Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Optruma (raloxifene hydrochloride) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - G03XC01

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaOptruma
Kodiċi ATCG03XC01
Sustanzaraloxifene hydrochloride
ManifatturEli Lilly Nederland B.V.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Optruma 60 mg pilloli miksija b’rita

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola miksija b’rita fiha 60 mg raloxifene hydrochloride, ekwivalenti għal 56 mg ta’ raloxifene bażi libera.

Eċċipjent b’effett magħruf:

Kull pillola fiha lactose (149.40 mg)

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita.

Pilloli bojod ovali bil-kodiċi ‘4165’ stampat fuqhom.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Optruma hija indikata għall-kura u l-prevenzjoni ta’ l-osteoporożi fin-nisa wara l-menopawża. Intwera tnaqqis sinifikanti fl-inċidenza ta’ ksur tal-vertebri, iżda mhux ksur ta’ l-għadam tal-ġenbejn.

Meta wieħed jagħżel bejn Optruma u terapiji oħra, inkluż l-estroġenu, għal mara li qiegħda fil- menopawsa, fuq bażi individwali jridu jitqiesu s-sintomi tal-menopawsa, l-effetti fuq it-tessuti ta’ l- utru u s-sider, ir-riskji u l-benefiċji kardjovaskulari (ara sezzjoni 5.1).

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Id-doża rrakkomandata hija pillola waħda kuljum, meħuda oralment, li tista’ tittieħed fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata mingħajr rigward għall-ikel. Minħabba n-natura tal-proċess naturali tal-marda, Optruma hija intenzjonata biex tittieħed għal żmien twil.

Ġeneralment huwa rrakkomandat li n-nisa li għandhom livelli baxxi tal-calcium u l-vitamina D fid- dieta, għandhom jingħataw supplimenti ta’ dawn.

Anzjani:

M’hemmx bżonn ta’ tibdil fid-doża għall-anzjani.

Indeboliment renali:

Optruma m’għandhiex tintuża f’pazjenti b’indeboliment renali sever (ara sezzjoni 4.3). F’pazjenti b’indeboliment renali moderat u ħafif, Optruma għandha tintuża b’kawtela.

Indeboliment epatiku:

Optruma m’għandhiex tintuża f’indeboliment epatiku (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

Popolazzjoni pedjatrika:

Optruma m’għandhiex tintuża fit-tfal ta’ kwalunkwe età. Optruma m’għandha ebda użu rileventi fil- popolazzjoni pedjatrika.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

M’għandiex tintuża fin-nisa li għad jistgħu joħorġu tqal (ara sezzjoni 4.6).

Passat mediku jew kundizzjoni preżenti ta’ avvenimenti tromboemboliċi fil-vini (VTE), li jinkludu t- trombożi tal-vini fondi, emoboliżmu pulmonari u trombożi tal-vina tar-retina.

Indeboliment epatiku inkluża kolestażi.

Indeboliment renali sever.

Tnixxija ta’ demm mill-utru mingħajr ma tkun magħrufa l-kawża.

Optruma m’għandhiex tintuża meta jkun hemm sinjali jew sintomi ta’ kanċer ta’ l-endometriju għaliex is-sigurtà f’dan il-grupp ta’ pazjenti ma ġietx studjata biżżejjed.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Raloxifene huwa assoċjat ma’ riskju miżjud ta’ avvenimenti tromboembolitiċi fil-vini, li huwa simili għal dak irrappurtat li hu assoċjat ma’ l-użu kurrenti tat-terapija bl-ormoni, bħala sostitut. Il-bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċiji għandu jitqies f’pazjenti li huma f’riskju ta’ avvenimenti tromboembolitiċi fil-vini, hi x’inhi l-kawża. Optruma għandha titwaqqaf fl-eventwalità ta’ marda jew kundizzjoni li żżomm għal perijodu twil l-individwa immobilizzata. Il-waqfien irid isir mill-aktar fis f’każ ta’ mard, jew minn 3 ijiem qabel ma jseħħ l-immobilizzar. It-terapija m’għandhiex terġa’ tinbeda sakemm il- kundizzjoni tal-bidu tkun għaddiet u l-pazjenta tkun mobbli għal kollox.

Fi studju kliniku li sar fin-nisa wara l-menopawża u li huwa dokumentat li jbatu minn mard tal-qalb koronarju jew li qegħdin f’riskju ogħla li jkollhom xi problemi koronarji, raloxifene meta mqabbel ma’ plaċebo, ma kellu ebda effett fuq l-inċidenza ta’ attakk ta’ qalb, ta’ bżonn li tidħol l-isptar minħabba sindromu koronarju akut, ta’ mortalità in ġenerali li tinkludi l-imwiet kardjovaskulari kollu jew ta’ attakk ta’ puplesija. Madankollu, kien hemm żieda fl-imwiet minħabba attakki ta’ puplesija fin-nisa li ġew mgħotija raloxifene. L-inċidenza fil-mortalità minħabba attakki ta’ puplesija kienet ta’ 2.2 minn kull 1000 mara kull sena għal dawk fuq raloxifene kontra 1.5 minn kull 1000 mara kull sena għal dawk fuq plaċebo (ara sezzjoni 4.8).Trid iżżomm dawn ir-riżultati f’moħħok meta tordna raloxifene għal nisa wara l-menopawża u li għandhom passat mediku ta’ attakk ta’ puplesija jew xi fatturi sinifikanti oħra ta’ riskju għal attakki ta’ puplesija bħal attakk iskemiku tranżitorju jew fibbrillazzjoni atrijali

M’hemmx evidenza ta’ proliferazjoni ta’ l-endometriju. Kwalunkwe tnixxija ta’ demm mill-utru, waqt it-terapija b’Optruma mhux mistennija u din għandha tiġi investigata sew minn speċjalista. L-aktar żewġ kundizzjonijiet dijanjostikati ta’ spiss waqt il-kura b’raloxifene, assoċjati mat-tnixxija ta’ demm mill-utru, kienu l-atrofija ta’ l-endometriju u l-qarnit beninju ta’ l-endometriju. Fin-nisa wara l- menopawsa li ngħataw kura b’raloxifene għal 4 snin, il-qarnit beninju ta’ l-endometriju kien irrapportat f’0.9% meta mqabbel ma’ 0.3% fin-nisa li rċevew trattament bil-plaċebo.

Raloxifene jiġi metaboliżżat primarjament fil-fwied. Doża waħda ta’ raloxifene li ngħatat lill-pazjenti li għandhom ċirrożi u indeboliment moderat tal-fwied (Klassi A Child-Pugh) wasslet għall- konċentrazzjonijiet ta’ raloxifene fil-plażma li kienu madwar 2.5 drabi akbar minn dawk li ma kellhomx dawn il-kundizzjonijiet. Din iż-żieda kienet korrelata mal-livelli totali tal-konċentrazzjoni tal-bilirubin. Għalhekk, mhuwiex rakkomandat li Optruma tintuża f’pazjenti b’indeboliment epatiku.

Il-livelli tal-bilirubin fis-serum, gamma-glutamyl transferase, alkaline phosphatase, ALT u AST għandhom ikunu immoniterjati mill-qrib waqt il-kura jekk jinstabu livelli għoljin.

Informazzjoni klinika limitata tissuġġerixxi, li f’pazjenti b’passat mediku ta’ ipertrigliċeridimja (> 5.6 mmol/l), dovuti għall-estroġenu orali, raloxifene jista’ jkun assoċjat ma’ żieda qawwija fil-

livelli tat-trigliċeridi fis-serum. Il-pazjenti li għandhom dan il-passat mediku, jeħtieġu li l-livelli tat- trigliċeridi fis-serum jiġu immoniterjati meta jkunu qegħdin jieħdu raloxifene.

Is-sigurtà ta’ Optruma f’pazjenti li għandhom kanċer tas-sider għadha ma ġietx studjata biżżejjed.

M’hemmx informazzjoni disponibbli dwar l-użu ta’ Optruma flimkien ma’ sustanzi wżati fil-kura tal- kanċer tas-sider, kemm fil-fażi bikrija jew f’dik avvanzata. Għalhekk, Optruma għandha tintuża għall- kura ta’ l-osteoporożi u l-prevenzjoni tagħha, wara li l-kura għall-kanċer tas-sider, inkluża t-terapija miżjuda, tkun tlestiet.

Peress li l-informazzjoni dwar is-sigurtà fl-użu fl-istess żmien ta’ raloxifene u estroġeni sistemiċi hi limitata, dan l-użu mhux irrakkomandat.

Optruma mhix effettiva biex tnaqqas il-vażodilatazzjoni (fwawar) u sintomi oħra tal-menopawsa assoċjati ma’ defiċjenza ta’ l-estroġenu.

Optruma fih lactose. Pazjenti bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għal galactose, ta’ difett fil- Lapp lactase jew ta’ nuqqas fl-assorbiment ta’ glucose-galactose m’għandhomx jieħdu din il-mediċina.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

It-teħid konkomittanti ta’ calcium carbonate jew ta’ aluminium u magnesium hydroxide li jinstabu fil- mediċini kontra l-aċidu ta’ l-istonku, ma jaffetwax l-espożizzjoni sistemika ta’ raloxifene.

It-teħid ta’ raloxifene flimkien ma’ warfarin ma jbiddilx il-farmakokinetiċi ta’ l-ebda waħda minn dawn is-sustanzi. Madankollu, tnaqqis moderat fil-ħin tal-protrombina kien osservat, u jekk raloxifene jingħata flimkien ma’ warfarin jew ma xi derivattivi oħra tal-coumarin, il-ħin tal-protrombina jrid ikun immoniterjat. L-effetti fuq il-ħin tal-protrombina jistgħu jiżviluppaw tul diversi ġimgħat, jekk il-kura b’Optruma tinbeda f’pazjenti li diġa qegħdin fuq it-terapija antikoagulanti bil-coumarin.

Raloxifene m’għandhux effett fuq il- farmakokinetika ta’ methylprednisolone meta jingħata bħala doża waħda.

Raloxifene m’għandux effett fuq l-AUC fi stat stabbli ta’ digoxin. Is-Cmax ta’ digoxin żdiedet b’inqas minn 5%.

L-effett ta’ mediċini li jittieħdu flimkien fuq il-konċentrazzjonijiet ta’ raloxifene fil-plażma kienu evalwati fi provi ta’ prevenzjoni u kura. Prodotti mediċinali li jingħataw spiss inkludew paracetamol, is-sustanzi kontra l-infjammazzjoni li mhumiex sterojdi (bħal acethylsalicylic acid, ibuprofen u naproxen), l-antibijotiċi orali, l-antagonisti H1, l-antagonisti H2, u l-benzodijażepini. Ma kienx hemm effetti klinikament rilevanti bl-użu konkomittanti ta’ dawn is-sustanzi fuq il-konċentrazzjonijiet ta’ raloxifene fil-plażma.

L-użu konkomittanti tas-sustanzi vaġinali ta’ l-estroġenu tħalla fil-programm tal-prova klinika, jekk dan kien neċessarju biex jittratta s-sintomi ta’ l-atrofija vaġinali. Meta mqabbel mal-plaċebo ma kienx hemm żieda fl-użu fil-pazjenti li kienu ittrattati b’Optruma.

Raloxifene in vitro ma weriex interazzjoni ma’ l-irbit ta’ warfarin, phenytoin jew tamoxifen.

Raloxifene m’għandhux jingħata flimkien ma’ cholestyramine (jew xi reżini oħra tat-tip li jibdlu l- enajins), li jnaqqas b’mod sinifikanti l-assorbiment u ċ-ċiklu enteroepatiku ta’ raloxifene.

l-ogħla livelli ta’ raloxifene jitnaqqsu meta jingħata flimkien ma’ ampicillin. Madankollu, peress li l- ammont ġenerali ta’ raloxifene li jiġi assorbit u r-rata tat-tneħħija tiegħu ma jiġux effetwati, raloxifene jista’ jingħata flimkien ma’ampicillin.

Raloxifene jżid moderatament il-konċentrazzjonijiet tal-globulini li jaqbdu ma’ l-ormoni, inklużi l- glubulini li jaqbdu ma’ l-ormoni sesswali sterojdi (SHBG), il-globulina li taqbad ma’ l-ormon thyroxine (TBG) u l-globulina li taqbad mal-kortikosterojdi (CBG), b’żidiet korrispondenti fil- konċentrazzjonijiet totali ta’ l-ormoni. Dawn il-bidliet ma jeffetwawx il-konċentrazzjonijiet ta’ l- ormoni liberi, jiġifieri mhux marbuta.

4.6Fertilitá, tqala u treddigħ

Tqala

Optruma għandha tintuża biss fin-nisa wara l-menopawsa.

Optruma m’għandhiex tittieħed min-nisa li jistgħu joħorġu tqal. Raloxifene jista’ jikkawża ħsara lill- fetu jekk jingħata lill-mara tqila. Jekk dan il-prodott mediċinali jintuża bi żball waqt it-tqala, jew il- pazjenta toħroġ tqila waqt li qed tieħdu, il-pazjenta trid tkun informata bil-potenzjal tal-ħsara lill-fetu (ara sezzjoni 5.3).

Treddigħ

Mhux magħruf jekk raloxifene/metaboliti ta’ raloxifene joħorġux fil-ħalib tas-sider. Ma jistax jiġi eskluż xi riskju għat-tarbija. Għalhekk, l-użu kliniku tiegħu ma jistax ikun irrakkomandat fin-nisa li qegħdin ireddgħu. Optruma tista’ teffettwa l-iżvilupp tat-tarbija.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Dwar l-effett fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni, Raloxifene m’għandu ebda effett jew l-effett huwa negliġibbli.

4.8Effetti mhux mixtieqa

a. Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Mil-lat kliniku, l-aktar reazzjonijiet avversi importanti li ġew irrapportati fin-nisa wara l-menopawża kkurati b’Optruma kienu avvenimenti tromboemboliċi tal-vini (ara sezzjoni 4.4), li seħħew f’inqas minn 1 % tal-pazjenti kkurati.

b. Sommarju f’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi

It-tabella aktar ’l isfel turi r-reazzjonijiet avversi u l-frekwenzi li ġew osservati f’studji ta’ kura u prevenzjoni li involvew ’l fuq minn 13,000 mara wara l-menopawża flimkien mar-reazzjonijiet avversi li dehru f’rapporti wara li l-prodott tqiegħed fis-suq. It-tul taż-żmien tal-kura f’dawn l-istudji varja minn 6 sa 60 xahar. Il-maġġoranza tar-reazzjonijiet avversi normalment ma rrikjedux il-waqfien tat- terapija.

Il-frekwenzi mir-rapporti wara li l-prodott tqiegħed fis-suq ġew ikkalkulati minn studji kliniċi kkontrollati bil-plaċebo (li kellhom total ta’ 15,234 pazjent, 7601 fuq raloxifene 60 mg u 7633 fuq plaċebo) f’nisa wara l-menopawża b’osteoporożi li jew diġà kellhom mard koronarju tal-qalb (CHD) jew li kellhom żieda fir-riskju għal CHD, mingħajr ma tqabblu mal-frekwenzi ta’ avvenimenti avversi fil-gruppi li ġew mogħtija plaċebo.

F’pazjenti fejn Optruma intużat għall-prevenzjoni, kien hemm bżonn li titwaqqaf it-terapija minħabba xi reazzjoni avversa f’10.7% ta’ 581 pazjenta fuq Optruma u 11.1% ta’ 584 pazjenta fuq il-plaċebo.

F’dawk il-pazjenti li kienu qegħdin jieħdu Optruma bħala kura, kien hemm bżonn li titwaqqaf it- terapija minħabba kwalunkwe avveniment kliniku avvers, f’12.8% ta’ 2,557 pazjenta li kienu ittrattati b’Optruma u 11.1% ta’ 2,576 pazjenta ittrattati bil-plaċebo.

Ġiet użata s-sistema li ġejja bħala klassifikazzjoni tar-reazzjonijiet avversi: komuni ħafna (≥ 1/10), komuni (≥ 1/100, <1/10), mhux komuni (>1/1,000, <1/100), rari (>1/10,000, <1/1,000), rari ħafna (<1/10,000).

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

Mhux komuni:Tromboċitopenja a

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni: Uġigħ ta’ ras, inkluż l-emikranjaa

Mhux komuni: Attakki ta’ puplesija li kkawża l-mewt

Disturbi vaskulari

Komuni ħafna : Vażodilatazzjoni (fwawar)

Mhux komuni : Avvenimenti tromboemboliċi fil-vini, inkluża t-trombożi tal-vini fondi,l-emboliżmu pulmonari, it-trombożi tal-vina tar-retina, it-tromboflebite tal-vini superfiċjali,

Reazzjonijiet tromboemboliċi fl-arterjia

Distrubi gastro-intestinali

Komuni ħafna: Sintomi gastro-intestinalia bħal tqalligħ, rimettar, uġigħ addominali, dispepsja.

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Komuni: Raxxa

Disturbi muskolu-skeletali u tat-tessuti konnettivi

Komuni: Bugħawwiġijiet tar-riġlejn

Disturbi fis-sistema riproduttiva u fis-sider

Komuni: Sintomi ħfief fis-sidera bħal uġigħ, tkabbir u sensibilità

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata

Komuni ħafna : Sindromu ta’ l-influwenza

Komuni : Edema periferali

Investigazzjonijiet

Komuni ħafna:Żieda fil-pressjoni tad-demma

a Terminu(i) inkluż(i) ibbażat(i) fuq l-esperjenza wara li l-prodott tqiegħed fis-suq.

ċ. Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi partikulari

Meta mqabbel mal-plaċebo, l-okkorrenza tal-vażodilatazzjoni (il-fwawar) kienet moderatament aktar komuni fil-pazjenti fuq Optruma (il-provi kliniċi għal-prevenzjoni ta’ l-osteoporożi; minn 2 sa 8 snin wara l-menopawsa, 24.3% bl-Optruma u 18.2% bil-plaċebo, il-provi kliniċi għall-kura ta’ l- osteoporożi, età medja ta’ 66, 10.6% bl-Optruma u 7.1% bil-plaċebo). Din ir-reazzjoni avversa kienet l-aktar komuni fl-ewwel 6 xhur tal-kura, u f’każijiet rari okkorra de novo wara dan iż-żmien.

Fi studju ta’ 10,101 mara wara l-menopawża u li huwa dokumentat li għandhom mard tal-qalb koronarju jew li qegħdin f’riskju ogħla li jkollhom xi problemi koronarji (RUTH), l-okkorrenza tal- vażodilatazzjoni (il-fwawar) kienet ta’ 7.8% f’pazjenti kkurati b’raloxifene u ta’ 4.7% f’pazjenti kkurati bi plaċebo.

Tul il-provi kliniċi kollha ta’ raloxifene fl-osteoporożi, ikkontrollati bl-użu tal-plaċebo, l-avvenimenti tromboembolitiċi fil-vini, inklużi t-trombożi tal-vini fondi, l-emboliżmu pulmonari u t-trombożi tal- vina tar-retina, okkorrew bi frekwenza ta’ madwar 0.8% jew 3.22 każijiet għal kull 1,000 sena ta’ l- etajiet magħduda tal-pazjenti. Riskju relattiv ta’ 1.60 (CI 0.95, 2.71) kien osservat fil-pazjenti ittrattati bl-Optruma meta mqabbla ma’ dawk fuq il-plaċebo. Ir-riskju ta’ avvenimenttromboembolika kien l- akbar fl-ewwel erba’ xhur tat-terapija. It-tromboflebite tal-vini superfiċjali okkorriet bi frekwenza ta’ inqas minn 1%.

Fl-istudju kliniku RUTH, l-avvenimenti tromboembolitiċi fil-vini okkorrew bi frekwenza ta’ madwar 2.0% jew 3.88 każijiet għal kull 1,000 sena ta’ l-etajiet magħduda tal-pazjenti fil-grupp ta’ raloxifene u

1.4% jew 2.70 każijiet għal kull 1000 sena ta’ l-etajiet magħduda tal-pazjenti fil-grupp ta’ plaċebo. Ir- riskju ta’ komplikazzjonijiet għal każijiet kollha ta’ VTE fl-istudju RUTH kien ta’ HR= 1.44, (1.06 – 1.95). It-tromboflebite tal-vini superfiċjali okkorriet bi frekwenza ta’ 1% fil-grupp ta’ raloxifene u ta’ 0.6% fil-grupp ta’ plaċebo.

Fl-istudju kliniku RUTH, raloxifene ma kellux effett fuq l-inċidenza ta’ attakki ta’ puplesija, meta mqabbel ma’ plaċebo. Madankollu, kien hemm żieda fl-imwiet kawża ta’ attakk ta’ puplesija f’nisa li ġew mogħtija raloxifene. L-inċidenza ta’ mortalità minħabba attakk ta’ puplesija kienet ta’ 2.2 għal kull 1000 mara kull sena għal raloxifene kontra 1.5 għal kull 1000 mara kull sena għal plaċebo (ara sezzjoni 4.4). Meta reġgħu ġew eżaminati wara medja ta’ 5.6 snin, 59 (1.2 %) mara kkurati b’raloxifene mietu minħabba attakk ta’ puplesija meta mqabbla mad-39 (0.8 %) mara li mietu u li kienu kkurati bi plaċebo.

Reazzjoni avversa oħra kienu l-bugħawwiġijiet fir-riġlejn (5.5% għal Optruma, 1.9% għall-plaċebo fil- grupp tal-prevenzjoni u 9.2% għal Optruma, 6.0% għall-plaċebo fil-grupp tal-kura).

Fl-istudju kliniku RUTH, il-bugħawwiġijiet fir-riġlejn kienu osservati f’12.1% ta’ pazjenti kkurati b’raloxifene u f’8.3% ta’ pazjenti kkurati bi plaċebo.

Is-sindromu ta’ l-influwenza kien irrapportat f’16.2% f’dawk ittrattati bl-Optruma u 14% ta’ dawk il- pazjenti ittrattati bil-plaċebo.

Bidla oħra kienet innotata, li ma kenitx statistikament sinifikanti (p > 0.05), iżda li wriet inċidenza sinifikanti relatata mad-doża. Din kienet l-edema periferali li okkorriet fil-grupp ta’ prevenzjoni b’inċidenza ta’ 3.1% għal Optruma u 1.8% għall-plaċebo; u fil-grupp ta’ trattament l-inċidenza kienet ta’ 7.1% għall-Optruma u 6.1% għall-plaċebo.

Fl-istudju kliniku RUTH, l-edema periferali okkorriet f’14.1% ta’ pazjenti kkurati b’raloxifene u fi 11.7% ta’ pazjenti kkurati bi plaċebo u dan kien statistikament sinifikanti.

Ġie rrappurtat li l-għadd tal-plejtlits naqas ftit (6-10%) waqt il-kura b’raloxifene fi studji kliniċi kkontrollati bi plaċebo ta’ raloxifene fl-osteoporożi

Każijiet rari ta’ żidiet moderati fl-AST u/jew l-ALT kienu irrapportati meta r-relazzjoni kawżali ma’ raloxifene ma tistax tkun eskluża. Inċidenza simili ta’ żidiet kienet innotata fil-pazjenti fuq il-plaċebo.

Fi studju kliniku (RUTH) ta’ nisa wara l-menopawża u li huwa dokumentat li jbatu minn mard tal-qalb koronarju jew li qegħdin f’riskju ogħla li jkollhom xi problemi koronarji, reazzjoni avversa addizzjonali ta’ kolelitjażi seħħet f’3.3% ta’ pazjenti kkurati b’raloxifene u f’2.6% ta’ pazjenti kkurati bi plaċebo. Ir-rati ta’ koleċistektomija għal raloxefine (2.3%) ma kienux differenti b’mod statistikament sinifikanti minn dawk ta’ plaċebo (2.0%)

.

Optruma (n=317) kienet imqabbla ma’ terapija kontinwa (n=110) ta’ sostituzzjoni bl-ormoni (HRT) jew dik ċiklika (n=205) f’xi ftit provi kliniċi. L-inċidenza ta’ sintomi fis-sider u t-tnixxija ta’ demm mill-utru fin-nisa ittrattati b’raloxifene kienet inqas b’mod sinifikanti minn dawk in-nisa li ħadu tip jew ieħor tal-HRT.

Ir-reazzjonijiet avversi li ġew irrappurtati wara li l-prodott tpoġġa fuq is-suq huma ppreżentati fit- tabella hawn taħt.

4.9Doża eċċessiva

F’xi studji kliniċi, ġew mogħtija dożi sa 600 mg kuljum għal 8 ġimgħat u 120 mg għal 3 snin. Ma ġie rrapportat ebda każ ta’ doża eċċessiva b’raloxifene waqt l-istudji kliniċi.

Fl-adulti, sintomi ta’ bugħawwiġijiet fir-riġlejn u sturdament ġew irrapportati f’pazjenti li f’doża orali waħda ħadu iżjed minn 120mg.

L-ogħla doża rrapportata fit-tfal iżgħar minn sentejn li bi żball ħadu doża eċċessiva kienet ta’ 180 mg. Is-sintomi fit-tfal li bi żball ħadu doża eċċessiva jinkludu ataksja, sturdament, rimettar, raxx, dijarrea, tregħid u ħmura fil-wiċċ u żieda f’alkaline phosphatase.

L-ogħla doża eċċessiva kienet ta’ madwar 1.5 grammi. Ma ġewx irrapportati mwiet assoċjati ma’ doza eċċessiva.

M’hemmx antidot speċifiku għal raloxifene hydrochloride.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Grupp farmako-terapewtiku: Modulatur Selettiv għar-Riċetturi ta’ l-Estroġenu (SERM). Kodiċi ATC:

G03XC01.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni u Effett farmakodinamiku

Bħala modulatur selettiv għar-riċetturi ta’ l-estroġenu (SERM), raloxifene għandu attivitajiet selettivi agonistiċi jew antagonistiċi, fuq it-tessuti li jirrispondu għall-effett ta’ l-estroġenu. Jaġixxi bħala agonista fuq l-għadam u parzjalment fuq il-metaboliżmu tal-kolesterol (tnaqqis fil-kolesterol totali u dak LDL), iżda mhux fuq l-ipotalamus jew fuq it-tessuti ta’ l-utru jew tas-sider.

l-effetti bijoloġiċi ta’ raloxifene, bħal dawk ta’ l-estroġenu, jiġru permezz ta’ l-affinità għolja għall- irbit mar-riċetturi ta’ l-estroġenu u tar-regolazzjoni ta’ l-espressjoni tal-ġene. Dan l-irbit jirriżulta f’espressjoni li tvarja minn tessut għall-ieħor fuq il-ġeni multipli irregolati mill-estroġenu. L- informazzjoni tindika li r-riċettur ta’ l-estroġenu jista’ jirregola l-espressjoni tal-ġene b’mhux inqas minn żewġ metodi differenti li huma speċifiċi għal-ligand, għat-tessut u/jew għall-ġene.

a)Effetti skeletrali

It-tnaqqis fid-disponibbiltà ta’ l-estroġenu li jseħħ fil-menopawsa, jwassal għal żidiet sostanzjali fit- tmermir ta’ l-għadam, it-telf ta’ l-għadam u r-riskju ta’ ksur. It-telf ta’ l-għadam huwa partikolarment mgħaġġel fl-ewwel 10 snin wara l-menopawsa meta il-kumpens biż-żieda fil-formazzjoni ta’ l-għadam ma jkunx biżżejjed biex ilaħħaq ma’ l-ammont li qiegħed jintilef. Fatturi oħra ta’ riskju li jistgħu jwasslu għall-iżvilupp ta’ l-osteoporożi jinkludu l-menopawsa minn kmieni, l-ostejopenja (mhux anqas minn 1 SD ’l isfel mill-ogħla massa ta’ l-għadam); statura rqiqa tal-ġisem, oriġini etnika Kawkasja jew Asjatika, u passat mediku fil-familja ta’ osteoporożi. Terapiji ta’ sostituzzjoni ġeneralment ireġġgħu lura t-tmermir eċċessiv ta’ l-għadam. Fin-nisa wara l-menopawsa li għandhom l-osteoporożi, Optruma tnaqqas l-inċidenza ta’ ksur tal-vertebri, tippriserva l-massa ta’ l-għadam u żżid id-densità minerali ta’ l-għadam (BMD).

Ibbażati fuq dawn il-fatturi ta’ riskju, il-prevenzjoni ta’ l-osteoporożi bl-Optruma hija indikata Għan- nisa fi żmien għaxar snin mill-menopawsa, li jkollhom il-BMD ta’l-ispina bejn 1.0 u 2.5 SD aktar baxx mill-valur medju tal-popolazzjoni normali żagħżugħa, meta jitqies ir-riskju għoli ta’ ksur osteoporotiċi tul ħajjithom. Hekk ukoll Optruma hija indikata għall-kura ta’ l-osteoporożi jew l- osteoporożi stabbilita f’nisa li għandhom ksur tal-vertebri 2.5 SD aktar baxx mill-valur medju ta’ popolazzjoni normali żagħżugħa u/jew dawk bil-ksur tal-vertebri, irrespettivamentmill-BMD.

i) L-inċidenza ta’ ksur: Fi studju fuq 7,705 nisa wara l-menopawsa ta’ età medja ta’ 66 sena li għandhom l-osteoporożi jew l-osteoporożi bi ksur eżistenti, il-kura b’Optruma għal 3 snin naqqset l- inċidenza ta’ ksur tal-vertebri b’47% (RR 0.53, CI 0.35 0.79; p < 0.001) u 31% (RR 0.69, CI 0.56,

0.86; p < 0.001), rispettivament. Ħamsa u erbgħin mara bl-osteoporożi jew 15-il mara bl-osteoporożi u bi ksur eżistenti jkunu jeħtieġu l-kura b’Optruma għal 3 snin biex jiġi evitat każ wieħed jew aktar ta’ ksur tal-vertebri. Il-kura b’Optruma għal 4 snin tnaqqas l-inċidenza ta’ ksur tal-vertebri b’46% (RR 0.54, CI 0.38, 0.75) u 32% (RR 0.68, CI 0.56, 0.83) f’pazjenti bl-osteoporożi jew l-osteoporożi bi ksur eżistenti, rispettivament. Fir-raba’ sena biss, Optruma naqqset ir-riskju ta’ ksur ġdid tal-vertebri b’39% (RR 0.61, CI 0.43, 0.88). Effett fuq ksur li m’huwiex tal-vertebri ma ġiex evidenzjat. Mir-raba’ sat- tmien sena, il-pazjenti setgħu jieħdu wkoll bisphosphonates, calcitonin u fluorides u l-pazjenti kollha f’dan l-istudju ngħataw supplimenti tal-calcium u tal-vitamina D.

Fl-istudju kliniku RUTH, il-ksur kliniku kollu kien miġbur bħala riżultat finali sekondarju. Optruma naqqset l-inċidenza ta’ ksur kliniku tal-vertebri b’35% meta mqabbla ma’ plaċebo (HR 0.65, CL 0.47

0.89). Dawn ir-riżultati setgħu ġew imfixkla minħabba differenzi fil-linji bażi tal-BMD u tal-ksur tal- vertebri. Ma kien hemm ebda differenza bejn il-gruppi taħt kura, fl-inċidenza ta’ ksur ġdid li ma kienx

tal-vertebri. Matul it-terminu kollu ta’ l-istudju kien permess l-użu konkomitanti ta’ medikazzjonijiet oħra li jaġixxu fuq l-għadam.

ii)Id-Densità Minerali ta’ l-Għadam (BMD): L-effikaċja ta’ Optruma darba kuljum fin-nisa wara l- menopawsa ta’ eta sa 60 sena, kemm f’dawk li għandhom u dawk li m’għandhomx utru, kienet stabbilita fuq perijodu ta’ kura ta’ sentejn. In-nisa kienu ilhom minn 2 sa 8 snin bil-menopawsa. Tliet provi inkludew 1,764 mara wara l-menopawża li kienu ikkurati b’Optruma u calcium, jew il-plaċebo flimkien ma’ calcium. F’waħda minn dawn il-provi in-nisa kienu għaddew minn isterektomija qabel. Optruma kkawżat żidiet sinifikanti fid-densita ta’ l-għadma tal-ġenbejn u ta’ l-ispina, kif ukoll fil- massa minerali tal-ġisem kollu meta mqabbla mal-plaċebo. Din iż-żieda kienet ġeneralment waħda ta’

2 % fil-BMD, komparata mal-plaċebo. Żieda simili fil-BMD dehret fil-grupp tal-kura li rċevew Optruma għal perijodu ta’ 7 snin. Fil-provi tal-prevenzjoni, il-perċentaġġ ta’ individwi li kellhom żieda jew tnaqqis fil-BMD waqt it-terapija b’raloxifene kienu: fil-każ ta’ l-ispina 37% tnaqqis u 63%

żieda; u għall-għadam sħiħ tal-ġenbejn 29% tnaqqis u 71% żieda.

iii)Il-kinetiċi tal-calcium. Optruma u l-estroġenu jeffetwaw bl-istess mod ir-rimodellar ta’ l-għadam u l-metaboliżmu tal-calcium. Optruma kienet assoċjata ma’ tnaqqis fit-tmermir ta’ l-għadam u ċaqlieq medju u pożittiv fil-bilanċ tal-calcium ta’ 60 mg kuljum, dovut primarjament għat-tnaqqis fit-telf ta’ calcium fl-awrina.

iv)Ħistomorfometrija (il-kwalità ta’ l-għadam). Fi studju fejn Optruma kienet imqabbla ma’ l- estroġenu, l-għadam ta’ pazjenti ikkurati b’kull wieħed minn dawn il-prodotti mediċinali kien normali ħistoloġikament, mingħajr evidenza ta’ difetti fil-mineraliżżazjoni, għadam minsuġ u fibrożi tal- mudullun.

Raloxifene inaqqas it-tneħħija ta’ l-għadam; dan l-effett fuq l-għadam jidher bħala tnaqqis fis-serum u fl-awrina tal-livelli ta’ sustanzi li jimmarkaw il-bidla fl-għadam fis-seru tad-demm u fl-awrina, tnaqqis fit-tmermir ta’ l-għadam ibbażat fuq studji kinetiċi ta’ calcium radjuattiv, żidiet fil-BMD u tnaqqis fl- inċidenza ta’ ksur.

b)Effetti fuq il-metaboliżmu tal-lipidi u r-riskju kardjovaskulari

Provi kliniċi wrew li t-teħid ta’ doża ta’ Optruma f’doża ta’ 60 mg kuljum ta’ naqqset b’mod sinifikanti il-kolesterol totali (b’3 sa 6%) u l-kolesterol LDL (b’4 sa 10%). Nisa li kellhom l-ogħla livelli ta’ kolesterol fil-linja bażi, kellhom l-akbar tnaqqis. Il-konċentrazzjonijiet tal-kolesterol HDL u t-trigliċeridi ma’ nbidlux b’mod sinifikanti. Wara 3 snin ta’ terapija Optruma naqqset il-fibrinoġen

(6.71%). Fl-istudju dwar il-kura ta’ l-osteoporożi, numru sinifikantement inqas ta’ pazjenti ikkurati b’Optruma kellhom bżonn li jinbdew fuq terapija biex jitbaxxa l-livell tax-xaħam fid-demm, meta mqabbla ma’ dawk fuq il-plaċebo.

It-terapija b’Optruma għal 8 snin ma effetwatx b’mod sinifikanti r-riskju ta’ avvenimenti kardjovaskulari f’pazjenti involuti fl-istudju dwar il-kura ta’ l-osteoporożi. L-istess fl-istudju kliniku RUTH, raloxifene meta mqabbel ma’ plaċebo, ma effettwax l-inċidenza ta’ attakki ta’ qalb, ta’ bżonn li wieħed jidħol l-isptar minħabba sindromu koronarju akut, ta’ attakk ta’ puplesija, jew ta’mortalità in ġenerali inkluż l-imwiet kardjovaskulari kollu, (għaż-żieda fir-riskju ta’ puplesija fatali ara sezzjoni 4.4)

Ir-riskju relattiv ta’ avvenimenti tromboembolitiċi fil-vini osservati waqt il-kura b’raloxifene kien 1.60 (CI 0.95, 2.71) meta mqabbel ma’ dak tal-plaċebo u kien 1.0 (CI 0.3, 6.2) meta mqabbel mat-terapija bl-estroġenu jew mat-terapija ta’ sostituzzjoni ta’ l-ormoni. Ir-riskju ta’ avveniment tromboemboliku kien l-akbar fl-ewwel erba’ xhur tat-terapija.

c)Effetti fuq l-endometriju u l-qiegħ tal-pelvis

Fi provi kliniċi, Optruma ma stimulatx l-endometriju ta’ l-utru fil-perijodu ta’ wara l-menopawsa. Meta mqabbel mal-plaċebo, raloxifene ma kienx assoċjat ma’ tbabar jew tnixxija ta’ demm, jew ħxuna ta’ l-endometriju. Kważi 3,000 eżami transvaġinali li saru bl-ultrasawnd (TVU) fuq 831 pazjenta,

kienu evalwati fil-gruppi kollha ta’ dożaġġi differenti. In-nisa kkurati b’raloxifene kellhom konsistentement ħxuna ta’ l-endometriju li ma kenitx tintgħaraf minn dik bil-plaċebo. Wara 3 snin ta’ kura, mhux inqas minn 5 mm żieda fil-ħxuna ta’ l-endometriju, kif assessjat bl-ultrasawnd transvaġinali, kien osservat f’1.9% ta’ 211-il mara, ikkurati b’60 mg raloxifene kuljum meta mqabbla ma’ 1.8% ta’ 219-il mara li rċevew il-plaċebo. Ma kienx hemm differenzi bejn il-grupp ikkurat b’raloxifene u l-grupp li ħadu l-plaċebo, fl-inċidenza ta’ tnixxija ta’ demm mill-utru, li ġiet irrappurtata.

Bijopsiji ta’ l-endometriju meħudin wara terapija ta’ 60 mg ta’ Optruma kuljum għal sitt xhur, urew endometriju mhux proliferattiv fil-pazjenti kollha. Barra minn hekk, fi studju fejn id-doża ta’ Optruma kienet 2.5 drabi akbar minn dik irrakkomandata li għandha tittieħed kuljum, ma kienx hemm evidenza ta’ proliferazzjoni ta’ l-endometriju,u anqas żieda fil-volum ta’ l-utru.

Fil-prova dwar il-kura ta’ l-osteoporożi il-ħxuna ta’ l-endometriju kienet evalwata kull sena fi grupp, fi

ħdan il-grupp kollu nvolut (1,644 pazjenti), għal 4 snin. Il-kejl tal-ħxuna ta’ l-endometriju fin-nisa ikkurati b’Optruma ma kienx differenti mill-linja bażi wara 4 snin ta’ terapija. Ma kien hemm l-ebda differenza bejn dawk in-nisa ikkurati b’Optruma u dawk li ħadu l-plaċebo fl-inċidenza ta’ fsada mill- vaġina (tbabar) jew tisfija vaġinali. Kien hemm inqas nisa minn dawk ikkurati b’Optruma milli nisa li ħadu l-plaċebo li kellhom bżonn xi intervent kirurġiku għall-prolass ta’ l-utru. L-informazzjoni dwar is-sigurtà wara 3 snin ta’ kura b’raloxifene, tissuġġerixi li l-kura b’raloxifene ma żżidx id-dgħjufija tal-qiegħ tal-pelvis u anqas l-interventi kirurġiċi biex isaħħu dan.

Wara 4 snin, raloxifene ma żiedx ir-riskju ta’ kanċer ta’ l-endometriju jew ta’ l-ovarji. Fin-nisa wara l-menopawsa li ħadu il-kura b’raloxifene għal 4 snin, il-qarnit beninju tal-endometriju kienu irrapportati f’0.9% meta mqabbel ma’ 0.3% f’nisa li ħadu il-kura bil-plaċebo.

d)Effetti fuq it-tessut tas-sider

Optruma ma jistimulax it-tessut tas-sider. Fil-firxa kollha tal-provi kliniċi, ikkontrollati bil-plaċebo, l- Optruma ma setax jingħaraf mill-plaċebo rigward il-frekwenza u severità tas-sintomi fis-sider (ebda nefħa, tenerezza u uġigħ fis-sider).

Tul l-4 snin tal-prova rigward il-kura ta’ l-osteoporożi (li nvolviet 7705 pazjenti), il-kura b’Optruma meta mqabbla mal-plaċebo naqqset ir-riskju totali ta’ kanċer tas-sider b’62%, (RR 0.38, CI 0.21, 0.69) u r-riskju ta’ kanċer mifrux tas-sider li jinfirex b’71% (RR 0.29, CI 0.13, 0.58) u r-riskju ta’ kanċer tas-sider li jinfirex li hu pożittiv għar-riċettur ta’ l-estroġenu (ER) b’79% (RR 0.21, CI 0.07, 0.50). Optruma m’għandha ebda effett fuq ir-riskju ta’ kanċer tas-sider li huwa negattiv għall-ER. Dawn l- osservazzjonijiet isaħħu l-konklużjoni li raloxifene m’għandu l-ebda attività intrinsika ta’ natura agonistika għall-estroġenu fuq fit-tessut tas-sider.

e)Effetti fuq il-funzjoni konjittiva

Ma nstabux effetti avversi fuq il-funzjoni konjittiva.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Raloxifene jiġi assorbit malajr wara t-teħid orali. Madwar 60% ta’ doża orali tiġi assorbita. Qabel ma jidħol fiċ-ċirkolazzjoni sistemika jkun hemm glukuronidazzjoni estensiva. Il-bijodisponibbiltà assoluta ta’ raloxifene hija ta’ 2%. Il-ħin biex tintlaħaq il-konċentrazzjoni massima medja fil-plażma u l-bijodisponibbiltà huma funzjonijiet tal-bidla li ssir fiċ-ċirkolazzjoni sistemika u ċ-ċiklu enteroepatiku ta’ raloxifene u l-metaboli glukuronidi tiegħu.

Distribuzzjoni

Raloxifene jinfirex estensivament fil-ġisem. Il-volum tad-distribuzzjoni ma jiddependix mid-doża. Raloxifene jintrabat sew mal-proteini tal-plażma (98 sa 99%).

Bijotrasformazzjoni

Permezz ta’ metaboliżmu first pass, Raloxifene jinbidel estensivament f’derivattivi glukuronidi: raloxifene-41-glucuronide, raloxifene-6-glucuronide u raloxifene-6,41-diglucuronide. Ma nstabux metaboli oħra. Raloxifene jagħmel inqas minn 1% tal-konċentrazzjonijiet ta’ raloxifene u l-metaboli glukuronidi flimkien. Il-livelli ta’ raloxifene jinżamm permezz tar-reċiklar enteroepatiku, li jirriżulta f’half-life fil-plażma ta’ 27.7 sigħat.

Ir-riżultati minn dożi singoli orali ta’ raloxifene jintużaw biex jitbassar il-komportament farmakokinetiku ta’ dożi multipli. Żidiet fid-dożi ta’ raloxifene jirriżultaw f’żieda fl-erja taħt il-kurva tal-ħin u l-konċentrazzjoni fil-plasma (AUC) li hija ftit anqas minn żieda proporzjonali .

Eliminazzjoni

Il-parti l-kbira tad-doża ta’ raloxifene u l-metaboli glukuronidi jitneħħew mill-ġisem fi żmien 5 ijiem u jinsabu primarjament fl-ippurgar, b’inqas minn 6% imneħħija fl-awrina.

Gruppi speċjali ta’ pazjenti

L-insuffiċjenza tal-kliewi – Inqas minn 6% tad-doża totali titneħħa mill-ġisem fl-awrina. Fi studju farmakokinetiku li sar fuq grupp ta’ nies, tnaqqis ta’ 47% fit-tneħħija tal-krejatinina, meta jitqies il-piż tal-ġisem mingħajr it-tessut xaħmi, irriżulta f’17% tnaqqis fit-tneħħija ta’ raloxifene u 15% tnaqqis fit- tneħħija tal-konjugi ta’ raloxifene.

l-insuffiċjenza tal-fwiedIl-farmakokinetika ta’ doża waħda ta’ raloxifene f’pazjenti b’ċirrożi u b’indeboliment moderat tal-fwied (Klassi A Child-Pugh) kien imqabbel ma’ dak ta’ individwi b’saħħithom. Il-konċentrazzjonijiet ta’ raloxifene fil-plażma kienu bejn wieħed u ieħor 2.5 drabi ogħla mill-kontrolli u kienu jikkorrelaw mal-konċentrazzjonijiet tal-bilirubin.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà tal-mediċina

Fi studju li sar fuq il-firien, dwar il-karċinoġeniċita`, li dam sejjer sentejn, żieda fl-inċidenza ta’ tumuri ta’ l-ovarji ta’ oriġini taċ-ċelluli tal-granuloża /tat-teka, kienet innotata fl-annimali ta’ sess femminil li

ħadu dożi kbar (279 mg/kg/jum). L-espożizzjoni sistemika (AUC) ta’ raloxifene f’dan il-grupp kien bejn wieħed u ieħor 400 darba akbar minn dik li tintlaħaq fin-nisa ta’ wara l-menopawsa li jieħdu doża ta’ 60 mg. Fi studju li sar fuq il-ġrieden dwar il- karċinoġeniċita`, li dam sejjer ta’ 21 xahar, kien hemm żieda fl-inċidenza ta’ tumuri taċ-ċelluli interstizjali tat-testikoli, adenomi tal-prostata u adenokarċinomi fl-annimali ta’ sess maskil, meta ngħataw 41 jew 210 mg/kg,, u l-lejomajoblastoma tal-prostata fl-annimali ta’ sess maskil li ngħataw 210 mg/kg. Fil-ġrieden ta’ sess femminil, iż-żieda fl-inċidenza tat-tumuri tal-ovarji f’annimali li ngħataw 9 sa 242 mg/kg (0.3 sa 32 darba l-AUC fil- bniedem), kienet f’tumuri beninji u malinni ta’ oriġini taċ-ċelluli tal-granuloża / tat-teka u tumuri beninji ta’ oriġini taċ-ċelluli epitiljali. Il-mammali gerriema ta’ sess femminil f’dawn l-istudji kienu ittrattati waqt il-ħajja riproduttiva tagħhom, meta l-ovarji kienu jiffunzjunaw u jirrispondu ferm għall- istimuli ormonali. F’kuntrast ma’ dan il-mudell tal-mammali gerriema fejn l-ovarji jirrispondu ferm, l-ovarja umana, wara l-menopawsa, ma tirrispondix relattivament għal stimuli ormonali riproduttivi.

Raloxifene ma kienx ġenotossiku f’ebda waħda minn serje estensiva ta’ sistemi ta’ testijiet li ntużaw.

L-effetti riproduttivi u dawk fuq l-iżvilupp, osservati fl-annimali, huma konsistenti mal-profil farmakoloġiku magħruf ta’ raloxifene. F’dożi ta’ 0.1 sa 10 mg/kg/jum fil-firien ta’ sess femminil, Raloxifene fixkel iċ-ċiklu estrous fil-firien ta’ sess femminil waqt il-kura, iżda ma ttardjax it-tgħammir fertili wara li twaqqaf il-kura, u naqqas bi ftit biss id-daqs tal-boton, żied it-tul ta’ żmien tat-tqala, u biddel iż-żmien fl-avvenimenti ta’ l-iżvilupp tal-wild. Meta ngħata fil-perijodu ta’ qabel il-bajda iffertiliżżata teħel mal-ħajt tal-ġuf, raloxifene ittardja u ħarbat il-proċess ta’ twaħħil ta’ l-embriju li rriżulta f’perijodu itwal ta’ tqala u tnaqqis fid-daqs tal-boton, iżda m’effetwax l-iżvilupp ta’ l-annimal

mit-twelid sa kemm infatam. Studji teratoġeniċi saru fuq il-fniek u l-firien. Fil-fniek, l-abort u rata

baxxa ta’ difetti fis-septum li jifred il-ventrikoli tal-qalb (≥ 0.1 mg/kg), u l-idroċefalija (≥ 10 mg/kg) kienu innotati. Fil-firien kien hemm ittardjar ta’ l-iżvilupp tal-fetu, kustilji mgħawwġa u kavitajiet fil-

kliewi (≥ 1 mg/kg).

Raloxifene huwa anti-estroġenu qawwi għall-utru tal-far u waqqaf l-iżvilupp ta’ tumuri tas-sider, li huwa dipendenti fuq l-estroġenu, fil-firien u l-ġrieden.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ sustanzi mhux attivi

Il-Qalba tal-pillola:

Povidone,

Polysorbate 80

Anhydrous lactose

Lactose monohydrate

Crospovidone

Magnesium stearate

Ir-Rita tal-pillola:

Titanium dioxide (E171)

Polysorbate 80

Hypromellose

Macrogol 400

Carnauba wax

Linka:

Shellac

Propylene glycol

Indigo carmine (E132).

6.2Inkompatibbilitajiet

Ma jgħoddx f’dan il-każ.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fil-pakkett oriġinali. Tiffriżahx.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Il-pilloli ta’ Optruma jiġu fil-folji ta’ PVC/PE/PCTFE jew fil-fliexken tal-polyethylene ta’ densità għolja. Il-kaxex tal-folji fihom 14, 28 jew 84 pilloli. Il-fliexken huma ta’ 100 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Eli Lilly Nederland B.V.

Papendorpseweg 83

3528 BJ Utrecht

L-Olanda

8.NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/98/074/001

EU/1/98/074/002

EU/1/98/074/003

EU/1/98/074/004

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data ta’ l-ewwel awtorizzazzjoni: 5 Awwissu 1998

Data ta’ l-aħħar tiġdid: 8 ta’ Awwissu 2008

10.DATA TA' REVIŻJONI TAT-TEST

JJ xahar SSSS

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati