Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Opatanol (olopatadine hydrochloride) – Fuljett ta’ tagħrif - S01GX09

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaOpatanol
Kodiċi ATCS01GX09
Sustanzaolopatadine hydrochloride
ManifatturNovartis Europharm Limited

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦALL-UTENT

OPATANOL 1 mg/mL qtar għall-għajnejn, soluzzjoni.

Olopatadine.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu OPATANOL u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża OPATANOL

3.Kif għandek tuża OPATANOL

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen OPATANOL

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu OPATANOL u għalxiex jintuża

OPATANOL huwa użat għal kura ta’ sinjali u sintomi ta' allerġija ta' l-istaġun fil-konġuntiva ta' l-għajnejn

Allergija ta' l-istaġun fl-għajnejn: Xi sustanzi (allerġeni) bħal polline, trab tad-dar jew suf tal- bhejjem jistgħu jikkawżaw allerġijji li jidhru f'forma ta' ħakk, ħmura kif ukoll nefħa f'wiċċ l-għajnejn.

OPATANOL huwa mediċina għall- kura ta’ kundizjonijiet allerġiċi tal-għajnejn. Jaħdem billi jnaqqas il-qawwa tar-reazzjoni allerġika.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża OPATANOL

Tużax OPATANOL

Jekk inti allerġiku (tbati minn sensittività eċċessiva) għal olopatadine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

M’għandekx tuża OPATANOL jekk qed tredda’.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tuża OPATANOL.

Għandek tneħħi l-lentijiet tal-kuntatt li għandek f’għajnejk qabel tuża OPATANOL.

Tfal

OPATANOL m’għandux jintuża fit-tfal taħt l-eta’ ta 3 snin. M’għandekx tagħti din il- mediċina lil tfal b’età inqas minn 3 snin peress li m’hemmx dejta li tindika li huwa sikur u li jaħdem fi tfal taħt 3 snin.

Mediċini oħra u OPATANOL

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Jekk qed tuża mediċini oħra f’għamla ta’ qtar għall-għajnejn jew ingwent għall-għajnejn, ħalli mill- inqas 5 minuti bejn kull mediċina. Ingwenti għall-għajnejn għandhom jingħataw l-aħħar.

Tqala, treddigħ u fertilitàJekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tuża din il-mediċina. M’għandekx tuża OPATANOL jekk qed tredda’, staqsi lit-tabib tiegħek għal parir qabel tuża din il- mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jista’ jkun li għal ftit ħin wara li tuża OPATANOL, il-vista tiegħek tiċċajpar xi ftit. Issuqx jew tużax magni sakemm il-vista tiegħek terġa’ lura għan-normal

OPATANOL fih Benzalkonium chloride

Benzalkonium chloride jista’ jikkawża irritazzjoni fl-għajnejn u huwa magħruf li jbiddel il-kulur ta’ lentijiet tal-kuntatt rotob, għalhekk kuntatt ma’ lentijiet tal-kuntatt rotob għandu jiġi evitat. Jekk tilbes lentijiet tal-kuntatt għandek tneħħi l-lentijiet tal-kuntatt qabel l-applikazzjoni u tistenna mill-inqas 15-il minuta qabel ma terġa’ tilbes il-lentijiet tiegħek.

3.Kif għandek tuża OPATANOL

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rrakkomandata hija qatra waħda fl-għajn jew għajnejn, darbtejn kuljum – filgħodu u filgħaxija.

Uża din il-kwantita’ sakemm ma jigħdlekx mod ieħor it-tabib tiegħek. Għandek tuża OPATANOL f’għajnejk it-tnejn jekk jgħidlek it-tabib biss. Uża għaż-żmien li qallek it-tabib.

OPATANOL għandu jintuża bħala qtar għall-għajnejn biss.

AQLEB IL-PAĠNA GĦAL AKTAR TAGĦRIF.

Aqleb issa>

3.Kif għandek tuża OPATANOL (ikompli)

Kemm għandek tuża < ara naħa 1

Aqbad il-flixkun ta’ OPATANOL u mera.

Aħsel idejk.

Aqbad il-flixkun u neħħilu t-tapp.

Wara li jitneħħa l-għatu, jekk iċ-ċirku li juri li għadu ssiġillat u li jinqata’ jkun maħlul, neħħieħ qabel tuża l-prodott.

Żomm il-flixkun wiċċu ‘l isfel bejn subgħajk il-kbir u subgħajk tan-nofs.

Itfa rasek naqra lura. B’seba’ nadif, niżżel il-parti t’isfel tat-tebqa ta’ għajnejk sakemm jiformma speċi ta’ but bejn it-tebqa t’għajnejk u l-għajn. Il-qatra ser tidħol hawn ġew (stampa

1)

Ġib il-flixkun viċin tal-għajn. Uża l-mera jekk taħseb li tgħinek aktar.

M'għandekx tmiss għajnejk jew il-kappell t’għajnejk, jew xi parti qrib t’għajnejk jew xi superfiċji oħra bil-qattara tal-flixkun. Dan jista jniġġes il-qtar li jkun fadal fil-flixkun.

Imbotta bil-ġentilezza il-qih tal-flixkun biex tqattar OPATANOL taqtira taqtira.

M'għandekx tagħfas il-flixkun. Il-flixkun huwa magħmul biex meta tinbotta il-qih tniżżel taqtira waħda (stampa 2).

Jekk qed tuża l-qtar f’għajnejk it-tnejn, erġa rrepetti il-proċeduri hawn fuq imsemijja għall- għajnejk l-oħra.

Għalaq il-flixkun sewwa kif tieqaf tqattar.

Jekk qatra ma’ tidħolx f’għajnejk, erġa pprova.

Jekk tuża OPATANOL aktar milli suppost

Laħalħu kollu l-barra b’ilma sħun. Terġax tqattar sakemm jasallek il-ħin tad-doża li jmiss.

Jekk tinsa tuża OPATANOL

Uża qatra waħda malli tiftakkar, imbagħad erġa’ lura għar-rutina ta’ dożaġġ bħas-soltu. Madankollu, jekk ikun kważi l-ħin għad-doża li jmiss, aqbeż id-doża li tkun insejt qabel tkompli bir-rutina ta’ dożaġġ tas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tuża OPATANOL

Tiqafx tuża din il-mediċina qabel ma tkellem lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bhal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, ghalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-effetti sekondarji li ġejjin kienu osservati b’OPATANOL

Komuni: jistgħu jaffetwaw sa persuna waħda minn kull 10

Effetti fl-għajn: uġigħ fl-għajn, irritazzjoni fl-għajn, għajn xotta, sensazzjoni mhux normali fl-għajn, skomdu fl-għajn

Effettti sekondarji ġenerali: uġigħ ta’ ras, għeja, nixfa fl-imnieħer, togħma ħażina

Mhux komuni: jistgħu jaffetwaw sa persuna waħda minn kull 100

Effetti fl-għajn: vista mċajpra, mnaqqsa jew mhux normali, disturbi fil-korneja, infjammazzjoni tas- superfiċje tal-għajn flimkien ma jew mingħajr ħsara fis-superfiċje, infjammazzjoni jew infezzjoni tal- konġuntiva, tnixxija ta’ l-għajn, allerġija ta’ l-għajn, sensittività għad-dawl, żieda fid-dmugħ, ħakk fl- għajn, hmura fl-għajn, il-kappell tal-għajn mhux normali; ħakk, ħmura, nefħa, jew qxur fuq il-kappell tal-għajn.

Effettti sekondarji ġenerali: sensazzjoni mnaqqsa jew mhux normali, sturdament, tnixxija mill- imnieħer, ġilda xotta, infjammazzjoni tal-ġilda

Mhux magħruf: il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli

Effetti fl-għajn: nefħa fl-għajn, nefħa fil-kornea, tibdil fid-daqs tal-ħabba tal-għajn.

Effettti sekondarji ġenerali: qtugħ ta’ nifs, żieda fis-sintomi ta’ l-allerġija, nefħa tal-wiċċ, ħedla, dgħjufija ġenerali, tqalligħ, rimettar, infezzjoni tas-sinu, ħmura tal-ġilda u ħakk.

F’każijiet rari ħafna, xi pazjenti bi ħsara severa fis-saff ċar ta’ quddiem l-għajn (il-kornea) żviluppaw żoni imċajjpra fil-korneja minħabba akkumulazzjoni ta’ kalċju waqt il-kura.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen OPATANOL

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u fuq il-kaxxa wara ‘Exp’.

Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ta’ ħażna speċjali.

Għandek tarmi l-flixkun erba’ ġimgħat wara li tkun ftaħtu l-ewwel darba biex b’hekk tilqa mill- infezzjonijiet, u tuża flixkun ġdid. Ikteb id-data ta’ meta ftaħt il-flixkun fl-ispazju pprovdut lilek fuq it-tikketta ta’ kull flixkun u kaxxa.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih OPATANOL

-Is-sustanza attiva hi olopatadine. Kull mL ta’ soluzzjoni fih 1mg of olopatadine (bħala hydrochloride).

-Is-sustanzi l-oħra huma benzalkonium chloride, sodium chloride, disodium phosphate dodecahydrate (E339), hydrochloric acid (E507) u/jew sodium hydroxide (E524) u ilma purifikat.

Kif jidher OPATANOL u l-kontenut tal-pakkett

OPATANOL huwa likwidu ċar u bla kulur (soluzzjoni) li jiġi f’pakkett li fih flixkun wieħed ta' 5 ml jew tliet flixken tal-plastik, kollha b’tapp tal-kamin. Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

għat-tqegħid fis-Suq

Manifattur

 

 

 

 

 

Manifattur

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Novartis Europharm Limited

 

S. A. Alcon-Couvreur N.V.

 

Alcon Cusi, S.A.

 

Frimley Business Park

Rijskweg 14,

 

 

 

 

Camil Fabra 58,

 

Camberley GU16 7SR

B-2870 Puurs

 

 

 

08320 El Masnou

Ir-Renju Unit

Il-Belġju

 

 

Spanja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Novartis Pharma N.V.

Novartis Pharma Services Inc.

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Tel: +370 5 269 16 50

България

Luxembourg/Luxemburg

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharma N.V.

Тел.: +359 2 489 98 28

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Česká republika

Magyarország

Novartis s.r.o.

Novartis Hungária Kft.

Tel: +420 225 775 111

Tel.: +36 1 457 65 00

Danmark

Malta

Novartis Healthcare A/S

Novartis Pharma Services Inc.

Tlf: +45 39 16 84 00

Tel: +356 2122 2872

Deutschland

Nederland

Novartis Pharma GmbH

Novartis Pharma B.V.

Tel: +49 911 273 0

Tel: +31 26 37 82 111

Eesti

Norge

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Norge AS

Tel: +372 66 30 810

Tlf: +47 23 05 20 00

Ελλάδα

Österreich

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Novartis Pharma GmbH

Τηλ: +30 210 281 17 12

Tel: +43 1 86 6570

España

Polska

Novartis Farmacéutica, S.A.

Novartis Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 93 306 42 00

Tel.: +48 22 375 4888

France

Portugal

Novartis Pharma S.A.S.

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A.

Tél: +33 1 55 47 66 00

Tel: +351 21 000 8600

Hrvatska

România

Novartis Hrvatska d.o.o.

Novartis Pharma Services Romania SRL

Tel. +385 1 6274 220

Tel: +40 21 31299 01

Ireland

Slovenija

Novartis Ireland Limited

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +353 1 260 12 55

Tel: +386 1 300 75 50

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Novartis Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: + 421 2 5542 5439

Italia

Suomi/Finland

Novartis Farma S.p.A.

Novartis Finland Oy

Tel: +39 02 96 54 1

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200

 

Κύπρος

Sverige

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Sverige AB

Τηλ: +357 22 690 690

Tel: +46 8 732 32 00

Latvija

United Kingdom

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd.

Tel: +371 67 887 070

Tel: +44 1276 698370

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’XXXX

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini:http:/www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati