Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Onivyde (irinotecan hydrochloride trihydrate) – Fuljett ta’ tagħrif - L01XX19

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaOnivyde
Kodiċi ATCL01XX19
Sustanzairinotecan hydrochloride trihydrate
ManifatturBaxalta Innovations GmbH

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

ONIVYDE 5 mg/mL konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Hydrochloride trihydrate irinotecan lipożomali peligat

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-infermier tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu ONIVYDE u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża ONIVYDE

3.Kif jintuża ONIVYDE

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen ONIVYDE

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu ONIVYDE u għalxiex jintuża

X’inhu ONIVYDE u kif jaħdem

ONIVYDE huwa mediċina ta’ kontra l-kanċer li fih is-sustanza attiva irinotecan. Din is-sustanza attiva tinżamm f’partiċelli lipidi (tax-xaħam) żgħar li jissejħu liposomi.

Irinotecan jappartjeni għal grupp ta’ mediċini kontra l-kanċer imsejħa 'inibituri ta’ topoisomerase'. Dan jimblokka enzima msejħa topoisomerase I, li hija involuta fid-diviżjoni tad-DNA taċ-ċelluli. Dan jimpedixxi liċ-ċelluli tal-kanċer milli jimmultiplikaw u jikbru u dawn eventwalment imutu.

Il-liposomi huma mistennija li jakkumulaw fit-tumur u jerħu l-mediċina bil-mod maż-żmien, u dan jippermetti li taħdem għal żmien itwal.

Għalxiex jintuża ONIVYDE

ONIVYDE jintuża biex jikkura pazjenti adulti b’kanċer metastatiku tal-frixa (kanċer tal-frixa li diġà jkun infirex f’partijiet oħrajn tal-ġisem) li l-kura tal-kanċer preċedenti tagħhom kienet tinkludi mediċina msejħa gemcitabine. ONIVYDE jintuża flimkien ma’ mediċini oħrajn, imsejħa 5-fluorouracil u leucovorin.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif jaħdem ONIVYDE jew għaliex din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss, staqsi lit-tabib tiegħek.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża ONIVYDE

Segwi bir-reqqa l-istruzzjonijiet kollha mogħtija lilek mit-tabib tiegħek. Dawn jistgħu jkunu differenti mill-informazzjoni ġenerali li hemm f’dan il-pakkett.

Tużax ONIVYDE:

-jekk għandek storja medika ta’ allerġija severa għal irinotecan, jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).

-jekk qed tredda’

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu ONIVYDE

-jekk qatt kellek xi problemi fil-fwied jew suffejra

-jekk qatt kellek mard tal-pulmun jew fil-passat kont irċivejt mediċini (fatturi li jistimulaw il- kolonji) biex jiżdied l-għadd tad-demm tiegħek, jew terapija ta’ radjazzjoni

-jekk qed tieħu xi mediċini oħra (ara sezzjoni “Mediċini oħra u ONIVYDE”)

-jekk qed tippjana li titlaqqam peress li ma jistax jingħata ħafna tilqim waqt il-kimoterapija

-jekk qiegħed/qiegħda fuq dieta bl-ammont ta’ teħid ta’ sodium kkontrollat peress li din il- mediċina fiha s-sodium.

Kellem lit-tabib jew lill-infermier immedjatament waqt il-kura b’ONIVYDE

-jekk inti tħoss qtugħ ta’ nifs f’daqqa, fwawar, uġigħ ta’ ras, raxx tal-ġilda jew ħorriqija (raxx bil-ħakk b’ħotob minfuħin ħomor fuq il-ġilda li jidhru f’daqqa waħda), ħakk, nefħa madwar l- għajnejn, għafis fis-sider jew fil-gerżuma matul jew ftit wara l-infużjoni tiegħek

-jekk ikollok deni, tertir ta’ bard jew sintomi oħra tal-infezzjoni

-jekk ikollok dijarea b’ippurgar likwidu frekwenti u ma tistax tikkontrollah wara 12-il siegħa sa 24 siegħa ta’ kura (ara hawn taħt)

-jekk ikollok qtugħ ta’ nifs u sogħla

X’tagħmel fil-każ ta’ dijarea

Hekk kif iseħħ l-ewwel ippurgar likwidu, ibda ixrob volumi kbar ta’ fluwidi biex iżżid l-ammont ta’ likwidu f’ġismek (еż. ilma, soda water, xorb bil-gass, soppa) biex tevita li titlef ħafna likwidu u melħ minn ġismek. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih biex jagħtik kura adatta. It-tabib tiegħek jista’ jagħtik mediċina li fiha loperamide biex tibda l-kura mid-dar iżda din m’għandhiex tintuża għal iktar minn 48 siegħa konsekuttivi. Jekk l-ippurgar maħlul jippersisti, ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Testijiet tad-demm u eżamijiet mediċi

Qabel ma tibda l-kura b’ONIVYDE, it-tabib tiegħek se jwettaq testijiet tad-demm (jew eżamijiet mediċi oħra) biex jiddetermina l-aħjar doża tal-bidu għalik. Se jkun meħtieġ li tagħmel iktar testijiet (tad-demm jew oħrajn) waqt il-kura sabiex it-tabib ikun jista’ jimmonitorja ċ-ċelluli tad-demm tiegħek u jevalwa kif qed tirrispondi għall-kura. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn li jaġġusta d-doża jew iwaqqaf il-kura.

Tfal u adolexxenti

ONIVYDE mhuwiex irrakkomandat għall-użu fl-adoloxxenti u fi tfal taħt l-età ta’ 18-il sena.

Mediċini oħra u ONIVYDE

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Huwa importanti b’mod speċjali li tgħid lit-tabib tiegħek jekk tkun ingħatajt irinotecan fi kwalunkwe forma qabel.

ONIVYDE m’għandux jintuża minflok mediċini oħra li fihom irinotecan għaliex dan iġib ruħu b’mod differenti meta jkun jinsab fil-liposomi milli meta jingħata fil-forma libera tiegħu.

Huwa importanti b’mod speċjali wkoll li tgħid lit-tabib tiegħek jekk tkun qed tieħu wkoll il-mediċini li ġejjin, peress li dawn inaqqsu d-disponibbiltà ta’ irinotecan f’ġismek:

-phenytoin, phenobarbital jew carbamazepin (mediċini użati biex jikkuraw il-konvulżjonijiet u l- waqgħat)

-rifampicin u rifabutin (mediċini użati biex jikkuraw it-tuberkulożi)

-St. John’s wort (mediċina bbażata fuq il-pjanti, użata biex tikkura d-depressjoni u burdati ta’ dwejjaq)

-peress li ONIVYDE m’għandux jingħata lilek flimkien ma’ dawn il-mediċini.

Huwa importanti b’mod speċjali li tgħid lit-tabib tiegħek jekk tkun qed tieħu wkoll il-mediċini li ġejjin, peress li dawn iżidu d-disponibbiltà ta’ irinotecan f’ġismek:

-ketoconazole, itraconazole or voriconazole (mediċini użati biex jikkuraw infezzjonijiet fungali)

-clarithromycin (mediċina antibijotika użata biex tikkura l-infezzjonijiet batteriċi)

-indinavir, lopinavir, nelfinavir, ritonavir, saquinavir, atazanavir (mediċini kontra infezzjoni bl- HIV)

-telaprevir (mediċina użata biex tikkura marda tal-fwied imsejħa epitate Ċ)

-nefazodone (mediċina użata biex tikkura d-depressjoni u burdati ta’ dwejjaq)

-gemfibrozil (mediċina użata biex tikkura livelli għoljin ta’ xaħam fid-demm)

ONIVYDE ma’ ikel u xorb

Evita li tiekol grejpfruts u li tixrob meraq tal-grejpfrut waqt li tkun qed tirċievi ONIVYDE peress li dan jista’ jżid id-disponibbiltà tas-sustanza attiva ta’ ONIVYDE f’ġismek.

Tqala u treddigħ

M’għandekx tingħata ONIVYDE jekk int tqila peress li dan jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija tiegħek. Għid lit-tabib tiegħek jekk inti tqila jew taħseb li tista’ tkun tqila. Jekk qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek. Jekk tingħata ONIVYDE, m'għandekx tredda' sa xahar wara l-aħħar doża.

Waqt il-kura tiegħek b’ONIVYDE u għal xahar wara l-kura, għandek tagħżel metodu effettiv ta’ kontroll tat-tqala li jgħodd għalik, sabiex tevita t-tqala f’dan il-perjodu ta’ żmien. L-irġiel għandhom jużaw il-kondoms waqt il-kura b’ONIVYDE u għal 4 xhur wara li din tintemm.

Jekk qed tredda’ għid lit-tabib tiegħek. Jaf ma tingħatax ONIVYDE jekk tkun qed tredda’ peress li jista’ jkun ta’ ħsara għat-tarbija tiegħek.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

ONIVYDE jista’ jinfluwenza l-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni (peress li bl-użu ta’ ONIVYDE tista’ tkun bi ngħas, stordut/a u għajjien/a). Għandek tevita li ssuq, tuża l-magni jew twettaq attivitajiet oħrajn li jeħtieġu l-attenzjoni sħiħa jekk tħossok bi ngħas, stordut/a u għajjien/a.

ONIVYDE fih is-sodium

Millilitru wieħed ta’ din il-mediċina fih 0.144 mmol (3.31 mg) ta’ sodium. Dan għandu jitqies f’pazjenti li jikkontrollaw l-ammont ta’ sodium li jieħdu fid-dieta.

3.Kif jintuża ONIVYDE

ONIVYDE għandu jingħata biss minn professjonisti fil-kura medika li jkunu mħarrġa fl-għoti ta’ mediċini ta’ kontra l-kanċer

Segwi bir-reqqa l-istruzzjonijiet kollha mogħtija lilek mit-tabib jew mill-infermier tiegħek.

It-tabib tiegħek se jiddeċiedi dwar id-dożi li se tirċievi.

ONIVYDE jingħata bħala dripp (infużjoni) ġo vina, li għandha tieħu mill-inqas 90 minuta u għandha tingħata bħala doża waħda.

Wara li tkun ingħatajt ONIVYDE se tingħata żewġ mediċini oħra, leucovorin u 5-fluorouracil. Il-kura se tiġi ripetuta kull ħmistax.

F’ċerti każijiet, jistgħu jkunu meħtieġa dożi iktar baxxi jew intervalli itwal tad-dożaġġ.

Tista’ tirċievi mediċina minn qabel kontra d-dardir u r-rimettar. Jekk kellek għaraq, brim fl-istonku u bżieq, flimkien ma’ ppurgar u dijarea frekwenti li seħħew kmieni f’kura fil-passat b’ONIVYDE, tista’ tirċievi mediċini addizzjonali qabel ONIVYDE sabiex jiġi evitat jew jitnaqqsu dawn is-sintomi fiċ- ċikli tal-kura ta’ wara.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Huwa importanti li tkun taf x’jistgħu jkunu dawn l-effetti sekondarji.

It-tabib tiegħek jista’ wkoll jagħtik riċetta għal mediċini oħrajn biex jgħinu fil-kontroll tal-effetti sekondarji tiegħek.

Għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek minnufih dwar kwalunkwe wieħed mill-effetti sekondarji serji li ġejjin:

-jekk inti tħoss qtugħ ta’ nifs f’daqqa, fwawar, dardir, uġigħ ta’ ras, raxx tal-ġilda jew ħorriqija (raxx bil-ħakk b’ħafas ħomor minfuħin fuq il-ġilda li jidhru f’daqqa waħda), ħakk, nefħa madwar l-għajnejn, tagħfis fis-sider jew fil-gerżuma matul jew ftit wara l-infużjoni (peress li l- infużjoni jista’ jkollha bżonn li titwaqqaf u inti jista’ jkollok bżonn li tiġi kkurat jew osservat għall-effetti sekondarji).

-jekk ikollok id-deni, tertir ta’ bard jew sinjali ta’ infezzjoni (peress li dawn jista’ jkollhom bżonn ta’ kura immedjata)

-jekk ikollok dijarea severa u persistenti (ippurgar likwidu u frekwenti) - ara sezzjoni 2

L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jseħħu:

Komuni ħafna (jaffettwaw iktar minn persuna 1 minn kull 10)

-Livelli baxxi ta’ ċelluli bojod tad-demm (newtropenija u lewkopenija), Livell baxx ta’ ċelluli tad-demm ħomor (anemija)

-Livell baxx ta’ plejtlits fid-demm (tromboċitopenija)

-Dijarea (ippurgar frekwenti artab jew maħlul)

-Dardir u rimettar

-Uġigħ fl-istonku jew fiż-żona tal-imsaren

-Feriti fil-ħalq

-Telf ta’ piż

-Nuqqas ta’ aptit

-Telf ta’ fluwidu tal-ġisem (deidratazzjoni)

-Livell baxx ta’ melħ (elettroliti) fil-ġisem (eż tal-potassium, magnesium)

-Telf ta’ xagħar mhux normali

-Għeja

-Sturdament

-Nefħa u żamma tal-fluwidu fit-tessuti rotob (edema periferali)

-Uġigħ u nefħa tal-kisja tal-kanal diġestiv (infjammazzjoni mukożali)

-Deni

-Telqa ġeneralizzata

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

-Tertir ta’ bard

-Infezzjonijiet, pereżempju infezzjonijiet fungali fil-ħalq (kandidjasi orali), deni b’għadd baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm (newtropenija bid-deni), infezzjonijiet relatati mal-għoti tal-prodott ġo vina

-Infjammazzjoni tal-istonku u l-imsaren (gastroenterite)

-Infjammazzjoni sistemika tal-ġisem, ikkawżata minn infezzjoni (sepsis)

-Kumplikazzjoni li tista’ tkun fatali ta’ infjammazzjoni tal-ġisem kollu (xokk settiku)

-Infezzjoni tal-pulmun (pulmonite)

-Livell baxx ta’ sottotip ta’ ċelluli bojod tad-demm imsejħa limfoċiti b’funzjoni importanti għas- sistema immunitarja (limfopenija)

-Tnaqqis f’xi mluħa (elettroliti) fil-ġisem (eż. potassium u sodium)

-Livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija)

-Diffikultà biex torqod

-Togħma ħażina fil-ħalq

-Sindromu msejjaħ sindromu kolinerġiku, b’għaraq, bżieq u brim fiż-żaqq

-Pressjoni tad-demm baxxa (ipotensjoni)

-Formazzjoni ta’ embolu tad-demm f’vina fonda (trombożi fil-vini fondi) jew imblukkar tal- arterja prinċipali tal-pulmun jew ta’ waħda mill-fergħat tagħha (emboliżmu pulmonari), jew imblukkar minħabba embolu x’imkien ieħor fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm (emboliżmu)

-Indeboliment tal-vuċi, leħen maħnuq jew leħen iħaxwex b’mod eċċessiv

-Qtugħ ta’ nifs

-Infjammazzjoni fl-imsaren

-Murliti

-Żieda fl-enzimi tal-fwied (alanine aminotransferase jew aspartate aminotransferase) fit-testijiet tad-demm fil-laboratorju

-Żieda fil-livelli ta’ bilirubina (kulur oranġjo-isfar, prodott għar-rimi li jifforma mit-tkissir normali taċ-ċelluli tad-demm ħomor) f’kejl ieħor tal-laboratorju relatat mal-funzjoni tal-fwied

-Żieda f’kejl ieħor tal-laboratorju (żieda fil-proporzjon normalizzat internazzjonali) relatat mal- funzjoni tas-sistema tat-tagħqid tad-demm

-Livelli baxxi mhux normali tad-demm tal-albumina (proteina ewlenija fil-ġisem)

-Problemi għall-għarrieda fil-funzjoni tal-kliewi li jistgħu jwasslu għal aggravament mgħaġġel jew telf tal-funzjoni tal-kliewi

-Reazzjoni mhux normali għall-infużjoni li tikkawża sintomi bħal qtugħ ta’ nifs, fwawar, uġigħ ta’ ras, tagħfis fis-sider jew fil-gerżuma

-Żamma mhux normali tal-fluwidu fil-ġisem li tikkawża nefħa fit-tessuti affettwati (edema)

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

-Infjammazzjoni sistemika tal-ġisem, ikkawżata minn infezzjoni tal-marrara u tal-kanali tal-bili (sepsis biljari)

-Reazzjoni allerġika għal ONIVYDE (is-sustanza attiva jew l-eċċipjenti)

-Disponibbiltà mnaqqsa ta’ ossiġnu lit-tessuti tal-ġisem

-Infjammazzjoni tal-esofagu (passaġġ tal-ikel)

-Il-formazzjoni jew il-preżenza ta’ embolu tad-demm f'vina jew arterja (trombożi)

-Infjammazzjoni tal-kisja tal-rektum (it-tarf tal-musrana l-kbira)

-Tip ta’ raxx, ikkaratterizzat minn dehra ta’ żona ċatta u ħamra fuq il-ġilda, miksija bil-ħafas (raxx makulopapulari)

-Bidla fil-kulur tad-dwiefer

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina

5.Kif taħżen ONIVYDE

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq il-kunjett wara "JIS". Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fi friġġ (2°C-8°C). Tagħmlux fil-friża.

Żomm il-kunjett fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Ladarba l-konċentrat ikun ġie dilwit għall-infużjoni b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ glucose ta’ 5% jew soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride ta’ 9 mg/mL (0.9%), is-soluzzjoni għandha tintuża mill-aktar fis possibbli, iżda tista’ tinħażen f’temperatura ambjentali (15°C sa 25°C) għal sa 6 sigħat. Is-soluzzjoni dilwita għall-infużjoni tista’ tinħażen fil-friġġ (2°C - 8°C) għal mhux aktar minn 24 siegħa qabel l-użu. Għandha tiġi protetta mid-dawl, u m’għandhiex tiġi ffriżata.

Tarmix din il-mediċina mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal- ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih ONIVYDE

Is-sustanza attiva hija irinotecan hydrochloride trihydrate. Kunjett wieħed ta’ 10 mL ta’ konċentrat fih l-ekwivalenti ta’ 50 mg ta’ irinotecan hydrochloride trihydrate (bħala l-melħ sucrosofate irinotecan sucrose octasulphate f’formulazzjoni lipożomali pegilata) li jikkorrispondi għal 43 mg ta’ irinotecan.

Is-sustanzi l-oħra huma: 1,2-distearoyl-sn-glycero-3-phosphocholine (DSPC); cholesterol, N-(carbonyl-methoxypolyethlyene glycol-2000)-1,2-distearoyl-sn-glycero-3-phosphoethanolam ine (MPEG-2000-DSPE); Sucrose

octasulphate; 2- [4- (2-Hydroxyethyl)piperazin-1-yl]ethanesulfonic acid (HEPES buffer); sodium chloride u ilma għall-injezzjonijiet. ONIVYDE fih is-sodium. Jekk inti qiegħed fuq dieta kkontrollata ta’ sodium, ara sezzjoni 2.

Kif jidher ONIVYDE u l-kontenut tal-pakkett

ONIVYDE huwa fornut bħala tixrid lipsomali isotonika opaka bajda tagħti ftit fl-isfar f’kunjett tal-

ħġieġ.

Kull pakkett fih kunjett wieħed b’10 mL ta’ konċentrat.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Baxalta Innovations GmbH Industriestrasse 67

1221 Vienna

L-Awstrija

Tel.: +44(0)1256 894 959

E-mail: medinfoEMEA@shire.com

Manifattur

Baxter AG

Industriestrasse 67

1221 Vienna

L-Awstrija

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa biss:

Kif tipprepara u tagħti ONIVYDE

ONIVYDE huwa fornut bħala tixrid lipożomali sterili f’konċentrazzjoni ta’ 5 mg/mL u għandu jiġi dilwit qabel ma jingħata. Iddilwixxi b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 5% ta’ glucose jew soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) ta’ sodium chloride, biex tipprepara soluzzjoni adattata tad-doża ta’ ONIVYDE dilwit sal-volum finali ta’ 500 mL. Ħallat is-soluzzjoni dilwita billi taqlibha ta’ taħt fuq bil-mod.

ONIVYDE għandu jingħata qabel leucovorin segwit minn 5-fluorouracil. ONIVYDE m’għandux jingħata bħala injezzjoni f’daqqa jew bħala soluzzjoni mhux dilwita.

Għandhom jiġu segwiti tekniki asettiċi waqt il-preparazzjoni tal-infużjoni. ONIVYDE għandu jintuża darba biss.

Minn aspett mikrobijoloġiku, il-prodott għandu jintuża malajr kemm jista’ jkun wara d- dilwizzjoni. Is-soluzzjoni dilwita għall-infużjoni tista’ tinħażen f’temperatura ambjentali (15°C sa 25°C) għal sa 6 sigħat jew fil-friġġ (2ºC - 8ºC) għal mhux aktar minn 24 siegħa qabel l-użu. Għandha tiġi protetta mid-dawl, u m’għandhiex tiġi ffriżata.

Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi evitat ħruġ ta’ likwidu mill-vini, u s-sit tal-infużjoni għandu jiġi mmonitorjat għal sinjali ta’ infjammazzjoni. Jekk iseħħ ħruġ ta’ likwidu mill-vini, huwa rakkomandat li s-sit jitlaħlaħ b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride ta’

9 mg/mL (0.9%) u/jew b’ilma sterili u għandu jiġi applikat is-silġ.

Kif timmaniġġja u tarmi ONIVYDE

ONIVYDE huwa prodott mediċinali ċitotossiku, u għandu jkun hemm attenzjoni fl-immaniġġjar tiegħu. Huwa rakkomandat l-użu ta’ ingwanti, nuċċali u lbies protettiv meta ONIVYDE jiġi mmaniġġjat jew amministrat. Jekk is-soluzzjoni tmiss mal-ġilda, il-ġilda għandha tinħasel immedjatament u bir-reqqa bis-sapun u l-ilma. Jekk is-soluzzjoni tmiss mal-membrani mukużi, dawn għandhom jiġu mlaħalħa sew bl-ilma. Impjegati tqal m’għandhomx jimmaniġġjaw ONIVYDE minħabba n-natura ċitotossika tal-prodott mediċinali.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati