Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Ocaliva (obeticholic acid) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - A05AA04

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaOcaliva
Kodiċi ATCA05AA04
Sustanzaobeticholic acid
ManifatturIntercept Pharma Ltd

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

OCALIVA 5 mg pilloli miksija b’rita

OCALIVA 10 mg pilloli miksija b’rita

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

OCALIVA 5 mg pilloli miksija b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 5 mg obeticholic acid.

OCALIVA 10 mg pilloli miksija b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 10 mg obeticholic acid.

Għal-lista sħiħa ta' eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita (pillola)

OCALIVA 5 mg pilloli miksija b’rita

Pillola safra, tonda 8 mm mnaqqxa b’‘INT’ fuq naħa waħda u ‘5’ fuq in-naħa l-oħra.

OCALIVA 10 mg pilloli miksija b’rita

Pillola safra, trijangulari 7.6 mm X 7.4 mm mnaqqxa b’‘INT’ fuq naħa waħda u ‘10’ fuq in-naħa l- oħra.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

OCALIVA huwa indikat għat-trattament ta’ kolanġite biljari primarja (maħrufa wkoll bħala ċirrosi biljari primarja) f’kombinazzjoni ma’ ursodeoxycholic acid (UDCA) f’adulti b’rispons mhux adegwat għal UDCA jew bħala monoterapija f’adulti li ma jistgħux jittolleraw UDCA.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Id-doża inizjali hija ta’ 5 mg darba kuljum.

Fuq bażi ta’ assessjar ta’ tolleranza wara 6 xhur, id-doża għandha tiżdied għal 10 mg darba kuljum sabiex jintlaħaq rispons ottimali.

L-ebda aġġustament ta’ UDCA fl-istess ħin mhuwa meħtieġ f’pazjenti li qed jirċievu obeticholic acid.

Immaniġġjar u aġġustament tad-doża f’każ ta’ ħakk sever

Strateġiji ta’ immaniġġjar jinkludu ż-żieda ta’ bile acid binding resins jew antihistamines

Għal pazjenti li għandhom intolleranza severa minħabba ħakk, għandu jiġi kkunsidrat wieħed minn dawn li ġejjin:

Tnaqqis tad-doża ta’ obeticholic acid għal:

o 5 mg darba kull jumejn, għal pazjenti li ma jittollerawx 5 mg darba kuljum

o5 mg darba kuljum, għal pazjenti li ma jittollerawx 10 mg darba kuljum

Jiġi interrot b’mod temporanju d-dożaġġ ta’ obeticholic acid għal żmien sa ġimagħtejn segwit minn bidu mill-ġdid ta’ dożaġġ imnaqqas.

Tkomplija taż-żieda ta’ dożaġġ għal 10 mg darba kuljum, kif tollerat, sabiex jintlaħaq rispons ottimali.

Ikkunsidra li jitwaqqaf t-trattament b’obeticholic acid għal pazjenti li jkomplu jesperjenzaw ħakk intollerabli u persistenti.

Popolazzjonijiet speċjali Anzjani (≥ 65 sena)

Teżisti dejta limitata f’pazjenti anzjani. L-ebda aġġustament tad-doża mhuwa meħtieġ għal pazjenti anzjani (ara sezzjoni 5.2).

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi

Teżisti dejta limitata f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi ħafif u moderat u ma teżisti l-ebda dejta f’indeboliment tal-kliewi sever. L-ebda aġġustament tad-doża mhuwa meħtieġ għal pazjenti b’indeboliment tal-kliewi (ara sezzjoni 5.2).

Pazjenti b’indeboliment tal-fwied

Teżisti dejta limitata f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied minn moderat sa sever. Id-dożaġġ inizjali rakkomandat għal indeboliment tal-fwied moderat (Child-Pugh Klassi B) u sever (Child-Pugh Klassi C) huwa ta’ 5 mg darba fil-ġimgħa. Jekk tnaqqis adegwat f’alkaline phosphatase u/jew bilirubin totali ma jintlaħaqx wara 3 xhur b’OCALIVA 5 mg darba fil-ġimgħa, u l-pazjent qed jittollera l-prodott mediċinali, żid id-doża ta’ OCALIVA għal 5 mg darbtejn fil-ġimgħa (tal-anqas tlett ijiem bejn id-dożi)

usussegwentement għal 10 mg darbtejn fil-ġimgħa (tal-anqas tlett ijiem bejn id-dożi) skont ir-rispons

ut-tolleranza. L-ebda aġġustament tad-doża mhuwa meħtieġ għal indeboliment tal-fwied ħafif (Child-Pugh Klassi A). (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2)

Popolazzjoni pedjatrika

Ma hemm l-ebda użu rilevanti ta’ obeticholic acid fil-popolazzjoni pedjatrika fit-trattament ta’ kolanġite biljari primarja (PBC – primary biliary cholangitis).

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-pillola għandha tittieħed mill-ħalq bi jew mingħajr ikel.

Għal pazjenti li qed jieħdu reżina li tintrabat ma’ aċidu tal-bili, obeticholic acid għandu jiġi mogħti għal tal-anqas 4-6 sigħat qabel jew 4-6 sigħat wara li tittieħed reżina li tintrabat ma’ aċidu tal-bili, jew fl-itwal intervall possibbli (ara sezzjoni 4.5).

4.3Kontraindikazzjonijiet

-Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis-sezzjoni 6.1.

-Ostruzzjoni biljari kompluta

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Eventi Avversi relatati mal-fwied

Żidiet f’alanine amino transferase (ALT) u aspartate aminotransferase (AST) ġew osservati f’pazjenti li qed jieħdu obeticholic acid. Sinjali u sintomi kliniċi ta’ kumpens nieqes tal-fwied ġew osservati wkoll. Dawn il-każijiet seħħew minn kmieni daqs l-ewwel xahar tat-trattament. Każijiet avversi relatati mal-fwied ġew osservati primarjament f’dożi ogħla mid-doża massima rakkomandata ta’

10 mg darba kuljum (ara sezzjoni 4.9). Il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati matul it-trattament b’OCALIVA għal żidiet fit-testijiet bijokimiċi tal-fwied u għall-iżvilupp ta’ avvenimenti avversi relatati mal-fwied. Aġġustamenti fid-dożaġġ huma meħtieġa għal pazjenti b’indeboliment tal-fwied moderat (Child-Pugh Klassi B) jew sever (Child-Pugh Klassi C) (ara sezzjoni 4.2 and 5.2).

Ħakk sever

Ħakk sever ġie rrappurtat fi 23% tal-pazjenti fil-parti tal-istudju bi trattament b’OCALIVA 10 mg kuljum, 19% tal-pazjenti fil-parti tal-istudju b’titrazzjoni ta’ OCALIVA, u 7% tal-pazjenti fil-partijiet tal-istudju bi plaċebo. Il-ħin medjan għall-bidu ta’ ħakk sever kien ta’ 11, 158, u 75 jum għal pazjenti fil-partijiet tal-istudju dwar OCALIVA 10 mg, titrazjoni ta’ OCALIVA, u plaċebo, rispettivament. Strateġiji ta’ immaniġjar jinkludu ż-żieda ta’ reżini li jintrabtu ma’ aċidu tal-bili jew antihistamines, tnaqqis fid-doża, tnaqqis fil-frekwenza tad-dożaġġ, u/jew twaqqif temporanju tad-doża (ara

sezzjoni 4.2 u 4.8).

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Prodotti mediċinali li huma affettwati b’obeticholic acid

Warfarin

L-International normalized ratio (INR) jonqos wara l-għoti fl-istess ħin ta’ warfarin u obeticholic acid. INR għandu jiġi mmonitorjat u d-doża ta’ warfarin aġġustata, jekk meħtieġ, sabiex tiġi mantnuta l-mira tal-medda ta’ INR meta obeticholic acid u warfarin jkunu mogħtija fl-istess ħin.

Interazzjoni ma’ substrati ta’ CYP1A2 b’indiċi terapewtiku dejjaq

Obeticholic acid jista’ jżid l-esponiment għal prodotti mediċinali fl-istess ħin li huma substrati ta’ CYP1A2. Monitoraġġ terapewtiku ta’ substrati ta’ CYP1A2 b’indiċi terapewtiku dejjaq (eż. theophylline u tizanidine) huwa rakkomandat.

Prodotti mediċinali li jaffettwaw obeticholic acid

Reżini li jintrabtu ma’ aċidu tal-bili

Reżina li tintrabat ma’ aċidu tal-bili bħal cholestyramine, colestipol, jew colesevelam jadsorbu u jnaqqsu l-assorbiment ta’ aċidi tal-bili u jistgħu jnaqqsu l-effikaċja ta’ obeticholic acid. Meta jiġu mogħtija reżini li jintrabtu ma’ aċidu tal-bili, obeticholic acid għandu jittieħed tal-anqas 4-6 sigħat qabel jew 4-6 sigħat wara li tieħu r-reżina li tintrabat ma’ aċidu tal-bili (jew l-itwal intervall possibbli).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Ma hemm l-ebda dejta dwar l-użu ta’ obeticholic acid f’nisa tqal. Studji illi saru fuq l-annimali ma jindikawx effetti ta’ ħsara diretta jew indiretta ta’ tossiċità riproduttiva (ara sezzjoni 5.3). Bħala prekawzjoni, huwa preferibbli li jiġi evitat l-użu ta’ obeticholic acid matul it-tqala.

Treddigħ

Mhuwiex magħruf jekk obeticholic acid huwiex eliminat fil-ħalib tas-sider. Skont studju fuq l- annimali u l-farmakoloġija intiża, obeticholic acid mhux mistenni jinterferixxi mat-treddigħ jew mat- tikbir jew l-iżvilupp tal-wild li qed jiġi mreddgħa. Għandha tittieħed deċiżjoni jekk jitwaqqafx it- treddigħ jew jekk titwaqqafx/tastjeni minn terapija b’obeticholic acid wara li jiġi meqjus il-benefiċċju tat-treddigħ għat-tarbija u l-benefiċċju tat-terapija għall-mara (ara sezzjoni 5.3).

Fertilità

Ma teżisti l-ebda dejta dwar il-fertilità fl-umani. Studji fl-annimali ma jindikawx effetti diretti jew indiretti fuq il-fertilità jew ir-riproduzzjoni (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Obeticholic acid m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurta’

L-iktar reazzjonijiet avversi komuni li ġew irrapurtati kienu ħakk (63%) u għeja (22%). Reazzjonijiet avversi illi wasslu għat-twaqqif tal-kura kienu 1% fil-parti tal-istudju b’titrazzjoni ta’ OCALIVA

u 11% fil-parti tal-istudju b’OCALIVA 10 mg. L-iktar reazzjoni avversa komuni li wasslet għat- twaqqif kienet il-ħakk. Il-parti l-kbira tal-ħakk seħħ matul l-ewwel xahar tat-trattament u kellu t- tendenza li jirrisolvi ruħu biż-żmien bit-tkomplija tad-dożaġġ.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi rrapurtati b’OCALIVA fi studju kliniku ta’ fażi III huma mniżżla fit-tabella t’hawn taħt u kklassifikati skont is-sistema ta’ MedDRA tal-klassi tal-organi u skont il-frewkenza. Il-frekwenzi huma definiti bħala: komuni ħafna (≥ 1/10), komuni (≥ 1/100 sa < 1/10), mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100), rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000), rari ħafna (< 1/10,000) u mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-dejta disponibbli).

Tabella 1. Frekwenza ta’ reazzjonijiet avversi f’pazjenti b’PBC*

Klassi tas-Sistema tal-Organi

Komuni ħafna

Komuni

Disturbi endokrinoloġiċi

 

Abnormalità fil-funzjoni tat-

 

 

tirojde

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Sturdament

Disturbi kardijaċi

 

Palpitazzjonijiet

Disturbi respiratorji, toraċiċi u

 

Uġigħ orofarinġali

medjastinali

 

 

Disturbi gastrointestinali

Uġigħ addominali u

Stitikezza

 

skonfort

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti Ħakk

Ekżema, Raxx

ta’ taħt il-ġilda

 

 

Disturbi muskuloskeletriċi u

 

Artralġja

tat-tessuti konnettivi

 

 

Disturbi ġenerali u

Għeja

Edema periferali, Deni

kondizzjonijiet ta’ mnejn

 

 

jingħata

 

 

* Reazzjonijiet avversi huma definiti bħala eventi li jseħħu b’rata ta’ daqs jew iktar minn 5% tal-pazjenti fil-parti tal-istudju b’obeticholic acid u b’inċidenza daqs jew iktar minn 1% ogħla mill-parti tal-istudju bil-plaċebo.

Deskrizzjoni ta’ xi reazzjonijiet avversi

Ħakk

Madwar 60% tal-pazjenti kellhom storja ta’ ħakk mal-arwolar fl-istudju ta’ fażi III. Ħakk kkawżat mit- trattament ġeneralment beda matul l-ewwel xahar mill-bidu tat-trattament.

Mqabbla ma’ pazjenti li bdew fuq 10 mg darba kuljum fil-parti tal-istudju b’OCALIVA 10 mg, pazjenti fil-parti tal-istudju b’titrazzjoni ta’ OCALIVA kellhom inċidenza iktar baxxa ta’ ħakk (70% u 56% rispettivament) u rata iktar baxxa ta’ twaqqif minħabba ħakk (10% u 1%, rispettivament).

Il-perċentwal ta’ pazjenti li kienu jeħtieġu interventi (i.e, aġġustamenti tad-dożaġġ, twaqqif tat- trattament, jew bidu ta’ antihistamines jew reżini li jintrabti mal-aċidu tal-bili) kienu 41% fil-parti tal- istudju b’OCALIVA 10 mg, 34% fil-grupp ta’ titrazzjoni ta’ OCALIVA, u 19% fil-grupp bil-plaċebo.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V

4.9Doża eċċessiva

L-ogħla esponiment għal doża waħdanija ta’ obeticholic acid f’voluntiera b’saħħithom kien fid-doża ta’ 500 mg. Dożi ripetuti ta’ 250 mg ġew mogħtija għal 12-il ġurnata konsekuttiva u xi individwi esperjenzaw ħakk u żidiet riversibbli fit-transaminases tal-fwied. F’pazjenti b’PBC li rċivew OCALIVA 25 mg darba kuljum (2.5 darbiet l-ogħla dożaġġ rakkomandat) jew 50 mg darba kuljum (5 darbiet l-ogħla dożaġġ rakkomandat), żieda dipendenti fuq id-doża fl-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi relatati mal-fwied (eż. axxite, fawra ta’ kolanġite biljari primarja, suffejra ġdida li titfaċċa), u żidiet fit-transaminase u l-bilirubin (sa iktar minn 3 darbiet l-ogħla limitu tan-normal [ULN – upper limit of normal]) kienu rrapurtati. F’każ ta’ doża eċċessiva, pazjenti għandhom jiġu osservati bir- reqqa u mogħtija kura ta’ sapport, skont il-ħtieġa.

5 PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Preparazzjonijiet ta’ Aċidu tal-Bili, Kodiċi ATC: A05AA04

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Obeticholic acid huwa agonist selettiv u b’saħħtu għar-riċettur ta’ farnesoid X (FXR), riċettur nukleari espress f’livelli għoljin fil-fwied u l-imsaren. FXR huwa maħsub li huwa regolatur importanti tal- perkorsi ta’ aċidu tal-bili, infjammatorji, fibrotiċi, u metaboliċi. Attivazzjoni ta’ FXR tnaqqas il- konċentrazzjonijiet intraċellulari fl-epatoċiti ta’ aċidi tal-bili billi trażżan is-sinteżi de novo mill- kolesterol, kif ukoll, billi żżid it-trasport ta’ aċidi tal-bili barra mill-epatoċiti. Dawn il-mekkaniżmi jillimitaw id-daqs ġenerali tal-ġabra kollettiva ta’ aċidu tal-bili ċirkolatorju filwaqt li jippromwovu koleresi, u b’hekk inaqqsu l-esponiment epatiku għall-aċidi tal-bili.

Effikaċja klinika u sigurtà

Studju każwali ta’fażi III, double-blind, bi plaċebo bħala kontroll, bi grupp paralleli, ta’ 12-il xahar (POISE) evalwa s-sigurtà u l-effikaċja ta’ OCALIVA f’216-il pazjent bi PBC li kienu qed jieħdu UDCA għal tal-anqas 12-il xahar (doża stabbli għal ≥3 xhur) jew li ma setgħux jittoleraw UDCA u ma rċivewx UDCA għal ≥3 xhur. Pazjenti ġew inklużi fl-istudji jekk l-alkaline phosphatase (ALP) kien ogħla minn jew daqs 1.67 drabi l-limitu ta’ fuq tan-normal (ULN) u/jew jekk il-bilirubin totali kien ikbar minn 1 x ULN imma inqas minn 2 x ULN. Pazjenti ġew magħżula b’mod każwali(1:1:1) sabiex darba kuljum jirċievu plaċebo, OCALIVA 10 mg, jew titrazzjoni ta’ OCALIVA (5 mg ttitrati għal

10 mg sa 6 xhur skont ir-rispons terapewtiku/tolleranza). Il-maġġoranza (93%) tal-pazjenti rċivew trattament fl-istess ħin ma’ UDCA u numru żgħir ta’ pazjenti (7%) ma setgħux jittolleraw UDCA rċivew plaċebo, OCALIVA (10 mg) jew titrazzjoni ta’ OCALIVA (5 mg għal 10 mg) bħala monoterapija. ALP u bilirubin totali ġew evalwati bħala varjabbli kategoriċi fil-punt aħħari primarju kompost, kif ukoll bħala varjabbli kontinwi fuq tul ta’ żmien.

Il-popolazzjoni tal-istudju kienet fil-parti l-kbira magħmula min-nisa (91%) ta’ razza bajda (94%). L- età medja kienet ta’ 56 sena, bil-maġġoranza tal- pazjenti inqas minn 65 sena. Il-valuri medji ta’ ALP fil-linja bażi kienu fil-medda ta’ 316 U/L sa 327 U/L. Il-valuri medji tal-bilirubin totali fil-linja bażi kienu fil-medda ta’ 10 μmol/L sa 12 μmol/L fost il-partijiet ta’ trattament tal-istudju, b’92% tal- pazjenti fil-medda normali.

Trattament b’OCALIVA 10 mg jew titrazzjoni ta’ OCALIVA (5 mg sa 10 mg) irriżultat f’żidiet klinikament u statistikament sinifikanti (p <0.0001) meta mqabbla ma’ plaċebo fin-numru ta’ pazjenti li qed jilħqu l-punt aħħari primparju kompost f’kull punt tal-ħin tal-istudju (ara Tabella 2). Risponsi

seħħew kmieni daqs ġimagħtejn u kienu dipendenti mid-doża (OCALIVA 5 mg meta mqabbel mal- 10 mg f’6 xhur, p = 0.0358).

Tabella 2. Perċentwali ta’ pazjenti b’PBC li laħqu l-punt aħħari primarju komposta f’Xahar 6 u Xahar 12 bi jew mingħajr UDCAb

 

OCALIVA

Titrazzjoni ta’

Plaċebo

 

10 mg c

OCALIVA c

 

(N = 73)

 

(N = 73)

(N = 70)

 

 

Xahar 6

 

 

 

 

 

 

 

Dawk li rrispondew, n

37 (51)

24 (34)

5 (7)

(%)

39%, 62%

23%, 45%

1%, 13%

Korrispondenti 95% CI

 

 

 

valur-pd

<0.0001

<0.0001

NA

Xahar 12

 

 

 

 

 

 

 

Dawk li rrispondew, n

35 (48)

32 (46)

7 (10)

(%)

36%, 60%

34%, 58%

4%, 19%

Korrispondenti 95% CI

 

 

 

valur-p d

<0.0001

<0.0001

NA

Komponenti tal-punt aħħari primarjue

 

 

ALP inqas minn 1.67-

40 (55)

33 (47)

12 (16)

drabi l-ULN, n (%)

 

 

 

Tnaqqis f’ALP

57 (78)

54 (77)

21 (29)

b’tal-anqas 15%, n (%)

 

 

 

Bilirubin totali inqas minn

 

 

 

jew daqs 1-darba l-ULNf,

60 (82)

62 (89)

57 (78)

n (%)

 

 

 

a Perċentwal ta’ pazjenti li rċivew rispons, definit bħala ALP anqas minn 1.67-drabi ULN, bilirubin totali fil- medda normali, u tnaqqis fl-ALP tal-anqas 15%. Valuri nieqsa kienu kkunsidrati bħala ebda rispons. Il-Fisher’s exact test kien użat sabiex jiġu kkalkulati Intervalli ta’ Kunfidenza (Confidence intervals, Cis) ta’ 95%.

b Fil-prova kien hemm 16-il pazjent (7%) li kienu intolleranti u li ma rċivewx UDCA fl-istess ħin: 6 pazjenti (8%) fil-parti tal-istudju b’OCALIVA 10 mg, 5 pazjenti (7%) fil-parti tal-istudju b’titrazzjoni ta’ OCALIVA, u 5 pazjenti (7%) fil-parti tal-istudju bi plaċebo.

c Pazjenti ġew magħżula b’mod każwali (1:1:1) sabiex jirċievu OCALIVA 10 mg darba kuljum għat-12-il xahar sħaħ tal-istudju, jew titrazzjoni ta’ OCALIVA (5 mg darba kuljum għall-ewwel 6 xhur, biċ-ċans li jiżdied għal 10 mg darba kuljum għall-aħħar 6 xhur, jekk il-pazjent kien qed jittollera OCALIVA iżda kellu ALP 1.67-drabi l-ULN jew aktar, u/jew bilirubin totali ogħla mill-ULN, jew anqas minn 15% t-tnaqqis ta’ ALP) jew plaċebo.

dGruppi ta’ Titrazzjoni ta’ OCALIVA u OCALIVA 10 mg kontra plaċebo. Valuri-P huma ottenuti bl-użu ta’ test ta’ Cochran-Mantel-Haenszel General Association stratifikat skont intolleranza għal UDCA u ALP qabel it- trattament ikbar minn 3 darbiet ULN u/jew AST ikbar minn darbtejn ULN u/jew bilirubin totali ikbar minn ULN.

eRati ta’ rispons kienu kkalkulati bbażżati fuq l-analiżi ta’ każijiet osservati (i.e., [n=rispondenti

osservati]/[N=Popolazzjoni b’Intenzjoni ta’ Trattament (ITT)]); perċentwal ta’ pazjenti b’valuri ta’ Xahar 12 huma 86%, 91% u 96% għall-partijiet tal-istudju b’OCALIVA 10 mg, b’titrazzjoni ta’ OCALIVA titration u bi plaċebo, rispettivament.

f Il-linja bażi medja tal-valur ta’ bilirubin totali kien ta’ 0.65 mg/dL, u kien fil-medda normali (i.e., inqas minn jew daqs ULN) fi 92% tal-pazjenti reklutati.

Tnaqqis medju ta’ ALP

Tnaqqis medju ta’ ALP ġie osservat kmieni sa minn Ġimgħa 2 u kien miżmum matul Xahar 12 għal pazjenti li kienu miżmuma fuq l-istess dożaġġ tul it-12-il xahar. Għal pazjenti fil-parti tal-istudju b’titrazzjoni ta’ OCALIVA liema dożaġġ b’OCALIVA ġie miżjud minn 5 mg darba kuljum għal

10 mg darba kuljum, tnaqqis addizzjonali ta’ ALP ġie osservat f’Xahar 12 fil-maġġoranza tal-pazjenti.

Tnaqqis medju ta’ gamma-glutamyl transferase (GGT)

It-tnaqqis medju (95% CI) ta’ gamma-glutamyl transferase (GGT) kien 178 (137, 219) U/L fil-parti tal-istudju b’OCALIVA 10 mg, 138 (102, 174) U/L fil-parti tal-istudju b’titrazzjoni ta’ OCALIVA, u 8 (-48, 32) U/L fil-parti tal-istudju bi plaċebo.

Monoterapija

Wieħed u ħamsin pazjent b’PBC bil-linja bażi ta’ ALP 1.67-drabi ULN jew aktar u/jew bilirubin totali ogħla mill-ULN kienu evalwati għal rispons bijokimiku għal OCALIVA bħala monoterapija

(24 pazjent rċivew OCALIVA 10 mg darba kuljum u 27 pazjent rċivew plaċebo) f’analiżi miġbura ta’ dejta mill-istudju ta’ fażi III ta’ 12-il xahar, każwali, double-blind, bil-plaċebo bħala kontroll (POISE) u minn studju każwali ta’ 3 xhur, double-blind, bil-plaċebo bħala kontroll. Fix-Xahar 3, 9 (38%) pazjenti trattati b’OCALIVA laħqu rispons għall-punt aħħari kompost, meta mqabbla ma’

pazjent 1 (4%) ittrattat bi plaċebo. It-tnaqqis medju (95% CI) ta’ ALP f’pazjenti trattati b’OCALIVA kien ta’ 246 (165, 327) U/L meta mqabbel ma’ żieda ta’ 17 (-7, 42) U/L f’pazjenti trattati bi plaċebo.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jigu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’obethicolic acid f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika b’PBC (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

Dan il-prodott mediċinali ġie awtorizzat taħt dik li tissejjaħ skema ta’ ‘approvazzjoni kondizzjonali’. Dan ifisser li għad trid tingħata aktar evidenza dwar dan il-prodott mediċinali. L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ser tirrevedi informazzjoni ġdida dwar dan il-prodott mediċinali tal-anqas kull sena u dan is-SKP ser jiġi aġġornat kif meħtieġ.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Obeticholic acid huwa assorbit bl-ogħla konċetrazzjonijiet fil-plażma (Cmax) jseħħu f’ħin medjan (tmax) ta’ madwar sagħtejn. Għoti fl-istess ħin ma’ ikel ma jalterax l-punt ta’ assorbiment ta’ obeticholic acid.

Distribuzzjoni

Twaħħil ta’ proteina tal-plażma umana ta’ obeticholic acid u l-konġugati tiegħu hija iktar minn 99%. Il-volum ta’ distribuzzjoni ta’ obeticholic acid huwa 618 L. Il-volum ta’ distribuzzjoni ta’ glyco- u tauro-obeticholic acid ma ġiex determinat.

Bijotrasformazzjoni

Obethicolic acid huwa konġugat ma’ glycine jew tuarine fil-fwied u mneħħi fil-bilja. Dawn il-konġugati ta’ glycine u taurine ta’ obethicolic acid jiġu assorbiti fil-musrana ż-żgħira u jwasslu għal ċirkulazzjoni enteroepatika mill-ġdid. Il-konġugati jistgħu jiġu dikonġugati fl-ileju u l-kolon mill-mikrobijota intestinali, li jwasslu għall-konverżjoni ta’ obethicholic acid li jista’ jiġi assorbit mill-ġdid jew imneħħi fl-ippurgar, ir-rotta prinċipali ta’ tneħħija.

Wara għoti kuljum ta’ obethicolic acid, kien hemm akkumulazzjoni ta’ konġugati ta’ glycine u taurine ta’ obethicolic acid li għandhom attività farmakoloġika in vitro simili għall-parent drug. Il-proporzjon tal-metabolit għall-ġenitur tal-konġugati ta’ glycine u taurine ta’ obethicolic acid kienu 13.8 u 12.3, rispettivament, wara għoti kuljum. It-tielet metabolit addizjonali ta’ obethicolic acid, 3-glucuronide jiġi ffurmat imma huwa meqjus li għandu attività farmakoloġika minima.

Eliminazzjoni

Wara l-għoti ta’ obeticholic acid radjotikkettat, aktar minn 87% jiġi eliminat fl-ippurgar. L-eliminazzjon fl-awrina hija inqas minn 3%.

Doża/Proporzjonalità tal-ħin

Wara l-għoti ta’ dożi multipli ta’ 5, 10 u 25 mg darba kuljum għal 14-il jum, esponiment sistemiku ta’ obethicolic acid iżidu d-doża b’mod proporzjonali. Esponimenti ta’ glyco- u tauro-obethicolic acid, u ta’ obethicolic acid totali jiżdiedu iktar minn b’mod proporzjonali bid-doża.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

Hemm dejta farmakokinetika limitata f’pazjenti anzjani (≥ 65 sena). Analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni, zviluppata minn dejta dwar pazjenti sa 65 sena, indikat li l-età mhux mistennija tinfluwenza b’mod sinifikanti t-tneħħija ta’ obeticholic acid miċ-ċirkulazzjoni.

Popolazjoni pedjatrika

Ma sar l-ebda studju farmakokinetiku b’obeticholic acid f’pazjenti inqas min 18-il sena.

Sess

Analiżi farmakokinetika fil-popolazzjoni indikat li s-sess ma jinfluwenzax il-farmakokinetika ta’ obeticholic acid.

Razza

Analiżi farmakokinetika fil-popolazzjoni indikat li r-razza mhux mistennija tinfluwenza l-farmakokinetika ta’ obeticholic acid.

Indeboliment tal-kliewi

Obeticholic acid għandu eliminazzjoni minima mill-kliewi b’inqas minn 3% tad-doża rikoverata mill-awrina. Skont analiżi farmakokinetika fil-popolazzjoni, il-funzjoni tal-kliewi ma kelliex effett sinifikanti fuq il-farmakokinetika ta’ obeticholic acid.

Indeboliment tal-fwied

Obeticholic acid huwa metabolizzat fil-fwied u fl-imsaren. L-esponiment sistemiku għal obeticholic acid, il-konġugati attivi tiegħu, u l-aċidi tal-bili endoġeni jiżdied f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied minn moderat sa sever, meta mqabbla ma’ kontrolli b’saħħithom. Għaldaqstant, kors modifikat tad-doża għal pazjenti b’indeboliment tal-fwied moderat jew sever huwa rakkomandat sabiex jintlaħqu livelli ta’ esponiment fil-plasma simili għal dawk ta’ pazjenti mingħajr indeboliment tal-fwied (ara sezzjoni 4.2).

L-impatt ta’ indeboliment ħafif tal-fwied (Child-Pugh Klassi A) fuq il-farmakokinetika ta’ obeticholic acid kien negliġibbli, għaldaqstant, l-ebda aġġustament tad-doża ma huwa meħtieġ għal pazjenti b’indeboliment ħafif tal-fwied.

F’pazjenti b’indeboliment tal-fwied ħafif, moderat jew sever (Child-Pugh Klassi A, B, u C, rispettivament), l-AUC medju ta’ obeticholic acid totali, is-somma ta’ obeticholic acid u ż-żewġ konġugati attivi tiegħu, żdiedu b’1.13-, 4- u 17-il darba, rispettivament, meta mqabbla ma’ pazjenti b’funzjoni normali tal-fwied wara l-għoti ta’ doża waħda ta’ 10 mg obeticholic acid.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni, riskju ta’ kanċer, u effett tossiku fuq il-fertilità, is-sistema riproduttiva u l-iżvilupp, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

Għoti mill-ħalq ta’ obeticholic acid ’il fuq minn NOAEL lil ġrieden, firien, u klieb fi studji ewlenin ta’ tossiċità, u ta’ doża ripetuta, irriżultaw primarjament f’effetti fuq is-sistema epatobiljari. Dawn kienu jinkludu żieda fil-piż tal-fwied, tibdil fil-parametri tat-testijiet kimiċi tad-demm (ALT, AST, LDH, ALP, GGT, u/jew bilirubin), u tibdiliet makroskopiċi/mikroskopiċi. It-tibdiliet kollha kienu riversibbli mat-twaqqif tad-doża, u huma konsistenti ma’ u jbassru it-tossiċità limitata mid-doża fil-bnedmin (esponiment sistemiku f’NOAEL kien sa 24 darba ogħla minn dak osservat fid-doża massima

rakkomandata fil-bnedmin). Fi studju ta’ tossiċità fil-firien qabel u wara t-twelid, il-konġugat tauro ta’ obethicolic acid instab fil-frieħ mreddgħin minn firien nisa mogħtija obeticholic acid.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Qalba tal-pillola

Microcrystalline cellulose (E460)

Sodium starch glycolate (Type A)

Magnesium stearate

Kisja

Poly(vinyl alcohol), partially hydrolysed (E1203)

Titanium dioxide (E171)

Macrogol 3350 (E1521)

Talc (E553b)

Iron oxide yellow (E172)

6.2Incompatibbiltajiet

Mhux appplikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali ma jeħtieġ l-ebda kundiżżjoni speċjali għall-ħażna.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Fliexken ta’ High-density polyethylene (HDPE) b’għatu tal-polypropylene li ma jinfetaħx mit-tfal u b’siġill ta’ induzzjoni tal-fojl tal-aluminju.

Daqs tal-pakkett: 30 jew 100 pillola miksija b’rita.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Intercept Pharma Ltd.

2 Pancras Square

London, N1C 4AG

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/16/1139/001

EU/1/16/1139/002

EU/1/16/1139/003

EU/1/16/1139/004

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 12/2016

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu <u fuq is-sit elettroniku tal-{isem ta’ l-Istat Membru/ Aġenzija (link)}>.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati