Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Naglazyme (galsulfase) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - A16AB

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaNaglazyme
Kodiċi ATCA16AB
Sustanzagalsulfase
ManifatturBioMarin Europe Ltd.

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas- saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

Naglazyme 1 mg/ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull ml ta’ soluzzjoni fih 1 mg galsulfase. Kunjett wieħed ta’ 5 ml fih 5 mg galsulfase.

Galsulfase huwa forma rikombinanti ta’ N-acetylgalactosamine 4-sulfatase uman u huwa magħmul b’teknoloġija ta’ DNA rikombinanti permezz ta’ koltura ta’ ċelluli mammiferi tal-Ovarju ta’ Ħamster Ċiniż (CHO).

Sustanzi mhux attivi

Kull kunjett ta’ 5 ml fih 0.8 mmol (18.4 mg) ta’ sodium.

Għal-lista kompleta ta’ sustanzi mhux attivi, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

Soluzzjoni ċara għal kemmxejn tkanġi, u bla kulur għal safra ċara.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Naglazyme huwa ndikat għal terapija ta’ sostituzzjoni ta’ enzima fit-tul f’pazjenti b’dijanjosi kkonfermata ta’ Mukoplisakkaridosi VI (MPS VI; defiċjenza ta’ N-acetylgalactosamine 4-sulfatase; sindromu Maroteaux-Lamy) (ara sezzjoni 5.1).

Punt kruċjali huwa li tikkura tfal b’età < 5 snin li qed isofru minn forma severa tal-marda, anki jekk tfal b’età ta’ < 5 snin ma kienux inklużi fl-istudju pivitali ta’ fażi 3. Dejta limitata hija disponibbli f’pazjenti b’età < sena (ara sezzjoni 5.1).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Bħal f’kull mard liżosomali ġenetiku ieħor, huwa importanti ħafna, speċjalment fil-forom severi, li tinbeda l-kura malajr kemm jista’ jkun, qabel jibdew jidhru manifestazzjonijiet kliniċi mhux riversibli tal-marda.

Il-Kura b’Naglazyme għandha tiġi sorveljata minn tabib b’esperjenza fl-immaniġġar ta’ pazjenti b’MPS VI jew mard metaboliku ieħor li jintiret. L-għoti ta’ Naglazyme għandu jingħata f’ambjent kliniku xieraq fejn ikun hemm disponibli apparat ta’ risuxxitazzjoni għall-immaniġġar ta’ emerġenza medika.

Pożoloġija

Il-kors ta’ doża ta’ galsulfase rakkomandat huwa ta’ 1 mg/kg piż tal-ġisem mogħti darba fil-ġimgħa bħala infużjoni fil-vina fuq medda ta’ 4 sigħat.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Naglazyme f’pazjenti b’età ’l fuq minn 65 sena ma ġewx determinati, u f’dawn il-pazjenti ma jista’ jiġi rrakkomandat l-ebda kors ta’ doża alternattiva.

Indeboliment tal-kliewi u tal-fwied

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Naglazyme f’pazjenti b’insuffiċjenza tal-kliewi jew tal-fwied ma ġewx evalwati (ara sezzjoni 5.2 u f’dawn il-pazjenti ma jista’ jiġi rrakkomandat l-ebda kors ta’ doża alternattiva.

Popolazzjoni pedjatrika

M’hemm l-ebda evidenza għal konsiderazzjonijiet speċjali meta Naglazyme jingħata lill-popolazzjoni pedjatrika. Dejta disponibbli bħalissa hija deskritti f’sezzjoni 5.1.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Ir-rata tal-bidu tal-infużjoni tiġi aġġustata biex madwar 2.5% tas-soluzzjoni totali tkun infuża fl-ewwel siegħa, u l-bqija tal-volum (madwar 97.5%) jiġi infuż fuq it-3 sigħat ta’ wara.

Boroż tal-infużjoni ta’ 100 ml għandhom jiġu kkunsidrati għall-pazjenti li huma suxxettibbli għal volum żejjed ta’ fluwidu u jiżnu inqas minn 20 kg; f’dan il-każ ir-rata ta’ infużjoni (ml/min) għandha tiġi mnaqqsa sabiex it-tul totali jibqa’ mhux inqas minn 4 sigħat.

Għall-informazzjoni dwar x’għandu jsir qabel il-kura ara sezzjoni 4.4 u għall-aktar struzzjonijiet ara sezzjoni 6.6.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva severa jew ta’ periklu għall-ħajja għas-sustanza attiva jew għal xi sustanzi mhux attivi, jekk is-sensittività eċċessiva ma tistax tiġi kkontrollata.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Immaniġġjar ta’ passaġġi respiratorji kompromessi

Għandha tingħata attenzjoni speċjali fl-immaniġġjar u l-kura ta’ pazjenti bi problemi fil-passaġġ respiratorju, permezz ta’ limitazzjoni jew sorveljanza mill-qrib ta’ l-użu ta’ antistamini jew ta’ prodotti mediċinali sedattivi oħrajn. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll, applikazzjoni ta’ pressjoni pożittiva fil- passaġġi respiratorji waqt l-irqad, kif ukoll il-possibiltà ta’ trakeotomija f’sitwazzjonijiet kliniċi xierqa.

Pazjenti li jippreżentaw b’mard respiratorju jew deni akut jista’ jkollhom bżonn li jittardjaw l- infużjonijiet ta’ Naglazyme tagħhom.

Immaniġġjar ta’ reazzjonijiet relatati mal-infużjoni

Pazjenti kkurati b’Naglazyme żviluppaw reazzjonijiet assoċjati ma’ l-infużjoni (IARs), definiti bħala reazzjonijiet avversi li jsseħħu waqt l-infużjoni jew sa l-aħħar tal-ġurnata li fiha tkun ġiet mogħtija l- infużjoni (ara sezzjoni 4.8).

Ibbażat fuq tagħrif miġbur waqt provi kliniċi b’Naglazyme, l-maġġoranza tal-pazjenti huma mistennija li jiżviluppaw antikorpi IgG għal galsulfase minn 4-8 ġimgħat mill-bidu tal-kura. Fil-provi kliniċi b’Naglazyme, IARs ġeneralment kienu maniġġabbli bl-interruzzjoni jew tnaqqis fir-rata ta’ l-infużjoni

u b’kura minn qabel tal-pazjent b’antistamini u/jew sustanzi kontra d-deni (paracetamol), u b’hekk ikun possibbli għall-pazjent li jkompli l-kura.

Minħabba li l-esperjenza dwar bidu mill-ġdid tal-kura wara nterruzzjoni fit-tul hija limitata, għandha tintuża kawtela minħabba żieda teoretika fir-riskju ta’ reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva.

Biex jitnaqqas il-potenzjal li jseħħu IARs, huwa rakkomandat li meta jkun se jingħata Naglazyme pazjenti jingħataw prodotti mediċinali minn qabel (antistamini flimkien ma’, jew mingħajr sustanzi kontra d-deni), madwar 30-60 minuta qabel il-bidu ta’ l-infużjoni, biex titnaqqas il-posibbilta ta’ IARs.

F’każ ta’ IAR ħafifa jew moderata, kura b’antistamini u paracetamol għandha tiġi kkunsidrata u/jew titnaqqas ir-rata tal-infużjoni għal nofs ir-rata li fiha tkun seħħet ir-reazzjoni.

F’każ ta’ IAR severa waħda, l-infużjoni għandha titwaqqaf sakemm is-sintomi jgħaddu u kura b’antistamini u paracetamol għandha tiġi kkunsidrata. L-infużjoni tista’ terġa tinbeda bi tnaqqis fir- rata tal-infużjoni għal 50% - 25% tar-rata li fiha tkun seħħet ir-reazzjoni.

F’każ ta’ IAR moderata rikorrenti jew f’każ li tkun reġgħet nbdiet il-kura wara IAR severa waħda, kura minn qabel għandha tkun ikkunsidrata (antistamini u paracetamol u/jew kortikosterojdi) u tnaqqis fir-rata tal-infużjoni għal 50% - 25% tar-rata li fiha tkun seħħet ir-reazzjoni ta’ qabel.

Bħal f’kull prodott mediċinali mill-proteina li jingħata fil-vina, reazzjonijiet allerġiċi severi ta’ sensittività eċċessiva huma possibbli. Jekk iseħħu dawn ir-reazzjonijiet, huwa rakkomandat li jitwaqqaf Naglazyme minnufih u li tinbeda kura medika xierqa. Għandhom ikunu osservati l- istàndards mediċi kurrenti għall-kura ta’ emerġenza. F’pazjenti li kellhom esperjenza ta’ reazzjonijiet allerġiċi waqt l-infużjoni b’Naglazyme, għandu jkun hemm attenzjoni meta terġa’ tingħata; ħaddiema mħarrġa b’mod xieraq u tagħmir għar-risuxxitazzjoni ta’ emerġenza (inkluż epinephrine) għandhom ikunu disponibbli waqt l-infużjonijiet. Sensittività eċċessiva severa, jew b’potenzjal ta’ periklu għall- ħajja hija kontra-indikazzjoni għall-għoti mill-ġdid, jekk is-sensittività eċċessiva ma tistax tiġi kkontrollata. Ara wkoll sezzjoni 4.3.

Dan il-prodott mediċinali fih 0.8 mmol (18.4 mg) ta’ sodium f’kull kunjett u jingħata f’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride ta’ 9 mg/ml (ara sezzjoni 6.6). Għandu jittieħed f’konsiderazzjoni minn pazjenti fuq dieta ta’ sodium ikkontrollat.

Kompressjoni tas-Sinsla tad-dahar jew ċervikali

Kompressjoni tas-Sinsla tad-dahar/ċervikali (spinal/cervical cord compression - SCC) li twassal għal mjelopatija hija kumplikazzjoni magħrufa u serja li tista’ tkun ikkawżata minn MPS VI. Kien hemm rapporti wara t-tqegħid fis-suq ta’ pazjenti kkurati b’Naglazyme li kellhom esperjenza ta’ bidu jew aggravar ta’ SCC li kellhom bżonn kirurġija ta’ dekompressjoni. Il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati għal sinjali u sintomi ta’ kompressjoni tas-Sinsla tad-dahar/ċervikali (inkluż uġigħ fid- dahar, paraliżi tar-riġlejn u d-dirgħajn taħt il-livell ta’ kompressjoni, inkontinenza urinarja u tal- ippurgar), u għandhom jingħataw attenzjoni klinika adattata.

4.5Prodotti mediċinali oħra li ma jaqblux ma’ dan il-prodott u affarjiet oħra li jistgħu jibdlu l-effett farmaċewtiku tal-prodott

Ma sarux studji dwar l-effett ta’ mediċini jew ta’ affarijiet oħra fuq l-effett farmaċewtiku tal-prodott.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Għal Naglazyme m’hemmx tagħrif kliniku dwar l-użu waqt it-tqala. Studji fuq il-bhejjem ma jurux effetti ħżiena diretti jew indiretti fuq it-tqala jew l-iżvilupp ta’ l-embriju/fetu (ara sezzjoni 5.3).

Naglazyme m’għandux jingħata waqt it-tqala ħlief meta hemm bżonn speċifiku.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk galsulfase joħroġx fil-ħalib, għalhekk treddigħ għandu jitwaqqf waqt kura b’Naglazyme.

Fertilità

Studji dwar ir-riproduzzjoni saru fuq firien u fniek b’dożi sa 3 mg/kg/kuljum u ma wrew l-ebda evidenza ta’ indeboliment fuq il-fertilità jew ħsara lill-embriju jew fetu ikkawżata minn Naglazyme.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Minħabba n-numru żgħir ta’ pazjenti fil-provi kliniċi, dejta ta’ avvenimenti avversi (AE) mill-istudji kollha b’Naglazyme ġew miġbura u riveduti, f’analiżi waħda dwar is-sigurtà tal-provi kliniċi.

Il-pazjenti kollha kkurati b’NAGLAZYME (59/59) irrappurtaw mill-inqas AE wieħed. Il-maġġoranza

(42/59; 71%) tal-pazjenti kellhom esperjenza ta’ mill-inqas Reazzjoni Avversa tal-Mediċina waħda. L- aktar reazzjonijiet avversi komuni kienu deni, raxx, ħakk, urtikarja, tkexkix ta’ bard/tertir, tqalligħ, uġigħ ta’ ras, uġigħ addominali, rimettar u qtugħ ta’ nifs. Reazzjonijiet avversi serji kienu jinkludu edima fil-larinġi, apnea, deni, urtikarja, distress respiratorju, anġjoedima, ażżma u reazzjoni anafilattojda.

Reazzjonijiet għall-infużjoni, definiti bħala reazzjonijiet avversi li seħħew waqt l-infużjonijiet b’Naglazyme jew sat-tmiem tal-ġurnata tal-infużjoni, kienu osservati fi 33 (56%) minn 59 pazjent ikkurati b’Naglazyme waqt ħames studji kliniċi. Reazzjonijiet għall-infużjoni bdew minn Ġimgħa 1 u kienu osservati l-aktar tard f’Ġimgħa 146 tal-kura b’Naglazyme, u seħħew waqt infużjonijiet multipli għalkemm mhux dejjem f’ġimgħat konsekuttivi. Sintomi komuni ħafna ta’ dawn ir-reazzjonijiet għall- infużjoni kienu deni, tkexkix ta’ bard/tertir, raxx, urtikarja u qtugħ ta’ nifs. Sintomi komuni ta’ reazzjonijiet għall-infużjoni kienu ħakk, rimettar, uġigħ addominali, tqalligħ, pressjoni għolja, uġigħ ta’ ras, uġigħ fis-sider, eritema, sogħla, pressjoni baxxa, anġjoedima, distress respiratorju, rogħda, konġuntivite, tħossok ma tiflaħx, bronkospażmu u artralġija.

Reazzjonijiet avversi huma elenkati f’Tabella 1 skont is-Sistema tal-Klassifika tal-Organi.

Ir-reazzjonijiet huma mniżżla skond il-konvenzjoni ta’ frekwenza MedDRA. Reazzjonijiet avversi komuni ħafna huma dawk bi frekwenza ta’ 1/10. Reazzjonijiet komuni għandhom frekwenza ta’1/100 sa <1/10. Minħabba l-popolazzjoni żgħira ta’ pazjenti, reazzjoni avversa f’pazjent wieħed hija kklassifikata bħala komuni.

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, ir-reazzjonijiet avversi huma mniżżlin skond is-serjetata’ tagħhom. L- effetti li huma l-aktar serji huma mniżżlin l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji.

Reazzjonijiet avversi rrappurtati waqt il-perijodu ta’ wara t-tqegħid fis-suq huma inklużi fil-kategorija ta’ frekwenza “mhux magħrufa”.

Globalment; kien hemm każ wieħed ta’ apnea waqt l-irqad mill-istudji kliniċi kollha.

Tabella 1: Frekwenza ta’ reazzjonijiet avversi tal-mediċina b’Naglazyme

Sistema tal-Klassifika tal-Organi

Terminu Ppreferut MedDRA

Frekwenza

MedDRA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema immuni

Anafilassi, xokk

Mhux magħrufa

 

 

 

 

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

Farinġite1, gastroenterite1

Komuni ħafna

 

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

Nuqqas ta’ riflessi1, uġigħ ta’ ras

Komuni ħafna

 

Rogħda

 

Komuni

 

Parestesija

Mhux magħrufa

 

 

 

Disturbi fl-għajnejn

Konġuntivite1, korneja opaka1

Komuni ħafna

Disturbi fil-qalb

Bradikardija, takikardija, ċjanożi

Mhux magħrufa

 

 

 

Disturbi fil-widnejn u fis-sistema

Uġigħ fil-widnejn1, smigħ imnaqqas1

Komuni ħafna

labirintika

 

 

 

 

 

Disturbi vaskulari

Pressjoni għolja1

Komuni ħafna

 

Pressjoni baxxa

Komuni

 

Dehra pallida

Mhux magħrufa

 

 

 

 

 

 

Disturbi respiratorji, toraċiċi u

, konġestjoni fl-

Komuni ħafna

 

Qtugħ ta’ nifs

medjastinali

imnieħer

 

 

 

 

 

 

 

 

Apnea1, sogħla, distress respiratorju,

Komuni

 

ażżma, bronkospażmu

 

 

Edima fil-larinġi, nuqqas ta’ ossiġnu,

Mhux magħrufa

 

takipneja

 

 

 

 

Disturbi gastro-intestinali

Uġigħ addominali1, ftuq miż-żokra1,

Komuni ħafna

 

rimettar, tqalligħ

 

 

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt

Anġjoedima1, raxx1, urtikarja, ħakk

Komuni ħafna

il-ġilda

 

 

 

 

 

Eritema

 

Komuni

 

 

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta'

Uġigħ1, uġigħ fis-sider1, tertir1, tħossok

Komuni ħafna

mnejn jingħata

 

, deni

 

 

ma tiflaħx

 

Disturbi muskolu-skeletriċi u tat-

Artralġja

Komuni ħafna

 

tessuti konnettivi

 

 

 

 

 

1Reazzjonijiet rrappurtati aktar ta’ spiss fil-grupp attiv tal-istudju kkontrollat bil-plaċebo milli fil-grupp tal-plaċebo; frekwenza determinata minn 39 pazjent tal-istudju blinded ta’ Fażi 3.

Reazzjonijiet oħra bi frekwenza magħrufa kienu rrappurtati minn 59 pazjent ikkurati b’Naglazyme mill-ħames provi kliniċi kollha.

Reazzjonijiet ta’ frekwenza mhux magħrufa kienu rrappurtati wara t-tqegħid fis-suq.

F’erba’ pazjenti b’età ta’ <1 sena, il-profil ta’ sigurtà globali ta’ doża ogħla (2 mg/kg/ġimgħa) ma kienx differenti b’mod klinikament sinifikanti minn dak tad-doża rrakkomandata ta’ 1 mg/kg/ġimgħa, u kien konsistenti mal-profil ta’ sigurtà ta’ Naglazyme fi tfal akbar.

Immunoġeniċità

Minn 59 pazjent ikkurat b’Naglazyme fl-istudji kliniċi, 54 kienu ttestjati għall-antikorpi IgG. 53 pazjent minn 54 (98%) kienu pożittivi għall-antikorpi IgG għal galsulfase.

Analiżi komprensiva ta’ antikorpi bbażata fuq dejta minn tliet studji kliniċi saret fuq 48 pazjent. Għalkemm proporzjon akbar ta’ individwi b’titri ogħla ta’ antikorpi totali kellhom esperjenza ta’ reazzjonijiet għall-infużjoni rikorrenti, la l-frekwenza u lanqas is-severità ma setgħu jiġu mbassra

ibbażat fuq it-titre tal-antikorp kontra galsulfase. Bl-istess mod, l-iżvilupp ta’ antikorpi ma tindikax effikaċja imnaqqsa għalkemm individwi b’rispons limitat fil-parametri ta’ reżistenza jew glycosaminoglycans (GAGs) fl-awrina kellhom tendenza li jkollhom titri l-aktar għolja kontra galsulfase ogħla minn dawk b’rispons tajjeb.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Diversi pazjenti rċevew id-doża totali tagħhom ta’ Naglazyme b’rata ta’ l-infużjoni ta’ madwar id- doppju ta’ dik rakkomandata mingħajr id-dehra ta’ episodji avversi.

5.TAGĦRIF FARMAKOLOĠIKU

5.1Tagħrif farmakodinamiku

Kategorija farmakoterapewtika: Prodotti tal-metaboliżmu u tal-kanal alimentari oħra, enzimi, Kodiċi ATC: A16AB08.

Disturbi fil-ħażna ta’ mukopolisakkarajd huwa kkawżat minn defiċjenza ta’ enzimi liżosomali speċifiċi li huma meħtieġa għall-kataboliżmu ta’ glycosaminoglycans (GAGs). MPS VI hija marda eteroġena li tidher f’diversi sistemi tal-ġisem, ikkaratterizzata minn defiċjenza ta’ N- acetylgalactoasamine 4-sulfatase, hydrolase liżosomali li tikkatalizza l-idroliżi tal-porzjon ta’ sulfate ta’ glycosaminoglycan, dermatan sulfate. Attività ta’ N-acetyl galactosamine 4-sulfatase imnaqqsa jew assenti tirriżulta fl-akkumulazzjoni ta’ dermatan sulfate f’diversi tipi ta’ ċelluli u tessuti.

Ir-raġuni tat-terapija ta’ sostituzzjoni ta’ enzimi hija biex jerġa jinkiseb livell ta’ attività enzimatika għoli biżżejjed biex ikun idrolizzat is-substrat akkumulat u tipprevjeni aktar akkumulazzjoni.

Galsulfase ppurifikat, forma rikombinanti ta’ N-acetylgalactosamine 4-sulfatase uman, huwa glikoproteina b’piż molekulari ta’ madwar 56 kD. Galsulfase jikkonsisti minn 495 aċidu amminiku wara l-qtuħ ta’ N-terminus. Il-molekola fiha 6 siti ta’ modifikazzjoni ta’ N-linked oligosaccharide. Wara infużjoni fil-vina, galsulfase jitneħħa malajr miċ-ċirkolazzjoni u jittieħed miċ-ċelluli għal ġewwa l-liżosomi, x’aktarx permezz ta’ riċetturi mannose-6 phosphate.

It-tliet studji kliniċi li saru b’Naglazyme iffukaw fuq il-valutazzjoni tal-manifestazzjonijiet sistemiċi ta’ MPS VI bħal reżistenza, mobilità tal-ġogi, uġigħ fil-ġogi u ebusija, ostruzzjoni tal-passaġġ respiratorju ta’ fuq, ħeffa manwali u akutezza fil-vista.

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Naglazyme kienu vvalutati fi studju randomised, double blind, u kkontrollat bil-plaċebo, ta’ Fażi 3 ta’ 39 pazjent bi MPS VI, b’età minn 5 sa 29 sena. Il-maġġoranza tal-pazjenti kellhom statura qasira, reżistenza mnaqqsa u sintomi muskolu-skeletari. Pazjenti li setgħu jimxu aktar minn 5 metri (m) iżda anqas minn 250 m f’6 minuti ta’ eżami ta’ Mixja ta’ 12-il Minuta jew anqas minn 400 m fi 12-il minuta fil-linja bażi ddaħħlu fl-istudju.

Il-pazjenti rċevew 1 mg/kg ta’ galsulfase jew plaċebo kull ġimgħa għal total ta’ 24 ġimgħa. Il-mira prinċipali ta’ l-effikaċja kienet in-numru ta’ metri li mxew fi 12-il minuta fl-24 Ġimgħa mqabbla man- numru ta’ metri li mxew fil-linja bażi. Il-miri sekondarji ta’ l-effikaċja kienu n-numru ta’ taraġ li telgħu fi tliet minuti u t-tneħħija ta’ glycosaminoglycan fl-awrina ta’ pazjenti kkurati mqabbla mal- plaċebo fl-24 Ġimgħa. Wara, tminja u tletin pazjent iddaħħlu fi studju Open Label mtawwal, fejn irċevew 1 mg/kg ta’ galsulfase kull ġimgħa.

Wara 24 ġimgħa ta’ terapija, pazjenti kkurati b’Naglazyme esperjenzaw titjib ta’ 92 ± 40 m fid- distanza li mxew fi 12-il minuta meta mqabbla mal-pazjenti kkurati bil-plaċebo (p = 0.025). Pazjenti kkurati wrew titjib ta’ 5.7 tarġiet kull minuta fil-prova ta’ Tlugħ ta’ Taraġ ta’ 3 Minuti, meta mqabbla mal-pazjenti kkurati bil-plaċebo. Pazjenti kkurati esperjenzaw ukoll tnaqqis medju fit-tneħħija ta’ glycosaminoglycan fl-awrina ta’ 238 ± 17.8 μg/mg krejatinina ( Standard Error [SE]) wara

24 ġimgħa ta’ kura meta mqabbla mal-pazjenti kkurati bil-plaċebo. Ir-riżultati GAG qarrbu il-firxa normali għall-età fil-grupp ta’kura b’Naglazyme.

Fi studju addizzjonali ta’ Fażi 4, randomised, b’livell ta’ żewġ dożi, erba’ pazjenti b’MPS VI b’età <sena kienu kkurati b’1 jew 2 mg/kg/ġimgħa għal minn 53 sa 153 ġimgħa.

Għalkemm limitat min-numru żgħir ħafna ta’ pazjenti li kienu rreġistrati, il-konklużjonijiet li jistgħu jittieħdu minn dan l-istudju huma li ġejjin:

Kura b’Naglazyme wriet titjib, jew nuqqas ta’ rkadar, ta’ dismorfiżmu fil-wiċċ. Hija ma impedixxitx il-progressjoni ta’ displasja skeletrali u żvilupp ta’ ftuq u ma impedixxitx il-progressjoni ta’ ċpar fil- korneja. Ir-rata tat-tkabbir baqgħat normali matul dan il-perijodu limitat ta’ visti ta’ wara. Kien innutat titjib fis-smigħ f’tal-inqas widna waħda għall-erba’ individwi kollha. Livelli ta’ GAG fl-awrina naqsu b’aktar minn 70%, konsistenti mar-riżultati f’pazjenti akbar.

Dan il-prodott mediċinali kien awtorizzata taħt "Ċirkustanzi ta’ Eċċezzjoni".

Dan ifisser li minħabba li l-marda hija rari ma kienx possibbli li tinkiseb informazzjoni kompleta dwar dan il-prodott mediċinali.

L-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini ser tirrevedi kull tip ta’ informazzjoni ġdida li tista’ toħroġ kull sena u ser taġġorna dan is-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott, skond il-bżonn.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-farmakokinetiċi ta’ galsulfase kienu evalwati fi 13-il pazjent b‘MPS VI li rċevew 1 mg/kg ta’ galsulfase bħala infużjoni fuq medda ta’ 4 sigħat. Wara 24 ġimgħa ta’ kura l-medja ( Devjazzjoni Stàndard [SD]) ta’ konċentrazzjoni massima fil-plazma (Cmax) kienet ta’ 2,357 (± 1,560) ng/ml u l- medja ta’ l-erja ( SD) taħt il-kurva ta’ konċentrazzjoni fil-plażma-ħin (AUC 0-t) kienet

5,860 ( 4,184) h ng/ml. Il-volum ta’ distribuzzjoni medju fil-plażma (Vz) ( SD) kien

316 ( 752) ml/kg u l-medja tat-tneħħija mill-plażma (CL) ( SD) kienet 7.9 ( 14.7) ml/min/kg. Il- half-life (t1/2) ta’ eliminazzjoni medja ( SD) kienet 22.8 ( 10.7) minuti fl-24 ġimgħa.

Il-parametri farmakokinetiċi fil-pazjenti ta’ Fażi 1 baqgħu stabbli għal tul ta’ żmien twil (ta’ mill- anqas 194 ġimgħa).

Galsulfase huwa proteina u huwa mistenni li jiġi degradat metabolikament permezz ta’ idrolisi ta’ peptide. Konsegwentament, funzjoni tal-fwied indebbolita mhix mistennija li taffettwa l- farmakokinetiċi ta’ galsulfase b’mod sinifikanti klinikament. L-eliminazzjoni renali ta’ galsulfase hija kkunsidrata bħala passaġġ minuri għat-tneħħija (ara sezzjoni 4.2).

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà tal-mediċina

Informazzjoni li mhix klinika, ma’ turi l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin ibbażata fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn doża waħda, effett tossiku minn dożi ripetuti, jew fuq il-funzjoni riproduttiva ġenerali, jew l-iżvilupp ta’ l-embriju/fetu fil-firien jew fil- fniek. Tossiċità ta’ waqt u wara t-twelid ma ġietx investigata. Mhux mistenni potenzjal ġenotossiku jew karċinoġeniku.

Il-kawża ta’ rilevanza klinika tat-tossiċità epatika (iperplasija tal-kanal biljari / infjammazzjoni periportali) li deheret f’dożi ta’ rilevanza klinika fl-istudju ta’ dożi ripetuti fix-xadini mhix magħrufa.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ sustanzi mhux attivi

Sodium chloride

Sodium phosphate monobasic, monohydrate

Sodium phosphate dibasic, heptahydrate

Polysorbate 80

Ilma għall-injezzjoni

6.2Inkompatibilitajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Kunjetti mhux miftuħa: 3 snin.

Soluzzjonijiet dilwiti: Stabbiltà kimika u fiżika waqt l-użu kienet demostrata sa 4 ijiem f’temperatura tal-kamra (23 C - 27 C).

Mill-aspett ta’ sigurta’ mikrobijoloġika, Naglazyme għandu jintuża’ immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament, il-ħin u l-kondizzjonijiet ta’ ħażna waqt l-użu huma r-responsabbiltà ta’ minn qed juża’ l-prodott, u normalment m’għandhomx ikunu itwal minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2 C - 8 C, segwit minn massimu ta’ 24 siegħa f’temperatura tal-kamra (23 C - 27 C) waqt l-amministrazzjoni.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C).

Tagħmlux fil-friża.

Għall-kundizzjonijiet ta’ ħażna tal-prodott mediċinali dilwit, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjett (ħġieġ tat-tip I) b’tapp (lasktu siliconized tal-chlorobutyl) u siġill (aluminju) u għatu li jinfetaħ b’daqqa ta’ saba’ (polypropylene).

Daqsijiet tal-pakkett: 1 u 6 kunjett.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Kull kunjett ta’ Naglazyme huwa maħsub għall-użu ta’ darba biss. Il-konċentrat għal soluzzjoni għall- infużjoni jrid jiġi dilwit b’soluzzjoni għall-infużjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) permezz ta’ teknika asettika. Huwa rakkomandat li s-soluzzjoni dilwita ta’ Naglazyme tingħata lill-pazjenti permezz ta’ sett ta’ l-infużjoni mgħammar b’filter in-line ta’ 0.2 µm.

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Preparazzjoni tal-Infużjoni ta’ Naglazyme (teknika asettika li għandha tintuża)

In-numru ta’ kunjetti li jridu jiġu dilwiti għandu jiġi determinat skond il-piż individwali tal-pazjent u għandhom jinħarġu mill-friġġ madwar 20 minuta minn qabel biex b’hekk ikunu jistgħu jilħqu temperatura tal-kamra.

Qabel id-dilwazzjoni, kull kunjett għandu jiġi spezzjonat għall-frak jew telf ta’ kulur. Is-soluzzjoni ċara għal kemmxejn tkanġi, u bla kulur għal safra ċara m’għandux ikollha frak viżibbli viżibbli.

Volum ta’ soluzzjoni għall-infużjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) ugwali għall-volum totali ta’ Naglazyme li jrid jiġi miżjud, għandu jittiħed mill-borża ta’ l-infużjoni ta’ 250 ml u jintrema. Boroż ta’ l-infużjoni ta’ 100 ml għandhom jiġu kkunsidrati għall-pazjenti li huma suxxettibli għall-ammont eċċessiv ta’ volum ta’ fluwidi u jiżnu anqas minn 20 kg; f’dan il-każ ir-rata ta’ l-infużjoni (ml/min) għandha titnaqqas biex b’hekk l-infużjoni tingħata fuq medda ta’ ħin totali ta’ mill-anqas 4 sigħat. Meta jintużaw boroż ta’ 100 ml, il-volum ta’ Naglazyme jista’ jiġi miżjud direttament fil-borża ta’ l- infużjoni.

Il-volum ta’ Naglazyme għandu jiġi miżjud bil-mod mas-soluzzjoni għall-infużjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%).

Is-soluzzjoni trid titħallat bil-mod qabel l-infużjoni.

Is-soluzzjoni għandha tiġi spezzjonata viżwalment biex jiġi ċċekkjat jekk hemmx xi frak qabel l-użu. Għandhom jintużaw biss soluzzjonijiet ċari, bla kulur u mingħajr frak viżibbli.

7.ID-DETENTUR TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

BioMarin Europe Limited,

10 Bloomsbury Way

London, WC1A 2SL

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/05/324/001

EU/1/05/324/002

9.DATA TA’ L-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TA’ L-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 24 ta’ Jannar 2006

Data tal-aħħar tiġdid: 26 ta’ Jannar 2011

10.DATA TA’ META ĠIET RIVEDUTA L-KITBA

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati