Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Odefsey (emtricitabine / rilpivirine hydrochloride...) – Fuljett ta’ tagħrif - J05AR19

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaOdefsey
Kodiċi ATCJ05AR19
Sustanzaemtricitabine / rilpivirine hydrochloride / tenofovir alafenamide
ManifatturGilead Sciences International Ltd 

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Odefsey 200 mg/25 mg/25 mg pilloli miksija b’rita emtricitabine/rilpivirine/tenofovir alafenamide

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Odefsey u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Odefsey

3.Kif għandek tieħu Odefsey

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Odefsey

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Odefsey u għalxiex jintuża

Odefsey hija mediċina antivirali użata għat-trattament tal-infezzjoni mill-Virus tal-Immunodefiċjenza Umana (HIV). Din hija pillola waħda li fiha kombinazzjoni ta’ tliet sustanzi attivi: emtricitabine, rilpivirine u tenofovir alafenamide. Kull waħda minn dawn is-sustanzi attivi taħdem billi tinterferixxi ma’ enzima msejħa “reverse transcriptase”, li hija essenzjali għall-virus tal-HIV-1 biex jimmultiplika.

Odefsey inaqqas l-ammont ta’ HIV fil-ġisem tiegħek. Dan ser itejjeb is-sistema immuni tiegħek u jnaqqas ir-riskju li tiżviluppa mard assoċjat mal-infezzjoni bl-HIV.

Odefsey jintuża f’adulti u adolexxenti li jkollhom 12-il sena u aktar, li jiżnu mill-inqas 35 kg.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Odefsey

Tiħux Odefsey:

Jekk inti allerġiku għal emtricitabine, rilpivirine, tenofovir alafenamide jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).

Jekk qed tieħu kwalunkwe mill-mediċini li ġejjin:

-carbamazepine, oxcarbazepine, phenobarbital u phenytoin (użati biex jittrattaw l-epilessija u jipprevjenu aċċessjonijiet)

-rifabutin, rifampicin and rifapentine (użati biex jittrattaw ċertu infezzjonijiet batterjali bħat-tuberkulożi)

-omeprazole, dexlansoprazole, lansoprazole, rabeprazole, pantoprazole u esomeprazole (użati biex jipprevjenu u jittrattaw ulċeri tal-istonku, ħruq tal-istonku, marda tar-rifluss gastroesofagali)

-dexamethasone (mediċina kortikosterojdi użata biex tittratta l-infjammazzjoni u trażżan is-sistema immuni) meta tittieħed mill-ħalq jew tiġi injettata (ħlief bħala trattament b’doża unika)

-prodotti li fihom il-St. John’s wort (Hypericum perforatum) (rimedju li ġej mill-ħxejjex li jintuża għad-depressjoni u l-ansjetà)

Jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik, tiħux Odefsey u għid lit-tabib tiegħek immedjatament.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Għandek tibqa’ taħt it-kura tat-tabib tiegħek waqt li tkun qed tieħu Odefsey.

Xorta tista’ tgħaddi l-HIV meta tkun qiegħed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jonqos b’terapija antiretrovirali effettiva. Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tipprevjeni li tinfetta persuni oħra. Din il-mediċina ma tfejjaqx l-infezzjoni ta’ HIV. Waqt li tkun qed tieħu Odefsey inti xorta waħda tista’ tiżviluppa infezzjonijiet u mard ieħor marbut mal-infezzjoni tal-HIV.

Għid lit-tabib tiegħek qabel tieħu Odefsey:

Jekk għandek problemi fil-fwied jew kellek passat mediku ta’ mard tal-fwied, li jinkludi l-epatite. Pazjenti b’mard fil-fwied li jinkludu epatite kronika B jew Ċ, li huma ttrattati bl-antitretrovirali, għandhom riskju ogħla ta’ kumplikazzjonijiet serji tal-fwied li potenzjalment jistgħu jkunu fatali. Jekk għandek infezzjoni tal-epatite B, it-tabib tiegħek ser jikkunsidra b’attenzjoni l-aħjar kors ta’ trattament għalik.

Jekk għandek infezzjoni tal-epatite B, il-problemi tal-fwied jistgħu jaggravaw wara li tieqaf tieħu Odefsey. Hu importanti li ma tiqafx tieħu Odefsey mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek: ara sezzjoni 3, Tiqafx tieħu Odefsey.

Jekk qed tieħu kwalunkwe mediċina li tista’ tikkawża taħbit tal-qalb irregolari u ta’ periklu għall-ħajja (torsades de pointes).

Waqt li tkun qed tieħu Odefsey

Ġaladarba tibda tieħu Odefsey, oqgħod attent għal:

Sinjali ta’ infjammazzjoni jew infezzjoni

Uġigħ jew ebusija fil-ġogi jew problemi fl-għadam

Jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi, għid lit-tabib tiegħek immedjatament. Għal aktar informazzjoni ara sezzjoni 4, Effetti sekondarji possibbli.

Huwa possibbli li fil-futur, dawk li jużaw Odefsey fit-tul jista’ jkollhom problemi fil-kliewi.

Tfal u adolexxenti

Tagħtix din il-mediċina lil tfal li jkollhom 11-il sena jew inqas, jew li jiżnu inqas minn 35 kg.

L-użu ta’ Odefsey fit-tfal li jkollhom 11-il sena jew inqas jew li jiżnu inqas minn 35 kg għadu ma ġiex studjat.

Mediċini oħra u Odefsey

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Odefsey jista’ jinteraġixxi ma’ mediċini oħrajn. B’riżultat ta’ dan, l-ammonti ta’

Odefsey jew ta’ mediċini oħrajn fid-demm tiegħek jistgħu jiġu affettwati. Dan jista’ jwaqqaf

il-mediċini tiegħek milli jaħdmu kif suppost, jew jista’ jaggrava kwalunkwe effetti sekondarji. F’xi każijiet, it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn li jaġġusta d-doża tiegħek jew jiċċekkja l-livelli tad-demm tiegħek.

Mediċini li qatt ma jridu jittieħdu ma’ Odefsey:

-carbamazepine, oxcarbazepine, phenobarbital u phenytoin (użati biex jittrattaw l-epilessija u jipprevjenu aċċessjonijiet)

-rifabutin, rifampicin and rifapentine (użati biex jittrattaw ċertu infezzjonijiet batterjali bħat-tuberkulożi)

-omeprazole, dexlansoprazole, lansoprazole, rabeprazole, pantoprazole u esomeprazole (użati biex jipprevjenu u jittrattaw ulċeri tal-istonku, ħruq tal-istonku, marda tar-rifluss gastroesofagali)

-dexamethasone (mediċina kortikosterojdi użata biex tittratta l-infjammazzjoni u trażżan is-sistema immuni) meta tittieħed mill-ħalq jew tiġi injettata (ħlief bħala trattament b’doża unika)

-prodotti li fihom il-St. John’s wort (Hypericum perforatum) (rimedju li ġej mill-ħxejjex li jintuża għad-depressjoni u l-ansjetà)

Jekk qed tieħu kwalunkwe minn dawn il-mediċini, tiħux Odefsey u għid lit-tabib tiegħek immedjatament.

Tipi oħrajn ta’ mediċina:

Tkellem mat-tabib tiegħek jekk qed tieħu:

Kwalunkwe mediċina użata biex tittratta l-HIV

Mediċini li fihom:

-tenofovir alafenamide

-tenofovir disoproxil

-lamivudine

-adefovir dipivoxil

Antibijotiċi li jintużaw għal trattament ta’ infezzjonijiet batteriċi li fihom:

-clarithromycin

-erythromycin

Dawn il-mediċini jistgħu jżidu l-ammont ta’ rilpivirine (komponent ta’ Odefsey) fid-demm tiegħek. It-tabib tiegħek ser jagħtik mediċina differenti.

Antifungali li jintużaw għal trattament ta’ infezzjonijiet fungali:

-ketoconazole

-fluconazole

-itraconazole

-posaconazole

-voriconazole

Dawn il-mediċini jistgħu jżidu l-ammont ta’ rilpivirine u tenofovir alafenamide (komponenti ta’ Odefsey) fid-demm tiegħek. It-tabib tiegħek ser jagħtik mediċina differenti.

Mediċini antivirali li jintużaw għal trattament ta’ epatite Ċ li fihom:

-boceprevir

Dawn il-mediċini jistgħu jżidu l-ammont ta’ tenofovir alafenamide (komponent ta’ Odefsey) fid-demm tiegħek. It-tabib tiegħek ser jagħtik mediċina differenti.

Mediċini għall-ulċeri fl-istonku, ħruq tal-istonku jew rifluss gastroesofagali bħal:

-antaċidi (aluminium/magnesium hydroxide jew calcium carbonate)

-Antagonisti ta’ H2 (famotidine, cimetidine, nizatidine jew ranitidine)

Dawn il-mediċini jistgħu jnaqqsu l-ammont ta’ rilpivirine (komponent ta’ Odefsey) fid-demm tiegħek. Jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini, it-tabib tiegħek jista’ jew jagħtik mediċina differenti, jew jirrakkomanda kif u meta tieħu dik il-mediċina:

-Jekk qed tieħu antaċidu, ħudu mill-inqas sagħtejn qabel jew mill-inqas 4 sigħat wara Odefsey.

-Jekk qed tieħu antagonist ta’ H2 ħudu mill-inqas 12-il siegħa qabel jew mill-inqas

4 sigħat wara Odefsey. L-antagonisti ta’ H2 jistgħu jittieħdu biss darba kuljum jekk qed tieħu Odefsey. L-antagonisti ta’ H2 ma għandhomx jittieħdu f’kors ta’ darbtejn kuljum. Kellem lit-tabib tiegħek dwar kors alternattiv (ara Kif tieħu Odefsey).

Ciclosporin, mediċina użata biex issaħħaħ is-sistema immuni tal-ġisem:

Din il-mediċina tista’ żżid l-ammont ta’ rilpivirine u tenofovir alafenamide (komponenti ta’ Odefsey) fid-demm tiegħek. It-tabib tiegħek ser jagħtik mediċina differenti.

Methadone, mediċina użata biex tittratta d-dipendenza fuq l-opiates, għaliex it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża tal-methadone tiegħek.

Dabigatran etexilate, mediċina użata biex tittratta kundizzjonijiet tal-qalb, għaliex it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jimmonitorja l-livelli ta’ din il-mediċina fid-demm tiegħek.

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini. Twaqqafx it-trattament tiegħek mingħajr ma tikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Uża kontraċezzjoni effettiva waqt li tkun qed tieħu Odefsey.

Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina meta tkun tqila.

Jekk ħadt Odefsey waqt it-tqala, it-tabib tiegħek jista’ jitlob testijiet regolari tad-demm u testijiet oħra dijanjostiċi biex jimmonitorja l-iżvilupp tat-tarbija tiegħek. Fi tfal li l-ommijiet tagħhom ħadu impedituri tan-nucleoside reverse transcriptase (NRTIs, nucleoside reverse transcriptase inhibitors) matul it-tqala, il-benefiċċju mill-protezzjoni kontra l-HIV kien ikbar mir-riskju ta’ effetti sekondarji.

M’għandekx tredda’ matul it-trattament b’Odefsey. Dan għaliex xi wħud mis-sustanzi attivi f’din il-mediċina jgħaddu ġol-ħalib tas-sider uman. Hu rakkomandat ukoll li ma treddax biex tevita li tgħaddi l-virus lit-tarbija mill-ħalib tas-sider.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Issuqx u tħaddimx magni jekk tħossok għajjien, bi ngħas jew stordut wara li tieħu l-mediċina tiegħek.

Odefsey fih il-lactose

Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek intolleranza għal lactose jew intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor. Odefsey fih lactose monohydrate. Jekk taf li għandek intolleranza għal lactose, jew jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Odefsey.

3.Kif għandek tieħu Odefsey

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija:

Adulti: pillola waħda kuljum mal-ikel.

Adolexxenti li jkollhom 12-il sena u aktar, li jiżnu mill-inqas 35 kg: pillola waħda kuljum mal-ikel

Tomgħodx, tgħaffiġx u taqsamx il-pillola.

Jekk qed tieħu antaċidu, bħal aluminium/magnesium hydroxide, jew calcium carbonate, ħudu mill-inqas sagħtejn qabel jew mill-inqas 4 sigħat wara Odefsey.

Jekk qed tieħu antagonist ta’ H2 bħal famotidine, cimetidine, nizatidine jew ranitidine, ħudu mill-inqas 12-il siegħa qabel jew mill-inqas 4 sigħat wara Odefsey. L-antagonisti ta’ H2 jistgħu jittieħdu biss darba kuljum jekk qed tieħu Odefsey. L-antagonisti ta’ H2 ma għandhomx jittieħdu darbtejn kuljum. Kellem lit-tabib tiegħek dwar kors alternattiv.

Jekk tieħu Odefsey aktar milli suppost

Jekk aċċidentalment tieħu iktar mid-doża rakkomandata ta’ Odefsey, tista’ tkun f’riskju akbar li jkollok effetti sekondarji b’din il-mediċina (ara sezzjoni 4, Effetti sekondarji possibbli).

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jew l-eqreb dipartiment tal-emerġenza immedjatament għal parir. Żomm il-flixkun tal-pilloli miegħek ħalli tkun tista’ faċilment tiddeskrivi dak li tkun ħadt.

Jekk tinsa tieħu Odefsey

Huwa importanti li ma tinsiex tieħu ebda doża ta’ Odefsey.

Jekk tinsa tieħu doża:

Jekk tinnota fi żmien 12-il siegħa mill-ħin li fih normalment tieħu Odefsey, trid tieħu l-pillola malajr kemm jista’ jkun. Dejjem ħu l-pillola mal-ikel. Imbagħad ħu d-doża li jkun imissek tieħu bħas-soltu.

Jekk tinnota wara 12-il siegħa jew aktar wara l-ħin li fih normalment tieħu Odefsey, allura tiħux id-doża li tkun insejt tieħu. Stenna u ħu d-doża li jkun jmiss, mal-ikel, fil-ħin li s-soltu teħodha.

Jekk tirremetti inqas minn 4 sigħat wara li tkun ħadt Odefsey, ħu pillola oħra mal-ikel. Jekk tirremetti aktar minn 4 sigħat wara li tkun ħadt Odefsey ma jeħtieġx tieħu pillola oħra sal-pillola skedata regolari li jmiss.

Tiqafx tieħu Odefsey

Tiqafx tieħu Odefsey mingħajr ma titkellem mat-tabib tiegħek. Li tieqaf tieħu Odefsey jista’ jaffettwa serjament ir-rispons tiegħek għal trattament futur. Jekk Odefsey jitwaqqaf għal kwalunkwe raġuni, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tibda tieħu l-pilloli Odefsey mill-ġdid.

Meta l-provvista tal-pilloli Odefsey tiegħek tibda tonqos, ikseb aktar pilloli mingħand it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dan hu importanti ħafna għax l-ammont ta’ virus jista’ jibda jiżdied jekk il-mediċina titwaqqaf imqar għal żmien qasir. Imbagħad isir aktar diffiċli biex tittratta l-marda.

Jekk għandek kemm infezzjoni tal-HIV kif ukoll epatite B, hu partikularment importanti li ma twaqqafx it-trattament tiegħek b’Odefsey mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek qabel. Jista’ jkun hemm bżonn li jsirulek testijiet tad-demm għal diversi xhur wara li twaqqaf it-trattament. F’xi pazjenti

b’mard avvanzat tal-fwied jew ċirrożi, it-twaqqif tat-trattament mhuwiex rakkomandat, għax dan jista’ jwassal li l-epatite tiegħek tmur għall-agħar, li jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja.

Għid lit-tabib tiegħek immedjatament dwar sintomi ġodda jew mhux tas-soltu wara li twaqqaf it-trattament, b’mod partikulari dawk is-sintomi li normalment inti tassoċja mal-epatite B.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Effetti sekondarji possibbli: għid lil tabib immedjatament

Kwalunkwe sinjali ta’ infjammazzjoni jew infezzjoni. F’xi pazjenti b’infezzjoni avvanzata tal-HIV (AIDS) u bi storja medika ta’ infezzjonijiet opportunistiċi (infezzjonijiet li jseħħu f’nies b’sistema immuni dgħajfa), sinjali u sintomi ta’ infjammazzjoni minn infezzjonijiet fil-passat jistgħu jseħħu dritt wara li jinbeda t-trattament kontra l-HIV. Hu maħsub li dawn is-sintomi jseħħu minħabba titjib fir-rispons tas-sistema immuni tal-ġisem, li tippermetti lil ġisem biex jiġġieled infezzjonijiet li setgħu kienu preżenti mingħajr l-ebda sintomi ovvji.

Disturbi awtoimmuni, meta s-sistema immuni tattakka tessut tal-ġisem b’saħħtu, jistgħu jseħħu wkoll wara li tibda tieħu mediċini għall-infezzjoni tal-HIV. Disturbi awtoimmuni jistgħu jseħħu ħafna xhur wara l-bidu tal-trattament. Oqgħod attent/a għal kwalunkwe sintomu ta’ infezzjoni jew sintomi oħrajn bħal:

-dgħufija fil-muskoli

-dgħufija li tibda fl-idejn u fis-saqajn u li timxi ’l fuq sat-tronk tal-ġisem

-palpitazzjonijiet, rogħda jew iperattività

Jekk tinnota dawn is-sintomi jew kwalunkwe sintomu ta’ infjammazzjoni jew infezzjoni, għid lit-tabib tiegħek immedjatament.

Effetti sekondarji komuni ħafna

(jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 minn kull 10 persuni)

diffikultà biex torqod (insomnja)

uġigħ ta’ ras

sturdament

tħossok imdardar (nawseja)

It-testijiet jistgħu juru wkoll:

żieda fil-livelli ta’ kolesterol u/jew amylase pankreatiċi (enzima diġestiv) fid-demm

żieda fil-livelli ta’ enzimi tal-fwied fid-demm

Effetti sekondarji komuni

(jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni)

nuqqas ta’ aptit

depressjoni

ħolm anormali

disturbi tal-irqad

burdata depressa

ngħas

għeja

uġigħ jew skumdità fl-istonku

rimettar (tirremetti)

tħossok minfuħ

ħalq xott

gass fl-istonku (flatulenza)

dijarea

raxx

It-testijiet jistgħu juru wkoll:

għadd baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm (tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli bojod tad-demm jista’ jagħmlek suxxettibbli għall-infezzjoni)

għadd baxx ta’ plejtlits (tip ta’ ċellula tad-demm involuta fil-koagulazzjoni tad-demm)

tnaqqis fl-emoglobina fid-demm tiegħek

żieda fl-aċidi xaħmija (trigliċeridi), il-bilirubina jew il-lipase fid-demm

Effetti sekondarji mhux komuni

(jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna)

sinjali jew sintomi ta’ infjammazzjoni jew infezzjoni

għadd baxx ta’ ċelluli tad-demm ħomor (anemija)

reazzjonijiet severi tal-ġilda li jinkludu raxx akkumpanjat minn deni, nefħa u problemi tal-fwied

problemi bid-diġestjoni li jwasslu għal skumdità wara l-ikel

nefħa tal-wiċċ, xufftejn, ilsien jew griżmejn (anġjoedema)

ħakk (prurite)

uġigħ fil-ġogi (artralġja)

Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jsir serju, għid lit-tabib tiegħek. Effetti oħrajn li jistgħu jiġu osservati matul il-kura kontra l-HIV

Il-frekwenza tal-effetti sekondarji li ġejjin mhijiex magħrufa (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

Problemi fl-għadam. Xi pazjenti li jkunu qed jieħdu mediċini antiretrovirali kombinati bħal Odefsey jistgħu jiżviluppaw marda tal-għadam li tissejjaħ osteonekrożi (mewt ta’ tessut tal-għadam ikkawżata minn telf tal-provvista tad-demm lill-għadma). Li tieħu dan it-tip ta’ mediċina għal żmien twil, li tieħu l-kortikosterojdi, tixrob l-alkoħol, li jkollok sistema immuni dgħajfa ħafna, u li jkollok piż żejjed, jistgħu jkunu xi wħud mill-ħafna fatturi ta’ riskju li tiżviluppa din il-marda. Is-sinjali ta’ osteonekrożi huma:

-ebusija fil-ġogi

-uġigħ fil-ġogi (speċjalment tal-ġenbejn, l-irkopptejn u tal-ispallejn)

-diffikultà biex tiċċaqlaq

Jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi, għid lit-tabib tiegħek.

Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dan huwa parzjalment marbut mas-saħħa u l-istil ta’ ħajja mreġġa’ lura għan-normal, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant minħabba l-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jittestja għal dawn il-bidliet.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Odefsey

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa u l-flixkun wara {JIS}. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Żomm fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità. Żomm il-flixkun magħluq sewwa.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Odefsey

Is-sustanzi attivi huma emtricitabine, rilpivirine u tenofovir alafenamide. Kull pillola ta’ Odefsey fiha 200 mg ta’ emtricitabine, rilpivirine hydrochloride ekwivalenti għal 25 mg ta’ rilpivirine u tenofovir alafenamide fumarate ekwivalenti għal 25 mg ta’ tenofovir alafenamide.

Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma

Il-qalba tal-pillola:

Croscarmellose sodium, lactose (bħala monohydrate), magnesium stearate, microcrystalline cellulose, polysorbate 20, povidone.

Kisja tar-rita:

Macrogol, polyvinyl alcohol, talc, titanium dioxide (E171), iron oxide black (E172).

Kif jidher Odefsey u l-kontenut tal-pakkett

Odefsey hija pillola miksija b’rita griża, b’forma ta’ kapsula, b’“GSI” imnaqqxa fuq naħa waħda u n-numru “255” fuq in-naħa l-oħra tal-pillola. Odefsey jiġi fi fliexken ta’ 30 pillola u f’pakketti magħmulin minn 3 fliexken, kull wieħed fih 30 pillola. Kull flixkun fih dessikant li jkun fih ġel tas-silica li jrid jinżamm ġol-flixkun biex jgħin ħalli jipproteġi l-pilloli tiegħek. Il-ġel dessikant tas-silika jinsab f’qartas jew kontenitur separat u m’għandux jinbela’.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu jitpoġġew fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Gilead Sciences International Ltd.

Cambridge

CB21 6GT

Ir-Renju Unit

Manifattur:

Gilead Sciences Ireland UC

IDA Business and Technology Park

Carrigtohill

County Cork

L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Gilead Sciences Belgium SPRL-BVBA

Gilead Sciences Poland Sp. z o.o.

Tél/Tel: + 32 (0) 24 01 35 50

Tel.: +48 22 262 8702

 

България

Luxembourg/Luxemburg

Gilead Sciences International Ltd.

Gilead Sciences Belgium SPRL-BVBA

Тел.: + 44 (0) 20 7136 8820

Tél/Tel: + 32 (0) 24 01 35 50

Česká republika

Magyarország

Gilead Sciences s.r.o.

Gilead Sciences International Ltd.

Tel: + 420 (0) 910 871 986

Tel.: + 44 (0) 20 7136 8820

Danmark

Malta

Gilead Sciences Sweden AB

Gilead Sciences International Ltd.

Tlf: + 46 (0) 8 5057 1849

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Deutschland

Nederland

Gilead Sciences GmbH

Gilead Sciences Netherlands B.V.

Tel: + 31 (0) 20 718 36 98

Eesti

Norge

Gilead Sciences Poland Sp. z o.o.

Gilead Sciences Sweden AB

Tel.: +48 22 262 8702

Tlf: + 46 (0) 8 5057 1849

Ελλάδα

Österreich

Gilead Sciences Ελλάς Μ.ΕΠΕ.

Gilead Sciences GesmbH

Τηλ: + 30 (0) 210 8930 100

Tel: + 43 (0) 1 260 830

España

Polska

Gilead Sciences, S.L.

Gilead Sciences Poland Sp. z o.o.

Tel: + 34 (0) 91 378 98 30

Tel.: +48 22 262 8702

France

Portugal

Gilead Sciences

Gilead Sciences, Lda.

Tél: + 33 (0) 1 46 09 41 00

Tel: + 351 (0) 21 7928790

Hrvatska

România

Gilead Sciences International Ltd.

Gilead Sciences International Ltd.

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Ireland

Slovenija

Gilead Sciences Ltd.

Gilead Sciences International Ltd.

Tel: +353 (0) 214 825 999

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Ísland

Slovenská republika

Gilead Sciences Sweden AB

Gilead Sciences Slovakia s.r.o.

Sími: + 46 (0) 8 5057 1849

Tel: + 421 (0) 232 121 210

Italia

Suomi/Finland

Gilead Sciences S.r.l.

Gilead Sciences Sweden AB

Tel: + 39 (0) 02 439201

Puh/Tel: + 46 (0) 8 5057 1849

Κύπρος

Sverige

Gilead Sciences Ελλάς Μ.ΕΠΕ.

Gilead Sciences Sweden AB

Τηλ: + 30 (0) 210 8930 100

Tel: + 46 (0) 8 5057 1849

Latvija

United Kingdom

Gilead Sciences Poland Sp. z o.o.

Gilead Sciences Ltd.

Tel.: +48 22 262 8702

Tel: + 44 (0) 8000 113 700

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ <{XX/SSSS}> <{xahar SSSS}>.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati