Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Palonosetron Accord (palonosetron) - A04AA05

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPalonosetron Accord
Kodiċi ATCA04AA05
Sustanzapalonosetron
ManifatturAccord Healthcare Ltd

Palonosetron Accord

palonosetron

Dan huwa sommarju tar-rapport pubbliku Ewropew ta' valutazzjoni (EPAR) għal Palonosetron Accord. Dan jispjega kif l-Aġenzija vvalutat il-mediċina biex tirrakkomanda l-awtorizzazzjoni tagħha fl-UE u l- kondizzjonijiet ta’ użu tagħha. Dan mhux intiż biex jipprovdi konsultazzjoni prattika dwar l-użu ta’

Palonosetron Accord.

Għal informazzjoni prattika dwar l-użu ta' Palonosetron Accord, il-pazjenti għandhom jaqraw il-fuljett ta’ tagħrif jew jikkuntattjaw lit-tabib jew spiżjar tagħhom.

X’inhu Palonosetron Accord u għal xiex jintuża?

Palonosetron Accord jintuża sabiex jipprevjeni d-dardir (tħossok ma tiflaħx) u r-rimettar li huma kkawżati mill-kimoterapija (mediċini użati fil-kura tal-kanċer). Jintuża f’adulti u fi tfal fl-età ta’ xahar jew akbar għall-kimoterapija ma’ mediċini li jew jikkawżaw tqanqil qawwi ta’ nawżja u rimettar (bħal cisplatin) jew tqanqil moderat (bħal cyclophosphamide, doxorubicin jew carboplatin).

Palonosetron Accord fih is-sustanza attiva palonosetron. Din hija "mediċina ġenerika". Dan ifisser li Palonosetron Accord huwa simili għal ‘mediċina ta’ referenza’ diġà awtorizzata fl-Unjoni Ewropea (UE) li jisimha Aloxi. Għal aktar informazzjoni dwar il-mediċini ġeneriċi, ara d-dokument ta' mistoqsijiet u tweġibiet hawnhekk

Kif jintuża Palonosetron Accord?

Palonosetron Accord għandu jingħata biss qabel il-kimoterapija. Dan huwa disponibbli bħala soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni (dripp) li għandha tingħata minn professjonista tal-kura tas-saħħa madwar 30 minuta qabel tinbeda l-kimoterapija. Fl-adulti, id-doża rrakkomandata hija

250 mikrogramma injettata f'vina tul 30 sekonda. Jista' jingħata mal-kortikosterojde (tip ta' mediċina li tista' tintuża biex tipprevjeni d-dardir u r-rimettar) biex iżid l-effett. Fit-tfal, is-soluzzjoni għandha

tingħata b’infużjoni fil-vina tul 15-il minuta b’doża ta’ 20 mikrogramma għal kull kilogramma ta’ piż tal- ġisem.

Il-mediċina tista’ tinkiseb biss b'riċetta ta' tabib.

Kif jaħdem Palonosetron Accord?

Is-sustanza attiva f’Palonosetron Accord, palonosetron, hija ‘antagonista 5HT3’. Dan ifisser li twaqqaf kimika fil-ġisem imsejħa 5-hydroxytryptamine (5HT, magħrufa wkoll bħala serotonin) milli teħel ma’ riċetturi ta’ 5HT3 fil-musrana. Meta 5HT jeħel ma’ dawn ir-riċetturi, normalment jikkawża d-dardir u r- rimettar. Billi jimblokka dawn ir-reċetturi, Palonosetron Accord, jipprevjeni d-dardir u r-rimettar li spiss iseħħu wara l-kimoterapija.

Kif ġie studjat Palonosetron Accord?

Il-kumpanija pprovdiet dejta minn dokumentazzjoni ppubblikata dwar palonosetron. Ma kien jinħtieġ l- ebda studju addizzjonali peress li Palonosetron Accord huwa mediċina ġenerika mogħtija permezz ta’ injezzjoni u fih l-istess sustanza attiva bħal dik tal-mediċina ta’ referenza, Aloxi.

X’inhuma l-benefiċċji u r-riskji ta’ Palonosetron Accord?

Minħabba li Palonosetron Accord huwa mediċina ġenerika, il-benefiċċji u r-riskji tiegħu jitqiesu l-istess bħal dawk tal-mediċina ta’ referenza.

Għaliex ġie approvat Palonosetron Accord?

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) tal-Aġenzija kkonkluda li, b’mod konformi mar-rekwiżiti tal-UE, Palonosetron Accord wera li huwa komparabbli għal Aloxi. Għalhekk, il- fehma tas-CHMP kienet li, bħal Aloxi, il-benefiċċju huwa akbar mir-riskju identifikat. Il-Kumitat irrakkomanda li Palonosetron Accord ikun approvat għall-użu fl-UE.

X’miżuri qegħdin jitteħdu biex jiġi żgurat l-użu sigur u effettiv ta’

Palonosetron Accord?

Ġie żviluppat pjan ta' ġestjoni tar-riskju biex jiġi żgurat li Palonosetron Accord jintuża bl-aktar mod sigur possibbli. Abbażi ta’ dan il-pjan, fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u l-fuljett ta’ tagħrif ġiet inkluża informazzjoni rigward is-sigurtà ta’ Palonosetron Accord, inklużi l-prekawzjonijiet xierqa li għandhom ikunu segwiti mill-professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-pazjenti.

Informazzjoni oħra dwar Palonosetron Accord

L-EPAR sħiħ għal Palonosetron Accord jinstab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European public assessment reports. Għal aktar informazzjoni rigward il- kura b’Palonosetron Accord, aqra l-fuljett ta' tagħrif (parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew spiżjar tiegħek.

L-EPAR sħiħ tal-mediċina ta’ referenza jinstab ukoll fis-sit elettroniku tal-Aġenzija.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati