blaubeuren

Il-Ġermanja

TEVA Pharmaceutical Works Private Limited Company

Pallagi út 13, 4042 Debrecen

L-Ungerija

HBM Pharma s.r.o.

Slabinská 30, 03680 Martin

Is-Slovakkja

Għal kull tagħrif dwar din il-medicina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

UAB “Sicor Biotech“

Tél/Tel: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 0203

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

ratiopharm GmbH

Teл: +359 2 489 95 82

Allemagne/Deutschland

 

Tél/Tel: +49 731 402 02

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva GyógyszergyárZrt.

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland

Tlf: +45 44 98 55 11

L-Irlanda

 

Tel: +353 51 321 740

Deutschland

Nederland

ratiopharm GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: +49 731 402 02

Tel: +31 800 0228 400

Eesti

Norge

UAB “Sicor Biotech“ Eesti filiaal

ratiopharm AS

Tel: +372 661 0801

Tlf: +47 66 77 55 90

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43 1 97 007 0

España

Polska

ratiopharm España, S.A.

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 91 567 29 70

Tel.: +48 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

ratiopharm, Comércio e Indústria de

Tél: +33 1 55 91 78 00

Produtos Farmacêuticos, Lda

 

Tel: +351 21 476 75 50

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel: + 385 1 37 20 000

Tel: +40 21 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 51 321740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

Medical ehf.

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Sími: +354 534 3500

Tel: +421 2 57 26 79 11

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Tel: +39 02 89 17 98 1

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε., Ελλάδα

Teva Sweden AB

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +46 42 12 11 00

Latvija

United Kingdom

UAB “Sicor Biotech“ filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 673 23 666

Tel: +44 1977 628500

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ <{XX/SSSS}> <{xahar SSSS}>

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Memantine ratiopharm 20 mg pilloli miksijin b’rita

Memantine hydrochloride

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Memantine ratiopharm u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Memantine ratiopharm

3.Kif għandek tieħu Memantine ratiopharm

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Memantine ratiopharm

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Memantine ratiopharm u gћalxiex jintuża

Kif jaħdem Memantine ratiopharm

Memantine ratiopharm jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini magħrufa bħala mediċini kontra d- dimenzja.

It-telf tal-memorja fil-marda ta’ Alzheimer jiġi minħabba disturbi fis-sinjali tal-messaġġi fil-moħħ. Il-moħħ fih l-hekk imsejjħa riċetturi-N-methyl-D-aspartate (NMDA) li jieħdu sehem fit-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri importanti għat-tagħlim u l-memorja. Memantine ratiopharm jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu antagonisti tar-riċettur-NMDA. Memantine ratiopharm jaħdem fuq dawn ir-riċetturi-NMDA u jtejjeb it-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri u l-memorja.

Għalxiex jintuża Memantine ratiopharm

Memantine ratiopharm jintuża għall-kura ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer minn moderata għal severa.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Memantine ratiopharm

Tiħux Memantine ratiopharm:

jekk inti allerġiku għal memantine hydrochloride, karawett jew sojja jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Memantine ratiopharm:

jekk fil-passat kellek aċċessjonijiet/epilessija

jekk ftit ilu kellek xi infart mijokardijaku (attakk f’qalbek), jew jekk qed tbati minn

insuffiċjenza tal-qalb konġestiva jew minn pressjoni għolja li ma tistax tikkontrollaha (pressjoni għolja tad-demm)

F’dawn il-każijiet il-kura għandha tkun issorveljata bir-reqqa, u l-benefiċċju kliniku ta’ Memantine ratiopharm jiġi evalwat mill-ġdid mit-tabib tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tbati minn indeboliment tal-kliewi (problemi fil-kliewi), it-tabib tiegħek għandu jżommlok il- funzjoni tal-kliewi taħt osservazzjoni mill-qrib u jekk ikun hemm bżonn jadatta d-dożi ta’ memantine kif ikun jixraq.

L-użu ta’ prodotti mediċinali msejjħa

amantadine (għat-trattament tal-marda ta’ Parkinson),

ketamine (sustanza li ġeneralment tingħata bħala loppju),

dextromethorphan (ġeneralment użat għas-sogħla) u

antagonisti oħra ta’ NMDA

fl-istess ħin għandu jkun evitat.

Tfal u adolexxenti

Memantine ratiopharm mhux irrakkomandat fit-tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Memantine ratiopharm

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu/tuża, ħadt/użajt dan l-aħħar jew tista’ tieħu/tuża xi mediċini oħra.

B’mod partikolari, Memantine ratiopharm jista’ jibdel l-effetti tal-mediċini li ġejjin u d-doża tagħhom jista’ jkollha bżonn timbidel mit-tabib tiegħek.

amantadine, ketamine, dextromethorphan

dantrolene, baclofen

cimetidine, ranitidine, procainamide, quinidine, quinine, nicotine

hydrochlorothiazide (jew kwalunkwe kombinazzjoni ma’ hydrochlorothiazide)

antikolinerġiċi (sustanzi li ġeneralment jintużaw għall-kura ta’ disturbi fil-movimenti jew spażmi fl-imsaren)

mediċini kontra l-aċċessjonijiet (mediċini li jintużaw biex ikunu evitati jew iserrħu l- aċċessjonijiet)

barbiturati (sustanzi li ġeneralment jintużaw biex jgħinuk torqod)

agonisti dopaminerġiċi ( sustanzi bħal L-dopa, bromocriptine)

newrolettiċi (sustanzi li jintużaw għall-kura ta’ disturbi tal-moħħ)

mediċini orali kontra l-koagulazzjoni tad-demm

Jekk tmur l-isptar għarraf lit-tabib tiegħek li qed tieħu Memantine ratiopharm.

Memantine ratiopharm ma’ ikel u xorb

Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk dan l-aħħar bdilt id-dieta tiegħek jew bi ħsiebek tibdel id-dieta tiegħek b’mod sostanzjali (eż minn dieta normali għal waħda veġetarjana stretta) jew jekk qed tbati minn stat ta’ aċidożi tubulari renali (RTA, jiżdiedu s-sustanzi li jiffurmaw l-aċidu fid-demm minħabba funzjoni renali batuta (il-kliewi ma jaħdmux tajjeb)) jew infezzjonijiet severi tal-passaġġ awrinarju (strutura li minnha tgħaddi l-awrina), għax it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża tal- mediċina tiegħek.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

L-użu ta’ memantine f’nisa waqt it-tqala mhux irrakkomandat.

Nisa li qed jieħdu Memantine ratiopharm m’għandhomx ireddgħu.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

It-tabib tiegħek ser jgħidlek jekk il-marda tiegħek tħallikx issuq u tħaddem magni b’mod sigur.

Minbarra hekk, Memantine ratiopharm jista’ jibdillek il-ħila biex tirreaġixxi, u għalhekk ma jkunx xieraq li ssuq jew tħaddem magni.

Memantine ratiopharm fih lactose u soya lecithin

Din il-mediċina fiha l-lactose. Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

Din il-mediċina fiha soya lecithin. Jekk int allerġiku għall-karawett jew sojja, tużax dan il-prodott mediċinali.

3. Kif gћandek tieћu Memantine ratiopharm

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Dożaġġ

Id-doża rakkomandata ta’ Memantine ratiopharm għall-adulti u pazjenti mdaħħlin fiż-żmien hija 20 mg darba kuljum.

Sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ effetti sekondarji din id-doża tinkiseb bil-mod bl-iskema ta’ kura ta’ kuljum kif ġej: Għal tittrazzjoni ’l fuq pilloli ta’ qawwiet oħra huma disponibbli.

Fil-bidu tat-trattament għandek tibda billi tuża pilloli miksija b’rita ta’ Memantine ratiopharm 5 mg darba kuljum. Din id-doża għandha tiżdied kull ġimgħa b’5 mg sakemm id-doża (ta’ manteniment) rrakkomandata tintlaħaq. Id-doża ta’ manteniment rrakkomandata hi ta’ 20 mg darba kuljum, li tintlaħaq fil-bidu tar-raba’ ġimgħa.

Il-pillola tista’ tinqasam f’dożi ndaqs.

Dożaġġ f’pazjenti b’indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi

Jekk għandek indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi, it-tabib tiegħek ser jiddeċiedi dwar doża li tkun tixraq għal kundizzjoni tiegħek. F’dan il-każ, il-funzjoni tal-kliewi għandha tkun eżaminata mit-tabib tiegħek f’intervalli speċifikati.

Kif jingħata

Memantine ratiopharm għandu jingħata b’mod orali darba kuljum. Biex tikseb benefiċċju mill- mediċina tiegħek, għandek tkompli teħodha kuljum fl-istess ħin tal-ġurnata.

Il-pilloli għandhom jinbelgħu ma’ ftit ilma. Il-pilloli jistgħu jittieħdu ma’ l-ikel jew mingħajr ikel.

Kemm għandha ddum il-kura

Kompli ħu Memantine ratiopharm sakemm tibqa’ tikseb benefiċċju. It-tabib tiegħek għandu jevalwa l- kura tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tieħu Memantine ratiopharm aktar milli suppost

Ġeneralment, meta tieħu aktar Memantine ratiopharm milli suppost m’għandha tiġrilek l-ebda

ħsara. Jista’ jkollok aktar sintomi li hemm imsemmija f’sezzjoni 4. “Effetti sekondarji li jista’ jkollu”.

Jekk tieħu doża eċċessiva kbira ta’ Memantine ratiopharm, ikkuntattja lit-tabib tiegħek jew xi tabib ieħor, għax jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.

Jekk tinsa tieħu Memantine ratiopharm

Jekk tinduna li nsejt tieħu doża ta’ Memantine ratiopharm, stenna u ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas-soltu.

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

B’mod ġenerali, l-effetti sekondarji li jidhru jkunu ħfief għal moderati.

Komuni (jaffettwa minn 1 sa 10 utenti f’100):

Uġigħ ta’ ras, ngħas, stitkezza, testijiet tal-funzjoni tal-fwied għoljin, sturdament, disturbi tal- bilanċ, qtugħ ta’ nifs, pressjoni tad-demm għolja u sensittivita' eċċessiva għal-mediċina

Mhux komuni (jaffettwa minn 1 sa 10 utenti f’1,000 ):

Għeja, infezzjonijiet tal-moffa, konfużjoni, alluċinazzjonijiet, rimettar, mixja anormali, Insuffiċjenza kardijaka u emboli tad-demm fil-vini (trombożi/tromboemboliżmu)

Rari ħafna (jaffettwa inqas minn utent 1 f’10,000):

Aċċessjonijiet.

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli):

Infjammazzjoni tal-frixa, infjammazzjoni tal-fwied (epatite) u reazzjonijiet psikotiċi

Il-marda ta’ Alzheimer kienet assoċjata ma’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju u suwiċidju. Dawn il-kazijiet gew irrapurtati minn pazjenti li ħadu memantine.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5. Kif taħżen Memantine ratiopharm

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-pakkett bil-folji wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Pakketti bil-folji

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

Fliexken tal-HDPE

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ta’ xi kundizzjonijet ta’ ħażna speċjali. Iż-żmien kemm idum tajjeb il-prodott wara li l-kontenitur jinfetaħ għall-ewwel darba: 6 xhur

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Memantine ratiopharm

-Is-sustanza attiva hi memantine hydrochloride.

Kull pillola miksija b’rita fiha 20 mg memantine hydrochloride li hi ekwivalenti għal 16.62 mg memantine.

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola

Cellulose microcrystalline (E 460), starch pregelatinised (E 1404), lactose anhydrous, colloidal anhydrous silica (E 551), magnesium stearate (E 470b).

Kisja

Polysorbate 80 (E 433), polyvinyl alcohol (E 1203), titanium dioxide (E 171), talc (E 553b), soya lecithin (E 322), xanthan gum (E 415).

Kif jidher Memantine ratiopharm u l-kontenut tal-pakkett

Pilloli bojod sa bojod jagħtu fil-griż, forma ta’ kapsula (15.6 x 8.0 mm), bikonvessi, b’xaqq fuq naħa waħda minn fejn jistgħu jinqasmu u mnaqqxa b’“20” fuq in-naħa l-oħra.

Memantine ratiopharm hu disponibbli f’pakketti ta’ 10, 14, 21, 28, 30, 42, 56, 98 u 100 pillola miksija b’rita.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq ratiopharm GmbH

Graf-Arco-Straße 3 89079 Ulm Il-Ġermanja

Manifattur

Merckle GmbH

Ludwig-Merckle-Straße 3

89143 Blaubeuren

Il-Ġermanja

TEVA Pharmaceutical Works Private Limited Company

Pallagi út 13, 4042 Debrecen

L-Ungerija

HBM Pharma s.r.o.

Slabinská 30, 03680 Martin

Is-Slovakkja

Għal kull tagħrif dwar din il-medicina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

UAB “Sicor Biotech“

Tél/Tel: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 0203

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

ratiopharm GmbH

Teл: +359 2 489 95 82

Allemagne/Deutschland

 

Tél/Tel: +49 731 402 02

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt.

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland

Tlf: +45 44 98 55 11

L-Irlanda

 

 

Tel: +353 51 321 740

Deutschland

Nederland

ratiopharm GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: +49 731 402 02

Tel: +31 800 0228 400

Eesti

Norge

UAB “Sicor Biotech“ Eesti filiaal

ratiopharm AS

Tel: +372 661 0801

Tlf: +47 66 77 55 90

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43 1 97 007 0

España

Polska

ratiopharm España, S.A.

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 91 567 29 70

Tel.: +48 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

ratiopharm, Comércio e Indústria de

Tél: +33 1 55 91 78 00

Produtos Farmacêuticos, Lda

 

Tel: +351 21 476 75 50

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel: + 385 1 37 20 000

Tel: +40 21 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 51 321740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

Medical ehf.

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Sími: +354 534 3500

Tel: +421 2 57 26 79 11

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Tel: +39 02 89 17 98 1

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε., Ελλάδα

Teva Sweden AB

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +46 42 12 11 00

Latvija

United Kingdom

UAB “Sicor Biotech“ filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 673 23 666

Tel: +44 1977 628500

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ <{XX/SSSS}> <{xahar SSSS}>

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Memantine ratiopharm 5 mg pilloli miksijin b’rita

Memantine ratiopharm 10 mg pilloli miksijin b’rita

Memantine ratiopharm 15 mg pilloli miksijin b’rita

Memantine ratiopharm 20 mg pilloli miksijin b’rita

Memantine hydrochloride

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Memantine ratiopharm u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Memantine ratiopharm

3.Kif għandek tieħu Memantine ratiopharm

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Memantine ratiopharm

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Memantine ratiopharm u gћalxiex jintuża

Kif jaħdem Memantine ratiopharm

Memantine ratiopharm jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini magħrufa bħala mediċini kontra d- dimenzja.

It-telf tal-memorja fil-marda ta’ Alzheimer jiġi minħabba disturbi fis-sinjali tal-messaġġi fil-moħħ. Il-moħħ fih l-hekk imsejjħa riċetturi-N-methyl-D-aspartate (NMDA) li jieħdu sehem fit-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri importanti għat-tagħlim u l-memorja. Memantine ratiopharm jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu antagonisti tar-riċettur-NMDA. Memantine ratiopharm jaħdem fuq dawn ir-riċetturi-NMDA u jtejjeb it-trasmissjoni tas-sinjali fin-nervituri u l-memorja.

Għalxiex jintuża Memantine ratiopharm

Memantine ratiopharm jintuża għall-kura ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer minn moderata għal severa.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Memantine ratiopharm

Tiħux Memantine ratiopharm:

jekk inti allerġiku għal memantine hydrochloride, karawett jew sojja jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Memantine ratiopharm:

jekk fil-passat kellek aċċessjonijiet/epilessija

jekk ftit ilu kellek xi infart mijokardijaku (attakk f’qalbek), jew jekk qed tbati minn

insuffiċjenza tal-qalb konġestiva jew minn pressjoni għolja li ma tistax tikkontrollaha (pressjoni għolja tad-demm)

F’dawn il-każijiet il-kura għandha tkun issorveljata bir-reqqa, u l-benefiċċju kliniku ta’ Memantine ratiopharm jiġi evalwat mill-ġdid mit-tabib tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tbati minn indeboliment tal-kliewi (problemi fil-kliewi), it-tabib tiegħek għandu jżommlok il- funzjoni tal-kliewi taħt osservazzjoni mill-qrib u jekk ikun hemm bżonn jadatta d-dożi ta’ memantine kif ikun jixraq.

L-użu ta’ prodotti mediċinali msejjħa

amantadine (għat-trattament tal-marda ta’ Parkinson),

ketamine (sustanza li ġeneralment tingħata bħala loppju),

dextromethorphan (ġeneralment użat għas-sogħla) u

antagonisti oħra ta’ NMDA

fl-istess ħin għandu jkun evitat.

Tfal u adolexxenti

Memantine ratiopharm mhux irrakkomandat fit-tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Memantine ratiopharm

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu/tuża, ħadt/użajt dan l-aħħar jew tista’ tieħu/tuża xi mediċini oħra.

B’mod partikolari, Memantine ratiopharm jista’ jibdel l-effetti tal-mediċini li ġejjin u d-doża tagħhom jista’ jkollha bżonn tinbidel mit-tabib tiegħek.

amantadine, ketamine, dextromethorphan

dantrolene, baclofen

cimetidine, ranitidine, procainamide, quinidine, quinine, nicotine

hydrochlorothiazide (jew kwalunkwe kombinazzjoni ma’ hydrochlorothiazide)

antikolinerġiċi (sustanzi li ġeneralment jintużaw għall-kura ta’ disturbi fil-movimenti jew spażmi fl-imsaren)

mediċini kontra l-aċċessjonijiet (mediċini li jintużaw biex ikunu evitati jew iserrħu l- aċċessjonijiet)

barbiturati (sustanzi li ġeneralment jintużaw biex jgħinuk torqod)

agonisti dopaminerġiċi ( sustanzi bħal L-dopa, bromocriptine)

newrolettiċi (sustanzi li jintużaw għall-kura ta’ disturbi tal-moħħ)

mediċini orali kontra l-koagulazzjoni tad-demm

Jekk tmur l-isptar għarraf lit-tabib tiegħek li qed tieħu Memantine ratiopharm.

Memantine ratiopharm ma’ ikel u xorb

Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk dan l-aħħar bdilt id-dieta tiegħek jew bi ħsiebek tibdel id-dieta tiegħek b’mod sostanzjali (eż minn dieta normali għal waħda veġetarjana stretta) jew jekk qed tbati minn stat ta’ aċidożi tubulari renali (RTA, jiżdiedu s-sustanzi li jiffurmaw l-aċidu fid-demm minħabba funzjoni renali batuta (il-kliewi ma jaħdmux tajjeb)) jew infezzjonijiet severi tal-passaġġ awrinarju (strutura li minnha tgħaddi l-awrina), għax it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża tal- mediċina tiegħek.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

L-użu ta’ memantine f’nisa waqt it-tqala mhux irrakkomandat.

Nisa li qed jieħdu Memantine ratiopharm m’għandhomx ireddgħu.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

It-tabib tiegħek ser jgħidlek jekk il-marda tiegħek tħallikx issuq u tħaddem magni b’mod sigur.

Minbarra hekk, Memantine ratiopharm jista’ jibdillek il-ħila biex tirreaġixxi, u għalhekk ma jkunx xieraq li ssuq jew tħaddem magni.

Memantine ratiopharm fih lactose u soya lecithin

Din il-mediċina fiha l-lactose. Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

Din il-mediċina fiha soya lecithin. Jekk int allerġiku għall-karawett jew sojja, tużax dan il-prodott mediċinali.

3. Kif gћandek tieћu Memantine ratiopharm

Il-pakkett għal bidu tat-trattament ta’ Memantine ratiopharm għandu jintuża biss fil-bidu tat-trattament b’Memantine ratiopharm.

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Dożaġġ

Id-doża rakkomandata ta’ Memantine ratiopharm hija ta’ 20 mg kuljum li tintlaħaq billi tiżdided b’mod gradwali id-doża ta’ Memantine ratiopharm matul l-ewwel tliet ġimgħat ta’ trattament. Ħu pillola waħda kuljum.

Ġimgħa 1 (jum 1-7)

Ħu pillola miksija b’rita waħda ta’ 5 mg darba kuljum (pillola bajda sa bajda tagħti fil-griż, b’forma ta’ kapsula, bikonvessa, u ma fiha xejn fuq naħa waħda u mnaqqxa b’“5” fuq in-naħa l-oħra) għal sebat ijiem.

Ġimgħa 2 (jum 8-14)

Ħu pillola miksija b’rita waħda ta’ 10 mg darba kuljum (pillola bajda sa bajda tagħti fil-griż, b’forma ta’ kapsula, bikonvessa, b’xaqq minn fejn tista’ taqsam fuq naħa waħda u mnaqqxa b’“10” fuq in-naħa l-oħra) għal sebat ijiem.

Ġimgħa 3 (jum 15-21)

Ħu pillola miksija b’rita waħda darba kuljum ta’ 15 mg (pillola bajda sa bajda tagħti fil-griż, b’forma ta’ kapsula, bikonvessa, u ma fiha xejn fuq naħa waħda u mnaqqxa b’“15” fuq in-naħa l-oħra) għal sebat ijiem.

Ġimgħa 4 (jum 22-28)

Ħu pillola miksija b’rita waħda darba kuljum ta’ 20 mg (pillola bajda sa bajda tagħti fil-griż, b’forma ta’ kapsula, bikonvessa, b’xaqq minn fejn tista’ taqsam fuq naħa waħda u mnaqqxa b’“20” fuq in-naħa l-oħra) għal sebat ijiem.

ġimgħa 1

pillola ta’ 5 mg

ġimgħa 2

pillola ta’ 10 mg

ġimgħa 3

pillola ta’ 15 mg

minn ġimgħa 4 ’l

pillola ta’ 20 mg darba

quddiem

kuljum

Doża ta’ manteniment

Id-doża rrakkomandata tas-soltu hija ta’ 20 mg kuljum. Sabiex tkompli t-trattament jekk jogħġbok ikkonsulta t-tabib tiegħek.

Dożaġġ f’pazjenti b’indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi

Jekk għandek indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi, it-tabib tiegħek ser jiddeċiedi dwar doża li tkun tixraq għal kundizzjoni tiegħek. F’dan il-każ, il-funzjoni tal-kliewi għandha tkun eżaminata mit-tabib tiegħek f’intervalli speċifikati.

Kif jingħata

Memantine ratiopharm għandu jingħata b’mod orali darba kuljum. Biex tikseb benefiċċju mil- mediċina tiegħek, għandek tkompli teħodha kuljum fl-istess ħin tal-ġurnata.

Il-pilloli għandhom jinbelgħu ma’ ftit ilma. Il-pilloli jistgħu jittieħdu ma’ l-ikel jew mingħajr ikel.

Kemm għandha ddum il-kura

Kompli ħu Memantine ratiopharm sakemm tibqa’ tikseb benefiċċju. It-tabib tiegħek għandu jevalwa l- kura tiegħek fuq bażi regolari.

Jekk tieħu Memantine ratiopharm aktar milli suppost

Ġeneralment, meta tieħu aktar Memantine ratiopharm milli suppost m’għandha tiġrilek l-ebda

ħsara. Jista’ jkollok aktar sintomi li hemm imsemmija f’sezzjoni 4. “Effetti sekondarji li jista’ jkollu”.

Jekk tieħu doża eċċessiva kbira ta’ Memantine ratiopharm, ikkuntattja lit-tabib tiegħek jew xi tabib ieħor, għax jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.

Jekk tinsa tieħu Memantine ratiopharm

Jekk tinduna li nsejt tieħu doża ta’ Memantine ratiopharm, stenna u ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas-soltu.

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

B’mod ġenerali, l-effetti sekondarji li jidhru jkunu ħfief għal moderati.

Komuni (jaffettwa minn 1 sa 10 utenti f’100):

Uġigħ ta’ ras, ngħas, stitkezza, testijiet tal-funzjoni tal-fwied għoljin, sturdament, disturbi tal- bilanċ, qtugħ ta’ nifs, pressjoni tad-demm għolja u sensittivita' eċċessiva għal-mediċina

Mhux komuni (jaffettwa minn 1 sa 10 utenti f’1,000 ):

Għeja, infezzjonijiet tal-moffa, konfużjoni, alluċinazzjonijiet, rimettar, mixja anormali, Insuffiċjenza kardijaka u emboli tad-demm fil-vini (trombożi/tromboemboliżmu)

Rari ħafna (jaffettwa inqas minn utent 1 f’10,000):

Aċċessjonijiet.

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli):

Infjammazzjoni tal-frixa, infjammazzjoni tal-fwied (epatite) u reazzjonijiet psikotiċi

Il-marda ta’ Alzheimer kienet assoċjata ma’ dipressjoni, ħsibijiet ta’ suwiċidju u suwiċidju. Dawn il-kazijiet gew irrapurtati minn pazjenti li ħadu memantine.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5. Kif taħżen Memantine ratiopharm

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-pakkett bil-folji wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Memantine ratiopharm

-Is-sustanza attiva hi memantine hydrochloride.

Kull pillola miksija b’rita fiha 5 mg ta’ memantine hydrochloride ekwivalenti għal 4.15 mg ta’ memantine.

Kull pillola miksija b’rita fiha 10 mg ta’ memantine hydrochloride ekwivalenti għal 8.31 mg ta’ memantine.

Kull pillola miksija b’rita fiha 15 mg ta’ memantine hydrochloride ekwivalenti għal 12.46 mg ta’ memantine.

Kull pillola miksija b’rita fiha 20 mg ta’ memantine hydrochloride ekwivalenti għal 16.62 mg ta’ memantine.

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola

Cellulose microcrystalline (E 460), starch pregelatinised (E 1404), lactose anhydrous, colloidal anhydrous silica (E 551), magnesium stearate (E 470b).

Kisja

Polysorbate 80 (E 433), polyvinyl alcohol (E 1203), titanium dioxide (E 171), talc (E 553b), soya lecithin (E 322), xanthan gum (E 415).

Kif jidher Memantine ratiopharm u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli miksija b’rita ta’ 5 mg huma pilloli bojod sa bojod jagħtu fil-griż, b’forma ta’ kapsula (9.6 x 4.54 mm), bikonvessi, li ma fihom xejn fuq naħa waħda u mnaqqxa b’“5” fuq in-naħa l-oħra. Il-pilloli miksija b’rita ta’ 10 mg huma pilloli bojod sa bojod jagħtu fil-griż, b’forma ta’ kapsula (12.5 x 5.6 mm), bikonvessi, b’xaqq minn fejn tista’ taqsamhom fuq naħa waħda u mnaqqxa b’“10” fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli miksija b’rita ta’ 15 mg huma sa bojod jagħtu fil-griż, pilloli bojod b’forma ta’ kapsula (14.0 x 6.0 mm), bikonvessi, li ma fihom xejn fuq naħa waħda u mnaqqxa bi “15” fuq in-naħa l-oħra. Il-pilloli miksija b’rita ta’ 20 mg huma pilloli bojod sa bojod jagħtu fil-griż, b’forma ta’ kapsula (15.6 x 8.0 mm), bikonvessi, b’xaqq minn fejn tista’ taqsamhom fuq naħa waħda u mnaqqxa

b’“20” fuq in-naħa l-oħra.

Memantine ratiopharm hu disponibbli f’pakketti bi 28 (7 +7 +7 + 7) pillola miksija b’rita.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq ratiopharm GmbH

Graf-Arco-Straße 3 89079 Ulm Il-Ġermanja

Manifattur

Merckle GmbH

Ludwig-Merckle-Straße 3

89143 Blaubeuren

Il-Ġermanja

TEVA Pharmaceutical Works Private Limited Company

Pallagi út 13, 4042 Debrecen

L-Ungerija

HBM Pharma s.r.o.

Slabinská 30, 03680 Martin

Is-Slovakkja

Għal kull tagħrif dwar din il-medicina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

UAB “Sicor Biotech“

Tél/Tel: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 0203

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

ratiopharm GmbH

Teл: +359 2 489 95 82

Allemagne/Deutschland

 

Tél/Tel: +49 731 402 02

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva GyógyszergyárZrt.

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland

Tlf: +45 44 98 55 11

L-Irlanda

 

Tel: +353 51 321 740

Deutschland

Nederland

ratiopharm GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: +49 731 402 02

Tel: +31 800 0228 400

Eesti

Norge

UAB “Sicor Biotech“ Eesti filiaal

ratiopharm AS

Tel: +372 661 0801

Tlf: +47 66 77 55 90

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43 1 97 007 0

España

Polska

ratiopharm España, S.A.

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 91 567 29 70

Tel.: +48 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

ratiopharm, Comércio e Indústria de

Tél: +33 1 55 91 78 00

Produtos Farmacêuticos, Lda

 

Tel: +351 21 476 75 50

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel: + 385 1 37 20 000

Tel: +40 21 230 65 24

 

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 51 321740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

Medical ehf.

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Sími: +354 534 3500

Tel: +421 2 57 26 79 11

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Tel: +39 02 89 17 98 1

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε., Ελλάδα

Teva Sweden AB

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +46 42 12 11 00

Latvija

United Kingdom

UAB “Sicor Biotech“ filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 673 23 666

Tel: +44 1977 628500

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ <{XX/SSSS}> <{xahar SSSS}>

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati