Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Oslif Breezhaler (indacaterol maleate) – Fuljett ta’ tagħrif - R03AC18

Updated on site: 18-Sep-2017

Isem tal-MediċinaOslif Breezhaler
Kodiċi ATCR03AC18
Sustanzaindacaterol maleate
ManifatturNovartis Europharm Ltd.  

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Oslif Breezhaler 150 mikrogramma trab li jittieħed man-nifs, kapsuli iebsa Oslif Breezhaler 300 mikrogramma trab li jittieħed man-nifs, kapsuli iebsa

Indacaterol

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Oslif Breezhaler u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Oslif Breezhaler

3.Kif għandek tuża Oslif Breezhaler

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Oslif Breezhaler

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Oslif Breezhaler u għalxiex jintuża

X'inhu Oslif Breezhaler

Oslif Breezhaler fih is-sustanza attiva indacaterol li tagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa bronkodilataturi. Meta tiġbidha man-nifs, din il-mediċina tirrilassa l-muskoli tal-ħitan tal-passaġġi ż- żgħar tal-arja fil-pulmuni. Dan jgħin ħalli jinfetħu l-passaġġi tal-arja, u b'hekk tkun tista' tieħu n-nifs u toħorġu b’aktar faċilità.

Għalxiex jintuża Oslif Breezhaler

Oslif Breezhaler jintuża sabiex jgħin lil pazjenti adulti li għandhom diffikultajiet biex jieħdu n-nifs minħabba mard fil-pulmun imsejjaħ mard pulmonari ostruttiv (COPD) biex jieħdu n-nifs b’ħeffa. F’pazjenti b’COPD il-muskoli madwar il-passaġġi tal-arja jidjiequ. Dan joħloq diffikultà biex jittieħed in-nifs. Minħabba f’hekk isir diffiċli biex dak li jkun jieħu n-nifs. Din il-mediċina tirrilassa dawn il-muskoli fil-pulmun, b’hekk tgħin biex l-arja tidħol fil-pulmun u toħroġ mill-pulmun.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tuża Oslif Breezhaler

Tużax Oslif Breezhaler

jekk inti allerġiku għal indacaterol jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tuża Oslif Breezhaler

jekk tbati bl-ażma (f’dan il-każ m’għandekx tuża Oslif Breezhaler).

jekk għandek problemi fil-qalb.

jekk tbati minn epilessija.

jekk għandek problemi fil-glandola tat-tirojde (tirotossikożi).

jekk għandek id-dijabete.

Waqt li qed tieħu l-kura b’Oslif Breezhaler,

Ieqaf ħu l-mediċina u għid minnufih lit-tabib tiegħek jekk tħoss tagħfis f’sidrek, sogħla, tħarħir jew qtugħ ta’ nifs eżatt wara li tkun użajt il-mediċina. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ kundizzjoni msejħa spażmi tal-bronki.

Għid minnufih lit-tabib tiegħek jekk is-sintomi tiegħek tas-COPD (qtugħ ta’ nifs, tħarħir, sogħla) ma jmorrux għall-aħjar jew imorru għall-agħar.

Tfal u adolexxenti

Oslif Breezhaler m’għandux jingħata lil tfal jew lil adoloxxenti ta’ taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Oslif Breezhaler

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

B’mod speċjali, jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk qed tuża:

mediċini minħabba problemi tan-nifs li jixbhu lil Oslif Breezhaler (jiġifieri mediċini bħalma huma salmeterol u formoterol). Jista’ jkun hemm ċans akbar li jkollok effetti sekondarji.

mediċini msejħa imblukkaturi beta li jintużaw għall-pressjoni għolja tad-demm jew għal problemi oħrajn tal-qalb (bħall-propranolol), jew għal problemi tal-għajn msejħa glawkoma (bħat- timolol).

mediċini li jbaxxu l-ammont ta’ potassju fid-demm tiegħek. Dawn jinkludu:

o

sterojdi (eż. prednisolone),

o

dijuretiċi (pilloli tal-pipì) użati għall-pressjoni għolja tad-demm bħall-

 

hydrochlorothiazide,

o

mediċini minħabba problemi tan-nifs bħat-theophylline.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’għandekx tuża Oslif Breezhaler sakemm ma jgħidlekx biex tagħmel dan it-tabib.

Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Mhuwiex komuni li Oslif Breezhaler jaffettwa l-ħila tiegħek li ssuq u li tħaddem magni.

Oslif Breezhaler fih il-lactose

Din il-mediċina fiha l-lactose (zokkor tal-ħalilb). Jekk it-tabib qallek li inti intolleranti għal xi tipi ta’ zokkor, kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża din il-mediċina.

3.Kif għandek tuża Oslif Breezhaler

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kemm għandek tuża Oslif Breezhaler

Id-doża normali hi li tiġbed man-nifs il-kontenut ta’ kapsula waħda kuljum. It-tabib tiegħek jista' jgħidlek biex tuża kapsula ta’ 150 mikrogramma jew kapsula ta’ 300 mikrogramma skont il-kundizzjoni tiegħek u skont kif tirrispondi għall-kura. Tużax aktar milli jgħidlek tuża t-tabib tiegħek.

Uża l-inhaler tiegħek kuljum fl-istess ħin, l-effetti jibqgħu għal 24 siegħa. Dan jiżgura li dejjem hemm biżżejjed mediċina fil-ġisem tiegħek biex tgħinek tieħu n-nifs b’aktar faċilità matul il- ġurnata u l-lejl. Dan jgħinek ukoll tiftakar tużah.

Kif għandek tuża Oslif Breezhaler

F’dan il-pakkett, se ssib inhaler u kapsuli (f'folji) li fihom il-mediċina bħala trab li jittieħed man-nifs. Bl-inhaler Oslif Breezhaler tkun tista’ tieħu l-mediċina li hemm fil-kapsula man-nifs.

Uża dawn il-kapsuli mal-inhaler li hawn f’dan il-pakkett biss (l-inhaler Oslif Breezhaler). Il- kapsuli għandhom jinżammu fil-folja sakemm ma jasalx il-bżonn li tużahom.

Meta tiftaħ pakkett ġdid, uża l-inhaler Oslif Breezhaler il-ġdid misjub fil-pakkett.

Armi l-inhaler wara 30 ġurnata minn meta tkun bdejt tużah.

Tiblax il-kapsuli.

Jekk jogħġbok aqra l-istruzzjonijiet lejn tmiem dan il-fuljett għal aktar tagħrif dwar kif għandek tuża l-inhaler.

Jekk tuża Oslif Breezhaler aktar milli suppost

Jekk ġbidt wisq Oslif Breezhaler jew jekk xi ħaddieħor juża l-kapsuli tiegħek, kellem minnufih lit- tabib tiegħek jew mur fl-eqreb ċentru ta' emerġenza. Uri l-pakkett ta’ Oslif Breezhaler. Jista’ jkollok bżonn ta’ attenzjoni medika. Tista’ tinnota li qalbek qed tħabbat b’aktar ħeffa minn qabel, jew jista’ jkollok uġigħ ta’ ras, tħossok stordut, tħossok imdardar jew ikollok tirremetti.

Jekk tinsa tuża Oslif Breezhaler

Jekk tinsa tiġbed xi doża, iġbed doża waħda man-nifs fil-ħin tas-soltu tal-għada. M’għandekx tiġbed doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Kemm għandek tibqa’ għaddej bil-kura b’Oslif Breezhaler.

Ibqa’ uża l-kura li ngħatatlek b’Oslif Breezhaler sakemm jgħidlek it-tabib tiegħek.

Is-COPD hija marda fit-tul u għandek tuża Oslif Breezhaler kuljum u mhux biss meta jkollok problemi tan-nifs jew sintomi oħrajn marbuta mas-COPD.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kemm għandek tibqa’ għaddej tieħu Oslif Breezhaler, kellem lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

sintomi jixbhu lil dawk ta’ riħ. Jista’ jkollok dawn kollha li ġejjin jew ħafna minnhom: griżmejk juġgħuk, flissjoni, imnieħrek misdud, għatis, sogħla, uġigħ ta’ ras.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

Uħud mill-effetti sekondarji jafu jkunu gravi. Kellem minnufih lit-tabib tiegħek

jekk tħoss tagħfis f’sidrek, (komuni).

jekk ikollok livelli għoljin ta’ zokkor fid-demm tiegħek (dijabete). Tħossok għajjien, b’ħafna ġuħ u għatx (mingħajr ma żżid il-piż) u qed tgħaddi aktar awrina mis-soltu (komuni).

iekk ikollok qalbek tħabbat b’mod irregolari (mhux komuni).

jekk ikollok sintomi ta’ reazzjoni allerġika bħal raxx, ħakk, urtikarja, diffikultà biex tieħu nifs jew biex tibla', sturdament (mhux komuni).

jekk ikollok diffikultà tieħu n-nifs, bi tħarħir jew sogħla (mhux komuni).

Effetti sekondarji oħrajn jistgħu jkunu:

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw lil aktar minn persuna waħda f’kull 10)

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw persuna waħda f’kull 10)

tħoss pressjoni jew uġigħ f’ħaddejk jew fuq ġbinek (infjammazzjoni tas-sinus)

flissjoni

sogħla

griżmejk juġgħuk

uġigħ ta’ ras

sturdament

palpitazzjonijiet

spażmi fil-muskoli

idejn, għaksijiet u saqajn minfuħin (edima)

ħakk/raxx

uġigħ fis-sider

uġigħ fil-muskoli, fl-għadam jew fil-ġogi

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw persuna waħda f’kull 100)

taħbit mgħaġġel tal-qalb

textix jew tnemnim

uġigħ fil-muskoli

Uħud kultant jisogħlu ftit wara li jkunu ħadu l-mediċina man-nifs. Is-sogħla hija sintomu komuni tas- COPD. Jekk tibda tisgħol ftit wara li tkun ħadt il-mediċina man-nifs, tinkwetax. Iċċekkja l-inhaler tiegħek biex tara jekk il-kapsula tbattlitx u li ħadt id-doża sħiħa. Jekk il-kapsula tbattlet, m’għandekx għalfejn tinkwieta. Jekk il-kapsula ma tbattletx allura erġa’ iġbed nifs ieħor kif spjegat.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Oslif Breezhaler

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara “EXP”. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità u oħorġu eżatt qabel ma tużah. Tużax din il-mediċina jekk tinnota li l-pakett imqatta’ jew imbagħbas.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X'fih Oslif Breezhaler

-Kull kapsula Oslif Breezhaler ta’ 150 mikrogramma fiha 150 mikrogramma indacaterol bħala indacaterol maleate. Is-sustanzi l-oħra jinkludu l-lactose u l-kapsula magħmula mill-ġelatina.

-Kull kapsula Oslif Breezhaler ta’ 300 mikrogramma fiha 300 mikrogramma indacaterol bħala indacaterol maleate. Is-sustanzi l-oħra jinkludu l-lactose u kapsula magħmula mill-ġelatina.

Kif jidher Oslif Breezhaler u l-kontenut tal-pakkett

F’dan il-pakkett, se ssib inhaler, flimkien mal-kapsuli f'folja. Il-kapsuli huma trasparenti (bla kulur) u fihom trab abjad.

Il-kapsuli Oslif Breezhaler ta’ 150 mikrogramma għandhom il-kodiċi tal-prodottIDL 150

stampat bl-iswed fuq linja sewda u l-marka tal-kumpanija stampata bl-iswed () taħt il-linja s- sewda.

Il-kapsuli Oslif Breezhaler ta’ 300 mikrogramma għandhom il-kodiċi tal-prodottIDL 300” stampat bil-blu fuq linja blu u l-marka tal-kumpanija stampata bil-blu () taħt il-linja l-blu.

Dawn huma l-qisien tal-paketti disponibbli: Kartuna li fiha 10 kapsuli u inhaler wieħed. Kartuna li fiha 30 kapsula u inhaler wieħed.

Pakkett b’ħafna li jinkludi żewġ pakketti (kull wieħed fih 30 kapsula u inhaler wieħed). Pakkett b’ħafna li jinkludi tliet pakketti (kull wieħed fih 30 kapsula u inhaler wieħed). Pakkett b’ħafna li jinkludi tletin pakkett (kull wieħed fih 10 kapsuli u inhaler wieħed).

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet jew il-qawwiet kollha jkunu għal skop kummerċjali f’pajjiżek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Novartis Europharm Limited

Frimley Business Park

Camberley GU16 7SR

Ir-Renju Unit

Manifattur

Novartis Pharma GmbH

Roonstraße 25

D-90429 Nuremberg

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Novartis Pharma N.V.

Novartis Pharma Services Inc.

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Tel: +370 5 269 16 50

България

Luxembourg/Luxemburg

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharma N.V.

Тел.: +359 2 489 98 28

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Česká republika

Magyarország

Novartis s.r.o.

Novartis Hungária Kft. Pharma

Tel: +420 225 775 111

Tel.: +36 1 457 65 00

Danmark

Malta

Novartis Healthcare A/S

Novartis Pharma Services Inc.

Tlf: +45 39 16 84 00

Tel: +356 2122 2872

Deutschland

Nederland

Novartis Pharma GmbH

Novartis Pharma B.V.

Tel: +49 911 273 0

Tel: +31 26 37 82 111

Eesti

Norge

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Norge AS

Tel: +372 66 30 810

Tlf: +47 23 05 20 00

Ελλάδα

Österreich

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Novartis Pharma GmbH

Τηλ: +30 210 281 17 12

Tel: +43 1 86 6570

España

Polska

Ferrer Internacional, S.A.

Novartis Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 93 600 37 00

Tel.: +48 22 375 4888

France

Portugal

Pierre Fabre Médicament

Laboratório Medinfar - Produtos Farmacêuticos,

Tél: +33 1 49 10 96 18

S.A.

 

Tel: +351 21 499 7400

Hrvatska

România

Novartis Hrvatska d.o.o.

Novartis Pharma Services Romania SRL

Tel. +385 1 6274 220

Tel: +40 21 31299 01

Ireland

Slovenija

Novartis Ireland Limited

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +353 1 260 12 55

Tel: +386 1 300 75 50

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Novartis Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 5542 5439

Italia

Suomi/Finland

Novartis Farma S.p.A.

Novartis Finland Oy

Tel: +39 02 96 54 1

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200

Κύπρος

Sverige

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Sverige AB

Τηλ: +357 22 690 690

Tel: +46 8 732 32 00

Latvija

United Kingdom

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd.

Tel: +371 67 887 070

Tel: +44 1276 698370

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

TAGĦRIF DWAR KIF GĦANDEK TUŻA L-INHALER OSLIF BREEZHALER

Jekk jogħġbok aqra sew l-istruzzjonijiet li ġejjien biex tkun taf kif għandek tuża l-inhaler Oslif Breezhaler u tieħu ħsiebu.

Uża biss l-inhaler Oslif Breezhaler misjub f’dan il-pakkett. Tużax il-kapsuli Oslif Breezhaler ma’ xi inhaler ieħor, u tużax l-inhaler Oslif Breezhaler biex tieħu xi mediċina oħra maħżuna f’kapsuli.

Meta tiftaħ pakkett ġdid, uża biss l-inhaler Oslif Breezhaler il-ġdid misjub fil-pakkett.

Armi l-inhaler wara 30 ġurnata minn meta tkun bdejt tużah.

Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini u inhalers li m’għandekx bżonn.

Tiblax il-kapsuli. It-trab li hemm fil-kapsuli qiegħed biex tiġbdu man-nifs.

Il-pakkett tiegħek ta’ Oslif Breezhaler:

Kull pakkett Oslif Breezhaler fih:

inhaler wieħed Oslif Breezhaler

folja waħda jew aktar b’kapsuli Oslif Breezhaler biex jintużaw mal-inhaler.

Bl-inhaler Oslif Breezhaler tkun tista’ tiġbed il-mediċina li hemm fil-kapsula Oslif Breezhaler man- nifs.

Bokkin

Tapp

Ilqugħ

 

 

 

 

 

 

 

Buttuna

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Qiegħ

 

 

 

 

 

 

Folji

 

 

 

 

 

Toqba tal-kapsula

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Inhaler Oslif Breezhaler

Folja

Qiegħ tal-inhaler

Kif tuża l-inhaler tiegħek

Aqla’ t-tapp.

Iftaħ l-inhaler:

Żomm sew il-qiegħ tal-inhaler u mejjel il-bokkin. B’hekk jinfetaħ l-inhaler.

Ħejji l-kapsula:

Eżattament qabel ma tużaha, b’idejk xotti, oħroġ kapsula waħda minn ġol-folja.

Daħħal il-kapsula:

Qiegħed il-kapsula fit-toqba tal-kapsula.

Qatt m’għandek tpoġġi l-kapsula direttament ġol- bokkin.

Agħlaq l-inhaler:

Agħlaq l-inhaler sakemm tisimgħu jfaqqa’.

Taqqab il-kapsula:

Żomm l-inhaler wieqaf bil-bokkin iħares ’il fuq.

Taqqab il-kapsula billi tagħfas bis-saħħa ż-żewġ naħat tal-buttuni fl-istess ħin. Agħmel dan darba biss.

Waqt li qed tittaqqab il-kapsula, għandek tismagħha tfaqqa’.

Erħi għal kollox il-buttuni tal-ġenb.

Ħu nifs ’il barra minn ħalqek:

Qabel tqiegħed il-bokkin f’ħalqek, ħu nifs qawwi ’l barra minn ħalqek.

Tonfoħx fil-bokkin.

Iġbed il-mediċina man-nifs

Sabiex tiġbed sew il-mediċina għal ġol-passaġġi tal-arja:

Żomm l-inhaler kif qed jidher fl-istampa. Il-buttuni tal-

ġenb għandhom iħarsu lejn ix-xellug u l-lemin. Tagħfasx il-buttuni tal-ġenb.

Qiegħed il-bokkin f’ħalqek u ross xofftejk sew madwaru.

Ħu nifs malajr ’il ġewwa imma b’saħħtu u fil-fond kemm jista' jkun.

Attenzjoni:

Inti u tiġbed in-nifs mill-inhaler, il-kapsula tibda tagħqad fit- toqba u għandek tisma’ ħoss ta’ tidwir mgħaġġel. Għandek ittiegħem togħma ħelwa hekk kif il-mediċina tgħaddi għal ġol-pulmuni tiegħek.

Tagħrif ieħor

Xi kultant, biċċiet żgħar ħafna tal-kapsula jistgħu jgħaddu mill-ilqugħ li hemm fl-inhaler u jidħlu f’ħalqek. Jekk jiġri dan, jista' jkun li tħoss dawn il-biċċiet fuq ilsienek. Mhuwiex perikoluż jekk dawn il-biċċiet jinbelgħu jew jgħaddu man- nifs. Il-probabbiltajiet li l-kapsula titfarrak jiżdiedu jekk il- kapsula tittaqqab bi żball għal aktar minn darba (stadju 6).

Jekk ma tismax ħoss ta’ tidwir mgħaġġel:

Jista’ jkun li l-kapsula tkun weħlet fit-toqba tal-kapsula. Jekk jiġri dan:

Iftaħ l-inhaler u aqla' l-kapsula bilmod billi ttekktek mal- qiegħ tal-inhaler. Tagħfasx il-buttuni tal-ġenb.

Erġa’ ħu l-mediċina man-nifs billi tirrepeti stadji 8 u 9.

Żomm in-nifs:

Wara li tkun ġbidt il-mediċina:

Żomm in-nifs għal mill-inqas 5-10 sekondi jew sakemm jirnexxilek tissaporti filwaqt li toħroġ l-inhaler minn ħalqek.

Wara ħu nifs ’il barra.

Iftaħ l-inhaler biex tara jekk fadalx xi trab fil-kapsula.

Jekk fadal it-trab fil-kapsula:

Agħlaq l-inhaler.

Irrepeti l-istadji 8, 9, 10 u 11.

Ħafna min-nies ikunu kapaċi jbattlu l-kapsula mal-ewwel nifs jew it-tieni.

Tagħrif ieħor

Xi wħud jistgħu kultant jisogħlu eżatt wara li jkunu ġibdu l- mediċina. Jekk jiġrilek hekk, tinkwetax. Ġaladarba l-kapsula tkun tbattlet, ifisser li tkun ħadt biżżejjed mill-mediċina tiegħek.

Wara li tkun spiċċajt tieħu l-mediċina tiegħek:

Erġa’ iftaħ il-bokkin, u oħroġ il-kapsula mbattla billi taqlagħha mit-toqba tal-kapsula. Itfa’ l-kapsula mbattla fil-landa tal-iskart.

Agħlaq l-inhaler u qiegħed it-tapp f’postu.

Taħżinx il-kapsuli fl-inhaler Oslif Breezhaler.

Immarka dejjem l-iskeda tad-dożi:

Fuq ġewwa tal-pakkett għandek issib skeda tad-dożi. Agħmel salib fil-kaxxa tal-lum jekk dan jgħinek tiftakar meta jmissek tieħu d-doża li jmiss.

FTAKAR:

Tiblax il-kapsuli Oslif Breezhaler.

Uża biss l-inhaler Oslif Breezhaler misjub f’dan il-pakkett.

Il-kapsuli Oslif Breezhaler għandhom dejjem jinħażnu fil-folja, u għandhom jinħarġu eżatt qabel ma jintużaw.

Qatt m’għandek tqiegħed il-kapsula Oslif Breezhaler direttament fil-bokkin tal-inhaler Oslif Breezhaler.

Tagħfasx il-buttuni tal-ġenb aktar minn darba.

Qatt m’għandek tonfoħ fil-bokkin tal-inhaler Oslif Breezhaler.

Dejjem erħi l-buttuni qabel ma tiġbed in-nifs.

Qatt m’għandek taħsel l-inhaler Oslif Breezhaler bl-ilma. Żommu xott. Ara “Kif tnaddaf l-inhaler tiegħek”.

Qatt m’għandek iżżarma l-inhaler Oslif Breezhaler.

Dejjem uża l-inhaler Oslif Breezhaler il-ġdid li jiġi mal-pakkett il-ġdid tiegħek. Armi l-inhaler wara 30 ġurnata minn meta tkun bdejt tużah.

Taħżinx il-kapsuli fl-inhaler Oslif Breezhaler.

Dejjem żomm l-inhaler Oslif Breezhaler u l-kapsuli f’post xott.

Kif tnaddaf l-inhaler tiegħek

Naddaf l-inhaler tiegħek darba fil-ġimgħa.

Ixxotta l-bokkin minn ġewwa u minn barra b’biċċa nadifa, xotta u mingħajr tnietex sabiex tneħħi kull trab.

Taħsilx l-inhaler tiegħek bl-ilma. Żommu xott.

Iżżarmax l-inhaler.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati