Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

NexoBrid (concentrate of proteolytic enzymes enriched...) – Fuljett ta’ tagħrif - D03BA03

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaNexoBrid
Kodiċi ATCD03BA03
Sustanzaconcentrate of proteolytic enzymes enriched in bromelain
ManifatturMediWound Germany GmbH

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

NexoBrid 2 g trab u ġell għal ġell

Konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu NexoBrid u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel NexoBrid jintuża

3.Kif jintuża NexoBrid

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif jinħażen NexoBrid

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu NexoBrid u għalxiex jintuża

X’inhu NexoBrid

NexoBrid fih taħlita ta’ enzimi, imsejħa “konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain”, li huma estratti mill-istemma tal-pjanta tal-ananas.

Għalxiex jintuża NexoBrid

NexoBrid jintuża f’pazjenti adulti biex ineħħi tessut maħruġ minn feriti profondi jew parzjalment profondi kkawżati minn ħruq tal-ġilda.

Li tuża NexoBrid jista’ jnaqqas il-ħtieġa għal, jew il-grad tat-tneħħija kirurġika ta’ tessut maħruq u/jew trapjant tal-ġilda.

2. X’għandek tkun taf qabel NexoBrid jintuża

Tużax NexoBrid:

-jekk inti allerġiku għal bromelain

-jekk inti allerġiku għall-ananas

-jekk inti allerġiku għall-papain

-jekk int allerġiku għal xi sustanza oħra tat-trab jew ġell (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek qabel jintuża NexoBrid jekk

-għandek mard tal-qalb;

-għandek mard fil-pulmun;

-il-pulmun tiegħek saritlu ħsara, jew jista’ jkun li saritlu ħsara minn ġbid ta’ duħħan man-nifs;

-jekk inti allerġiku għal bromelain (sustanza simili għas-sustanza attiva f’NexoBrid). Jekk dan hu l-każ, jista’ jkollok ukoll reazzjonijiet allerġiċi għal NexoBrid;

-inti allerġiku għal papain, latex, tingiż tan-naħal jew għal polline tas-siġra taż-żebbuġ Jekk inhu hekk, jista’ jkollok ukoll reazzjonijiet allerġiċi għal NexoBrid;

-għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied.

Reazzjonijiet allerġiċi jistgħu jikkawżaw, pereżempju, diffikultajiet biex tieħu n-nifs, nefħa tal-ġilda, urtikarja, reazzjonijiet oħrajn tal-ġilda, u skonfort fiż-żaqq, jew kombinazzjoni ta’ dawn l-effetti. Jekk tinnota kwalunkwe minn dawn is-sinjali jew sintomi, informa lit-tabib tiegħek jew lill-persuna li tkun qed tieħu ħsiebek immedjatament.

Ir-reazzjonijiet allerġiċi jistgħu jkunu severi u jkunu jeħtieġu kura medika.

F’każ ta’ kuntatt mal-ġilda, laħlaħ NexoBrid bl-ilma. Dan hu biex tagħmilha inqas possibbli li tiżviluppa reazzjoni allerġika għal NexoBrid.

L-użu ta’ NexoBrid biex ineħħi tessut maħruq jista’ jwassal għal deni, infjammazzjoni tal-feriti jew infezzjoni tal-feriti, u possibbilment għal infezzjoni ġenerali. Inti tista’ tiġi ċċekkjat regolarment għal dawn il-kundizzjonijiet.

NexoBrid jista’ jnaqqas il-ħila tad-demm tiegħek li jifforma emboli, li jżid ir-riskju ta’ ħruġ ta’ demm. NexoBrid għandu jintuża b’kawtela jekk għandek tendenza ġenerali li jkollok ħruġ ta’ demm, ulċera fl-istonku, avvelenament fid-demm, jew kundizzjoni oħra li tista’ tikkawżalek li joħroġlok id-demm. Wara l-kura b’NexoBrid, it-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja l-livelli ta’ koagulazzjoni tad-demm tiegħek.

Kuntatt dirett ta’ NexoBrid mal-għajnejn għandu jiġi evitat. Jekk NexoBrid jidħol f’għajnejk, aħsilhom b’ħafna ilma għal mill-inqas 15-il minuta.

Biex tevita problemi fil-fejqan tal-feriti, il-ferita kkawżata minn ħruq ikkurata se tinkesa kemm jista’ jkun malajr b’sostituti jew garżi temporanji jew permanenti tal-ġilda.

NexoBrid m’għandux jintuża fuq feriti kimiċi kkawżati minn ħruq, feriti kontaminati u feriti fejn NexoBrid jista’ jmiss ma’ oġġetti barranin (pereżempju, impjanti, pacemakers, u shunts) jew vini jew arterji kbar, l-għajnejn jew partijiet importanti oħrajn tal-ġisem.

Tfal u adolexxenti

NexoBrid mhuwiex għall-użu f’pazjenti li għandhom inqas minn 18-il sena.

Mediċi oħra u NexoBrid

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

It-tabib tiegħek se juża kawtela u joqgħod attent għal sinjali ta’ tnaqqis fil-koagulazzjoni tad-demm jew ħruġ ta’ demm meta jagħti riċetta għal mediċini oħrajn li jaffettwaw il-koagulazzjoni tad-demm, għax NexoBrid jista’ jnaqqas il-koagulazzjoni tad-demm.

NexoBrid jista’:

-iżid l-effetti ta’ ċerti mediċini li jiġu ddiżattivati minn enzima tal-fwied imsejħa CYP2C8 u CYP2C9. Eżempji ta’ mediċini bħal dawn huma:

-amiodarone (jintuża għall-kura ta’ ċerti forom ta’ taħbit irregolari tal-qalb),

-amodiaquine u chloroquine (jintużaw għall-kura tal-malarja u xi forom ta’ infjammazzjoni),

-fluvastatin (jintuża għall-kura ta’ livelli għolja ta’ kolesterol),

-pioglitazone, rosiglitazone, repaglinide, tolbutamide u glipizide (jintużaw għall-kura tad- dijabete),

-paclitaxel u sorafenib (jintużaw għall-kura tal-kanċer),

-torasemide (jintuża biex iżid il-fluss tal-awrina),

-ibuprofen (jintuża għal kura ta’ deni, uġigħ u xi forom ta’ infjammazzjoni),

-losartan (jintuża għal kura ta’ pressjoni tad-demm għolja),

-celecoxib (jintuża għal kura ta’ xi forom ta’ infjammazzjoni),

-warfarin (jintuża biex inaqqas il-koagulazzjoni tad-demm), u

-phenytoin (jintuża għal kura tal-epilessija).

-jintensifika r-reazzjoni tiegħek għall-mediċini kontra l-kanċer fluorouracil u vincristine.

-jikkawża tnaqqis mhux mixtieq fil-pressjoni tad-demm meta tiġi kkurat b’mediċini msejħa inibituri ACE, li jintuża għall-kura ta’ pressjoni tad-demm għolja u kundizzjonijiet oħrajn.

-iżid in-ngħas meta jintuża fl-istess ħin mal-alkoħol jew mediċini li jistgħu jikkawżaw in-ngħas.

Jekk m’intix ċert jekk intix qed tieħu kwalunkwe mill-mediċini msemmija hawn fuq, staqsi it-tabib tiegħek qabel tuża NexoBrid.

Tqala u treddigħ

L-użu ta’ NexoBrid waqt it-tqala mhuwiex irrakkomandat.

Bħala miżura ta’ prekawzjoni, m’għandekx tredda’ għal mill-inqas 4 ijiem wara l-applikazzjoni ta’ NexoBrid.

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew spiżjar tiegħek qabel tintuża din il-mediċina.

3.Kif jintuża NexoBrid

NexoBrid hu għall-użu biss minn speċjalisti fi kliniċi li jispeċjalizzaw fil-kura ta’ feriti kkawżati minn ħruq. Se jiġi ppreparat direttament qabel l-użu u applikat minn tabib tiegħek jew minn professjonist fil-qasam tal-kura tas-saħħa ieħor.

2 g NexoBrid trab f’20 g ta’ ġell jiġi applikat fuq żona ta’ ferita kkaġunata minn ħruq ta’ 100 cm2.

Għandu jitħalla għal 4 sigħat, u mbagħad jitneħħa. It-tieni applikazzjoni u applikazzjonijiet sussegwenti mhumiex rakkomandati.

NexoBrid m’għandux jiġi applikat fuq iktar minn 15% (wieħed minn tmienja) tas-superfiċje totali tal-ġisem.

L-istruzzjonijiet għall-preparazzjoni tal-ġell NexoBrid jingħataw fl-aħħar ta’ dan il-fuljett fis-sezzjoni intenzjonata għal professjonisti mediċi jew professjonisti fil-qasam mediku.

Qabel jiġi applikat fuq ferita kkawżata minn ħruq, NexoBrid trab jitħallat ġo ġell. Għandu jintuża fi żmien 15-il minuta wara li jitħallat.

NexoBrid se jiġi applikat fuq żona ta’ feriti li tkun nadifa, bla infafet, u umda.

Mediċini oħrajn (bħal silver sulfadiazine jew povidone-iodine) se jitneħħew miż-żona tal-ferita qabel ma NexoBrid jiġi applikat.

Qabel l-applikazzjoni ta’ NexoBrid, garża mxarrba b’soluzzjoni antibatterjali se tiġi applikata għal sagħtejn.

Inti se tingħata mediċina adattata biex tipprevjeni u tikkura l-uġigħ mill-inqas 15-il minuta qabel NexoBrid jiġi applikat.

Wara li NexoBrid u t-tessut mejjet ikunu tneħħew minn fuq il-ferita, garża mxarrba b’soluzzjoni antibatterjali se tiġi applikata għal sagħtejn addizzjonali.

Il-kunjett li jkun fih it-trab NexoBrid, flixkun bil-ġell, u l-ġell ippreparat ta’ NexoBrid għandu jintuża biss għal pazjent wieħed.

Jekk jintuża NexoBrid aktar milli suppost

Jekk ġell żejjed ta’ NexoBrid jiġi applikat fuq ferita kkawżata minn ħruq, il-ġell eċċessiv jista’ jintmesaħ.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Reazzjonijiet allerġiċi għal NexoBrid jistgħu jseħħu u jistgħu jikkawżaw, pereżempju, diffikultajiet biex tieħu n-nifs, nefħa tal-ġilda, urtikarja, u skonfort fiż-żaqq, jew kombinazzjoni ta’ dawn l-effetti. Jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi jew sinjali, informa lit-tabib tiegħek jew lill-persuna li tkun qed tieħu ħsiebek.

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn 1 persuna minn kull 10 persuni)

-Deni

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 persuna minn kull 10 persuni)

-Uġigħ (anki jekk il-mediċini jintuża biex jipprevjenu jew inaqqsu wġigħ ikkawżat mit-tneħħija ta’ tessut maħruq)

-Infezzjoni tal-ferita kkawżata minn ħruq

-Kumplikazzjonijiet tal-ferita li jinkludu: il-ferita tinfetaħ, il-feriti jinxfu jew jitkissru u t- trapjanti tal-ġilda ma jirnexxilhomx ifiequ kif suppost

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif jinħażen NexoBrid

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax NexoBrid wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta tal-kunjett, flixkun, u kaxxa wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Żommu kiesaħ waqt il-ħażna u l-ġarr (2°C-8°C).

NexoBrid għandu jinħażen f’pożizzjoni vertikali biex il-ġell jinżamm fil-qiegħ tal-flixkun u fil- pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Tagħmlux fil-friża.

NexoBrid għandha jintuża fi żmien 15-il minuta wara li t-trab jitħallat mal-ġell.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih NexoBrid

-Is-sustanza attiva (fit-trab fil-kunjett) hu konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain: 2 g li jikkorrispondu għal 0.09 g/g ta’ konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain wara li jitħallat. Is-sustanzi l-oħra huma: għat-trab: ammonium sulphate u acetic acid u għal ġell carbomer 980, disodium phosphate anhydrous, sodium hydroxide, u ilma għal-injezzjonijiet.

Kif jidher NexoBrid u l-kontenut tal-pakkett

NexoBrid hu pprovdut bħala trab u ġell għal ġell (trab f’kunjett (2 g) u ġell fi flixkun (20 g)), daqs tal- pakkett ta’ 1.

It-trab hu ta’ lewn abjad jagħti fil-griż sa kannella jagħti fl-isfar ċar u l-ġell hu ċar u bla kulur.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: MediWound Germany GmbH

Eisenstrasse 5 65428 Rüsselsheim Il-Ġermanja

Manifattur:

Hälsa Pharma GmbH

Nikolaus-Dürkopp-Str. 4a

D-33602 Bielefeld

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Tél/Tel: +800 22232425

Tel: +800 22232425

България

Luxembourg/Luxemburg

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Teл: +800 22232425

Tél/Tel: +800 22232425

Česká republika

Magyarország

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Tel: +800 22232425

Tel.: +800 22232425

Danmark

Malta

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Tlf: +800 22232425

Tel: +800 22232425

Deutschland

Nederland

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Tel: +800 22232425

Tel: +800 22232425

Eesti

Norge

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Tel: +800 22232425

Tlf: +800 22232425

Ελλάδα

Österreich

 

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Τηλ: +44 1423 853980

Tel: +800 22232425

España

Polska

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Tél: +800 22232425

Tel.: +800 22232425

France

Portugal

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Tél: +800 22232425

Tel: +800 22232425

Hrvatska

România

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Tel: +44 1423 853980

Tel: +44 1423 853980

Ireland

Slovenija

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Tel: +800 22232425

Tel: +44 1423 853980

Ísland

Slovenská republika

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Sími: +44 1423 853980

Tel: +800 22232425

Italia

Suomi/Finland

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Tel: +800 22232425

Puh/Tel: +800 22232425

Κύπρος

Sverige

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Τηλ: +800 22232425

Tel: +800 22232425

Latvija

United Kingdom

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Tel: +800 22232425

Tel: +800 22232425

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’<{XX/SSSS}> <{xahar SSSS}.>

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-

Mediċini: http://www.ema.europa.eu. Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:

Prekawzjonijiet u għoti

Mill-aspett mikrobijoloġiku u billi l-attività enzimatika tal-prodott tonqos b’mod progressiv wara li jitħallat, il-prodott rikostitwit għandu jintuża immedjatament wara l-preparazzjoni (fi żmien

15-il minuta).

NexoBrid għandu jiġi applikat fuq żona ta’ ferita li tkun nadifa, mingħajr keratin, u umda.

Prodotti mediċinali applikati b’mod topiku (bħal silver sulfadiazine jew povidone-iodine) fis-sit tal- ferita, iridu jitneħħew u l-ferita trid titnaddaf qabel l-applikazzjoni ta’ NexoBrid.

Preparazzjoni tal-pazjent u ż-żona tal-ferita

Żona totali ta’ ferita ta’ mhux iktar minn 15% TBSA tista’ tiġi kkurata b’NexoBrid.

Immaniġġjar preventiv tal-uġigħ irid jintuża kif inhi l-prattika komuni għal tibdil estensiv tal- faxex; għandu jinbeda mill-inqas 15-il minuta qabel l-applikazzjoni ta’ NexoBrid.

Il-ferita trid titnaddaf bir-reqqa u s-saff superfiċjali tal-keratin jew infafet irid jitneħħa miż-żona tal-ferita, għax il-keratin ser jiżola t-tessut mejjet minn kuntatt dirett ma’ NexoBrid u jevita li t- tessut mejjet jitneħħa minn NexoBrid.

Il-garża mxarrba b’soluzzjoni antibatterjali trid tiġi applikata għal sagħtejn.

Il-prodotti mediċinali antibatterjali kollha applikati b’mod topiku jridu jitneħħew qabel ma tapplika NexoBrid. Il-bqija tal-prodotti mediċinali antibatterjali jistgħu jinterferixxu mal- attività ta’ NexoBrid billi jnaqqsu l-effikaċja tiegħu.

Iż-żona li minnha tixtieq tneħħi t-tessut mejjet trid tkun imdawra b’ostaklu li jwaħħal ta’ ingwent sterilizzat tal-paraffin billi tapplikah ftit ċentimetri ’il barra miż-żona tal-kura (billi tuża dispenser). Is-saff tal-paraffin ma jridx imiss maż-żona li tkun se tiġi kkurata biex tevita li tiksi t-tessut mejjet, u għaldaqstant jiżola t-tessut mejjet minn kuntatt dirett ma’ NexoBrid. Biex tiġi evitata irritazzjoni possibbli ta’ ġilda mibruxa minn kuntatt involontarju ma’ NexoBrid, żoni bħal dawn jistgħu jiġu protetti minn saff sterilizzat ta’ ingwent li jkun fih ix- xaħam.

Soluzzjoni sterilizzata ta’ isotonic sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) trid titferrex fuq il-ferita kkawżata minn ħruq. Il-ferita trid tinżamm umda matul il-proċedura ta’ applikazzjoni.

Preparazzjoni ta’ NexoBrid ġell (kif tħallat it-trab mal-ġell)

NexoBrid trab u ġell huma sterilizzati. It-teknika asettika trid tintuża meta tħallat NexoBrid trab mal-ġell. It-trab m’għandux jinġibed man-nifs.

Il-kunjett b’NexoBrid trab irid jiċċaqlaq bis-saħħa biex tfarrak it-trab ta’ NexoBrid.

Il-kunjett b’NexoBrid trab irid jinfetaħ billi tqaċċat b’attenzjoni l-għatu tal-aluminju u tneħħi t- tapp tal-lastku.

Meta tkun qed tiftaħ il-flixkun bil-ġell, irid jiġi kkonfermat li ċ-ċirku li jurik jekk ikunx ġie mbagħbas, ikun qed jissepara minn mal-għatu tal-flixkun. Jekk iċ-ċirku li jurik jekk ikunx ġie mbagħbas ikun diġà sseparat minn mal-għatu qabel ma tiftħu, il-flixkun bil-ġell irid jintrema u jrid jintuża flixkun ġdid ieħor bil-ġell.

NexoBrid trab imbagħad jiġi ttrasferit ġol-flixkun bil-ġell li jikkorrispondi. Jekk ikun meħtieġ, spatula sterilizzata tista’ tintuża biex tkisser it-trab xott ta’ NexoBrid ġol-kunjett tiegħu qabel it- trasferiment.

NexoBrid trab u ġell iridu jitħalltu bir-reqqa sakemm tinkiseb taħlita uniformi, ta’ kulur minn ftit kannella jagħti fl-isfar sa ftit kannella. Dan normalment jeħtieġ li tħallat NexoBrid trab u l-

ġell għal minn 1 sa 2 minuti.

NexoBrid ġell għandu jiġi ppreparat fejn is-sodda tal-pazjent

Applikazzjoni ta’ NexoBrid

Fi żmien 15-il minuta minn x’ħin jitħallat, NexoBrid irid jiġi applikat b’mod topiku fuq il-ferita kkawżata minn ħruq, bi ħxuna ta’ 1.5 sa 3 millimetri.

Il-ferita mbagħad trid tinkesa b’garża sterilizzata okklużiva li teħel mal-materjal tal-ostaklu sterilizzat li jwaħħal applikat skont l-istruzzjonijiet hawn fuq (ara Preparazzjoni tal-pazjent u ż- żona tal-ferita). Il-ġell NexoBrid irid jimla l-garża okklużiva kollha, u għandu jkun hemm kawtela speċjali biex ma titħalliex arja taħt din il-garża okklużiva. Billi tagħfas b’mod ġentili l- garża okklużiva fiż-żona tal-kuntatt bl-ostaklu li jwaħħal, se jiżgura adeżjoni bejn ir-rita okklużiva u l-ostaklu u jwettaq trażżin sħiħ ta’ NexoBrid fuq iż-żona tal-kura.

Il-ferita bil-garżi trid tkun miksija b’garżi maħlulin ħoxnin u bit-tentix, li jinżammu f’posthom b’faxxa.

Il-garżi iridu jibqgħu fil-post għal 4 sigħat.

It-tneħħija ta’ NexoBrid

Prodotti mediċinali adattati b’analġesija preventiva jridu jiġu applikati.

Wara 4 sigħat ta’ kura b’NexoBrid, il-garża okklużiva trid titneħħa billi tuża tekniki asettiċi.

L-ostaklu li jwaħħal irid jitneħħa billi tuża strument sterilizzat b’tarf li ma jaqtax (eż., depressor tal-ilsien).

It-tessut mejjet maħlul irid jitneħħa minn fuq il-ferita billi timsħu bi strument sterilizzat b’tarf li ma jaqtax.

Il-ferita trid tintmesaħ bir-reqqa l-ewwel, b’garża kbira xotta u sterilizzata jew napkin, segwita minn ġarża sterilizzata jew napkin li tkun ġiet imxarrba b’soluzzjoni isotonika ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%). Iż-żona kkurata trid tindilek sakemm il-wiċċ tal-ġilda isir ta’ lewn roża, b’postijiet fejn ikun ħiereġ id-demm jew tessut abjad. Li togħrok il-ġilda mhux ser ineħħi tessut mejjet mhux maħlul li jkun għad baqa’ mwaħħal f’żoni fejn ikun għad fadal tessut mejjet.

Garża mxarrba b’soluzzjoni antibatterjali trid tiġi applikata għal sagħtejn addizzjonali.

Kura tal-ferita wara t-tneħħija ta’ tessut mejjet

Iż-żona li minnha jkun tneħħa t-tessut mejjet trid tinkesa immedjatament minn sostituti temporanji jew permanenti tal-ġilda jew faxex biex jiġi evitat tnixxif u/jew il-formazzjoni ta’ psewdo tessut mejjet u/jew infezzjoni.

Qabel ma’ għata permanenti tal-ġilda jew sostitut temporanju tal-ġilda jiġu applikati fuq żona li minnha jkun għadu kif tneħħa t-tessut mejjet b’mod enzimatiku, faxxa mxarrba tat-tip wet-to- dry trid tiġi applikata.

Qabel l-applikazzjoni tat-trapjanti jew faxex primarji, iż-żona li minnha jkun tneħħa t-tessut mejjet trid titnaddaf u tiġi ffriskata permezz ta’ eż., tuża xkupilja jew tobrox iż-żona biex tippermetti li faxex jeħlu fil-post.

Feriti b’żoni ta’ ħxuna sħiħa u ħruq profond għandhom jiġu awtotrapjantati kemm jista’ jkun malajr wara t-tneħħija ta’ tessut mejjet b’NexoBrid. Għandha wkoll tingħata konsiderazzjoni b’attenzjoni li jitpoġġew għata permanenti fuq il-ġilda (eż. awtotrapjanti) fuq feriti bi ħxuna parzjali profonda dritt wara t-tneħħija ta’ tessut mejjet permezz ta’ NexoBrid.

Rakkomandazzjonijiet għal immaniġġjar sigur

Kull kunjett, ġell, jew ġell rikostitwit ta’ NexoBrid għandu jintuża għal pazjent wieħed biss.

Hemm rapporti ta’ espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għal bromelain, li wasslet għal sensibilizzazzjoni. Is-sensibilizzazzjoni tista’ tkun seħħet minħabba l-ġbid man-nifs tat-trab ta’ bromelain. Reazzjonijiet allerġiċi għal bromelain jinkludu reazzjonijiet anafilattiċi u reazzjonijiet oħrajn tat-tip immedjat b’manifestazzjonijiet bħal bronkospażmu, anġjoedema, urtikarja, u reazzjonijiet tal-mukuża u gastrointestinali. Dan għandu jiġi kkunsidrat meta tħallat NexoBrid trab mal-ġell. F’NexoBrid, it-trab li fih konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain hu preżenti fis-sura ta’ trab lajofilizzat sterilizzat, u dan inaqqas il-probabbiltà ta’ espożizzjoni minn ġbid man- nifs.

Evita espożizzjoni aċċidentali fl-għajnejn. F’każ ta’ espożizzjoni fl-għajnejn, xarrab l-għajnejn esposti b’ammonti kbar ta’ ilma għal mill-inqas 15-il minuta. F’każ ta’ espożizzjoni tal-ġilda, laħlaħ

NexoBrid bl-ilma.

Rimi

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

NexoBrid 5 g trab u ġell għal ġell

Konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu NexoBrid u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel NexoBrid jintuża

3.Kif jintuża NexoBrid

4.Effetti sekondarji possibbli

6.Kif jinħażen NexoBrid

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu NexoBrid u għalxiex jintuża

X’inhu NexoBrid

NexoBrid fih taħlita ta’ enzimi, imsejħa “konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain”, li huma estratti mill-istemma tal-pjanta tal-ananas.

Għalxiex jintuża NexoBrid

NexoBrid jintuża f’pazjenti adulti biex ineħħi tessut maħruġ minn feriti profondi jew parzjalment profondi kkawżati minn ħruq tal-ġilda.

Li tuża NexoBrid jista’ jnaqqas il-ħtieġa għal, jew il-grad tat-tneħħija kirurġika ta’ tessut maħruq u/jew trapjant tal-ġilda.

2. X’għandek tkun taf qabel NexoBrid jintuża

Tużax NexoBrid:

-jekk inti allerġiku għal bromelain

-jekk inti allerġiku għall-ananas

-jekk inti allerġiku għall-papain

-jekk int allerġiku għal xi sustanza oħra tat-trab jew ġell (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek qabel jintuża NexoBrid jekk

-għandek mard tal-qalb;

-għandek mard fil-pulmun;

-il-pulmun tiegħek saritlu ħsara, jew jista’ jkun li saritlu ħsara minn ġbid ta’ duħħan man-nifs;

-jekk inti allerġiku għal bromelain (sustanza simili għas-sustanza attiva f’NexoBrid). Jekk dan hu l-każ, jista’ jkollok ukoll reazzjonijiet allerġiċi għal NexoBrid;

-inti allerġiku għal papain, latex, tingiż tan-naħal jew għal polline tas-siġra taż-żebbuġ Jekk inhu hekk, jista’ jkollok ukoll reazzjonijiet allerġiċi għal NexoBrid;

-għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied.

Reazzjonijiet allerġiċi jistgħu jikkawżaw, pereżempju, diffikultajiet biex tieħu n-nifs, nefħa tal-ġilda, urtikarja, reazzjonijiet oħrajn tal-ġilda, u skonfort fiż-żaqq, jew kombinazzjoni ta’ dawn l-effetti. Jekk tinnota kwalunkwe minn dawn is-sinjali jew sintomi, informa lit-tabib tiegħek jew lill-persuna li tkun qed tieħu ħsiebek immedjatament.

Ir-reazzjonijiet allerġiċi jistgħu jkunu severi u jkunu jeħtieġu kura medika.

F’każ ta’ kuntatt mal-ġilda, laħlaħ NexoBrid bl-ilma. Dan hu biex tagħmilha inqas possibbli li tiżviluppa reazzjoni allerġika għal NexoBrid.

L-użu ta’ NexoBrid biex ineħħi tessut maħruq jista’ jwassal għal deni, infjammazzjoni tal-feriti jew infezzjoni tal-feriti, u possibbilment għal infezzjoni ġenerali. Inti tista’ tiġi ċċekkjat regolarment għal dawn il-kundizzjonijiet.

NexoBrid jista’ jnaqqas il-ħila tad-demm tiegħek li jifforma emboli, li jżid ir-riskju ta’ ħruġ ta’ demm. NexoBrid għandu jintuża b’kawtela jekk għandek tendenza ġenerali li jkollok ħruġ ta’ demm, ulċera fl-istonku, avvelenament fid-demm, jew kundizzjoni oħra li tista’ tikkawżalek li joħroġlok id-demm. Wara l-kura b’NexoBrid, it-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja l-livelli ta’ koagulazzjoni tad-demm tiegħek.

Kuntatt dirett ta’ NexoBrid mal-għajnejn għandu jiġi evitat. Jekk NexoBrid jidħol f’għajnejk, aħsilhom b’ħafna ilma għal mill-inqas 15-il minuta.

Biex tevita problemi fil-fejqan tal-feriti, il-ferita kkawżata minn ħruq ikkurata se tinkesa kemm jista’ jkun malajr b’sostituti jew garżi temporanji jew permanenti tal-ġilda.

NexoBrid m’għandux jintuża fuq feriti kimiċi kkawżati minn ħruq, feriti kontaminati u feriti fejn NexoBrid jista’ jmiss ma’ oġġetti barranin (pereżempju, impjanti, pacemakers, u shunts) jew vini jew arterji kbar, l-għajnejn jew partijiet importanti oħrajn tal-ġisem.

Tfal u adolexxenti

NexoBrid mhuwiex għall-użu f’pazjenti li għandhom inqas minn 18-il sena.

Mediċi oħra u NexoBrid

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

It-tabib tiegħek se juża kawtela u joqgħod attent għal sinjali ta’ tnaqqis fil-koagulazzjoni tad-demm jew ħruġ ta’ demm meta jagħti riċetta għal mediċini oħrajn li jaffettwaw il-koagulazzjoni tad-demm, għax NexoBrid jista’ jnaqqas il-koagulazzjoni tad-demm.

NexoBrid jista’:

-iżid l-effetti ta’ ċerti mediċini li jiġu ddiżattivati minn enzima tal-fwied imsejħa CYP2C8 u CYP2C9. Eżempji ta’ mediċini bħal dawn huma:

-amiodarone (jintuża għall-kura ta’ ċerti forom ta’ taħbit irregolari tal-qalb),

-amodiaquine u chloroquine (jintużaw għall-kura tal-malarja u xi forom ta’ infjammazzjoni),

-fluvastatin (jintuża għall-kura ta’ livelli għolja ta’ kolesterol),

-pioglitazone, rosiglitazone, repaglinide, tolbutamide u glipizide (jintużaw għall-kura tad- dijabete),

-paclitaxel u sorafenib (jintużaw għall-kura tal-kanċer),

-torasemide (jintuża biex iżid il-fluss tal-awrina),

-ibuprofen (jintuża għal kura ta’ deni, uġigħ u xi forom ta’ infjammazzjoni),

-losartan (jintuża għal kura ta’ pressjoni tad-demm għolja),

-celecoxib (jintuża għal kura ta’ xi forom ta’ infjammazzjoni),

-warfarin (jintuża biex inaqqas il-koagulazzjoni tad-demm), u

-phenytoin (jintuża għal kura tal-epilessija).

-jintensifika r-reazzjoni tiegħek għall-mediċini kontra l-kanċer fluorouracil u vincristine.

-jikkawża tnaqqis mhux mixtieq fil-pressjoni tad-demm meta tiġi kkurat b’mediċini msejħa inibituri ACE, li jintuża għall-kura ta’ pressjoni tad-demm għolja u kundizzjonijiet oħrajn.

-iżid in-ngħas meta jintuża fl-istess ħin mal-alkoħol jew mediċini li jistgħu jikkawżaw in-ngħas.

Jekk m’intix ċert jekk intix qed tieħu kwalunkwe mill-mediċini msemmija hawn fuq, staqsi it-tabib tiegħek qabel tuża NexoBrid.

Tqala u treddigħ

L-użu ta’ NexoBrid waqt it-tqala mhuwiex irrakkomandat.

Bħala miżura ta’ prekawzjoni, m’għandekx tredda’ għal mill-inqas 4 ijiem wara l-applikazzjoni ta’ NexoBrid.

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew spiżjar tiegħek qabel tintuża din il-mediċina.

3. Kif jintuża NexoBrid

NexoBrid hu għall-użu biss minn speċjalisti fi kliniċi li jispeċjalizzaw fil-kura ta’ feriti kkawżati minn ħruq. Se jiġi ppreparat direttament qabel l-użu u applikat minn tabib tiegħek jew minn professjonist fil-qasam tal-kura tas-saħħa ieħor.

5 g NexoBrid trab f’50 g ta’ ġell jiġi applikat fuq żona ta’ ferita kkaġunata minn ħruq ta’ 250 cm2.

Għandu jitħalla għal 4 sigħat, u mbagħad jitneħħa. It-tieni applikazzjoni u applikazzjonijiet sussegwenti mhumiex rakkomandati.

NexoBrid m’għandux jiġi applikat fuq iktar minn 15% (wieħed minn tmienja) tas-superfiċje totali tal-ġisem.

L-istruzzjonijiet għall-preparazzjoni tal-ġell NexoBrid jingħataw fl-aħħar ta’ dan il-fuljett fis-sezzjoni intenzjonata għal professjonisti mediċi jew professjonisti fil-qasam mediku.

Qabel jiġi applikat fuq ferita kkawżata minn ħruq, NexoBrid trab jitħallat ġo ġell. Għandu jintuża fi żmien 15-il minuta wara li jitħallat.

NexoBrid se jiġi applikat fuq żona ta’ feriti li tkun nadifa, bla infafet, u umda.

Mediċini oħrajn (bħal silver sulfadiazine jew povidone-iodine) se jitneħħew miż-żona tal-ferita qabel ma NexoBrid jiġi applikat.

Qabel l-applikazzjoni ta’ NexoBrid, garża mxarrba b’soluzzjoni antibatterjali se tiġi applikata għal sagħtejn.

Inti se tingħata mediċina adattata biex tipprevjeni u tikkura l-uġigħ mill-inqas 15-il minuta qabel NexoBrid jiġi applikat.

Wara li NexoBrid u t-tessut mejjet ikunu tneħħew minn fuq il-ferita, garża mxarrba b’soluzzjoni antibatterjali se tiġi applikata għal sagħtejn addizzjonali.

Il-kunjett li jkun fih it-trab NexoBrid, flixkun bil-ġell, u l-ġell ippreparat ta’ NexoBrid għandu jintuża biss għal pazjent wieħed.

Jekk jintuża NexoBrid aktar milli suppost

Jekk ġell żejjed ta’ NexoBrid jiġi applikat fuq ferita kkawżata minn ħruq, il-ġell eċċessiv jista’ jintmesaħ.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Reazzjonijiet allerġiċi għal NexoBrid jistgħu jseħħu u jistgħu jikkawżaw, pereżempju, diffikultajiet biex tieħu n-nifs, nefħa tal-ġilda, urtikarja, u skonfort fiż-żaqq, jew kombinazzjoni ta’ dawn l-effetti. Jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi jew sinjali, informa lit-tabib tiegħek jew lill-persuna li tkun qed tieħu ħsiebek.

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn 1 persuna minn kull 10 persuni)

-Deni

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 persuna minn kull 10 persuni)

-Uġigħ (anki jekk il-mediċini jintuża biex jipprevjenu jew inaqqsu wġigħ ikkawżat mit-tneħħija ta’ tessut maħruq)

-Infezzjoni tal-ferita kkawżata minn ħruq

-Kumplikazzjonijiet tal-ferita li jinkludu: il-ferita tinfetaħ, il-feriti jinxfu jew jitkissru u t- trapjanti tal-ġilda ma jirnexxilhomx ifiequ kif suppost

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif jinħażen NexoBrid

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax NexoBrid wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta tal-kunjett, flixkun, u kaxxa wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Żommu kiesaħ waqt il-ħażna u l-ġarr (2°C-8°C).

NexoBrid għandu jinħażen f’pożizzjoni vertikali biex il-ġell jinżamm fil-qiegħ tal-flixkun u fil- pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Tagħmlux fil-friża.

NexoBrid għandha jintuża fi żmien 15-il minuta wara li t-trab jitħallat mal-ġell.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih NexoBrid

-Is-sustanza attiva (fit-trab fil-kunjett) hu konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain: 5 g, li jikkorrispondu għal 0.09 g/g ta’ konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain wara li jitħallat. Is-sustanzi l-oħra huma: għat-trab: ammonium sulphate u acetic acid u għal ġell carbomer 980, disodium phosphate anhydrous, sodium hydroxide, u ilma għal-injezzjonijiet.

Kif jidher NexoBrid u l-kontenut tal-pakkett

NexoBrid hu pprovdut bħala trab u ġell għal ġell (trab f’kunjett (5 g) u ġell fi flixkun (50 g)), daqs tal- pakkett ta’ 1.

It-trab hu ta’ lewn abjad jagħti fil-griż sa kannella jagħti fl-isfar ċar u l-ġell hu ċar u bla kulur.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: MediWound Germany GmbH

Eisenstrasse 5 65428 Rüsselsheim Il-Ġermanja

Manifattur:

Hälsa Pharma GmbH

Nikolaus-Dürkopp-Str. 4a

D-33602 Bielefeld

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Tél/Tel: +800 22232425

Tel: +800 22232425

България

Luxembourg/Luxemburg

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Teл: +800 22232425

Tél/Tel: +800 22232425

Česká republika

Magyarország

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Tel: +800 22232425

Tel.: +800 22232425

Danmark

Malta

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Tlf: +800 22232425

Tel: +800 22232425

Deutschland

Nederland

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Tel: +800 22232425

Tel: +800 22232425

Eesti

Norge

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Tel: +800 22232425

Tlf: +800 22232425

Ελλάδα

Österreich

 

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Τηλ: +44 1423 853980

Tel: +800 22232425

España

Polska

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Tél: +800 22232425

Tel.: +800 22232425

France

Portugal

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Tél: +800 22232425

Tel: +800 22232425

Hrvatska

România

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Tel: +44 1423 853980

Tel: +44 1423 853980

Ireland

Slovenija

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Tel: +800 22232425

Tel: +44 1423 853980

Ísland

Slovenská republika

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Sími: +44 1423 853980

Tel: +800 22232425

Italia

Suomi/Finland

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Tel: +800 22232425

Puh/Tel: +800 22232425

Κύπρος

Sverige

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Τηλ: +800 22232425

Tel: +800 22232425

Latvija

United Kingdom

MediWound GmbH

MediWound GmbH

Tel: +800 22232425

Tel: +800 22232425

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’<{XX/SSSS}> <{xahar SSSS}.>

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-

Mediċini: http://www.ema.europa.eu. Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:

Prekawzjonijiet u għoti

Mill-aspett mikrobijoloġiku u billi l-attività enzimatika tal-prodott tonqos b’mod progressiv wara li jitħallat, il-prodott rikostitwit għandu jintuża immedjatament wara l-preparazzjoni (fi żmien

15-il minuta).

NexoBrid għandu jiġi applikat fuq żona ta’ ferita li tkun nadifa, mingħajr keratin, u umda.

Prodotti mediċinali applikati b’mod topiku (bħal silver sulfadiazine jew povidone-iodine) fis-sit tal- ferita, iridu jitneħħew u l-ferita trid titnaddaf qabel l-applikazzjoni ta’ NexoBrid.

Preparazzjoni tal-pazjent u ż-żona tal-ferita

Żona totali ta’ ferita ta’ mhux iktar minn 15% TBSA tista’ tiġi kkurata b’NexoBrid.

Immaniġġjar preventiv tal-uġigħ irid jintuża kif inhi l-prattika komuni għal tibdil estensiv tal- faxex; għandu jinbeda mill-inqas 15-il minuta qabel l-applikazzjoni ta’ NexoBrid.

Il-ferita trid titnaddaf bir-reqqa u s-saff superfiċjali tal-keratin jew infafet irid jitneħħa miż-żona tal-ferita, għax il-keratin ser jiżola t-tessut mejjet minn kuntatt dirett ma’ NexoBrid u jevita li t- tessut mejjet jitneħħa minn NexoBrid.

Il-garża mxarrba b’soluzzjoni antibatterjali trid tiġi applikata għal sagħtejn.

Il-prodotti mediċinali antibatterjali kollha applikati b’mod topiku jridu jitneħħew qabel ma tapplika NexoBrid. Il-bqija tal-prodotti mediċinali antibatterjali jistgħu jinterferixxu mal- attività ta’ NexoBrid billi jnaqqsu l-effikaċja tiegħu.

Iż-żona li minnha tixtieq tneħħi t-tessut mejjet trid tkun imdawra b’ostaklu li jwaħħal ta’ ingwent sterilizzat tal-paraffin billi tapplikah ftit ċentimetri ’il barra miż-żona tal-kura (billi tuża dispenser). Is-saff tal-paraffin ma jridx imiss maż-żona li tkun se tiġi kkurata biex tevita li tiksi t-tessut mejjet, u għaldaqstant jiżola t-tessut mejjet minn kuntatt dirett ma’ NexoBrid.

Biex tiġi evitata irritazzjoni possibbli ta’ ġilda mibruxa minn kuntatt involontarju ma’ NexoBrid, żoni bħal dawn jistgħu jiġu protetti minn saff sterilizzat ta’ ingwent li jkun fih ix- xaħam.

Soluzzjoni sterilizzata ta’ isotonic sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) trid titferrex fuq il-ferita kkawżata minn ħruq. Il-ferita trid tinżamm umda matul il-proċedura ta’ applikazzjoni.

Preparazzjoni ta’ NexoBrid ġell (kif tħallat it-trab mal-ġell)

NexoBrid trab u ġell huma sterilizzati. It-teknika asettika trid tintuża meta tħallat NexoBrid trab mal-ġell. It-trab m’għandux jinġibed man-nifs.

Il-kunjett b’NexoBrid trab irid jiċċaqlaq bis-saħħa biex tfarrak it-trab ta’ NexoBrid.

Il-kunjett b’NexoBrid trab irid jinfetaħ billi tqaċċat b’attenzjoni l-għatu tal-aluminju u tneħħi t- tapp tal-lastku.

Meta tkun qed tiftaħ il-flixkun bil-ġell, irid jiġi kkonfermat li ċ-ċirku li jurik jekk ikunx ġie mbagħbas, ikun qed jissepara minn mal-għatu tal-flixkun. Jekk iċ-ċirku li jurik jekk ikunx ġie mbagħbas ikun diġà sseparat minn mal-għatu qabel ma tiftħu, il-flixkun bil-ġell irid jintrema u jrid jintuża flixkun ġdid ieħor bil-ġell.

NexoBrid trab imbagħad jiġi ttrasferit ġol-flixkun bil-ġell li jikkorrispondi. Jekk ikun meħtieġ, spatula sterilizzata tista’ tintuża biex tkisser it-trab xott ta’ NexoBrid ġol-kunjett tiegħu qabel it- trasferiment.

NexoBrid trab u ġell iridu jitħalltu bir-reqqa sakemm tinkiseb taħlita uniformi, ta’ kulur minn ftit kannella jagħti fl-isfar sa ftit kannella. Dan normalment jeħtieġ li tħallat NexoBrid trab u l- ġell għal minn 1 sa 2 minuti.

NexoBrid ġell għandu jiġi ppreparat fejn is-sodda tal-pazjent

Applikazzjoni ta’ NexoBrid

Fi żmien 15-il minuta minn x’ħin jitħallat, NexoBrid irid jiġi applikat b’mod topiku fuq il-ferita kkawżata minn ħruq, bi ħxuna ta’ 1.5 sa 3 millimetri.

Il-ferita mbagħad trid tinkesa b’garża sterilizzata okklużiva li teħel mal-materjal tal-ostaklu sterilizzat li jwaħħal applikat skont l-istruzzjonijiet hawn fuq (ara Preparazzjoni tal-pazjent u ż- żona tal-ferita). Il-ġell NexoBrid irid jimla l-garża okklużiva kollha, u għandu jkun hemm kawtela speċjali biex ma titħalliex arja taħt din il-garża okklużiva. Billi tagħfas b’mod ġentili l- garża okklużiva fiż-żona tal-kuntatt bl-ostaklu li jwaħħal, se jiżgura adeżjoni bejn ir-rita okklużiva u l-ostaklu u jwettaq trażżin sħiħ ta’ NexoBrid fuq iż-żona tal-kura.

Il-ferita bil-garżi trid tkun miksija b’garżi maħlulin ħoxnin u bit-tentix, li jinżammu f’posthom b’faxxa.

Il-garżi iridu jibqgħu fil-post għal 4 sigħat.

It-tneħħija ta’ NexoBrid

Prodotti mediċinali adattati b’analġesija preventiva jridu jiġu applikati.

Wara 4 sigħat ta’ kura b’NexoBrid, il-garża okklużiva trid titneħħa billi tuża tekniki asettiċi.

L-ostaklu li jwaħħal irid jitneħħa billi tuża strument sterilizzat b’tarf li ma jaqtax (eż., depressor tal-ilsien).

It-tessut mejjet maħlul irid jitneħħa minn fuq il-ferita billi timsħu bi strument sterilizzat b’tarf li ma jaqtax.

Il-ferita trid tintmesaħ bir-reqqa l-ewwel, b’garża kbira xotta u sterilizzata jew napkin, segwita minn ġarża sterilizzata jew napkin li tkun ġiet imxarrba b’soluzzjoni isotonika ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%). Iż-żona kkurata trid tindilek sakemm il-wiċċ tal-ġilda isir ta’ lewn roża, b’postijiet fejn ikun ħiereġ id-demm jew tessut abjad. Li togħrok il-ġilda mhux ser ineħħi tessut mejjet mhux maħlul li jkun għad baqa’ mwaħħal f’żoni fejn ikun għad fadal tessut mejjet.

Garża mxarrba b’soluzzjoni antibatterjali trid tiġi applikata għal sagħtejn addizzjonali.

Kura tal-ferita wara t-tneħħija ta’ tessut mejjet

Iż-żona li minnha jkun tneħħa t-tessut mejjet trid tinkesa immedjatament minn sostituti temporanji jew permanenti tal-ġilda jew faxex biex jiġi evitat tnixxif u/jew il-formazzjoni ta’ psewdo tessut mejjet u/jew infezzjoni.

Qabel ma’ għata permanenti tal-ġilda jew sostitut temporanju tal-ġilda jiġu applikati fuq żona li minnha jkun għadu kif tneħħa t-tessut mejjet b’mod enzimatiku, faxxa mxarrba tat-tip wet-to- dry trid tiġi applikata.

Qabel l-applikazzjoni tat-trapjanti jew faxex primarji, iż-żona li minnha jkun tneħħa t-tessut mejjet trid titnaddaf u tiġi ffriskata permezz ta’ eż., tuża xkupilja jew tobrox iż-żona biex tippermetti li faxex jeħlu fil-post.

Feriti b’żoni ta’ ħxuna sħiħa u ħruq profond għandhom jiġu awtotrapjantati kemm jista’ jkun malajr wara t-tneħħija ta’ tessut mejjet b’NexoBrid. Għandha wkoll tingħata konsiderazzjoni b’attenzjoni li jitpoġġew għata permanenti fuq il-ġilda (eż. awtotrapjanti) fuq feriti bi ħxuna parzjali profonda dritt wara t-tneħħija ta’ tessut mejjet permezz ta’ NexoBrid.

Rakkomandazzjonijiet għal immaniġġjar sigur

Kull kunjett, ġell, jew ġell rikostitwit ta’ NexoBrid għandu jintuża għal pazjent wieħed biss.

Hemm rapporti ta’ espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għal bromelain, li wasslet għal sensibilizzazzjoni. Is-sensibilizzazzjoni tista’ tkun seħħet minħabba l-ġbid man-nifs tat-trab ta’ bromelain. Reazzjonijiet allerġiċi għal bromelain jinkludu reazzjonijiet anafilattiċi u reazzjonijiet oħrajn tat-tip immedjat b’manifestazzjonijiet bħal bronkospażmu, anġjoedema, urtikarja, u reazzjonijiet tal-mukuża u gastrointestinali. Dan għandu jiġi kkunsidrat meta tħallat NexoBrid trab mal-ġell. F’NexoBrid, it-trab li fih konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain hu preżenti fis-sura ta’ trab lajofilizzat sterilizzat, u dan inaqqas il-probabbiltà ta’ espożizzjoni minn ġbid man- nifs.

Evita espożizzjoni aċċidentali fl-għajnejn. F’każ ta’ espożizzjoni fl-għajnejn, xarrab l-għajnejn esposti b’ammonti kbar ta’ ilma għal mill-inqas 15-il minuta. F’każ ta’ espożizzjoni tal-ġilda, laħlaħ

NexoBrid bl-ilma.

Rimi

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati