Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

NexoBrid (concentrate of proteolytic enzymes enriched...) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - D03BA03

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaNexoBrid
Kodiċi ATCD03BA03
Sustanzaconcentrate of proteolytic enzymes enriched in bromelain
ManifatturMediWound Germany GmbH

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas- saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata.> Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

NexoBrid 2 g trab u ġell għal ġell

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kunjett wieħed fih 2 g ta’ konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain, li jikkorrispondu għal 0.09 g/g ta’ konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain wara li jitħallat (jew 2 g/22 g ta’ ġell).

L-enzimi proteolitiċi huma taħlita ta’ enzimi estratti mill-istemma ta’ Ananas comosus (pjanta tal- ananas).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab u ġell għal ġell.

It-trab hu abjad jagħti fil-griż sa kannella ċar jagħti fl-isfar. Il-ġell hu ċar u bla kulur.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

NexoBrid hu indikat għat-tneħħija ta’ tessut mejjet f’persuni adulti b’feriti profondi parzjali tal-ġilda u tal-ħxuna sħiħa tal-ġilda kkawżati minn ħruq termali.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

NexoBrid għandu jiġi applikat biss minn professjonisti mħarrġa fil-qasam mediku f’ċentri li jispeċjalizzaw fil-kura ta’ feriti kkawżati minn ħruq.

Pożoloġija

2 g NexoBrid trab f’20 g ta’ ġell jiġi applikat fuq żona ta’ ferita kkaġunata minn ħruq ta’ 100 ċm2.

NexoBrid m’għandux jiġi applikat fuq iktar minn 15% tal-Erja Totali tas-Superfiċje tal-Ġisem

(TBSA) (ara wkoll sezzjoni 4.4, Koagulopatija).

NexoBrid għandha jitħalla jmiss mal-ħruq għal perijodu ta’ 4 sigħat. Għad hemm informazzjoni limitata ħafna dwar l-użu ta’ NexoBrid fuq żoni fejn ikun għad baqa’ tessut mejjet wara l-ewwel applikazzjoni.

It-tieni applikazzjoni u applikazzjonijiet sussegwenti mhumiex rakkomandati.

Popolazzjonijiet speċjali

Indeboliment tal-kliewi

M’hemmx informazzjoni dwar l-użu ta’ NexoBrid f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi.

Indeboliment tal-fwied

M’hemmx informazzjoni dwar l-użu ta’ NexoBrid f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied.

Pazjenti anzjani

Esperjenza b’NexoBrid f’pazjenti anzjani (>65 sena) hi limitata. Evalwazzjoni tal-benefiċċju/riskju għandha tinkludi konsiderazzjoni tal-frekwenza akbar ta’ mard ieħor li l-pazjent ikollu fl-istess ħin jew terapija oħra bi prodotti mediċinali fl-anzjani. L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ NexoBrid fit-tfal u adolexxenti li għandhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa. Dejta disponibbli hi deskritta fis-sezzjoni 4.8 u 5.1 imma l-ebda rakkomandazzjoni dwar il-pożoloġija ma tista’ tingħata.

NexoBrid mhuwiex indikat għall-użu f’pazjenti li għandhom inqas minn 18-il sena.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Użu għall-ġilda.

Qabel l-użu, it-trab irid jitħallat mal-ġell biex jipproduċi ġell uniformi.

NexoBrid għandu jiġi applikat fuq żona ta’ ferita li tkun nadifa, mingħajr keratin, u umda.

Prodotti mediċinali applikati b’mod topiku (bħal silver sulfadiazine jew povidone-iodine) fis-sit tal- ferita, iridu jitneħħew u l-ferita trid titnaddaf qabel l-applikazzjoni ta’ NexoBrid.

Ara sezzjoni 6.6 għal istruzzjonijiet dwar il-preparazzjoni tal-ġell NexoBrid.

Preparazzjoni tal-pazjent u ż-żona tal-ferita

Żona totali ta’ ferita ta’ mhux iktar minn 15% TBSA tista’ tiġi kkurata b’NexoBrid (ara wkoll sezzjoni 4.4, Koagulopatija).

Immaniġġjar preventiv tal-uġigħ irid jintuża kif inhi l-prattika komuni għal tibdil estensiv tal- garżi; għandu jinbeda mill-inqas 15-il minuta qabel l-applikazzjoni ta’ NexoBrid.

Il-ferita trid titnaddaf bir-reqqa u s-saff superfiċjali tal-keratin jew infafet irid jitneħħa miż-żona tal-ferita, għax il-keratin ser jiżola t-tessut mejjet minn kuntatt dirett ma’ NexoBrid u jevita li t- tessut mejjet jitneħħa minn NexoBrid.

Il-garża mxarrba b’soluzzjoni antibatterjali trid tiġi applika għal sagħtejn.

Il-prodotti mediċinali antibatterjali kollha applikati b’mod topiku jridu jitneħħew qabel ma tapplika NexoBrid. Il-bqija tal-prodotti mediċinali antibatterjali jistgħu jinterferixxu mal- attività ta’ NexoBrid billi jnaqqsu l-effikaċja tiegħu.

Iż-żona li minnha tixtieq tneħħi t-tessut mejjet trid tkun imdawra b’ostaklu li jwaħħal ta’ ingwent sterilizzat tal-paraffin billi tapplikah ftit ċentimetri ’il barra miż-żona tal-kura (billi tuża dispenser). Is-saff tal-paraffin ma jridx imiss maż-żona li tkun se tiġi kkurata biex tevita li tiksi t-tessut mejjet, u għaldaqstant jiżola t-tessut mejjet minn kuntatt dirett ma’ NexoBrid.

Biex tiġi evitata irritazzjoni possibbli ta’ ġilda mibruxa minn kuntatt involontarju ma’ NexoBrid, żoni bħal dawn jistgħu jiġu protetti minn saff sterilizzat ta’ ingwent li jkun fih ix- xaħam.

Soluzzjoni sterilizzata ta’ isotonic sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) trid titferrex fuq il-ferita kkawżata minn ħruq. Il-ferita trid tinżamm umda waqt il-matul il-proċedura ta’ applikazzjoni.

Applikazzjoni ta’ NexoBrid

Fi żmien 15-il minuta minn x’ħin jitħallat, NexoBrid irid jiġi applikat b’mod topiku fuq il-ferita mxarrba kkawżata minn ħruq, bi ħxuna ta’ 1.5 sa 3 millimetri.

Il-ferita mbagħad trid tinkesa b’garża sterilizzata okklużiva li teħel mal-materjal tal-ostaklu sterilizzat li jwaħħal applikat skont l-istruzzjonijiet hawn fuq (ara Preparazzjoni tal-pazjent u ż-

żona tal-ferita). Il-ġell NexoBrid irid jimla l-garża okklużiva kollha, u għandu jkun hemm kawtela speċjali biex ma titħalliex arja taħt din il-garża okklużiva. Billi tagħfas b’mod ġentili l- garża okklużiva fiż-żona tal-kuntatt bl-ostaklu li jwaħħal, se jiżgura adeżjoni bejn ir-rita okklużiva u l-ostaklu sterilizzat li jwaħħal u jwettaq trażżin sħiħ ta’ NexoBrid fuq iż-żona tal- kura.

Il-ferita bil-garżi trid tkun miksija b’garżi maħlulin ħoxnin u bit-tentix, li jinżammu f’posthom b’faxxa.

Il-garżi jridu jibqgħu fil-post għal 4 sigħat.

It-tneħħija ta’ NexoBrid

Prodotti mediċinali adattati b’analġesija preventiva jridu jiġu applikati.

Wara 4 sigħat ta’ kura b’NexoBrid, il-garża okklużiva trid titneħħa billi tuża tekniki asettiċi.

L-ostaklu li jwaħħal irid jitneħħa billi tuża strument sterilizzat b’tarf li ma jaqtax (eż., depressor tal-ilsien).

It-tessut mejjet maħlul irid jitneħħa minn fuq il-ferita billi timsħu bi strument sterilizzat b’tarf li ma jaqtax.

Il-ferita trid tintmesaħ bir-reqqa l-ewwel, b’garża kbira xotta u sterilizzata jew napkin, segwita minn ġarża sterilizzata jew napkin li tkun ġiet imxarrba b’soluzzjoni isotonika ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%). Iż-żona kkurata trid tindilek sakemm il-wiċċ tal-ġilda isir ta’ lewn roża, b’postijiet fejn ikun ħiereġ id-demm jew tessut abjad. Li togħrok il-ġilda mhux ser ineħħi tessut mejjet mhux maħlul li jkun għad baqa’ mwaħħal f’żoni fejn ikun għad fadal tessut mejjet.

Garża mxarrba b’soluzzjoni antibatterjali trid tiġi applikata għal sagħtejn addizzjonali.

Kura tal-ferita wara t-tneħħija ta’ tessut mejjet

Iż-żona li minnha jkun tneħħa t-tessut mejjet trid tinkesa immedjatament minn sostituti temporanji jew permanenti tal-ġilda jew faxex biex jiġi evitat tnixxif u/jew il-formazzjoni ta’ psewdo tessut mejjet u/jew infezzjoni.

Qabel ma’ għata permanenti tal-ġilda jew sostitut temporanju tal-ġilda jiġu applikati fuq żona li minnha jkun għadu kif tneħħa t-tessut mejjet b’mod enzimatiku, faxxa mxarrba tat-tip wet-to- dry trid tiġi applikata.

Qabel l-applikazzjoni tat-trapjanti jew faxex primarji, iż-żona li minnha jkun tneħħa t-tessut mejjet trid titnaddaf u tiġi ffriskata permezz ta’ eż., tuża xkupilja jew tobrox iż-żona biex tippermetti li faxex jeħlu fil-post.

Feriti b’żoni ta’ ħxuna sħiħa u ħruq profond għandhom jiġu awtotrapjantati kemm jista’ jkun malajr wara t-tneħħija ta’ tessut mejjet b’NexoBrid. Għandha wkoll tingħata konsiderazzjoni b’attenzjoni li jitpoġġew għata permanenti fuq il-ġilda (eż. awtotrapjanti) fuq feriti bi ħxuna parzjali profonda dritt wara t-tneħħija ta’ tessut mejjet permezz ta’ NexoBrid.

Ara sezzjoni 4.4.

Kull kunjett, ġell, jew ġell rikostitwit ta’ NexoBrid għandu jintuża għal pazjent wieħed biss.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva, għall-ananas jew papain, (ara wkoll sezzjoni 4.4), jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain jiġi assorbit b’mod sistemiku minn żoni b’feriti kkawżati minn ħruq (ara sezzjoni 5.2).

NexoBrid mhuwiex rakkomandat għall-użu fuq:

-feriti penetranti kkawżati minn ħruq fejn oġġetti barranin (eż. impjanti, pacemakers, u shunts) u/jew strutturi/vitali (eż. vini jew arterji ikbar, għajnejn) huma jew jistgħu jiġu esposti matul it- tneħħija ta’ tessut mejjet.

-feriti kimiċi kkawżati minn ħruq.

-feriti kontaminati b’sustanzi radjuattivi u sustanzi perikolużi oħrajn biex jiġu evitati reazzjonijiet mal-prodott li ma jistgħux jiġu mbassra u żieda fir-riskju ta’ firxa tas-sustanza tossika.

L-użu f’pazjenti b’mard kardjopulmonari u pulmonari

NexoBrid għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti b’mard kardjopulmonari u pulmonari, li jinkludi trawma pulmonari kkawżata minn ħruq u trawma pulmonari ssuspettata kkawżata minn ħruq.

Il-prinċipji ġenerali ta’ kura kif suppost ta’ feriti kkawżati minn ħruq iridu jiġu segwiti meta jintuża

NexoBrid. Dan jinkludi kisi kif suppost ta’ feriti għal tessut espost.

Feriti kkawżati minn ħruq li għalihom hemm esperjenza limitata jew l-ebda esperjenza

M’hemmx esperjenza dwar l-użu ta’ NexoBrid fuq:

-feriti kkawżati minn ħruq fiż-żoni perineali u ġenitali.

-ħruq elettriku.

Hemm informazzjoni limitata dwar l-użu ta’ NexoBrid fuq feriti fil-wiċċ ikkawżati minn ħruq.

NexoBrid għandu jintuża b’kawtela f’dawn il-pazjenti.

Hemm dejta farmakokinetika limitata f’pazjenti b’TBSA ta’ iktar minn 15%. Minħabba konsiderazzjonijiet tas-sigurtà (ara wkoll sezzjoni 4.4, Koagulopatija) NexoBrid m’għandux jiġi applikat fuq iktar minn 15% ta’ Erja Totali tas-Superfiċje tal-Ġisem (TBSA).

Prevenzjoni ta’ kumplikazzjonijiet ta’ feriti

Fi studji dwar NexoBrid, feriti bi fdal viżibbli tal-ġilda tħallew ifiequ permezz ta’ epitelizzazzjoni spontanja. F’diversi każijiet, fejqan adegwat ma seħħx u awtotrapjant kien meħtieġ f’data aktar tard, u dan wassal għal dewmien sinifikanti fl-għeluq tal-ferita li hu assoċjat ma’ żieda fir-riskju ta’ kumplikazzjonijiet relatati mal-ferita. Għalhekk, feriti b’żoni ta’ ħxuna sħiħa u ħruq profond għandhom jiġu awtotrapjantati kemm jista’ jkun malajr wara t-tneħħija ta’ tessut mejjet b’NexoBrid (ara sezzjoni 5.1 għar-riżultati tal-istudju). Għandha wkoll tingħata konsiderazzjoni b’attenzjoni li jitpoġġew għata permanenti fuq il-ġilda (eż. awtotrapjanti) fuq feriti bi ħxuna parzjali profonda dritt wara t-tneħħija ta’ tessut mejjet permezz ta’ NexoBrid. Ara wkoll sezzjoni 4.2 u 4.8.

Bħal fil-każ ta’ tneħħija ta’ tessut mejjet b’mod kirurġiku, sabiex jiġi evitat it-tnixxif u/jew il- formazzjoni ta’ psewdo tessut mejjet u/jew infezzjoni, iż-żona ta’ tneħħija ta’ tessut mejjet għandha tinkesa immedjatament b’sostituti jew garżi temporanji jew permanenti. Meta tapplika kisi permanenti tal-ġilda (eż., awtotrapjant) jew sostitut temporanju tal-ġilda (eż. allograft) fuq żona li minnha jkun tneħħa tessut mejjet b’mod enzimatiku, għandha tingħata attenzjoni biex tnaddaf u tiffriska l-wiċċ tal- ġilda li minnha jkun tneħħa t-tessut mejjet, eż., billi tnaddaf jew tobrox biex tippermetti l-adeżjoni tal- garżi.

Protezzjoni għall-għajnejn

Kuntatt dirett mal-għajnejn għandu jiġi evitat. Jekk ikun hemm riskju ta’ kuntatt mal-għajnejn, għajnejn il-pazjent għandhom jiġu protetti b’ingwent oftalmiku li jkun fih ix-xaħam.

F’każ ta’ espożizzjoni fl-għajnejn, xarrab l-għajnejn esposti b’ammonti kbar ta’ ilma għal mill-inqas 15-il minuta.

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva, espożizzjoni tal-ġilda

Hemm dejta klinika limitata biex jiġi evalwat il-potenzjal għal sensibilizzazzjoni ta’ NexoBrid. Reazzjonijiet allerġiċi għal bromelain (li jinkludu reazzjonijiet anafilattiċi u reazzjonijiet oħra tat-tip immedjat b’manifestazzjonijiet bħal bronkospażmu, anġjoedema, urtikarja, u reazzjonijiet fil-mukuża u gastrointestinali) kienu rrappurtati fil-letteratura. Sensibilizzazzjoni ssuspettata wara espożizzjoni orali u wara espożizzjoni ripetuta tal-passaġġ tan-nifs fuq il-post tax-xogħol ġiet irrappurtata.

Flimkien ma’ dan, reazzjoni tal-ġilda allerġika tat-tip li jittardja (infjammazzjoni tax-xufftejn) wara espożizzjoni tal-ġilda għal tul akbar ta’ żmien (mouthwash) ġiet irrappurtata.

Il-potenzjal ta’ NexoBrid (prodott magħmul minn proteini) li jikkawża sensibilizzazzjoni għandu jiġi kkunsidrat meta l-pazjenti jiġu esposti mill-ġdid għal prodotti li fihom bromelain aktar tard maż- żmien. L-użu ta’ NexoBrid meta jkun hemm feriti sussgwenti kkawżati minn ħruq mhuwiex rakkomandat.

F’każ ta’ espożizzjoni tal-ġilda, NexoBrid għandu jitneħħa billi jiġi mlaħlaħ bl-ilma biex titnaqqas il- probabbiltà ta’ sensibilizzazzjoni tal-ġilda (ara sezzjoni 6.6).

Sensittività inkroċjata

Sensittività inkroċjata bejn bromelain u papain kif ukoll proteini tal-latex (magħrufa bħala sindrome ta’ latex-frott), velenu tan-naħal, u polline tas-siġra taż-żebbuġ, ġiet irrappurtata fil-letteratura.

Koagulopatija

Mhux magħruf jekk l-applikazzjoni ta’ NexoBrid għandhiex kwalunkwe effett klinikament rilevanti fuq l-emostasi.

Żieda fir-rata ta’ taħbit tal-qalb (li jinkludi takikardija), tnaqqis fl-aggregazzjoni tal-plejtlits u livelli ta’ fibrinoġen fil-plażma u żieda moderata fil-ħinijiet ta’ tromboplastin parzjali u ta’ protrombin ġew irrappurtati fil-letteratura bħala effetti possibbli wara l-għoti orali ta’ bromelain. Dejta in vitro u dejta dwar l-annimali tissuġġerixxi li bromelain jista’ wkoll jippromwovi l-fibrinolisi. Matul l-iżvilupp kliniku ta’ NexoBrid, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta’ żieda fit-tendenza għal ħruġ ta’ demm jew ħruġ ta’ demm fis-sit tat-tneħħija ta’ tessut mejjet.

NexoBrid għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti b’disturbi ta’ koagulazzjoni, għadd baxx ta’ plejtlits u żieda fir-riskju ta’ ħruġ ta’ demm minn kawżi oħrajn, eż. ulċera peptika u sepsis.

Il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati għal sinjali possibbli ta’ anormalitajiet fil-koagulazzjoni.

Monitoraġġ

Flimkien ma’ monitoraġġ ta’ rutina għal pazjenti b’feriti kkawżati minn ħruq (eż., sinjali vitali, volum/ilma/stat tal-elettroliti, għadd sħiħ tad-demm, tal-albumina fis-serum u tal-livelli tal-enzimi tal- fwied), il-pazjenti kkurati b’NexoBrid għandhom jiġu mmonitorjati għal:

-Żieda fit-temperatura tal-ġisem.

-Sinjali ta’ proċessi infjammatorji lokali u sistemiċi u proċessi infettivi.

-Kundizzjonijiet li jistgħu jiġu kkawżati jew li jmorru għall-agħar minn premedikazzjoni analġesika (eż., dilatazzjoni gastrika, nawseja u riskju ta’ rimettar għal għarrieda, stitikezza) jew profilassi antibijotika (eż., dijarea).

-Sinjali ta’ reazzjonijiet allerġiċi lokali jew sistemiċi.

-Effetti potenzjali fuq l-emostasi (ara hawn fuq).

It-tneħħija ta’ prodotti mediċinali antibatterjali applikati b’mod topiku qabel l-applikazzjoni ta’ NexoBrid

Il-prodotti mediċinali antibatterjali kollha applikati b’mod topiku jridu jitneħħew qabel ma tapplika NexoBrid. Il-bqija tal-prodotti mediċinali antibatteriċi jistgħu jinterferixxu mal-attività ta’ NexoBrid billi jnaqqsu l-effikaċja tiegħu.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma twettaq l-ebda studju ta’ interazzjoni b’NexoBrid.

Tnaqqis fl-aggregazzjoni tal-plejtlits u livelli ta’ fibrinoġen fil-plażma u żieda moderata fil-ħinijiet ta’ tromboplastin parzjali u ta’ protrombin ġew irrappurtati bħala effetti possibbli wara l-għoti orali ta’ bromelain. Dejta in vitro u dejta dwar l-annimali tissuġġerixxi li bromelain jista’ wkoll jippromwovi l-fibrinolisi. Għalhekk il-kawtela u l-monitoraġġ huma meħtieġa meta tingħata riċetta għall-użu fl- istess ħin ta’ prodotti mediċinali li jaffettwaw il-koagulazzjoni. Ara wkoll sezzjoni 4.4.

NexoBrid, meta assorbit, hu inibitur ta’ ċitokrom P 450 2C8 (CYP2C8) u P450 2C9 (CYP2C9). Dan għandu jiġi kkunsidrat jekk NexoBrid jintuża f’pazjenti li jkunu qed jirċievu substrati ta’ CYP2C8 (li jinkludu amiodarone, amodiaquine, chloroquine, fluvastatin, paclitaxel, pioglitazone, repaglinide, rosiglitazone, sorafenib u torasemide) u substrati CYP2C9 (li jinkludu ibuprofen, tolbutamide, glipizide, losartan, celecoxib, warfarin, u phenytoin).

Prodotti mediċinali antibatteriċi applikati b’mod topiku (eż. silver sulfadiazine jew povidone iodine) jistgħu jnaqqsu l-effikaċja ta’ NexoBrid (ara sezzjoni 4.4).

Bromelain jista’ jkabbar l-azzjonijiet ta’ fluorouracil u vincristine.

Bromelain jista’ jkabbar l-effett ipotensiv ta’ inibituri ACE, li jikkawża tnaqqis fil-pressjoni tad- demm aktar milli mistenni.

Bromelain jista’ jżid in-ngħas ikkawżat minn xi prodotti mediċinali (eż., benzodiazepines, barbiturates, narkotiċi u antidipressanti).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta dwar l-użu ta’ NexoBrid f’nisa tqal.

Studji f’annimali mhux biżżejjed biex jevalwaw kif suppost il-potenzjal ta’ NexoBrid li jinterferixxi mal-iżvilupp embrijonali/tal-fetu (ara sezzjoni 5.3).

Billi l-użu sigur ta’ NexoBrid waqt it-tqala għandu ma ġiex stabbilit s’issa, NexoBrid mhux irrikkmandat waqt it-tqala.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain jew il-metaboliti tiegħu huma eliminati fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. Ir-riskju gћat-trabi tat-twelid mhux eskluż. It-treddigħ għandu jitwaqqaf għal mill-inqas 4 ijiem wara l-applikazzjoni ta’ NexoBrid.

Fertilità

Ma sarux studji biex jevalwaw l-effetti ta’ NexoBrid fuq il-fertilità.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Mhux rilevanti.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Kumplikazzjoni tal-ferita*

L-iktar reazzjonijiet avversi tal-użu ta’ NexoBrid irrappurtati b’mod komuni huma wġigħ lokali u deni/ipertermija temporanji. Meta NexoBrid intuża f’kors li inkluda analġesija preventiva rakkomandata kif ipprattikat regolarment għal tibdil estensiv ta’ garżi f’pazjenti b’feriti kkawżati minn ħruq kif ukoll tgħaddis antibatteriku taż-żona tal-kura qabel u wara l-applikazzjoni ta’ NexoBrid (ara sezzjoni 4.2), uġigħ lokali kien irrappurtat fi 3.6% tal-pazjenti, deni/ipertermija kienu rrappurtati f’19.1% tal-pazjenti. Il-frekwenza ta’ uġigħ u deni/ipertermija kienet ogħla mingħajr dawn il-miżuri ta’ prekawzjoni (ara hawn taħt).

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw għat-terminoloġija tal-frekwenza li tintuża minn hawn ’il quddiem:

Komuni ħafna (≥1/10) Komuni (≥1/100 sa <1/10)

Mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100) Rari (≥1/10,000 sa <1/1,000)

Rari ħafna (<1/10,000)

Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli)

Il-frekwenzi tar-reazzjonijiet avversi ppreżentati hawn taħt jirriflettu l-użu ta’ NexoBrid għat-tneħħija ta’ tessut mejjet minn feriti profondi parzjali tal-ġilda u/jew tal-ħxuna sħiħa tal-ġilda kkawżati minn ħruq f’kors bi profilassi antibatterjali lokali, analġesija rakkomandata, kif ukoll kopertura taż-żona bil- feriti wara applikazzjoni ta’ NexoBrid għal 4 sigħat b’garża okklużiva għal trażżin ta’ NexoBrid fuq il-ferita.

Asterisk (*) jindika li informazzjoni addizzjonali dwar ir-reazzjoni avversa rispettiva hi pprovduta taħt il-lista ta’ reazzjonijiet avversi.

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

Komuni: Infezzjoni tal-feriti

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda/Korriment, avvelenament u komplikazzjonijiet ta’ xi proċedura

Komuni:

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata

Komuni ħafna:

Deni/ipertermija*

Komuni:

Uġigħ lokali*

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Deni/ipertermija

Fi studji li jimplimentaw tgħaddis antibatteriku ta’ rutina, iż-żona tal-kura qabel u wara l- applikazzjoni ta’ NexoBrid (ara sezzjoni 4.2), deni jew ipertermija ġew irrappurtati f’19.1% ta’ pazjenti kkurati b’NexoBrid u fi 15.8% tal-pazjenti tal-kontroll ikkurati skont standard ta’ kura. Fil- grupp ta’ NexoBrid, l-avveniment ġie kklassifikat bħala ħafif, moderat jew sever f’9.1%, 9.1%, u 0% tal-pazjenti, rispettivament.

Fi studji mingħajr tgħaddis antibatteriku, deni jew ipertermija ġew irrappurtati f’35.6% tal-pazjenti kkurati b’NexoBrid meta mqabbla ma’ 18.6% fil-pazjenti tal-kontroll. Fil-grupp ta’ NexoBrid, l- avveniment ġie kklassifikat bħala ħafif, moderat jew sever fi 30.0%, 5.6%, u 1.1% tal-pazjenti, rispettivament.

Uġigħ

Fi studji fejn il-kors b’NexoBrid kien jinkludi analġesija preventiva rakkomandata kif ippratikata regolarment għal tibdil estensiv ta’ faxex f’pazjenti b’feriti kkawżati minn ħruq (ara sezzjoni 4.2) uġigħ lokali ġie rrappurtat fi 3.6% ta’ pazjenti kkurati b’NexoBrid u f’4.0% tal-pazjenti tal-kontroll

ikkurati skont standard ta’ kura. Fil-grupp ta’ NexoBrid, l-avveniment ġie kklassifikat bħala ħafif, moderat jew sever f’0.9%, 0.9%, u 1.8% tal-pazjenti, rispettivament.

Fi studji fejn l-analġesija ġiet ipprovduta lil pazjenti kkurati b’NexoBrid fuq bażi li tingħatalhom meta jitolbuha, uġigħ lokali ġie rrappurtat fi 23.3% tal-pazjenti kkurati b’NexoBrid u fi 11.4% tal-pazjenti tal-kontroll. Fil-grupp ta’ NexoBrid, l-avveniment ġie kklassifikat bħala ħafif, moderat jew sever f’6.7%, 7.8%, u 8.9% tal-pazjenti, rispettivament.

Kumplikazzjonijiet tal-feriti

Fi studji kliniċi ta’ fażi 2 u fażi 3, ċerti tipi ta’ kumplikazzjonijiet ta’ feriti ġew irrappurtati b’mod iktar frekwenti fil-grupp ta’ NexoBrid milli fil-grupp ikkurat skont is-siti tal-istudju Standard of Care (SOC). Dawn l-avvenimenti kienu jinkludu: il-ferita ssir aktar fonda jew tinxef (dekompożizzjoni) f’5 pazjenti (2.4%) b’NexoBrid u 0 b’SOC kif ukoll trapjant li ma jirnexxix (parzjali) f’6 pazjenti (2.9%) b’NexoBrid u 2 (1.6%) b’SOC (ara sezzjoni 4.4).

Infezzjonijiet Ġenerali

Fi studji kliniċi ta’ fażi 2 u fażi 3, infezzjonijiet ġenerali (mhux assoċjati ma’ feriti. eż. infezzjonijiet fl-apparat urinarju, infezzjonijiet virali) kienu rrappurtati iktar b’mod frekwenti fil-grupp ta’ NexoBrid (0.147 avvenimenti għal kull pazjent) milli fil-grupp ikkurati skont SOC (0.079 avvenimenti għal kull pazjent).

Popolazzjoni pedjatrika

Hemm biss dejta limitata dwar is-sigurtà mill-użu fil-popolazzjoni pedjatrika. Minn din id-dejta hu mistenni li l-profil tas-sigurtà globali fit-tfal li għandhom 4 snin u aktar u fl-adolexxenti hu simili għall-profil f’persuni adulti.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Kura bil-konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain ippreparati fi proporzjon trab:ġell ta’

1:5 (0.16 g f’kull 1 g ta’ ġell imħallat) f’pazjenti b’feriti profondi parzjali tal-ġilda u/jew tal-ħxuna sħiħa tal-ġilda kkawżati minn ħruq fil-qafas ta’ studju kliniku, ma rriżultatx f’riżultati tas-sigurtà li kienu differenti b’mod sinifikanti meta mqabbla mal-kura b’konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain ippreparati fi proporzjon trab:ġell ta’ 1:10 (0.09 g f’kull 1 g ta’ ġell imħallat).

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Kodiċi ATC: D03BA03 bromelains

Konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain hi sustanza li tneħħi tessut mejjet, applikata b’mod topiku għat-tneħħija ta’ tessut mejjet ta’ feriti profondi parzjali tal-ġilda u/jew tal-ħxuna sħiħa tal-ġilda kkawżati minn ħruq.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

It-taħlita ta’ enzimi f’NexoBrid tħoll tessut mejjet ta’ feriti kkawżati minn ħruq. Il-komponenti speċifiċi responsabbli għal dan l-effett ma ġewx identifikati. Il-kostitwent maġġuri hu stem bromelain.

Effikaċja klinika

Matul l-iżvilupp kliniku, total ta’ 362 pazjent ġew ikkurati bil-konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain.

L-effikaċja ta’ NexoBrid fil-bnedmin ġiet evalwata, meta mqabbla ma’ standard ta’ kura, fi studju ta’ fażi 3 li fih il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, multiċentriku, multinazzjonali, open-label, u konfermatorju, li sar fuq pazjenti rikoverati l-isptar li kellhom feriti termali profondi parzjali tal-ġilda u/jew tal-ħxuna sħiħa tal-ġilda kkawżati minn ħruq ta’ 5 sa 30% tal-Erja Totali tas-Superfiċje tal- Ġisem (TBSA), iżda b’feriti totali kkawżati minn ħruq ta’ mhux iktar minn 30% tat-TBSA.

NexoBrid (2 g/100 ċm2, li jikkorrispondu għal 0.02 g/ċm2) intuża kif deskritt f’sezzjoni 4.2.

Standard ta’ kura kien jikkonsisti minn qtugħ kirurġiku primarju u/jew tneħħija mhux kirurġika ta’ tessut mejjet bl-użu ta’ prodotti mediċinali topiċi biex jikkaġuna maċerazzjoni u awtolisi ta’ tessut mejjet skont il-prattika standard ta’ kull sit tal-istudju.

Il-medda ta’ età fil-grupp ikkurat b’NexoBrid kienet minn 4.4 sa 55.7 sena. Il-medda ta’ età fil-grupp SOC minn 5.1 sa 55.7 sena.

L-effikaċja tat-tneħħija ta’ tessut mejjet ġiet evalwata billi ġiet stabbilita l-perċentwali taż-żona ta’ feriti li kien fadal b’tessut mejjet li kienet teħtieġ tneħħija addizzjonali permezz ta’ qtugħ jew brix tal- ġilda, u l-perċentwali ta’ feriti li kienu jeħtieġu dan it-tip ta’ tneħħija kirurġika.

L-effett fuq l-għażla taż-żmien tat-tneħħija ta’ tessut mejjet ġiet evalwata f’pazjenti bi tneħħija ta’ tessut mejjet li rnexxiet (b’mill-inqas 90% ta’ tneħħija ta’ tessut mejjet fil-feriti kollha kombinati ta’ pazjent), billi ġie stabbilit iż-żmien minn meta l-pazjent ġarrab il-ġrieħi kkawżati minn ħruq kif ukoll mill-kunsens infurmat sa meta t-tneħħija rnexxiet.

Il-punti aħħarin koprimarji għall-analiżi tal-effikaċja kienu:

-il-perċentwali taż-żona ta’ feriti bi ħxuna parzjali profonda li jeħtieġu qtugħ jew brix tal-ġilda, u

-il-perċentwali ta’ feriti bi ħxuna parzjali profonda awtotrapjantati

Dan il-punt aħħari jista’ jiġi evalwat biss għal feriti profondi bi ħxuna parzjali profonda mingħajr żoni bi ħxuna sħiħa, għax feriti kkawżati minn ħruq li jinvolvu l-ħxuna sħiħa tal-ġilda dejjem jeħtieġu trapjant.

Id-dejta dwar l-effikaċja ġġenerata f’dan istudju għall-gruppi kollha ta’ età kombinati kif ukoll minn analiżi ta’ sottogrupp għal tfal u adolexxenti qed jintwerew fil-qosor hawn taħt.

NexoBrid

SOC

valur p

Feriti bi ħxuna parzjali profonda li jeħtieġu qtugħ/brix tal-ġilda (operazzjoni)

Numru ta’ feriti

% ta’ feriti li jeħtieġu

15.1%

62.5%

<0.0001

operazzjoni

% taż-żona ta’ feriti maqtugħa

5.5% ± 14.6

52.0% ± 44.5

<0.0001

jew li fihom sar brix tal-ġilda1

(medja ± SD)

Feriti bi ħxuna parzjali profonda awtotrapjantati*

Numru ta’ feriti

% ta’ feriti awtotrapjantati

17.9%

34.1%

0.0099

% taż-żona ta’ feriti

8.4% ± 21.3

21.5% ± 34.8

0.0054

awtotrapjantati (medja ± SD)

Feriti bi ħxuna sħiħa u/jew parzjali profonda li jeħtieġu qtugħ/brix tal-ġilda

(operazzjoni)

Numru ta’ feriti

% ta’ feriti li jeħtieġu

24.5%

70.0%

<0.0001

operazzjoni

% taż-żona ta’ feriti maqtugħa

13.1% ± 26.9

56.7% ± 43.3

<0.0001

jew li fihom sar brix tal-ġilda1

(medja ± SD)

Żmien għall-għeluq sħiħ tal-feriti (żmien minn ICF**)

Numru ta’ pazjenti2

Jiem għall-għeluq tal-aħħar

36.2 ± 18.5

28.8 ± 15.6

0.0185

ferita (medja ± SD)

Żmien sa meta jitneħħa t-tessut mejjet b’suċċess

Numru ta’ pazjenti

Jiem (medja ± SD) mill-

2.2 ± 1.4

8.7 ± 5.7

<0.0001

korriment

Jiem (medja ± SD) mill-

0.8 ± 0.8

6.7 ± 5.8

<0.0001

korriment

Pazjenti li ma kinux irrappurtati

li kellhom tneħħija ta’ tessut

mejjet li rnexxiet

1Imkejjel fl-ewwel sessjoni, jekk kien hemm aktar minn sessjoni kirurġika waħda.

2Il-pazjenti kollha li ntgħażlu b’mod każwali li għalihom id-dejta għal għeluq sħiħ tal-feriti kienet disponibbli.

*Dan il-punt aħħari jista’ jiġi evalwat biss għal feriti profondi bi ħxuna parzjali mingħajr żoni bi ħxuna sħiħa, għax feriti kkawżati minn ħruq li jinvolvu l-ħxuna sħiħa tal-ġilda dejjem jeħtieġu trapjant.

** Formola tal-Kunsens Infurmat (Informed Consent Form)

It-tabella li ġejja turi r-riżultati f’feriti mħallta. Il-paraguni f’feriti mħallta għandhom jiġu interpretati b’kawtela għax huma bbażati fuq gruppi li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali mhux b’mod sħiħ u l-feriti mħallta kkurati b’NexoBrid kienu globalment ikbar u kellhom żoni ikbar bi ħxuna sħiħa.

Feriti bi ħxuna sħiħa (bi ħxuna parzjali u ħxuna sħiħa) li jeħtieġu qtugħ/brix tal-ġilda

(operazzjoni)

NexoBrid

SOC

(Numru ta’ feriti)

(Numru ta’ feriti)

% ta’ feriti li jeħtieġu

41.7%

(20/48)

78.3% (47/60)

operazzjoni

% taż-żona ta’ feriti maqtugħa

25.5%

(n=48)

64.0% (n=60)

jew li fihom sar brix tal-ġilda

Feriti mħallta (bi ħxuna parzjali u ħxuna sħiħa) awtotrapjantati

NexoBrid

SOC

(Numru ta’ feriti)

(Numru ta’ feriti)

Karatteristiċi fil-linja bażi

48 ferita

60 ferita

tal-feriti kollha mħallta

kkawżati minn ħruq

Daqs: % medja TBSA

7.43

6.33

Fond:

Superfiċjali (%TBSA)

0.67

0.92

DPT (% TBSA)

3.85

3.13

FT (% TBSA)

2.90

2.29

Inċidenza ta’ awtotrapjant

70.8%

(34/48)

63.3% (38/60)

% taż-żona ta’ feriti

55.5%

(n=48)

45.8% (n=60)

awtotrapjantati

It-tabella li ġejja turi ż-żmien sal-għeluq sħiħ tal-ferita mill-bidu tat-tneħħija ta’ tessut mejjet.*

Tip ta’ Ferita

NexoBrid

SOC

Jiem (medja ± SD)

Jiem (medja ± SD)

(Numru ta’ feriti)

(Numru ta’ feriti)

Il-feriti kollha (ITT1)

30.5 ± 16.9

26.1 ± 16.0

(154)

(164)

Feriti mhux awtotrapjantati (ITT)

23.9 ± 13.0

24.5 ± 14.1

(95)

(85)

Feriti awtotrapjantati (ITT)

41.0 ± 17.3

27.8 ± 17.7

(59)

(79)

Feriti bi Ħxuna Parzjali Profonda

26.6 ± 15.4

23.7 ± 13.6

(101)

(87)

Feriti bi Ħxuna Sħiħa

31.9 ± 10.1

36.3 ± 26.0

(7)

(14)

Feriti mħallta

40.2 ± 17.1

27.7 ± 15.8

(feriti bi ħxuna parzjali profonda u

(44)

(59)

bi ħxuna sħiħa)

Feriti mħallta mhux awtotrapjantati

29.5 ± 12.1

30.3 ± 15.5

(11)

(22)

Feriti mħallta awtotrapjantati

43.7 ± 17.3

26.2 ± 16.0

(33)

(37)

*Dawn il-paraguni għandhom jiġu interpretati b’kawtela għax huma bbażati fuq gruppi li fihom il- parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali mhux b’mod sħiħ.

1 ITT (Popolazzjoni b’Intenzjoni li Tiġi Kkurata): pazjenti li kollha ntgħażlu b’mod każwali Id-differenza fiż-żmien sal-għeluq sħiħ tal-ferita hu primarjament assoċjat mal-istrateġija tal-kura tal- ferita applikata mit-tabib, fejn tentattiv biex jiġi mminimizzat it-trapjant u jippermetti għal epitelizzazzjoni spontanja taż-żoni bil-feriti li jibqagħlom il-ġilda, jista’ jtawwal iż-żmien għall-ewwel awtotrapjant (żmien għal awtotrapjant: NexoBrid: 14.7 jiem vs. SOC: 5.9 jiem) u għaldaqstant itawwal l-għeluq sħiħ tal-ferita.

Popolazzjoni pedjatrika

Dejta dwar l-effikaċja f’dan l-istudju minn analiżi ta’ sottogrupp għal tfal u adolexxenti qed jintwerew fil-qosor hawn taħt. Id-dejta disponibbli hi limitata u NexoBrid m’għandux jintuża f’pazjenti li għandhom inqas minn 18-il sena.

21.7%

68.2%

0.0017

operazzjoni

% taż-żona ta’ feriti maqtugħa

7.3% ± 15.7%

64.9% ± 46.4%

31.8%

0.4447

% taż-żona ta’ feriti

6.1% ± 14.7%

24.5% ± 40.6%

0.0754

20.7%

78%

<0.0001

operazzjoni

% taż-żona ta’ feriti maqtugħa

7.9% ± 17.6%

73.3% ± 41.1%

29.9 ± 14.3

32.1 ± 18.9

0.6075

1.9 ± 0.8

8.1 ± 6.3

<0.0001

korriment

Jiem (medja ± SD) mill-

0.9 ± 0.7

6.5 ± 5.9

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini iddifferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b’NexoBrid f’wieħed jew iktar settijiet tal-popolazzjoni pedjatrika fil-kura ta’ feriti kkawżati minn ħruq tas-superfiċje esterna tal-ġisem (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-grad ta’ assorbiment sistemiku minn ferita kkawżata minn ħruq, Cmax, Tmax, AUC, u t½ ta’ bromelain minn NexoBrid ġie investigat f'16-il pazjent li kellhom feriti termali kkawżati minn ħruq, ta’ ħxuna parzjali tal-ġilda (feriti minn medji sa fondi fil-ġilda). Il-medja ta’ TBSA kienet 10%. 60% taż-żona kkurata bil-feriti kienu tat-tip ħxuna parzjali u/jew ħxuna sħiħa. NexoBrid ġie applikat darba fuq il-ferita kkawżata minn ħruq f’doża ta’ 2 g ta’ NexoBrid trab/20 g ġell/100 ċm2 ta’ ġilda. Il-konċentrazzjonijiet ta’ NexoBrid fis-serum ġew stabbiliti bl-użu ta’ immunoassaġġ modifikat ta’ sandwich electrochemiluminescence (ECL).

Il-medda tad-doża totali applikati kienet minn 5 sa 30 g ta’ konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain minn NexoBrid. F’4 pazjenti, wara li rċivew doża ta’ 5, 9, 12 u 17 g, rispettivament, kien hemm indikazzjonijiet ta’ assorbiment sistemiku li kien ogħla b’mod notevoli.

Is-Cmax kienet 6020 ± 5020 ng/ml (medja ± SD) għall-grupp ta’ 15-il pazjent, b’medda ta’ 888 sa 15,700 ng/ml. Fl-4 pazjenti b’indikazzjonijiet ta’ assorbiment ogħla, is-Cmax normalizzata għad-doża varjat minn 788-900 ng/ml għal kull gramma ta’ NexoBrid. Fil-pazjenti l-oħra, is-Cmax normalizzata għad-doża varjat minn 141-523 ng/ml għal kull gramma ta’ NexoBrid.

Cmax ta’ 40 µg/ml jista’ jkun possibbli f’nies li jingħataw NexoBrid taħt il-kundizzjonijiet liċenzjati, meta jiġi kkunsidrat li l-PK ġiet evalwata biss f’pazjenti li fil-biċċa l-kbira tagħhom kellhom ħruq superfiċjali, li kienu qed jirċievu nofs id-doża massima.

L-AUC minn ħin żero sa 48 siegħa wara l-għoti (AUClast) kien ta’ 43,400 ± 46,100 ngh/ml (medja ± SD) għall-grupp ta’ 15-il pazjent, b’medda ta’ 4560-167,000 ngh/ml. Fil-pazjenti

b’indikazzjonijiet ta’ assorbiment ogħla, l-AUClast normalizzata għad-doża (għal kull gramma ta’

NexoBrid) varjat minn 4,500-9,820 ngh/ml għal kull gramma ta’ NexoBrid. Fil-pazjenti l-oħra, l- AUClast normalizzata għad-doża varjat minn 887-3930 ngh/ml għal kull gramma ta’ NexoBrid.

Dawn ir-riżultati għas-Cmax u AUClast jindikaw li l-assorbiment sistemiku jista’ jiddependi kemm fuq id-doża applikata ta’ NexoBrid (proporzjonali għaż-żona miksija ta’ feriti) u fatturi oħrajn speċifiċi

għall-pazjenti.

It-Tmax għal 10 mill-15-il pazjent kien ta’ sagħtejn u f’5 pazjenti, it-Tmax kien ta’ 4 sigħat.

Il-half-life terminali (stabbilita bl-użu ta’ dejta minn 16 sa 48 siegħa wara d-doża għal 12-il pazjent) kienet ta’ 11.7 ± 3.5 sigħat (medja ± SD), b’medda minn 8.5 sa 19.9 sigħat.

Skont rapport tal-letteratura, fil-plażma, madwar 50% ta’ bromelain jeħel mal-antiproteinases tal- plażma umana α2-macroglobulin u α1-antichymotrypsin.

Popolazzjoni pedjatrika

Il-parametri farmakokinetiċi u l-grad ta’ assorbiment ma ġewx studjati fit-tfal.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

NexoBrid kien ittollerat tajjeb meta applikat fuq ġilda intatta tal-mini-pig, iżda kkawża irritazzjoni severa u wġigħ meta ġie applikat fuq ġilda bil-ħsara (misluħa).

Infużjoni fil-vini waħda ta’ soluzzjoni ippreparata minn NexoBrid trab fil-mini-pig kienet ittollerata tajjeb f’livelli ta’ doża sa 12 mg/kg (li kisbu livelli ta’ plażma ta’ 2.5 darbiet tal-livell fil-plażma tal- bniedem wara l-applikazzjoni tad-dożaġġ kliniku propost għal 15% ta’ TBSA), iżda dożi ogħla kienu tossiċi b’mod ċar, u kkawżaw emorraġija f’ħafna tessuti. Injezzjonijiet ġol-vini ripetuti ta’ dożi sa 12 mg/kg kull tielet jum fil-mini-pig kienu ttollerati tajjeb għall-ewwel tliet injezzjonijiet, iżda sinjali kliniċi severi ta’ tossiċità (eż. emorraġiji f’diversi organi) ġew osservati wara t-tliet injezzjonijiet li kien fadal. Dawn l-effetti baqgħu jiġu osservati wara l-perijodu ta’ rkuprar ta’ ġimagħtejn.

Fi studji dwar l-iżvilupp embrijofetali fil-firien u l-fniek, NexoBrid mogħti ġol-vini ma żvela l-ebda evidenza ta’ tossiċità indiretta u diretta lill-embriju/fetu li kien qed jiżviluppa. Madankollu, livelli ta’ espożizzjoni materna kienu iktar baxxi b’mod konsiderevoli minn dawk massimi rrappurtati fi sfond kliniku (10-500 darba iktar baxxi mill-AUC umana, 3-50 darba iktar baxxi mis-Cmax umana). Billi NexoBrid ma kienx ittollerat tajjeb mill-annimali ġenituri, dawn l-istudji mhumiex ikkunsidrati li huma rilevanti għall-evalwazzjoni tar-riskju fil-bniedem. NexoBrid ma wera l-ebda attività

ġenotossika meta ġie investigat fis-sett standard ta’ studji in vitro u in vivo.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

NexoBrid trab

Ammonium sulphate

Acetic acid

Ġell

Carbomer 980

disodium phosphate anhydrous

Sodium hydroxide

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbilitajiet

Prodotti mediċinali applikati b’mod topiku (bħal silver sulfadiazine jew povidone-iodine) fis-sit tal- ferita, iridu jitneħħew u l-ferita titnaddaf qabel l-applikazzjoni ta’ NexoBrid. Il-bqija tal-prodotti mediċinali antibatterjali jistgħu jinterferixxu mal-attività ta’ NexoBrid billi jnaqqsu l-effikaċja tiegħu.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

Mill-aspett mikrobijoloġiku u billi l-attività enzimatika tal-prodott tonqos b’mod progressiv wara li jitħallat, il-prodott rikostitwit għandu jintuża immedjatament wara l-preparazzjoni (fi żmien

15-il minuta).

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Żommu kiesaħ waqt il-ħażna u l-ġarr (2°C-8°C).

Aħżen f’pożizzjoni vertikali u żomm il-ġell fil-qiegħ tal-flixkun u fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Tagħmlux fil-friża.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

2 g trab f’kunjett (ħġieġ ta’ tip II) issiġillat b’tapp tal-lastku (bromobutyl), tapp u miksi b’għatu (aluminju), u 20 g ġell fi flixkun (borosilicate, ħġieġ ta’ tip I), issiġillat b’tapp tal-lastku u miksi b’għatu bil-kamin (polypropylene li ma jistax isir tbagħbis fih).

Daqs tal-pakkett ta’ 1.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Hemm rapporti ta’ espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għal bromelain, li wasslet għal sensibilizzazzjoni. Is-sensibilizzazzjoni tista’ tkun seħħet minħabba l-ġbid man-nifs tat-trab ta’ bromelain. Reazzjonijiet allerġiċi għal bromelain jinkludu reazzjonijiet anafilattiċi u reazzjonijiet oħrajn tat-tip immedjat b’manifestazzjonijiet bħal bronkospażmu, anġjoedema, urtikarja, u reazzjonijiet tal-mukuża u gastrointestinali. Dan għandu jiġi kkunsidrat meta tħallat NexoBrid trab mal-ġell. It-trab m’għandux jinġibed man-nifs. F’NexoBrid, it-trab li fih konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain hu preżenti fis-sura ta’ trab, u dan inaqqas il-probabbiltà ta’ espożizzjoni minn ġbid man-nifs. Ara wkoll sezzjoni 4.4.

Espożizzjoni aċċidentali fl-għajnejn trid tiġi evitata. F’każ ta’ espożizzjoni fl-għajnejn, l-għajnejn esposti jridu jixxarrbu b’ammonti kbar ta’ ilma għal mill-inqas 15-il minuta. F’każ ta’ espożizzjoni tal-ġilda, NexoBrid irid jitlaħlaħ bl-ilma.

Preparazzjoni ta’ NexoBrid ġell (kif tħallat it-trab mal-ġell)

NexoBrid trab u ġell huma sterilizzati. Teknika asettika trid tintuża meta tħallat it-trab mal-ġell.

Il-kunjett b’NexoBrid trab irid jiċċaqlaq bis-saħħa biex tfarrak it-trab ta’ NexoBrid.

Il-kunjett bit-trab irid jinfetaħ billi tqaċċat b’attenzjoni l-għatu tal-aluminju u tneħħi t-tapp tal- lastku.

Meta tkun qed tiftaħ il-flixkun bil-ġell, irid jiġi kkonfermat li ċ-ċirku li jurik jekk ikunx ġie mbagħbas, ikun qed jissepara minn mal-għatu tal-flixkun. Jekk iċ-ċirku li jurik jekk ikunx ġie mbagħbas ikun diġà sseparat minn mal-għatu qabel ma tiftħu, il-flixkun bil-ġell irid jintrema u jrid jintuża flixkun ġdid ieħor bil-ġell.

It-trab imbagħad jiġi ttrasferit ġol-flixkun bil-ġell li jikkorrispondi. Jekk ikun meħtieġ, spatula sterilizzata tista’ tintuża biex tkisser it-trab xott ġol-kunjett tiegħu qabel it-trasferiment.

It-trab u ġell iridu jitħalltu bir-reqqa sakemm tinkiseb taħlita uniformi, ta’ kulur minn ftit kannella jagħti fl-isfar sa ftit kannella. Dan normalment jeħtieġ li tħallat it-trab u l-ġell għal minn 1 sa 2 minuti.

Il-ġell għandu jiġi ppreparat fejn is-sodda tal-pazjent.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

MediWound Germany GmbH

Eisenstrasse 5

65428 Rüsselsheim

Il-Ġermanja

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/12/803/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 18. Diċembru. 2012

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas- saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

NexoBrid 5 g trab u ġell għal ġell

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kunjett wieħed fih 5 g ta’ konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain, li jikkorrispondu għal 0.09 g/g ta’ konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain wara li jitħallat (jew 5 g/55 g ta’ ġell).

L-enzimi proteolitiċi huma taħlita ta’ enzimi estratti mill-istemma ta’ Ananas comosus (pjanta tal- ananas).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab u ġell għal ġell.

It-trab hu abjad jagħti fil-griż sa kannella ċar jagħti fl-isfar. Il-ġell hu ċar u bla kulur.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

NexoBrid hu indikat għat-tneħħija ta’ tessut mejjet f’persuni adulti b’feriti profondi parzjali tal-ġilda u tal-ħxuna sħiħa tal-ġilda kkawżati minn ħruq termali.

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

NexoBrid għandu jiġi applikat biss minn professjonisti mħarrġa fil-qasam mediku f’ċentri li jispeċjalizzaw fil-kura ta’ feriti kkawżati minn ħruq.

Pożoloġija

5 g NexoBrid trab f’50 g ta’ ġell jiġi applikat fuq żona ta’ ferita kkaġunata minn ħruq ta’ 250 cm2.

NexoBrid m’għandux jiġi applikat fuq iktar minn 15% tal-Erja Totali tas-Superfiċje tal-Ġisem

(TBSA) (ara wkoll sezzjoni 4.4, Koagulopatija).

NexoBrid għandha jitħalla jmiss mal-ħruq għal perijodu ta’ 4 sigħat. Għad hemm informazzjoni limitata ħafna dwar l-użu ta’ NexoBrid fuq żoni fejn ikun għad baqa’ tessut mejjet wara l-ewwel applikazzjoni.

It-tieni applikazzjoni u applikazzjonijiet sussegwenti mhumiex rakkomandati.

Popolazzjonijiet speċjali

Indeboliment tal-kliewi

M’hemmx informazzjoni dwar l-użu ta’ NexoBrid f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi.

Indeboliment tal-fwied

M’hemmx informazzjoni dwar l-użu ta’ NexoBrid f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied.

Pazjenti anzjani

Esperjenza b’NexoBrid f’pazjenti anzjani (>65 sena) hi limitata. Evalwazzjoni tal-benefiċċju/riskju għandha tinkludi konsiderazzjoni tal-frekwenza akbar ta’ mard ieħor li l-pazjent ikollu fl-istess ħin jew terapija oħra bi prodotti mediċinali fl-anzjani. L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ NexoBrid fit-tfal u adolexxenti li għandhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa. Dejta disponibbli hi deskritta fis-sezzjoni 4.8 u 5.1 imma l-ebda rakkomandazzjoni dwar il-pożoloġija ma tista’ tingħata.

NexoBrid mhuwiex indikat għall-użu f’pazjenti li għandhom inqas minn 18-il sena.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Użu għall-ġilda.

Qabel l-użu, it-trab irid jitħallat mal-ġell biex jipproduċi ġell uniformi.

NexoBrid għandu jiġi applikat fuq żona ta’ ferita li tkun nadifa, mingħajr keratin, u umda.

Prodotti mediċinali applikati b’mod topiku (bħal silver sulfadiazine jew povidone-iodine) fis-sit tal- ferita, iridu jitneħħew u l-ferita trid titnaddaf qabel l-applikazzjoni ta’ NexoBrid.

Ara sezzjoni 6.6 għal istruzzjonijiet dwar il-preparazzjoni tal-ġell NexoBrid.

Preparazzjoni tal-pazjent u ż-żona tal-ferita

Żona totali ta’ ferita ta’ mhux iktar minn 15% TBSA tista’ tiġi kkurata b’NexoBrid (ara wkoll sezzjoni 4.4, Koagulopatija).

Immaniġġjar preventiv tal-uġigħ irid jintuża kif inhi l-prattika komuni għal tibdil estensiv tal- garżi; għandu jinbeda mill-inqas 15-il minuta qabel l-applikazzjoni ta’ NexoBrid.

Il-ferita trid titnaddaf bir-reqqa u s-saff superfiċjali tal-keratin jew infafet irid jitneħħa miż-żona tal-ferita, għax il-keratin ser jiżola t-tessut mejjet minn kuntatt dirett ma’ NexoBrid u jevita li t- tessut mejjet jitneħħa minn NexoBrid.

Il-garża mxarrba b’soluzzjoni antibatterjali trid tiġi applika għal sagħtejn.

Il-prodotti mediċinali antibatterjali kollha applikati b’mod topiku jridu jitneħħew qabel ma tapplika NexoBrid. Il-bqija tal-prodotti mediċinali antibatterjali jistgħu jinterferixxu mal- attività ta’ NexoBrid billi jnaqqsu l-effikaċja tiegħu.

Iż-żona li minnha tixtieq tneħħi t-tessut mejjet trid tkun imdawra b’ostaklu li jwaħħal ta’ ingwent sterilizzat tal-paraffin billi tapplikah ftit ċentimetri ’il barra miż-żona tal-kura (billi tuża dispenser). Is-saff tal-paraffin ma jridx imiss maż-żona li tkun se tiġi kkurata biex tevita li tiksi t-tessut mejjet, u għaldaqstant jiżola t-tessut mejjet minn kuntatt dirett ma’ NexoBrid.

Biex tiġi evitata irritazzjoni possibbli ta’ ġilda mibruxa minn kuntatt involontarju ma’ NexoBrid, żoni bħal dawn jistgħu jiġu protetti minn saff sterilizzat ta’ ingwent li jkun fih ix- xaħam.

Soluzzjoni sterilizzata ta’ isotonic sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) trid titferrex fuq il-ferita kkawżata minn ħruq. Il-ferita trid tinżamm umda waqt il-matul il-proċedura ta’ applikazzjoni.

Applikazzjoni ta’ NexoBrid

Fi żmien 15-il minuta minn x’ħin jitħallat, NexoBrid irid jiġi applikat b’mod topiku fuq il-ferita mxarrba kkawżata minn ħruq, bi ħxuna ta’ 1.5 sa 3 millimetri.

Il-ferita mbagħad trid tinkesa b’garża sterilizzata okklużiva li teħel mal-materjal tal-ostaklu sterilizzat li jwaħħal applikat skont l-istruzzjonijiet hawn fuq (ara Preparazzjoni tal-pazjent u ż- żona tal-ferita). Il-ġell NexoBrid irid jimla l-garża okklużiva kollha, u għandu jkun hemm kawtela speċjali biex ma titħalliex arja taħt din il-garża okklużiva. Billi tagħfas b’mod ġentili l- garża okklużiva fiż-żona tal-kuntatt bl-ostaklu li jwaħħal, se jiżgura adeżjoni bejn ir-rita okklużiva u l-ostaklu sterilizzat li jwaħħal u jwettaq trażżin sħiħ ta’ NexoBrid fuq iż-żona tal- kura.

Il-ferita bil-garżi trid tkun miksija b’garżi maħlulin ħoxnin u bit-tentix, li jinżammu f’posthom b’faxxa.

Il-garżi jridu jibqgħu fil-post għal 4 sigħat.

It-tneħħija ta’ NexoBrid

Prodotti mediċinali adattati b’analġesija preventiva jridu jiġu applikati.

Wara 4 sigħat ta’ kura b’NexoBrid, il-garża okklużiva trid titneħħa billi tuża tekniki asettiċi.

L-ostaklu li jwaħħal irid jitneħħa billi tuża strument sterilizzat b’tarf li ma jaqtax (eż., depressor tal-ilsien).

It-tessut mejjet maħlul irid jitneħħa minn fuq il-ferita billi timsħu bi strument sterilizzat b’tarf li ma jaqtax.

Il-ferita trid tintmesaħ bir-reqqa l-ewwel, b’garża kbira xotta u sterilizzata jew napkin, segwita minn ġarża sterilizzata jew napkin li tkun ġiet imxarrba b’soluzzjoni isotonika ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%). Iż-żona kkurata trid tindilek sakemm il-wiċċ tal-ġilda isir ta’ lewn roża, b’postijiet fejn ikun ħiereġ id-demm jew tessut abjad. Li togħrok il-ġilda mhux ser ineħħi tessut mejjet mhux maħlul li jkun għad baqa’ mwaħħal f’żoni fejn ikun għad fadal tessut mejjet.

Garża mxarrba b’soluzzjoni antibatterjali trid tiġi applikata għal sagħtejn addizzjonali.

Kura tal-ferita wara t-tneħħija ta’ tessut mejjet

Iż-żona li minnha jkun tneħħa t-tessut mejjet trid tinkesa immedjatament minn sostituti temporanji jew permanenti tal-ġilda jew faxex biex jiġi evitat tnixxif u/jew il-formazzjoni ta’ psewdo tessut mejjet u/jew infezzjoni.

Qabel ma’ għata permanenti tal-ġilda jew sostitut temporanju tal-ġilda jiġu applikati fuq żona li minnha jkun għadu kif tneħħa t-tessut mejjet b’mod enzimatiku, faxxa mxarrba tat-tip wet-to- dry trid tiġi applikata.

Qabel l-applikazzjoni tat-trapjanti jew faxex primarji, iż-żona li minnha jkun tneħħa t-tessut mejjet trid titnaddaf u tiġi ffriskata permezz ta’ eż., tuża xkupilja jew tobrox iż-żona biex tippermetti li faxex jeħlu fil-post.

Feriti b’żoni ta’ ħxuna sħiħa u ħruq profond għandhom jiġu awtotrapjantati kemm jista’ jkun malajr wara t-tneħħija ta’ tessut mejjet b’NexoBrid. Għandha wkoll tingħata konsiderazzjoni b’attenzjoni li jitpoġġew għata permanenti fuq il-ġilda (eż. awtotrapjanti) fuq feriti bi ħxuna parzjali profonda dritt wara t-tneħħija ta’ tessut mejjet permezz ta’ NexoBrid.

Ara sezzjoni 4.4.

Kull kunjett, ġell, jew ġell rikostitwit ta’ NexoBrid għandu jintuża għal pazjent wieħed biss.

4.3 Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva, għall-ananas jew papain, (ara wkoll sezzjoni 4.4), jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain jiġi assorbit b’mod sistemiku minn żoni b’feriti kkawżati minn ħruq (ara sezzjoni 5.2).

NexoBrid mhuwiex rakkomandat għall-użu fuq:

-feriti penetranti kkawżati minn ħruq fejn oġġetti barranin (eż. impjanti, pacemakers, u shunts) u/jew strutturi/vitali (eż. vini jew arterji ikbar, għajnejn) huma jew jistgħu jiġu esposti matul it- tneħħija ta’ tessut mejjet.

-feriti kimiċi kkawżati minn ħruq.

-feriti kontaminati b’sustanzi radjuattivi u sustanzi perikolużi oħrajn biex jiġu evitati reazzjonijiet mal-prodott li ma jistgħux jiġu mbassra u żieda fir-riskju ta’ firxa tas-sustanza tossika.

L-użu f’pazjenti b’mard kardjopulmonari u pulmonari

NexoBrid għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti b’mard kardjopulmonari u pulmonari, li jinkludi trawma pulmonari kkawżata minn ħruq u trawma pulmonari ssuspettata kkawżata minn ħruq.

Il-prinċipji ġenerali ta’ kura kif suppost ta’ feriti kkawżati minn ħruq iridu jiġu segwiti meta jintuża NexoBrid. Dan jinkludi kisi kif suppost ta’ feriti għal tessut espost.

Feriti kkawżati minn ħruq li għalihom hemm esperjenza limitata jew l-ebda esperjenza

M’hemmx esperjenza dwar l-użu ta’ NexoBrid fuq:

-feriti kkawżati minn ħruq fiż-żoni perineali u ġenitali.

-ħruq elettriku.

Hemm informazzjoni limitata dwar l-użu ta’ NexoBrid fuq feriti fil-wiċċ ikkawżati minn ħruq.

NexoBrid għandu jintuża b’kawtela f’dawn il-pazjenti.

Hemm dejta farmakokinetika limitata f’pazjenti b’TBSA ta’ iktar minn 15%. Minħabba konsiderazzjonijiet tas-sigurtà (ara wkoll sezzjoni 4.4, Koagulopatija) NexoBrid m’għandux jiġi applikat fuq iktar minn 15% ta’ Erja Totali tas-Superfiċje tal-Ġisem (TBSA).

Prevenzjoni ta’ kumplikazzjonijiet ta’ feriti

Fi studji dwar NexoBrid, feriti bi fdal viżibbli tal-ġilda tħallew ifiequ permezz ta’ epitelizzazzjoni spontanja. F’diversi każijiet, fejqan adegwat ma seħħx u awtotrapjant kien meħtieġ f’data aktar tard, u dan wassal għal dewmien sinifikanti fl-għeluq tal-ferita li hu assoċjat ma’ żieda fir-riskju ta’ kumplikazzjonijiet relatati mal-ferita. Għalhekk, feriti b’żoni ta’ ħxuna sħiħa u ħruq profond għandhom jiġu awtotrapjantati kemm jista’ jkun malajr wara t-tneħħija ta’ tessut mejjet b’NexoBrid (ara sezzjoni 5.1 għar-riżultati tal-istudju). Għandha wkoll tingħata konsiderazzjoni b’attenzjoni li jitpoġġew għata permanenti fuq il-ġilda (eż. awtotrapjanti) fuq feriti bi ħxuna parzjali profonda dritt wara t-tneħħija ta’ tessut mejjet permezz ta’ NexoBrid. Ara wkoll sezzjoni 4.2 u 4.8.

Bħal fil-każ ta’ tneħħija ta’ tessut mejjet b’mod kirurġiku, sabiex jiġi evitat it-tnixxif u/jew il- formazzjoni ta’ psewdo tessut mejjet u/jew infezzjoni, iż-żona ta’ tneħħija ta’ tessut mejjet għandha tinkesa immedjatament b’sostituti jew garżi temporanji jew permanenti. Meta tapplika kisi permanenti tal-ġilda (eż., awtotrapjant) jew sostitut temporanju tal-ġilda (eż. allograft) fuq żona li minnha jkun tneħħa tessut mejjet b’mod enzimatiku, għandha tingħata attenzjoni biex tnaddaf u tiffriska l-wiċċ tal- ġilda li minnha jkun tneħħa t-tessut mejjet, eż., billi tnaddaf jew tobrox biex tippermetti l-adeżjoni tal- garżi.

Protezzjoni għall-għajnejn

Kuntatt dirett mal-għajnejn għandu jiġi evitat. Jekk ikun hemm riskju ta’ kuntatt mal-għajnejn, għajnejn il-pazjent għandhom jiġu protetti b’ingwent oftalmiku li jkun fih ix-xaħam.

F’każ ta’ espożizzjoni fl-għajnejn, xarrab l-għajnejn esposti b’ammonti kbar ta’ ilma għal mill-inqas 15-il minuta.

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva, espożizzjoni tal-ġilda

Hemm dejta klinika limitata biex jiġi evalwat il-potenzjal għal sensibilizzazzjoni ta’ NexoBrid. Reazzjonijiet allerġiċi għal bromelain (li jinkludu reazzjonijiet anafilattiċi u reazzjonijiet oħra tat-tip immedjat b’manifestazzjonijiet bħal bronkospażmu, anġjoedema, urtikarja, u reazzjonijiet fil-mukuża u gastrointestinali) kienu rrappurtati fil-letteratura. Sensibilizzazzjoni ssuspettata wara espożizzjoni orali u wara espożizzjoni ripetuta tal-passaġġ tan-nifs fuq il-post tax-xogħol ġiet irrappurtata. Flimkien ma’ dan, reazzjoni tal-ġilda allerġika tat-tip li jittardja (infjammazzjoni tax-xufftejn) wara espożizzjoni tal-ġilda għal tul akbar ta’ żmien (mouthwash) ġiet irrappurtata.

Il-potenzjal ta’ NexoBrid (prodott magħmul minn proteini) li jikkawża sensibilizzazzjoni għandu jiġi kkunsidrat meta l-pazjenti jiġu esposti mill-ġdid għal prodotti li fihom bromelain aktar tard maż- żmien. L-użu ta’ NexoBrid meta jkun hemm feriti sussgwenti kkawżati minn ħruq mhuwiex rakkomandat.

F’każ ta’ espożizzjoni tal-ġilda, NexoBrid għandu jitneħħa billi jiġi mlaħlaħ bl-ilma biex titnaqqas il- probabbiltà ta’ sensibilizzazzjoni tal-ġilda (ara sezzjoni 6.6).

Sensittività inkroċjata

Sensittività inkroċjata bejn bromelain u papain kif ukoll proteini tal-latex (magħrufa bħala sindrome ta’ latex-frott), velenu tan-naħal, u polline tas-siġra taż-żebbuġ, ġiet irrappurtata fil-letteratura.

Koagulopatija

Mhux magħruf jekk l-applikazzjoni ta’ NexoBrid għandhiex kwalunkwe effett klinikament rilevanti fuq l-emostasi.

Żieda fir-rata ta’ taħbit tal-qalb (li jinkludi takikardija), tnaqqis fl-aggregazzjoni tal-plejtlits u livelli ta’ fibrinoġen fil-plażma u żieda moderata fil-ħinijiet ta’ tromboplastin parzjali u ta’ protrombin ġew irrappurtati fil-letteratura bħala effetti possibbli wara l-għoti orali ta’ bromelain. Dejta in vitro u dejta dwar l-annimali tissuġġerixxi li bromelain jista’ wkoll jippromwovi l-fibrinolisi. Matul l-iżvilupp kliniku ta’ NexoBrid, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta’ żieda fit-tendenza għal ħruġ ta’ demm jew ħruġ ta’ demm fis-sit tat-tneħħija ta’ tessut mejjet.

NexoBrid għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti b’disturbi ta’ koagulazzjoni, għadd baxx ta’ plejtlits u żieda fir-riskju ta’ ħruġ ta’ demm minn kawżi oħrajn, eż. ulċera peptika u sepsis.

Il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati għal sinjali possibbli ta’ anormalitajiet fil-koagulazzjoni.

Monitoraġġ

Flimkien ma’ monitoraġġ ta’ rutina għal pazjenti b’feriti kkawżati minn ħruq (eż., sinjali vitali, volum/ilma/stat tal-elettroliti, għadd sħiħ tad-demm, tal-albumina fis-serum u tal-livelli tal-enzimi tal- fwied), il-pazjenti kkurati b’NexoBrid għandhom jiġu mmonitorjati għal:

-Żieda fit-temperatura tal-ġisem.

-Sinjali ta’ proċessi infjammatorji lokali u sistemiċi u proċessi infettivi.

-Kundizzjonijiet li jistgħu jiġu kkawżati jew li jmorru għall-agħar minn premedikazzjoni analġesika (eż., dilatazzjoni gastrika, nawseja u riskju ta’ rimettar għal għarrieda, stitikezza) jew profilassi antibijotika (eż., dijarea).

-Sinjali ta’ reazzjonijiet allerġiċi lokali jew sistemiċi.

-Effetti potenzjali fuq l-emostasi (ara hawn fuq).

It-tneħħija ta’ prodotti mediċinali antibatterjali applikati b’mod topiku qabel l-applikazzjoni ta’ NexoBrid

Il-prodotti mediċinali antibatterjali kollha applikati b’mod topiku jridu jitneħħew qabel ma tapplika NexoBrid. Il-bqija tal-prodotti mediċinali antibatteriċi jistgħu jinterferixxu mal-attività ta’ NexoBrid billi jnaqqsu l-effikaċja tiegħu.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma twettaq l-ebda studju ta’ interazzjoni b’NexoBrid.

Tnaqqis fl-aggregazzjoni tal-plejtlits u livelli ta’ fibrinoġen fil-plażma u żieda moderata fil-ħinijiet ta’ tromboplastin parzjali u ta’ protrombin ġew irrappurtati bħala effetti possibbli wara l-għoti orali ta’ bromelain. Dejta in vitro u dejta dwar l-annimali tissuġġerixxi li bromelain jista’ wkoll jippromwovi l-fibrinolisi. Għalhekk il-kawtela u l-monitoraġġ huma meħtieġa meta tingħata riċetta għall-użu fl- istess ħin ta’ prodotti mediċinali li jaffettwaw il-koagulazzjoni. Ara wkoll sezzjoni 4.4.

NexoBrid, meta assorbit, hu inibitur ta’ ċitokrom P 450 2C8 (CYP2C8) u P450 2C9 (CYP2C9). Dan għandu jiġi kkunsidrat jekk NexoBrid jintuża f’pazjenti li jkunu qed jirċievu substrati ta’ CYP2C8 (li jinkludu amiodarone, amodiaquine, chloroquine, fluvastatin, paclitaxel, pioglitazone, repaglinide, rosiglitazone, sorafenib u torasemide) u substrati CYP2C9 (li jinkludu ibuprofen, tolbutamide, glipizide, losartan, celecoxib, warfarin, u phenytoin).

Prodotti mediċinali antibatteriċi applikati b’mod topiku (eż. silver sulfadiazine jew povidone iodine) jistgħu jnaqqsu l-effikaċja ta’ NexoBrid (ara sezzjoni 4.4).

Bromelain jista’ jkabbar l-azzjonijiet ta’ fluorouracil u vincristine.

Bromelain jista’ jkabbar l-effett ipotensiv ta’ inibituri ACE, li jikkawża tnaqqis fil-pressjoni tad- demm aktar milli mistenni.

Bromelain jista’ jżid in-ngħas ikkawżat minn xi prodotti mediċinali (eż., benzodiazepines, barbiturates, narkotiċi u antidipressanti).

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta dwar l-użu ta’ NexoBrid f’nisa tqal.

Studji f’annimali mhux biżżejjed biex jevalwaw kif suppost il-potenzjal ta’ NexoBrid li jinterferixxi mal-iżvilupp embrijonali/tal-fetu (ara sezzjoni 5.3).

Billi l-użu sigur ta’ NexoBrid waqt it-tqala għandu ma ġiex stabbilit s’issa, NexoBrid mhux irrikkmandat waqt it-tqala.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain jew il-metaboliti tiegħu huma eliminati fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. Ir-riskju gћat-trabi tat-twelid mhux eskluż. It-treddigħ għandu jitwaqqaf għal mill-inqas 4 ijiem wara l-applikazzjoni ta’ NexoBrid.

Fertilità

Ma sarux studji biex jevalwaw l-effetti ta’ NexoBrid fuq il-fertilità.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Mhux rilevanti.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Kumplikazzjoni tal-ferita*

L-iktar reazzjonijiet avversi tal-użu ta’ NexoBrid irrappurtati b’mod komuni huma wġigħ lokali u deni/ipertermija temporanji. Meta NexoBrid intuża f’kors li inkluda analġesija preventiva rakkomandata kif ipprattikat regolarment għal tibdil estensiv ta’ f’garżi pazjenti b’feriti kkawżati minn ħruq kif ukoll tgħaddis antibatteriku taż-żona tal-kura qabel u wara l-applikazzjoni ta’ NexoBrid (ara sezzjoni 4.2), uġigħ lokali kien irrappurtat fi 3.6% tal-pazjenti, deni/ipertermija kienu rrappurtati f’19.1% tal-pazjenti. Il-frekwenza ta’ uġigħ u deni/ipertermija kienet ogħla mingħajr dawn il-miżuri ta’ prekawzjoni (ara hawn taħt).

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw għat-terminoloġija tal-frekwenza li tintuża minn hawn ’il quddiem:

Komuni ħafna (≥1/10) Komuni (≥1/100 sa <1/10)

Mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100) Rari (≥1/10,000 sa <1/1,000)

Rari ħafna (<1/10,000)

Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli)

Il-frekwenzi tar-reazzjonijiet avversi ppreżentati hawn taħt jirriflettu l-użu ta’ NexoBrid għat-tneħħija ta’ tessut mejjet minn feriti profondi parzjali tal-ġilda u/jew tal-ħxuna sħiħa tal-ġilda kkawżati minn ħruq f’kors bi profilassi antibatterjali lokali, analġesija rakkomandata, kif ukoll kopertura taż-żona bil- feriti wara applikazzjoni ta’ NexoBrid għal 4 sigħat b’garża okklużiva għal trażżin ta’ NexoBrid fuq il-ferita.

Asterisk (*) jindika li informazzjoni addizzjonali dwar ir-reazzjoni avversa rispettiva hi pprovduta taħt il-lista ta’ reazzjonijiet avversi.

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

Komuni: Infezzjoni tal-feriti

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda/Korriment, avvelenament u komplikazzjonijiet ta’ xi proċedura

Komuni:

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata

Komuni ħafna:

Deni/ipertermija*

Komuni:

Uġigħ lokali*

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Deni/ipertermija

Fi studji li jimplimentaw tgħaddis antibatteriku ta’ rutina, iż-żona tal-kura qabel u wara l- applikazzjoni ta’ NexoBrid (ara sezzjoni 4.2), deni jew ipertermija ġew irrappurtati f’19.1% ta’ pazjenti kkurati b’NexoBrid u fi 15.8% tal-pazjenti tal-kontroll ikkurati skont standard ta’ kura. Fil- grupp ta’ NexoBrid, l-avveniment ġie kklassifikat bħala ħafif, moderat jew sever f’9.1%, 9.1%, u 0% tal-pazjenti, rispettivament.

Fi studji mingħajr tgħaddis antibatteriku, deni jew ipertermija ġew irrappurtati f’35.6% tal-pazjenti kkurati b’NexoBrid meta mqabbla ma’ 18.6% fil-pazjenti tal-kontroll. Fil-grupp ta’ NexoBrid, l- avveniment ġie kklassifikat bħala ħafif, moderat jew sever fi 30.0%, 5.6%, u 1.1% tal-pazjenti, rispettivament.

Uġigħ

Fi studji fejn il-kors b’NexoBrid kien jinkludi analġesija preventiva rakkomandata kif ippratikata regolarment għal tibdil estensiv ta’ faxex f’pazjenti b’feriti kkawżati minn ħruq (ara sezzjoni 4.2) uġigħ lokali ġie rrappurtat fi 3.6% ta’ pazjenti kkurati b’NexoBrid u f’4.0% tal-pazjenti tal-kontroll

ikkurati skont standard ta’ kura. Fil-grupp ta’ NexoBrid, l-avveniment ġie kklassifikat bħala ħafif, moderat jew sever f’0.9%, 0.9%, u 1.8% tal-pazjenti, rispettivament.

Fi studji fejn l-analġesija ġiet ipprovduta lil pazjenti kkurati b’NexoBrid fuq bażi li tingħatalhom meta jitolbuha, uġigħ lokali ġie rrappurtat fi 23.3% tal-pazjenti kkurati b’NexoBrid u fi 11.4% tal-pazjenti tal-kontroll. Fil-grupp ta’ NexoBrid, l-avveniment ġie kklassifikat bħala ħafif, moderat jew sever f’6.7%, 7.8%, u 8.9% tal-pazjenti, rispettivament.

Kumplikazzjonijiet tal-feriti

Fi studji kliniċi ta’ fażi 2 u fażi 3, ċerti tipi ta’ kumplikazzjonijiet ta’ feriti ġew irrappurtati b’mod iktar frekwenti fil-grupp ta’ NexoBrid milli fil-grupp ikkurat skont is-siti tal-istudju Standard of Care (SOC). Dawn l-avvenimenti kienu jinkludu: il-ferita ssir aktar fonda jew tinxef (dekompożizzjoni) f’5 pazjenti (2.4%) b’NexoBrid u 0 b’SOC kif ukoll trapjant li ma jirnexxix (parzjali) f’6 pazjenti (2.9%) b’NexoBrid u 2 (1.6%) b’SOC (ara sezzjoni 4.4).

Infezzjonijiet Ġenerali

Fi studji kliniċi ta’ fażi 2 u fażi 3, infezzjonijiet ġenerali (mhux assoċjati ma’ feriti. eż. infezzjonijiet fl-apparat urinarju, infezzjonijiet virali) kienu rrappurtati iktar b’mod frekwenti fil-grupp ta’ NexoBrid (0.147 avvenimenti għal kull pazjent) milli fil-grupp ikkurati skont SOC (0.079 avvenimenti għal kull pazjent).

Popolazzjoni pedjatrika

Hemm biss dejta limitata dwar is-sigurtà mill-użu fil-popolazzjoni pedjatrika. Minn din id-dejta hu mistenni li l-profil tas-sigurtà globali fit-tfal li għandhom 4 snin u aktar u fl-adolexxenti hu simili għall-profil f’persuni adulti.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Kura bil-konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain ippreparati fi proporzjon trab:ġell ta’ 1:5 (0.16 g f’kull 1 g ta’ ġell imħallat) f’pazjenti b’feriti profondi parzjali tal-ġilda u/jew tal-ħxuna sħiħa tal-ġilda kkawżati minn ħruq fil-qafas ta’ studju kliniku, ma rriżultatx f’riżultati tas-sigurtà li kienu differenti b’mod sinifikanti meta mqabbla mal-kura b’konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain ippreparati fi proporzjon trab:ġell ta’ 1:10 (0.09 g f’kull 1 g ta’ ġell imħallat).

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Kodiċi ATC: D03BA03 bromelains

Konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain hi sustanza li tneħħi tessut mejjet, applikata b’mod topiku għat-tneħħija ta’ tessut mejjet ta’ feriti profondi parzjali tal-ġilda u/jew tal-ħxuna sħiħa tal-ġilda kkawżati minn ħruq.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

It-taħlita ta’ enzimi f’NexoBrid tħoll tessut mejjet ta’ feriti kkawżati minn ħruq. Il-komponenti speċifiċi responsabbli għal dan l-effett ma ġewx identifikati. Il-kostitwent maġġuri hu stem bromelain.

Effikaċja klinika

Matul l-iżvilupp kliniku, total ta’ 362 pazjent ġew ikkurati bil-konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain.

L-effikaċja ta’ NexoBrid fil-bnedmin ġiet evalwata, meta mqabbla ma’ standard ta’ kura, fi studju ta’ fażi 3 li fih il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, multiċentriku, multinazzjonali, open-label, u konfermatorju, li sar fuq pazjenti rikoverati l-isptar li kellhom feriti termali profondi parzjali tal-ġilda u/jew tal-ħxuna sħiħa tal-ġilda kkawżati minn ħruq ta’ 5 sa 30% tal-Erja Totali tas-Superfiċje tal- Ġisem (TBSA), iżda b’feriti totali kkawżati minn ħruq ta’ mhux iktar minn 30% tat-TBSA.

NexoBrid (2 g/100 ċm2, li jikkorrispondu għal 0.02 g/ċm2) intuża kif deskritt f’sezzjoni 4.2.

Standard ta’ kura kien jikkonsisti minn qtugħ kirurġiku primarju u/jew tneħħija mhux kirurġika ta’ tessut mejjet bl-użu ta’ prodotti mediċinali topiċi biex jikkaġuna maċerazzjoni u awtolisi ta’ tessut mejjet skont il-prattika standard ta’ kull sit tal-istudju.

Il-medda ta’ età fil-grupp ikkurat b’NexoBrid kienet minn 4.4 sa 55.7 sena. Il-medda ta’ età fil-grupp SOC minn 5.1 sa 55.7 sena.

L-effikaċja tat-tneħħija ta’ tessut mejjet ġiet evalwata billi ġiet stabbilita l-perċentwali taż-żona ta’ feriti li kien fadal b’tessut mejjet li kienet teħtieġ tneħħija addizzjonali permezz ta’ qtugħ jew brix tal- ġilda, u l-perċentwali ta’ feriti li kienu jeħtieġu dan it-tip ta’ tneħħija kirurġika.

L-effett fuq l-għażla taż-żmien tat-tneħħija ta’ tessut mejjet ġiet evalwata f’pazjenti bi tneħħija ta’ tessut mejjet li rnexxiet (b’mill-inqas 90% ta’ tneħħija ta’ tessut mejjet fil-feriti kollha kombinati ta’ pazjent), billi ġie stabbilit iż-żmien minn meta l-pazjent ġarrab il-ġrieħi kkawżati minn ħruq kif ukoll mill-kunsens infurmat sa meta t-tneħħija rnexxiet.

Il-punti aħħarin koprimarji għall-analiżi tal-effikaċja kienu:

-il-perċentwali taż-żona ta’ feriti bi ħxuna parzjali profonda li jeħtieġu qtugħ jew brix tal-ġilda, u

-il-perċentwali ta’ feriti bi ħxuna parzjali profonda awtotrapjantati

Dan il-punt aħħari jista’ jiġi evalwat biss għal feriti profondi bi ħxuna parzjali profonda mingħajr żoni bi ħxuna sħiħa, għax feriti kkawżati minn ħruq li jinvolvu l-ħxuna sħiħa tal-ġilda dejjem jeħtieġu trapjant.

Id-dejta dwar l-effikaċja ġġenerata f’dan istudju għall-gruppi kollha ta’ età kombinati kif ukoll minn analiżi ta’ sottogrupp għal tfal u adolexxenti qed jintwerew fil-qosor hawn taħt.

NexoBrid

SOC

valur p

Feriti bi ħxuna parzjali profonda li jeħtieġu qtugħ/brix tal-ġilda (operazzjoni)

Numru ta’ feriti

% ta’ feriti li jeħtieġu

15.1%

62.5%

<0.0001

operazzjoni

% taż-żona ta’ feriti maqtugħa

5.5% ± 14.6

52.0% ± 44.5

<0.0001

jew li fihom sar brix tal-ġilda1

(medja ± SD)

Feriti bi ħxuna parzjali profonda awtotrapjantati*

Numru ta’ feriti

% ta’ feriti awtotrapjantati

17.9%

34.1%

0.0099

% taż-żona ta’ feriti

8.4% ± 21.3

21.5% ± 34.8

0.0054

awtotrapjantati (medja ± SD)

Feriti bi ħxuna sħiħa u/jew parzjali profonda li jeħtieġu qtugħ/brix tal-ġilda

(operazzjoni)

Numru ta’ feriti

% ta’ feriti li jeħtieġu

24.5%

70.0%

<0.0001

operazzjoni

% taż-żona ta’ feriti maqtugħa

13.1% ± 26.9

56.7% ± 43.3

<0.0001

jew li fihom sar brix tal-ġilda1

(medja ± SD)

Żmien għall-għeluq sħiħ tal-feriti (żmien minn ICF**)

Numru ta’ pazjenti2

Jiem għall-għeluq tal-aħħar

36.2 ± 18.5

28.8 ± 15.6

0.0185

ferita (medja ± SD)

Żmien sa meta jitneħħa t-tessut mejjet b’suċċess

Numru ta’ pazjenti

Jiem (medja ± SD) mill-

2.2 ± 1.4

8.7 ± 5.7

<0.0001

korriment

Jiem (medja ± SD) mill-

0.8 ± 0.8

6.7 ± 5.8

<0.0001

korriment

Pazjenti li ma kinux irrappurtati

li kellhom tneħħija ta’ tessut

mejjet li rnexxiet

1Imkejjel fl-ewwel sessjoni, jekk kien hemm aktar minn sessjoni kirurġika waħda.

2Il-pazjenti kollha li ntgħażlu b’mod każwali li għalihom id-dejta għal għeluq sħiħ tal-feriti kienet disponibbli.

*Dan il-punt aħħari jista’ jiġi evalwat biss għal feriti profondi bi ħxuna parzjali mingħajr żoni bi ħxuna sħiħa, għax feriti kkawżati minn ħruq li jinvolvu l-ħxuna sħiħa tal-ġilda dejjem jeħtieġu trapjant.

** Formola tal-Kunsens Infurmat (Informed Consent Form)

It-tabella li ġejja turi r-riżultati f’feriti mħallta. Il-paraguni f’feriti mħallta għandhom jiġu interpretati b’kawtela għax huma bbażati fuq gruppi li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali mhux b’mod sħiħ u l-feriti mħallta kkurati b’NexoBrid kienu globalment ikbar u kellhom żoni ikbar bi ħxuna sħiħa.

Feriti bi ħxuna sħiħa (bi ħxuna parzjali u ħxuna sħiħa) li jeħtieġu qtugħ/brix tal-ġilda

(operazzjoni)

NexoBrid

SOC

(Numru ta’ feriti)

(Numru ta’ feriti)

% ta’ feriti li jeħtieġu

41.7%

(20/48)

78.3% (47/60)

operazzjoni

% taż-żona ta’ feriti maqtugħa

25.5%

(n=48)

64.0% (n=60)

jew li fihom sar brix tal-ġilda

Feriti mħallta (bi ħxuna parzjali u ħxuna sħiħa) awtotrapjantati

NexoBrid

SOC

(Numru ta’ feriti)

(Numru ta’ feriti)

Karatteristiċi fil-linja bażi

48 ferita

60 ferita

tal-feriti kollha mħallta

kkawżati minn ħruq

Daqs: % medja TBSA

7.43

6.33

Fond:

Superfiċjali (%TBSA)

0.67

0.92

DPT (% TBSA)

3.85

3.13

FT (% TBSA)

2.90

2.29

Inċidenza ta’ awtotrapjant

70.8%

(34/48)

63.3% (38/60)

% taż-żona ta’ feriti

55.5%

(n=48)

45.8% (n=60)

awtotrapjantati

It-tabella li ġejja turi ż-żmien sal-għeluq sħiħ tal-ferita mill-bidu tat-tneħħija ta’ tessut mejjet.*

Tip ta’ Ferita

NexoBrid

SOC

Jiem (medja ± SD)

Jiem (medja ± SD)

(Numru ta’ feriti)

(Numru ta’ feriti)

Il-feriti kollha (ITT1)

30.5 ± 16.9

26.1 ± 16.0

(154)

(164)

Feriti mhux awtotrapjantati (ITT)

23.9 ± 13.0

24.5 ± 14.1

(95)

(85)

Feriti awtotrapjantati (ITT)

41.0 ± 17.3

27.8 ± 17.7

(59)

(79)

Feriti bi Ħxuna Parzjali Profonda

26.6 ± 15.4

23.7 ± 13.6

(101)

(87)

Feriti bi Ħxuna Sħiħa

31.9 ± 10.1

36.3 ± 26.0

(7)

(14)

Feriti mħallta

40.2 ± 17.1

27.7 ± 15.8

(feriti bi ħxuna parzjali profonda u

(44)

(59)

bi ħxuna sħiħa)

Feriti mħallta mhux awtotrapjantati

29.5 ± 12.1

30.3 ± 15.5

(11)

(22)

Feriti mħallta awtotrapjantati

43.7 ± 17.3

26.2 ± 16.0

(33)

(37)

*Dawn il-paraguni għandhom jiġu interpretati b’kawtela għax huma bbażati fuq gruppi li fihom il- parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali mhux b’mod sħiħ.

1 ITT (Popolazzjoni b’Intenzjoni li Tiġi Kkurata): pazjenti li kollha ntgħażlu b’mod każwali Id-differenza fiż-żmien sal-għeluq sħiħ tal-ferita hu primarjament assoċjat mal-istrateġija tal-kura tal- ferita applikata mit-tabib, fejn tentattiv biex jiġi mminimizzat it-trapjant u jippermetti għal epitelizzazzjoni spontanja taż-żoni bil-feriti li jibqagħlom il-ġilda, jista’ jtawwal iż-żmien għall-ewwel awtotrapjant (żmien għal awtotrapjant: NexoBrid: 14.7 jiem vs. SOC: 5.9 jiem) u għaldaqstant itawwal l-għeluq sħiħ tal-ferita.

Popolazzjoni pedjatrika

Dejta dwar l-effikaċja f’dan l-istudju minn analiżi ta’ sottogrupp għal tfal u adolexxenti qed jintwerew fil-qosor hawn taħt. Id-dejta disponibbli hi limitata u NexoBrid m’għandux jintuża f’pazjenti li għandhom inqas minn 18-il sena.

NexoBrid

SOC

valur p

Feriti bi ħxuna parzjali profonda li jeħtieġu qtugħ/brix tal-ġilda (operazzjoni)

Numru ta’ feriti

% ta’ feriti li jeħtieġu

21.7%

68.2%

0.0017

operazzjoni

% taż-żona ta’ feriti maqtugħa

7.3% ± 15.7%

64.9% ± 46.4%

<0.0001

jew li fihom sar brix tal-ġilda1

(medja ± SD)

Feriti bi ħxuna parzjali profonda awtotrapjantati*

Numru ta’ feriti

% ta’ feriti awtotrapjantati

21.7%

31.8%

0.4447

% taż-żona ta’ feriti

6.1% ± 14.7%

24.5% ± 40.6%

0.0754

awtotrapjantati (medja ± SD)

Feriti bi ħxuna sħiħa u/jew parzjali profonda li jeħtieġu qtugħ/brix tal-ġilda

(operazzjoni)

Numru ta’ feriti

% ta’ feriti li jeħtieġu

20.7%

78%

<0.0001

operazzjoni

% taż-żona ta’ feriti maqtugħa

7.9% ± 17.6%

73.3% ± 41.1%

<0.0001

jew li fihom sar brix tal-ġilda1

(medja ± SD)

Żmien għall-għeluq sħiħ tal-feriti (żmien minn ICF**)

Numru ta’ pazjenti2

Jiem għall-għeluq tal-aħħar

29.9 ± 14.3

32.1 ± 18.9

0.6075

ferita (medja ± SD)

Żmien sa meta jitneħħa t-tessut mejjet b’suċċess

Numru ta’ pazjenti

Jiem (medja ± SD) mill-

1.9 ± 0.8

8.1 ± 6.3

<0.0001

korriment

Jiem (medja ± SD) mill-

0.9 ± 0.7

6.5 ± 5.9

<0.0001

korriment

Pazjenti li ma kinux irrappurtati

li kellhom tneħħija ta’ tessut

mejjet li rnexxiet

1Imkejjel fl-ewwel sessjoni, jekk kien hemm aktar minn sessjoni kirurġika waħda.

2Il-pazjenti kollha li ntgħażlu b’mod każwali li għalihom id-dejta għal għeluq sħiħ tal-feriti kienet disponibbli.

*Dan il-punt aħħari jista’ jiġi evalwat biss għal feriti profondi bi ħxuna parzjali mingħajr żoni bi ħxuna sħiħa, għax feriti kkawżati minn ħruq li jinvolvu l-ħxuna sħiħa tal-ġilda dejjem jeħtieġu trapjant.

** Formola tal-Kunsens Infurmat (Informed Consent Form)

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini iddifferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b’NexoBrid f’wieħed jew iktar settijiet tal-popolazzjoni pedjatrika fil-kura ta’ feriti kkawżati minn ħruq tas-superfiċje esterna tal-ġisem (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Il-grad ta’ assorbiment sistemiku minn ferita kkawżata minn ħruq, Cmax, Tmax, AUC, u t½ ta’ bromelain minn NexoBrid ġie investigat f'16-il pazjent li kellhom feriti termali kkawżati minn ħruq, ta’ ħxuna parzjali tal-ġilda (feriti minn medji sa fondi fil-ġilda). Il-medja ta’ TBSA kienet 10%. 60% taż-żona kkurata bil-feriti kienu tat-tip ħxuna parzjali u/jew ħxuna sħiħa. NexoBrid ġie applikat darba fuq il-ferita kkawżata minn ħruq f’doża ta’ 2 g ta’ NexoBrid trab/20 g ġell/100 ċm2 ta’ ġilda. Il-konċentrazzjonijiet ta’ NexoBrid fis-serum ġew stabbiliti bl-użu ta’ immunoassaġġ modifikat ta’ sandwich electrochemiluminescence (ECL).

Il-medda tad-doża totali applikati kienet minn 5 sa 30 g ta’ konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain minn NexoBrid. F’4 pazjenti, wara li rċivew doża ta’ 5, 9, 12 u 17 g, rispettivament, kien hemm indikazzjonijiet ta’ assorbiment sistemiku li kien ogħla b’mod notevoli.

Is-Cmax kienet 6020 ± 5020 ng/ml (medja ± SD) għall-grupp ta’ 15-il pazjent, b’medda ta’ 888 sa 15,700 ng/ml. Fl-4 pazjenti b’indikazzjonijiet ta’ assorbiment ogħla, is-Cmax normalizzata għad-doża varjat minn 788-900 ng/ml għal kull gramma ta’ NexoBrid. Fil-pazjenti l-oħra, is-Cmax normalizzata għad-doża varjat minn 141-523 ng/ml għal kull gramma ta’ NexoBrid.

Cmax ta’ 40 µg/ml jista’ jkun possibbli f’nies li jingħataw NexoBrid taħt il-kundizzjonijiet liċenzjati, meta jiġi kkunsidrat li l-PK ġiet evalwata biss f’pazjenti li fil-biċċa l-kbira tagħhom kellhom ħruq superfiċjali, li kienu qed jirċievu nofs id-doża massima.

L-AUC minn ħin żero sa 48 siegħa wara l-għoti (AUClast) kien ta’ 43,400 ± 46,100 ngh/ml (medja ± SD) għall-grupp ta’ 15-il pazjent, b’medda ta’ 4560-167,000 ngh/ml. Fil-pazjenti

b’indikazzjonijiet ta’ assorbiment ogħla, l-AUClast normalizzata għad-doża (għal kull gramma ta’

NexoBrid) varjat minn 4,500-9,820 ngh/ml għal kull gramma ta’ NexoBrid. Fil-pazjenti l-oħra, l- AUClast normalizzata għad-doża varjat minn 887-3930 ngh/ml għal kull gramma ta’ NexoBrid.

Dawn ir-riżultati għas-Cmax u AUClast jindikaw li l-assorbiment sistemiku jista’ jiddependi kemm fuq id-doża applikata ta’ NexoBrid (proporzjonali għaż-żona miksija ta’ feriti) u fatturi oħrajn speċifiċi

għall-pazjenti.

It-Tmax għal 10 mill-15-il pazjent kien ta’ sagħtejn u f’5 pazjenti, it-Tmax kien ta’ 4 sigħat.

Il-half-life terminali (stabbilita bl-użu ta’ dejta minn 16 sa 48 siegħa wara d-doża għal 12-il pazjent) kienet ta’ 11.7 ± 3.5 sigħat (medja ± SD), b’medda minn 8.5 sa 19.9 sigħat.

Skont rapport tal-letteratura, fil-plażma, madwar 50% ta’ bromelain jeħel mal-antiproteinases tal- plażma umana α2-macroglobulin u α1-antichymotrypsin.

Popolazzjoni pedjatrika

Il-parametri farmakokinetiċi u l-grad ta’ assorbiment ma ġewx studjati fit-tfal.

5.3 Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

NexoBrid kien ittollerat tajjeb meta applikat fuq ġilda intatta tal-mini-pig, iżda kkawża irritazzjoni severa u wġigħ meta ġie applikat fuq ġilda bil-ħsara (misluħa).

Infużjoni fil-vini waħda ta’ soluzzjoni ippreparata minn NexoBrid trab fil-mini-pig kienet ittollerata tajjeb f’livelli ta’ doża sa 12 mg/kg (li kisbu livelli ta’ plażma ta’ 2.5 darbiet tal-livell fil-plażma tal- bniedem wara l-applikazzjoni tad-dożaġġ kliniku propost għal 15% ta’ TBSA), iżda dożi ogħla kienu tossiċi b’mod ċar, u kkawżaw emorraġija f’ħafna tessuti. Injezzjonijiet ġol-vini ripetuti ta’ dożi sa 12 mg/kg kull tielet jum fil-mini-pig kienu ttollerati tajjeb għall-ewwel tliet injezzjonijiet, iżda sinjali kliniċi severi ta’ tossiċità (eż. emorraġiji f’diversi organi) ġew osservati wara t-tliet injezzjonijiet li kien fadal. Dawn l-effetti baqgħu jiġu osservati wara l-perijodu ta’ rkuprar ta’ ġimagħtejn.

Fi studji dwar l-iżvilupp embrijofetali fil-firien u l-fniek, NexoBrid mogħti ġol-vini ma żvela l-ebda evidenza ta’ tossiċità indiretta u diretta lill-embriju/fetu li kien qed jiżviluppa. Madankollu, livelli ta’ espożizzjoni materna kienu iktar baxxi b’mod konsiderevoli minn dawk massimi rrappurtati fi sfond kliniku (10-500 darba iktar baxxi mill-AUC umana, 3-50 darba iktar baxxi mis-Cmax umana). Billi NexoBrid ma kienx ittollerat tajjeb mill-annimali ġenituri, dawn l-istudji mhumiex ikkunsidrati li huma rilevanti għall-evalwazzjoni tar-riskju fil-bniedem. NexoBrid ma wera l-ebda attività

ġenotossika meta ġie investigat fis-sett standard ta’ studji in vitro u in vivo.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

NexoBrid trab

Ammonium sulphate

Acetic acid

Ġell

Carbomer 980

disodium phosphate anhydrous

Sodium hydroxide

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2 Inkompatibbilitajiet

Prodotti mediċinali applikati b’mod topiku (bħal silver sulfadiazine jew povidone-iodine) fis-sit tal- ferita, iridu jitneħħew u l-ferita titnaddaf qabel l-applikazzjoni ta’ NexoBrid. Il-bqija tal-prodotti mediċinali antibatterjali jistgħu jinterferixxu mal-attività ta’ NexoBrid billi jnaqqsu l-effikaċja tiegħu.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

Mill-aspett mikrobijoloġiku u billi l-attività enzimatika tal-prodott tonqos b’mod progressiv wara li jitħallat, il-prodott rikostitwit għandu jintuża immedjatament wara l-preparazzjoni (fi żmien

15-il minuta).

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Żommu kiesaħ waqt il-ħażna u l-ġarr (2°C-8°C).

Aħżen f’pożizzjoni vertikali u żomm il-ġell fil-qiegħ tal-flixkun u fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Tagħmlux fil-friża.

6.5 In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

5 g trab f’kunjett (ħġieġ ta’ tip II) issiġillat b’tapp tal-lastku (bromobutyl), tapp u miksi b’għatu (aluminju), u 50 g ġell fi flixkun (borosilicate, ħġieġ ta’ tip I), issiġillat b’tapp tal-lastku u miksi b’għatu bil-kamin (polypropylene li ma jistax isir tbagħbis fih).

Daqs tal-pakkett ta’ 1.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Hemm rapporti ta’ espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għal bromelain, li wasslet għal sensibilizzazzjoni. Is-sensibilizzazzjoni tista’ tkun seħħet minħabba l-ġbid man-nifs tat-trab ta’ bromelain. Reazzjonijiet allerġiċi għal bromelain jinkludu reazzjonijiet anafilattiċi u reazzjonijiet oħrajn tat-tip immedjat b’manifestazzjonijiet bħal bronkospażmu, anġjoedema, urtikarja, u reazzjonijiet tal-mukuża u gastrointestinali. Dan għandu jiġi kkunsidrat meta tħallat NexoBrid trab mal-ġell. It-trab m’għandux jinġibed man-nifs. F’NexoBrid, it-trab li fih konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain hu preżenti fis-sura ta’ trab, u dan inaqqas il-probabbiltà ta’ espożizzjoni minn ġbid man-nifs. Ara wkoll sezzjoni 4.4.

Espożizzjoni aċċidentali fl-għajnejn trid tiġi evitata. F’każ ta’ espożizzjoni fl-għajnejn, l-għajnejn esposti jridu jixxarrbu b’ammonti kbar ta’ ilma għal mill-inqas 15-il minuta. F’każ ta’ espożizzjoni tal-ġilda, NexoBrid irid jitlaħlaħ bl-ilma.

Preparazzjoni ta’ NexoBrid ġell (kif tħallat it-trab mal-ġell)

NexoBrid trab u ġell huma sterilizzati. Teknika asettika trid tintuża meta tħallat it-trab mal-ġell.

Il-kunjett b’NexoBrid trab irid jiċċaqlaq bis-saħħa biex tfarrak it-trab ta’ NexoBrid.

Il-kunjett bit-trab irid jinfetaħ billi tqaċċat b’attenzjoni l-għatu tal-aluminju u tneħħi t-tapp tal- lastku.

Meta tkun qed tiftaħ il-flixkun bil-ġell, irid jiġi kkonfermat li ċ-ċirku li jurik jekk ikunx ġie mbagħbas, ikun qed jissepara minn mal-għatu tal-flixkun. Jekk iċ-ċirku li jurik jekk ikunx ġie mbagħbas ikun diġà sseparat minn mal-għatu qabel ma tiftħu, il-flixkun bil-ġell irid jintrema u jrid jintuża flixkun ġdid ieħor bil-ġell.

It-trab imbagħad jiġi ttrasferit ġol-flixkun bil-ġell li jikkorrispondi. Jekk ikun meħtieġ, spatula sterilizzata tista’ tintuża biex tkisser it-trab xott ġol-kunjett tiegħu qabel it-trasferiment.

It-trab u ġell iridu jitħalltu bir-reqqa sakemm tinkiseb taħlita uniformi, ta’ kulur minn ftit kannella jagħti fl-isfar sa ftit kannella. Dan normalment jeħtieġ li tħallat it-trab u l-ġell għal minn 1 sa 2 minuti.

Il-ġell għandu jiġi ppreparat fejn is-sodda tal-pazjent.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

MediWound Germany GmbH

Eisenstrasse 5

65428 Rüsselsheim

Il-Ġermanja

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/12/803/002

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 18. Diċembru. 2012

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati