Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Palonosetron Hospira (palonosetron hydrochloride) – Fuljett ta’ tagħrif - A04AA05

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPalonosetron Hospira
Kodiċi ATCA04AA05
Sustanzapalonosetron hydrochloride
ManifatturHospira UK Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Palonosetron Hospira 250 mikrogramma soluzzjoni għall-injezzjoni

palonesetron

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Palonosetron Hospira u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Palonosetron Hospira

3.Kif għandek tieħu Palonosetron Hospira

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Palonosetron Hospira

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Palonosetron Hospira u gћalxiex jintuża

Palonosetron Hospira jappartjeni għal grupp ta’ mediċini magħrufa bħala antagonisti (5HT3) ta’ serotonin.

Dawn għandhom il-ħila li jimblukkaw l-azzjoni tal-kimika msejħa serotonin, li tista’ tikkawża dardir u rimettar.

Palonosetron Hospira jintuża għall-prevenzjoni ta’ dardir u rimettar marbuta mal-kimoterapija tal- kanċer f’pazjenti adulti, adolexxenti u tfal li jkollhom aktar minn xahar.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Palonosetron Hospira

M’għandekx tingħata Palonosetron Hospira:

jekk inti allerġiku għal palonosetron jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Palonosetron Hospira:

jekk għandek ostruzzjoni akuta fl-imsaren jew storja medika ta’ stitikezza ripetuta;

jekk qed tuża Palonosetron Hospira flimkien ma’ mediċini oħrajn li jistgħu jikkaġunaw ritmu ta’ taħbit tal-qalb mhux floku bħal amiodarone, nicardipine, quinidine, moxifloxacin, erythromycin, haloperidol, chlorpromazine, quetiapine, thioridazine, domperidone;

jekk għandek storja medika personali jew fil-familja ta’ tibdil fir-rata tar-ritmu tal-qalb (QT itwal milli suppost);

jekk għandek problemi oħrajn tal-qalb;

jekk għandek żbilanċ ta’ ċerti minerali fid-demm, bħal potassju u manjesju, li ma jkunx ġie kkurat.

Mhux irrakkomandat li tieħu Palonosetron Hospira fil-jiem wara l-kimoterapija ħlief jekk tkun qed tingħata ċiklu ieħor ta’ kimoterapija.

Mediċini oħra u Palonosetron Hospira

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċina oħra, li jinkludu:

SSRIs (selective serotonin reuptake inhibitors - inibituri selettivi tal-assorbiment mill-ġdid ta’ serotonin) li jintużaw għall-kura tad-depressjoni u/jew ansjetà, li jinkludu fluoxetine, paroxetine, sertraline, fluvoxamine, citalopram, escitalopram;

SNRIs (serotonin noradrenaline reuptake inhibitors - inibituri tal-assorbiment mill-ġdid ta’ noradrenaline ta’ serotonin) li jintużaw għall-kura tad-depressjoni u/jew ansjetà, li jinkludu venlafaxine, duloxetine.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Jekk inti tqila jew taħseb li tista’ tkun tqila, it-tabib tiegħek mhux ser jagħtik Palonosetron Hospira ħlief jekk dan ikun meħtieġ b’mod ċar.

Mhux magħruf jekk Palonosetron Hospira jikkawżax xi effetti li jagħmlu ħsara meta jintuża matul it- tqala.

Mhux magħruf jekk Palonosetron Hospira jinstabx fil-ħalib tas-sider.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Palonosetron Hospira jista’ jikkawża sturdament jew għeja. Jekk jiġrilek hekk, issuqx u m’għandek tuża l-ebda għodda jew magni.

Tagħrif importanti dwar xi ingredjenti f’Palonosetron Hospira

Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull kunjett, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.

3.Kif gћandek tieħu Palonosetron Hospira

Tabib jew ners normalment għandhom jinjettaw Palonosetron Hospira madwar 30 minuta qabel il-bidu tal-kimoterapija.

Adulti

Id-doża rrakkomandata ta’ Palonosetron Hospira hija ta’ 250 mikrogramma mogħtija bħala injezzjoni mgħaġġla fil-vina.

Tfal u Adolexxenti (li jkollhom minn xahar sa 17-il sena)

It-tabib se jiddeċiedi d-doża, skont il-piż tal-ġisem, madanakollu d-doża massima hi ta’ 1500 mikrogramma. Palonosetron Hospira se jingħata bħala infużjoni bil-mod ġo vina.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Adulti:

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

uġigħ ta’ ras

sturdament

stitikezza

dijarrea

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100):

pressjoni tad-demm għolja jew baxxa

taħbit mhux normali tal-qalb jew nuqqas ta’ influss ta’ demm fil-qalb

tibdil fil-kulur tal-vina u/jew il-vini jikbru

ikun hemm livelli għolja jew baxxi b’mod anormali ta’ potassium fid-demm

livelli għolja ta’ zokkor fid-demm jew zokkor fl-awrina

livelli baxxi ta’ kalċju fid-demm

livelli għolja tal-bilirubina fid-demm, li għandha kulur safrani

livelli għolja ta’ ċerti enzimi tal-fwied

burdati ta’ ferħ jew tħossok anzjuż/a

irqad żejjed jew problemi biex torqod

tnaqqis jew telf tal-aptit

dgħufija, għeja, deni jew sintomi bħal tal-influwenza.

tmewwit, ħruq, tingiż jew sensazzjonijiet ta’ tnemnim tal-ġilda

raxx bil-ħakk fil-ġilda

indeboliment tal-vista jew irritazzjoni tal-għajnejn

dardir waqt il-moviment/ivvjaġġar

tisfir fil-widnejn

sulluzzu, gass, ħalq xott jew indiġestjoni

uġigħ ta’ żaqq (tal-istonku)

diffikultà meta tagħmel l-awrina

uġigħ fil-gogi

anormalitajiet tal-elettrokardjogramma (titwil tal-QT)

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000):

Reazzjonijiet allerġiċi għal Palonosetron Hospira. Is-sinjali jistgħu jinkludu nefħa tax-xufftejn, tal- wiċċ, tal-ilsien jew tal-gerżuma, ikollok diffikultà biex tieħu n-nifs jew iħossok ħażin, tista’ wkoll tinnota raxx bil-ħakk u l-ġilda tintefaħ (ħorriqija), ħruq jew uġigħ fis-sit tal-injezzjoni.

Tfal u Adoloxxenti:

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

uġigħ ta’ ras

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100):

sturdament

movimenti għal għarrieda tal-ġisem

taħbit mhux normali tal-qalb

sogħla jew qtugħ ta’ nifs

tinfaraġ

raxx tal-ġilda bil-ħakk jew urtikarja

deni

uġigħ fis-sit tal-infużjoni

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Palonosetron Hospira

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kunjett u l-kaxxa tal-kartun wara ‘JIS’. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.

Jintuża darba biss; kwalunkwe soluzzjoni mhux użata għandha tintrema.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Palonosetron Hospira

Is-sustanza attiva hi palonosetron (bħala hydrochloride). Kull ml ta’ soluzzjoni fih

50 mikrogramma ta’ palonosetron. Kull kunjett ta’ 5 ml ta’ soluzzjoni fih 250 mikrogramma ta’ palonosetron.

Is-sustanzi l-oħra huma mannitol, disodium edetate, sodium citrate, citric acid monohydrate, ilma għall-injezzjonijiet, sodium hydroxide u hydrochloric acid (għal aġġustament tal-pH).

Kif jidher Palonosetron Hospira u l-kontenut tal-pakkett

Is-soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ Palonosetron Hospira hi ċara u bla kulur u hi fornuta f’pakkett ta’ kunjett tal-ħġieġ tat-Tip I b’tapp tal-lastku tal-chlorobutyl u għatu tal-aluminju li jkun fih 5 ml tas- soluzzjoni. Kull kunjett fih doża waħda.

Disponibbli f’pakketti ta’ kunjett wieħed li jkun fih 5 ml ta’ soluzzjoni.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Hospira UK Limited, Horizon, Honey Lane, Hurley, Maidenhead, SL6 6RJ, Ir-Renju Unit

Manifattur

Hospira UK Limited, Horizon, Honey Lane, Hurley, Maidenhead, SL6 6RJ, Ir-Renju Unit

HOSPIRA Enterprises B.V., Randstad 22-11, 1316 BN Almere, L-Olanda

Hospira S.P.A., Via Fosse Ardeatine, 2-20060 Liscate, L-Italja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

BE / LU / NL

CY

Pfizer S.A. / N.V.

Pharmaceutical Trading Co Ltd

Tél/Tel: +32 2 554 62 11

Tel: 24656165

BG / EL / MT / PL / RO / UK

LV

Hospira UK Limited

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā

Tel: + 44 (0) 1628 515500

Tel.: + 371 670 35 775

CZ

LT

Pfizer, spol. s r.o.

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje

Tel: +420-283-004-111

Tel. + 370 52 51 4000

DK

HU

Pfizer ApS

Pfizer Kft.

Tlf: + 45 44 20 11 00

Tel: + 36 1 488 37 00

 

 

DE

NO

Pfizer Pharma PFE GmbH

Pfizer AS

Tel: + 49 (0)800 8535555

Tlf: +47 67 52 61 00

EE

AT

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H

Tel: +372 666 7500

ES

PT

Pfizer GEP, S.L.

Hospira Portugal Lda

Tel: +34 91 490 99 00

Tel: + 351 214857434

FR

SI

Pfizer PFE France

Pfizer Luxembourg SARL

Tél: + 33 (0)1 58 07 34 40

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja

 

farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

 

Tel: +386 (0)1 52 11 400

HR

SK

Pfizer Croatia d.o.o.

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka

Tel: +385 1 3908 777

Tel: +421–2–3355 5500

IE

FI

Hospira Ireland Sales Limited

Pfizer PFE Finland Oy

Tel: 1800 633 363 (toll free)

Puh/Tel: +358 (0)9 430 040

+44 (0) 1304 616161

 

IS

SE

Icepharma hf.

Pfizer AB

Sími: +354 540 8000

Tel: +46 (0)8 550 520 00

IT

 

Pfizer Italia Srl

 

Tel: +39 06 33 18 21

 

 

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’xahar SSSS.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini : http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati