Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Natpar (parathyroid hormone) – Fuljett ta’ tagħrif - H05AA03

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaNatpar
Kodiċi ATCH05AA03
Sustanzaparathyroid hormone
ManifatturShire Pharmaceuticals Ireland Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Natpar 25 mikrogramma/doża trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni Natpar 50 mikrogramma/doża trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni Natpar 75 mikrogramma/doża trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni Natpar 100 mikrogramma/doża trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

Ormon tal-paratirojde

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Natpar u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Natpar

3.Kif għandek tuża Natpar

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Natpar

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

7Struzzjonijiet għall-użu

1.X’inhu Natpar u għalxiex jintuża

X’inhu Natpar?

Natpar huwa sostitut tal-ormoni għal adulti bi glandoli tal-paratirojde b’attività baxxa, kundizzjoni magħrufa bħala ‘ipoparatirojdiżmu’.

L-ipoparatirojdiżmu huwa marda kkawżata minn livelli baxxi tal-ormon tal-paratirojde, li jiġi prodott mill-glandoli tal-paratirojde fl-għonq. Dan l-ormon jikkontrolla l-ammont ta’ kalċju u ta’ fosfat fid- demm u fl-awrina.

Jekk il-livelli tal-ormon tal-paratirojde tiegħek huma baxxi wisq, jista' jkollok livell baxx ta’ kalċju fid-demm. Livell baxx ta’ kalċju jista' jikkawża sintomi f’ħafna partijiet tal-ġisem tiegħek, inkluż fl- għadam, fil-qalb, fil-ġilda, fil-muskoli, fil-kliewi, fil-moħħ u fin-nervituri. Għal lista ta’ sintomi ta’ kalċju baxx, ara sezzjoni 4.

Natpar huwa forma sintetika tal-ormon tal-paratirojde li jgħinek iżżomm il-livelli tal-kalċju u tal-fosfat fid-demm u fl-awrina tiegħek f’livell normali.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Natpar

Tużax Natpar:

-jekk inti allerġiku għall-ormon tal-paratirojde jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina

(imniżżla fis-sezzjoni 6)

-jekk qiegħed tirċievi jew fil-passat irċevejt terapija ta’ radjazzjoni fl-iskeletru

-jekk għandek kanċer tal-għadam jew kanċer ieħor li jkun infirex fl-għadam tiegħek

-jekk tinsab f’riskju akbar li tiżviluppa kanċer tal-għadam imsejjaħ osteosarkoma (per eżempju, jekk għandek il-marda ta’ Paget jew mard ieħor tal-għadam)

-jekk test tad-demm juri li għandek żidiet mhux spjegati fil-fosfatażi alkalina fl-għadam

-jekk għandek psewdoipoparatirojdiżmu, kundizzjoni rari fejn il-ġisem ma jirrispondix b’mod adegwat għall-ormon tal-paratirojde prodott mill-ġisem

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tuża Natpar.

Jekk qed tingħata kura b’Natpar, jista’ jkollok effetti sekondarji relatati ma’ livelli baxxi jew għoljin ta’ kalċju fid-demm tiegħek (ara sezzjoni 4 għal dawn l-effetti sekondarji).

Dawn l-effetti huma aktar probabbli li jseħħu:

-meta tibda tieħu Natpar għall-ewwel darba,

-jekk tibdel id-doża tiegħek ta’ Natpar,

-jekk taqbeż waħda mill-injezzjonijiet ta’ kuljum tiegħek,

-jekk tieqaf tieħu Natpar għal żmien qasir jew għal kollox.

Tista’ tingħata mediċini biex tikkura jew tgħin tipprevjeni dawn l-effetti sekondarji, jew tista’ tintalab twaqqaf xi wħud mill-mediċini li tkun qed tieħu. Dawn il-mediċini jinkludu kalċju jew Vitamina D.

Jekk is-sintomi tiegħek huma severi, it-tabib tiegħek jista' jagħtik kura medika addizzjonali.

It-tabib tiegħek ser jiċċekkja l-livelli tal-kalċju tiegħek. Jista' jkollok bżonn tibdel id-doża tiegħek ta’ Natpar jew twaqqaf l-injezzjonijiet ta’ Natpar għal żmien qasir.

Testijiet u kontrolli

It-tabib tiegħek ser jiċċekkja kif tirrispondi għall-kura:

-matul l-ewwel 7 ijiem minn meta tibda l-kura u

-jekk id-doża tiegħek tkun inbidlet.

Dan ser isir permezz ta’ testijiet biex ikejlu l-livell ta’ kalċju fid-demm jew fl-awrina tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek tibdel l-ammont ta’ kalċju jew ta’ Vitamina D li tieħu (fi kwalunkwe forma, inkluż ikel li fih ħafna kalċju).

Tfal u adolexxenti

Natpar ma għandux jintuża fi tfal u f’adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Natpar

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, inklużi:

-digoxin, magħruf ukoll bħala diġitalis, mediċina tal-qalb

-mediċini li jintużaw għall-kura tal-osteoporożi, imsejħin bisfosfonati, bħall-aċidu alendroniku

-mediċini li jistgħu jaffettwaw il-livelli ta’ kalċju fid-demm tiegħek bħal-litju jew xi mediċini li jintużaw biex iżidu l-ammont ta’ awrina (dijuretiċi).

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. L-informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ Natpar f’nisa tqal hija limitata. Natpar intwera li jgħaddi fil-ħalib tas-sider fil-firien, iżda mhuwiex magħruf jekk Natpar jgħaddix fil-ħalib tas-sider fil-bnedmin.

It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi jekk jibdiex il-kura b’Natpar. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi wkoll jekk għandekx tibqa’ tieħu din il-mediċina jekk tinqabad tqila jew tibda tredda' waqt li tkun qiegħda teħodha.

Mhuwiex magħruf jekk Natpar għandux xi effett fuq il-fertilità.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Natpar ma għandu ebda effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Madankollu, l-ipoparatirojdiżmu nnifsu jista’ jaffettwa l-kapaċità tiegħek li tikkonċentra. Jekk tiġi affettwata l-kapaċità tiegħek li tikkonċentra, ma għandekx issuq jew tħaddem magni sakemm titjieb il-kapaċità tiegħek li tikkonċentra.

Natpar fih is-sodju

Dan il-prodott mediċinali fih anqas minn 1 mmol (23 mg) ta’ sodju f’kull doża. Dan ifisser li huwa essenzjalment “ħieles mis-sodju”.

3.Kif għandek tuża Natpar

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. It-tabib jew l-infermier tiegħek ser jagħtik taħriġ dwar kif għandek tuża l-pinna ta’ Natpar.

Natpar jingħata bħala injezzjoni subkutanja (taħt il-ġilda) kuljum, permezz ta’ pinna biex tgħinek tinjetta l-mediċina tiegħek.

F’dan il-fuljett il-‘pinna li tista' terġa’ tintuża ta’ Natpar’ tissejjaħ il-‘pinna ta’ Natpar’ jew il-‘pinna’.

Doża

Id-doża rakkomandata tal-bidu hija ta’ 50 mikrogramma kuljum.

-Madanakollu, it-tabib tiegħek jista' jibdik fuq 25 mikrogramma kuljum abbażi ta’ riżultat ta’ test tad-demm.

-Wara ġimagħtejn sa 4 ġimgħat, it-tabib tiegħek jista’ jaġġusta d-doża.

Id-doża ta’ Natpar tvarja bejn persuna għall-oħra. Persuni jista' jkollhom bżonn bejn 25 u 100 mikrogramma ta’ Natpar kuljum.

It-tabib tiegħek jista' jgħidlek tieħu mediċini oħrajn bħal supplimenti tal-kalċju jew Vitamina D waqt li tkun qed tieħu Natpar. It-tabib tiegħek ser jgħidlek kemm għandek tieħu kuljum.

Kif għandek tuża l-pinna

Aqra “Sezzjoni 7. Struzzjonijiet għall-użu” f’dan il-fuljett qabel tuża l-pinna.

Tużax il-pinna jekk is-soluzzjoni tkun imċajpra jew tkun biddlet il-kulur jew jekk ikun fiha frak viżibbli.

Qabel ma l-pinna tintuża għall-ewwel darba, il-mediċina trid titħallat.

Wara li tkun ħallat il-mediċina, il-pinna ta’ Natpar hija lesta biex tintuża u l-mediċina tista' tiġi injettata taħt il-ġilda ta’ kuxxtejk. L-għada injetta l-koxxa l-oħra u kompli aqleb bejniethom.

Huwa rrakkomandat ħafna li kull meta tirċievi doża ta’ Natpar, l-isem u n-numru tal-lott tal-prodott jiġu rreġistrati sabiex jinżamm rekord tal-lottijiet użati.

Kemm għandek iddum tużah

Ibqa’ uża Natpar sakemm jordnalek it-tabib tiegħek.

Jekk tuża Natpar aktar milli suppost

Jekk, bi żball, tinjetta aktar minn doża waħda ta’ Natpar kuljum, ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek minnufih.

Jekk tinsa tuża Natpar

Jekk tinsa tieħu Natpar (jew ma tkunx tista' tinjettah fil-ħin tas-soltu tiegħek), uża l-injezzjoni tiegħek malli tkun tista' iżda tinjettax aktar minn doża waħda fl-istess jum.

Ħu d-doża li jmiss tiegħek ta’ Natpar fl-istess ħin l-għada. Jista' jkollok bżonn tieħu aktar supplimenti tal-kalċju jekk ikollok sinjali ta’ kalċju baxx fid-demm; ara sezzjoni 4 għas-sintomi.

M’għandekx tinjetta doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tuża Natpar

Iddiskuti mat-tabib tiegħek jekk tkun trid twaqqaf il-kura b’Natpar.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Effetti sekondarji serji

L-effetti sekondarji potenzjalment serji li ġejjin jistgħu jseħħu waqt l-użu ta’ Natpar:

Komuni ħafna: livelli għoljin ta’ kalċju fid-demm tiegħek, li jistgħu jseħħu aktar ta’ spiss meta tibda l-kura b’Natpar.

Komuni ħafna: livelli baxxi ta’ kalċju fid-demm tiegħek; dan jista' jseħħ aktar ta’ spiss jekk tieqaf tieħu Natpar f’daqqa.

Is-sintomi relatati mal-livelli għoljin jew baxxi ta’ kalċju huma inklużi fil-lista hawn taħt. Jekk ikollok xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji, ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.

Effetti sekondarji oħra jinkludu:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10):

uġigħ ta’ rasijiet*,†

tingiż u tnemnim tal-ġilda

dijarea*,†

dardir u rimettar*

uġigħ fil-ġogi*

spażmi fil-muskoli

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

tħossok nervuż jew anzjuż

problemi fl-irqad (tħossok bi ngħas matul il-jum jew ikollok problemi biex torqod bil-lejl)*

taħbita mgħaġġla jew irregolari tal-qalb*,†

pressjoni għolja tad-demm*

sogħla

uġigħ fl-istonku*

ġbid involontarju jew bugħawwieġ fil-muskoli

uġigħ fil-muskoli tiegħek

uġigħ fl-għonq

uġigħ f’dirgħajk u f’riġlejk

żieda fil-livell ta’ kalċju fl-awrina tiegħek

bżonn li tgħaddi l-awrina ta’ spiss

għeja u nuqqas ta’ enerġija*

uġigħ fis-sider

ħmura u uġigħ fis-sit tal-injezzjoni

għatx*

antikorpi (prodotti mis-sistema immunitarja tiegħek) għal Natpar

fit-testijiet tad-demm, it-tabib tiegħek jista' jara tnaqqis fil-livell ta’ vitamina D u ta’ manjeżju

*Dawn l-effetti sekondarji jistgħu jkunu relatati ma’ livell għoli ta’ kalċju fid-demm tiegħek.

Dawn l-effetti sekondarji jistgħu jkunu relatati ma’ livell baxx ta’ kalċju fid-demm tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Natpar

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq l-iskartoċċ u fuq il-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Qabel tħalltu

Aħżen fi friġġ (2°C sa 8°C).

Tagħmlux fil-friża.

Żomm l-iskartoċċ fil-porta-skartoċċ tiegħu fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Wara li tħalltu

Aħżen fi friġġ (2°C sa 8°C).

Tagħmlux fil-friża.

Żomm il-pinna li jkun fiha skartoċċ imħallat magħluqa sew sabiex tilqa’ mid-dawl.

Tużax din il-mediċina għal aktar minn 14-il jum wara li tkun tħalltet.

Tużax din il-mediċina jekk ma tkunx inħażnet kif suppost.

• Qabel twaħħal labra ġdida mal-pinna ta’ Natpar tiegħek, iċċekkja li s-soluzzjoni hija ċara u mingħajr kulur. Huwa normali li tara bżieżaq żgħar. Tużax din il-mediċina jekk tkun imċajpra, tkun biddlet il-kulur, jew ikun fiha frak viżibbli.

Tarmix mediċini mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Natpar

Is-sustanza attiva hija l-ormon tal-paratirojde (rDNA).

Huwa disponibbli f’4 skrataċ b’qawwiet differenti (Kull skartoċċ fih 14-il doża):

Natpar 25 mikrogramma

Kull doża fiha 25 mikrogramma ta’ ormon tal-paratirojde f’soluzzjoni ta’ 71.4 mikrolitri wara r- rikostituzzjoni.

Natpar 50 mikrogramma

Kull doża fiha 50 mikrogramma ta’ ormon tal-paratirojde f’soluzzjoni ta’ 71.4 mikrolitri wara r- rikostituzzjoni.

Natpar 75 mikrogramma

Kull doża fiha 75 mikrogramma ta’ ormon tal-paratirojde f’soluzzjoni ta’ 71.4 mikrolitri wara r- rikostituzzjoni.

Natpar 100 mikrogramma

Kull doża fiha 100 mikrogramma ta’ ormon tal-paratirojde f’soluzzjoni ta’ 71.4 mikrolitri wara r- rikostituzzjoni.

Is-sustanzi mhux attivi l-oħra fl-iskartoċċ (għall-qawwiet kollha) huma:

Fit-trab:

klorur tas-sodju

mannitol

aċidu ċitriku monoidrat

idrossidu tas-sodju (għall-aġġustament tal-pH)

Fis-solvent:

metacresol

ilma għall-injezzjonijiet

Kif jidher Natpar u l-kontenut tal-pakkett

Kull skartoċċ ta’ Natpar fih mediċina bħala trab flimkien ma’ solvent biex issir is-soluzzjoni għall- injezzjoni. L-iskartoċċ huwa magħmul mill-ħġieġ li jingħalaq b’siġill tal-lastiku. L-iskartoċċ ikun f’porta-skartoċċ tal-plastik.

Natpar jiġi f’pakkett b’2 skrataċ fil-porta-skrataċ tagħhom, li jintużaw mal-pinna ta’ Natpar. Ara l- istruzzjonijiet għall-użu għal stampa tal-pinna ta’ Natpar.

Il-kulur tal-kartuna/iskartoċċ juri l-qawwa tal-mediċina Natpar tiegħek:

Natpar 25 mikrogramma/doża

Skartoċċ vjola.

Natpar 50 mikrogramma/doża

Skartoċċ aħmar.

Natpar 75 mikrogramma/doża

Skartoċċ griż.

Natpar 100 mikrogramma/doża

Skartoċċ kaħlani.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Shire Pharmaceuticals Ireland Limited 5 Riverwalk

Citywest Business Campus Dublin 24

L-Irlanda medinfoemea@shire.com

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Italia

Shire Belgium BVBA

Shire Italia S.p.A

België/Belgique/Belgien

Tel: +39 0265 535 096

Tél/Tel: +32 (0)2711 0246

email: medinfoemea@shire.com

email: medinfoemea@shire.com

 

България, Eesti, Hrvatska, Latvija,

Malta

Lietuva, Magyarország, România,

Shire Pharmaceuticals Ltd

Slovenija, Slovenská republika

Ir-Renju Unit

Shire Pharmaceuticals Ltd

Tel: +44 (0)800 055 6614

Великобритания, Ühendkuningriik, Velika

email: medinfoemea@shire.com

Britanija, Lielbritānija, Jungtinė Karalystė, Nagy-

 

Britannia, Marea Britanie, Združeno Kraljevstvo,

 

Vel’ká Británia

 

Teл/Tel: +44 (0)800 055 6614

 

email: medinfoemea@shire.com

 

Česká republika

Nederland

Shire Pharmaceuticals Ltd

Shire International Licensing BV

Velká Británie

Tél/Tel: +31 (0)2020 35492

Tel: +420 239 018 556

email: medinfoemea@shire.com

email: medinfoemea@shire.com

 

Danmark

Norge

Shire Sweden AB

Shire Sweden AB

Sverige

Sverige

Tlf: +45 (0)80 886 962

Tlf: +47 800 19240

email: medinfoemea@shire.com

email: medinfoemea@shire.com

Deutschland

Österreich

Shire Deutschland GmbH

Shire Austria GmbH

Tel: +49 (0)800 183 0742

Tel: +43 (0)120 609 2538

email: medinfoemea@shire.com

email: medinfoemea@shire.com

Ελλάδα, Kύπρος

Polska

Shire Hellas S.A

Shire Polska Sp. z o.o.

Ελλάδα

Tel: +48 (0)2230 62447

Τηλ: +30 21 69 00 4026

email: medinfoemea@shire.com

email: medinfoemea@shire.com

 

España

Portugal

Shire Pharmaceuticals Ibérica, S.L.

Shire Pharmaceuticals Portugal Lda

Tel: +34 900 947 618 (toll-free number)

Tel: +351 800 785 005

+34 914 229 896 (when using mobile phone)

email: medinfoemea@shire.com

email: medinfoemea@shire.com

 

France

Suomi/Finland

Shire France S.A.

Shire Sweden AB

Tél: +33 (0)800 907 913

Ruotsi

+33 1 4067 3290 (outside of France)

Puh/Tel: +358 (0)800 774 051

email: medinfoemea@shire.com

email: medinfoemea@shire.com

Ireland

Sverige

Shire Pharmaceuticals Ireland Ltd

Shire Sweden AB

Tel: +353 1 800 818016

Tel: 020-795 079

+44 800 055 6614 (outside of Ireland)

+46 8-544 964 00 (outside of Sweden)

email: medinfoemea@shire.com

email: medinfoemea@shire.com

Ísland

United Kingdom

Shire Pharmaceuticals Ltd

Shire Pharmaceuticals Ltd

Bretland

Tel: +44 (0)800 055 6614

Sími: +44 (0)800 055 6614

email: medinfoemea@shire.com

email: medinfoemea@shire.com

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Din il-mediċina ngħatat ‘approvazzjoni kondizzjonali’. Dan ifisser li għad trid tingħata aktar evidenza dwar din il-mediċina.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ser tirrevedi l-informazzjoni l-ġdida dwar din il-mediċina mill- anqas kull sena u ser taġġorna dan il-fuljett kif meħtieġ.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu

7.Struzzjonijiet għall-użu

Din il-gwida hija maħsuba biex tgħinek tipprepara, tinjetta, u taħżen il-pinna tiegħek ta’ Natpar.

Dawn l-istruzzjonijiet huma maqsumin f’5 stadji

Iffamiljarizza ruħek mal-partijiet tal-pinna tiegħek ta’ Natpar u mal-mediċina Natpar tiegħek

Kif tipprepara u tħallat in-Natpar tiegħek

Kif tipprepara l-pinna tiegħek ta’ Natpar

Kif tagħti d-doża tiegħek ta’ kuljum

Kif taħżen il-mediċina tiegħek

Jekk fi kwalunkwe ħin ikollok bżonn assistenza, ikkuntattja lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

Tista’ wkoll tikkuntattja lir-rappreżentant lokali tiegħek ta’ Shire fuq in-numru tat-telefon elenkat fl- aħħar tas-sezzjoni 6 fil-fuljuett ta’ tagħrif jew b’email fuq medinfoemea@shire.com

X’għandek tkun taf qabel ma tibda

TUŻAX il-pinna tiegħek ta’ Natpar sakemm it-tabib jew l-infermier tiegħek ikun urik kif għandek tużaha.

Uża dawn l-istruzzjonijiet għall-użu kull darba li tħallat il-mediċina tiegħek, tipprepara l-pinna tiegħek, jew tagħti injezzjoni sabiex ma tinsiex tagħmel xi pass.

Trid titwaħħal labra ġdida mal-pinna kuljum.

Skartoċċ ġdid għandu jitħejja darba kull 14-il jum.

TUŻAX din il-mediċina jekk tinnota li tkun saret imċajpra, tkun biddlet il-kulur, jew ikun fiha frak viżibbli.

Dejjem aħżen l-iskartoċċ fil-friġġ (f’temperatura ta’ bejn 2°C 8°C).

TAGĦMILX l-iskartoċċ tiegħek fil-friża.

TUŻAX skartoċċ li jkun tqiegħed fil-friża.

Armi l-iskrataċ imħalltin kollha li jkunu ilhom aktar minn 14-il jum.

Ħu d-doża tiegħek darba kuljum biss.

Biex tnaddaf il-pinna tiegħek ta’ Natpar, imsaħ il-pinna minn barra b’biċċa niedja. TPOĠĠIX il-pinna fl-ilma u taħsilhiex u tnaddafhiex b’xi likwidu.

Armi l-iskartoċċ ta’ Natpar u l-labar użati kif jgħidlek it-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

Il-pinna Natpar tiegħek tista' tibqa’ tintuża sa sentejn.

Iffamiljarizza ruħek mal-partijiet tal-pinna tiegħek ta’ Natpar u mal-mediċina Natpar tiegħek

Iffamiljarizza ruħek mal-komponenti tal-pinna ta’ Natpar

Il-partijiet tal-pinna tiegħek ta’ Natpar

Nota: Il-protettur tal-virga (skartoċċ finta) jipproteġi l-virga waqt il-konsenja mill-fabbrika. Armi l- protettur tal-virga meta tkun lest biex tuża l-pinna tiegħek.

L-iskartoċċ tiegħek ta’ Natpar

L-iskartoċċ tiegħek ta’ Natpar fih trab mediċina u solvent li bih tħallat it-trab. Qabel tuża l-pinna tiegħek ta’ Natpar trid tħallat it-trab u s-solvent fl-iskartoċċ.

Kull skartoċċ fih 14-il doża.

L-indikatur tad-doża jurik l-għadd ta’ dożi li jkun għad fadal fl-iskartoċċ.

Oġġetti oħra meħtieġa:

Nota: It-tampuni bl-alkoħol, il-labar għall-injezzjoni u l-kontenitur li ma jittaqbux mhumiex inklużi fil-pakkett.

It-Tracker tal-Iskartoċċ tal-Mediċina jinsab f’dawn l-istruzzjonijiet għall-użu.

Kif tipprepara u tħallat in-Natpar tiegħek

Qabel tuża Natpar trid tħalltu. Ladarba tħallat il-mediċina, tista' tintuża għal mhux aktar minn 14-il injezzjoni (14-il doża).

Jekk tkun qiegħed tuża Natpar l-ewwel darba waħdek, it-tabib jew l-infermier tiegħek sejrin jiggwidawk dwar kif għandek tħallat l-iskartoċċ tiegħek ta’ Natpar.

1.Meta tkun qed tipprepara biex tinjetta doża, kun ċert li tneħħi l- iskartoċċ ta’ Natpar mill-friġġ.

Nota: Għandek taħżen l-iskartoċċ tiegħek fil-friġġ il-ħin kollu, ħlief meta tkun qed tipprepara u tinjetta l-mediċina tiegħek.

Aħsel u xxotta jdejk.

Iġbor l-oġġetti l-oħra tiegħek, inkluż:

o L-apparat għat-taħlit tiegħek

o Skartoċċ ġdid ta’ Natpar mill-friġġ

o Labra ġdida tal-pinna li tintuża darba biss

o Kontenitur li ma jittaqqabx għal strumenti li jaqtgħu

oLapes jew pinna biex tikteb id-dati li fihom tħallat l- iskartoċċ tiegħek

o It-tracker tal-iskartoċċ tal-mediċina tiegħek (li jinsab

f’dawn l-istruzzjonijiet għall-użu)

oIl-pinna Natpar tiegħek biex tinjetta l-mediċina tiegħek

oDawn l-istruzzjonijiet għall-użu

2.Imla d-dati fit-tracker tal-iskartoċċ tal-mediċina tiegħek.

It-tracker tal-iskartoċċ tal-mediċina

Struzzjonijiet:

Daħħal id-data ta’ llum fl-ispazju ħdejn id “Data meta tħalltet.”

Daħħal id-data 14–il jum mil-lum fl-ispazju ħdejn “Armi nhar(L-istess ġurnata tal-ġimgħa,

ġimagħtejn wara).

Armi l-iskartoċċ tiegħek fid-dataArmi nhar” anki jekk ikun fadallek mediċina fl-iskartoċċ tiegħek. Tużax l-iskartoċċ tiegħek fid-dataArmi nhar”.

Biex tħallat skartoċċ ġdid trid twaħħal labra tal-pinna.

3.Neħħi s-siġill tal-karta mill-għatu tal-labra.

4.Qabbad il-Labra tal-Pinna mal-kamin tal- iskartoċċ billi ddawwar fid-direzzjoni tal- arloġġ.

Kun ċert li l-Labra tal-Pinna tkun dritta u tkun qabdet sew mal-iskartoċċ (it-tarf il- wiesa tal-għatu tal-labra jrid ikun imiss l- ‘ispalla’ tal-iskartoċċ)

Tneħħix l-għatu jew il-protezzjoni tal- labra sakemm tkun lest li tagħti l- mediċina tiegħek.

5.Dawwar ir-rota tal-apparat għat-taħlit f’direzzjoni kontra l-arloġġ biex tbaxxi l- virga jekk ma tkunx diġà tbaxxiet.

Kun ċert li l-virga fl-apparat għat-taħlit tidher hekk (irtirata lura kompletament).

6.Qabbad l-iskartoċċ ta’ Natpar mal-kamin tal- apparat għat-taħlit billi ddawwar fid- direzzjoni tal-arloġġ.

Il-labra tal-pinna għandha tkun imwaħħla sew.

7.Bl-għatu tal-labra jipponta ’l fuq, dawwar ir-rota bil-mod fid-direzzjoni tal-arloġġ sakemm l-istoppers fl-iskartoċċ ma jibqgħux iduru u sakemm ir-rota ddur liberament.

Żomm il-labra tipponta ’l fuq.

IŻŻOMMX l-apparat għat-taħlit f’angolu.

8.Kun ċert li l-istoppers jidhru hekk u jibqgħu flimkien.

9.Żomm l-apparat għat-taħlit bl-iskartoċċ mehmuż, bil-labra tipponta ’l fuq, u bil-mod

ċaqlaq l-iskartoċċ min-naħa għal oħra (mid-9 sat-3 fuq l-arloġġ) madwar 10 darbiet biex tħoll it-trab li jinsab fl-iskartoċċ.

TĦAWWADX l-iskartoċċ.

Kun ċert li l-labra tkun qed tipponta ’l fuq.

Poġġi l-apparat għat-taħlit bl-iskartoċċ mehmuż f’ġenb u stenna 5 minuti biex tippermetti li t-trab jinħall kollu.

Iċċekkja s-soluzzjoni qabel tagħti kull doża ta’ kuljum. Jekk is-soluzzjoni tkun imċajpra, ikun fiha frak viżibbli, jew tkun ma tkunx bla kulur wara 5 minuti, tużax din il-mediċina.

Ikkuntattja lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek. Huwa normali li tara bżieżaq żgħar.

Kif tipprepara l-pinna tiegħek ta’ Natpar

Sejjer tipprepara l-pinna tiegħek ta’ Natpar darba kull 14–il jum.

1.Aqbad il-pinna tiegħek u neħħi l-għatu.

Żomm l-għatu biex tużah aktar tard.

2.Ħoll il-protettur tal-virga (skartoċċ finta) jew l-iskartoċċ vojt tal-mediċina f’direzzjoni kontra l-arloġġ u armih f’kontenitur li ma jittaqqabx għal strumenti li jaqtgħu.

3.Agħfas il-buttuna tal-injezzjoni. Għandek tara ż-“0 allinjat mat-talja fit-tieqa tad-doża. Jekk tara li ż-“0 ma jkunx allinjat, agħfas il- buttuna tal-injezzjoni sakemm jiġi allinjat.

4.Baxxi l-virga. Jekk il-virga tkun estiża, dawwar iċ-ċirku aħmar skur kontra l-arloġġ biex tbaxxiha. Tissikkax wisq iċ-ċirku.

5.Iċċekkja l-virga. Meta ssir kif suppost din ikollha vojt żgħir.

6.Ħoll l-iskartoċċ mill-apparat għat-taħlit billi ddawwar f’direzzjoni kontra l-arloġġ u poġġi l-apparat għat-taħlit f’ġenb.

7.Waħħal l-iskartoċċ mal-pinna. Aqbad it-tarf t’isfel tal-pinna u żommha bil-virga tipponta ’l fuq.

8.Filwaqt li żżomm l-għatu tal-labra jipponta ’l fuq, waħħal l-iskartoċċ mal-pinna billi ddawwar fid-direzzjoni tal-arloġġ sakemm ma jkunx hemm spazju bejn l-iskartoċċ u l- pinna.

9.Kif tipprajmja l-pinna tiegħek ta’ Natpar.

Dawwar iċ-ċirku tad-doża fid-direzzjoni tal- arloġġ sakemm il-kelmaGO” tallinja mat- talja fit-tieqa tad-doża.

10.Żomm il-pinna bl-għatu tal-pinna jipponta ’l fuq.

11.Agħfas il-buttuna tal-injezzjoni fuq wiċċ ċatt, pereżempju fuq wiċċ ta’ mejda, sakemm iż- “0” jallinja mat-talja fit-tieqa tad-doża.

Huwa normali li matul dan il-pass tidher taqtira jew tnejn fuq il-labra.

Tneħħix l-iskartoċċ tal-mediċina mill- pinna sad-dataArmi nhar” jew sakemm l-iskartoċċ ikun vojt.

Ipprajmja l-pinna tiegħek darba biss għal kull skartoċċ ġdid.

Kif tagħti d-doża tiegħek ta’ kuljum

NOTA: Jekk tkun għadek kif spiċċajt tħallat il-mediċina tiegħek u tipprepara l-pinna tiegħek u l-labra tal-pinna tkun imwaħħla, kompli minn “Qabel tinjetta d-doża tiegħek ta’ kuljum” (pass 6 f’din is-sezzjoni) għal struzzjonijiet dwar kif għandek tinjetta billi tuża l- pinna tiegħek ta’ Natpar.

Jekk fi kwalunkwe ħin tkun teħtieġ għajnuna, staqsi lit-tabib jew lill-infermier tiegħek.

1.Aħsel u xxotta jdejk.

2.Iġbor l-oġġetti tiegħek, inkluż:

Il-pinna tiegħek ta’ Natpar mill-friġġ

Labra ġdida tal-pinna li tintuża darba biss

Kontenitur għal strumenti li jaqtgħu li ma jittaqqabx

Tampun bl-alkoħol

Nota: Għandek taħżen l-iskartoċċ imħallat tiegħek ġol-pinna, fil-friġġ il-ħin kollu, ħlief meta tkun qed tipprepara u tinjetta l-mediċina tiegħek.

3.Iċċekkja l-iskartoċċ.

Neħħi l-għatu tal-pinna mill-pinna tiegħek ta’ Natpar. L- iskartoċċ imħallat għandu jkun fuq ġewwa.

4. Qabel twaħħal labra ġdida mal-pinna tiegħek, iċċekkja:

• Jekk is-soluzzjoni hijiex ċara, bla kulur u ma jkunx fiha frak viżibbli. Huwa normali li tara bżieżaq żgħar.

Jekk il-likwidu ma jkunx ċar, ma jkunx bla kulur jew ikun fih frak viżibbli, tużax din il- mediċina. Ikkuntattja lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

Ser ikollok tipprepara skartoċċ ġdid ta’ Natpar jekk:

Ma jkunx għad fadal dożi fil-pinna (il-kontatur tad-dożi jindika “0”) jew

Tkun waslet id-dataArmi nhar” (ara t-tracker tal-mediċina).

5.Kif twaħħal labra ġdida.

Neħħi s-siġill tal-karta minn fuq l-għatu tal-labra.

Żomm sew il-pinna ta’ Natpar wieqfa.

Filwaqt li żżomm l-għatu tal-labra dritt, waħħlu sew mal-iskartoċċ billi ddawwar fid-direzzjoni tal-arloġġ (it- tarf il-wiesa tal-għatu tal-labra jrid ikun imiss l-‘ispalla’ tal-iskartoċċ).

Ħalli l-għatu tal-labra mwaħħal.

6.Qabel tinjetta d-doża tiegħek ta’ kuljum.

TUŻAX skartoċċ li kien tpoġġa fil-friża.

Armi l-iskrataċ kollha mħalltin jekk tkun waslet id-dataArmi nhar” (ara t-tracker tal- mediċina).

7.Imsaħ is-sit tal-injezzjoni fuq kuxxtejk b’tampun bl-alkoħol.

Injetta f’koxox alternati kuljum.

Kun ċert li matul il-pass 8 sal-pass 17 l-għatu tal-labra jkun dejjem qiegħed jipponta ’l isfel.

8.Żomm il-pinna ta’ Natpar bil-labra tipponta dritt ’l isfel.

Żomm il-labra tipponta ’l isfel sakemm l-injezzjoni tkun lesta.

9.Żomm il-pinna sabiex tkun tista’ tara t-tieqa tad-doża.

10.Dawwar iċ-ċirku tad-doża sakemm il-kelmaGO” tiġi allinjata mat-talja fit-tieqa. Iddawwarx iċ-ċirku tad-doża lil hinn minn “GO.”

Jekk iċ-ċirku tad-doża tkun iebsa biex iddur, jista' jkun li ma jkunx għad fadallek biżżejjed likwidu.

Iċċekkja l-indikatur tad-doża fuq l-iskartoċċ biex tara jekk għadx fadal xi dożi jew iċċekkja d-dataArmi nhar” fuq it-tracker tal-iskartoċċ tal-mediċina biex tara jekk ikunux għaddew aktar minn 14–il jum.

11.Bil-mod taptap l-iskartoċċ 3 sa 5 darbiet. Dan iċaqlaq kwalunkwe bużżieqa tal-arja li tkun preżenti ’l bogħod mil- labra.

12.Ipprepara l-labra tal-pinna biex tagħti l-injezzjoni.

Mingħajr ma tħollha,

Neħħi l-għatu tal-labra u poġġih f’ġenb.

Imbagħad neħħi l-protettur tal-labra u armih.

13.Żomm il-pinna sabiex tkun tista' tara l-kelmaGOfit-tieqa tad-doża bil-labra tal-pinna tipponta ’l isfel.

14.Aqra l-passi 15, 16, u 17 b’attenzjoni qabel tinjetta l-mediċina.

15.Daħħal il-labra kompletament f’kuxxtejk (tista' toqros parti mill-ġilda jekk it-tabib jew l-infermier tiegħek ikun qallek tagħmel dan). Kun ċert li tkun tista' tara l-kelmaGO” fit- tieqa.

16.Agħfas il-buttuna tal-injezzjoni sakemm iż-“0 jiġi allinjat mat-talja fit-tieqa tad-doża. Għandek tara u tħoss iċ-ċirku tad- doża ddur lura lejn “0.” Bil-mod għodd sa 10.

Nota importanti dwar l-injezzjoni:

Biex tevita li tagħti doża baxxa, ser ikollok bżonn iżżomm il- labra fil-ġilda għal 10 sekondi WARA li tagħfas il-buttuna tal- injezzjoni.

17.Iġbed il-labra dritt ’il barra minn kuxxtejk.

Huwa normali li matul dan il-pass tara taqtira jew tnejn fuq il-labra.

Jekk taħseb li ma tkunx irċevejt id-doża sħiħa, tieħux doża oħra. Ċempel lit-tabib tiegħek. Jista’ jkollok bżonn tieħu l-kalċju u l-vitamina D.

18.Bil-mod erġa’ għatti l-labra esposta bl-għatu l-kbir tal-labra billi tuża teknika ta’ scooping.

Kun ċert li l-labra tkun daħlet sa ġewwa net tal-għatu.

19.Ħoll l-għatu tal-labra (bil-labra tal-pinna ġo fih) billi ddawwar f’direzzjoni kontra l-arloġġ filwaqt li żżomm l-iskartoċċ.

Tagħtix il-pinna jew il-labar tal-pinna tiegħek lil ħaddieħor. Tista' tagħtihom infezzjoni jew tieħu infezzjoni mingħandhom.

20.Armi l-labra użata ġo kontenitur li ma jittaqqabx.

Staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek dwar il-mod korrett ta’ kif għandek tarmi kontenitur mimli li ma jittaqqabx.

21.Erġa’ poġġi l-għatu fuq il-pinna tiegħek.

Biex tkun tista' tpoġġi l-għatu tal-pinna jrid ikun hemm skartoċċ imwaħħal.

Allinja l-klipp tal-but fuq l-għatu mat-tab fuq il-pinna.

Agħfas l-għatu u l-pinna flimkien sakemm tismagħha tikklikkja.

22.Poġġi l-pinna ta’ Natpar fil-friġġ.

Kif għandek taħżen il-mediċina tiegħek

L-iskrataċ ta’ Natpar u kwalunkwe pinna li jkun fiha skartoċċ imħallat għandhom dejjem jinħażnu fil-friġġ (2°C 8°C).

TPOĠĠIX l-iskartoċċ

TUŻAX skartoċċ li jkun

tiegħek fil-friża.

tpoġġa fil-friża.

Armi l-iskrataċ imħalltin kollha li jkunu ilhom aktar minn 14–il jum.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati