Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Panretin (alitretinoin) - L01XX22

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPanretin
Kodiċi ATCL01XX22
Sustanzaalitretinoin
ManifatturEisai Ltd

Panretin

alitretinoin

Dan id-dokument huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew ta’ Valutazzjoni (EPAR) għal Panretin. Huwa jispjega kif il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) ivvaluta l- mediċina sabiex wasal għall-opinjoni favorevoli tiegħu li tingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fuq il-kondizzjonijiet ta' użu għal Panretin.

X’inhu Panretin?

Panretin huwa ġell li fih s-sustanza attiva alitretinoin.

Għal x’hiex jintuża Panretin?

Panretin gel jintuża fit-trattament ta’ leżjonijiet tal-ġilda f’pazjenti b’sarkoma ta’ Kaposi (tip ta’ kanċer tal-ġilda) fil-pazjenti bl-AIDS. Panretin jintuża meta:

il-ġilda ma tkunx miksura u l-leżjonijiet ma jkunux minfuħa,

il-leżjonijiet ma jkunux irrispondew tajjeb għall-kura tal-HIV,

kuri oħra (radjoterapija u kemoterapija) mhumiex xierqa, u

kura għal sarkoma ta’ Kaposi vixxerali (interna) mhix meħtieġa. Il-mediċina tista’ tinkiseb biss b’riċetta ta’ tabib.

Kif jintuża Panretin?

Il-kura b’Panretin għandha tinbeda u titkompla minn tabibi li għandu l-esperjenza fil-kura ta’ sarkoma ta’ Kaposi. Panretin jiġi applikat darbtejn kuljum fuq il-leżjonijiet tal-ġilda, u għandu jintuża biżżejjed

ġell biex kull leżjoni tingħata kisja ġeneruża u titħalla tinxef bejn tlieta u ħames minuti qabel ma titgħatta bl-ilbies. Il-ġilda f’saħħitha madwar il-leżjoni għandha tiġi evitata. In-numru ta’

© European Medicines Agency, 2010. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged.

applikazzjonijiet jista’ jiżdied għal tlieta jew erba’ darbiet kuljum u dan jiddependi fuq kemm kull leżjoni tirrispondi għat-trattament. Panretin għandu jintuża sa mhux aktar minn 12-il ġimgħa. Jista’

jintuża wara dan iż-żmien iżda fuq leżjonijiet li qegħdin iwieġbu għall-kura.

Kif jaħdem Panretin?

Is-sustanza attiva f’Panretin, alitretinoin, hija aġent kontra l-kanċer li hu parti mill-grupp tar-retinojdi, sustanzi derivati mill-vitamina A. Il-mod eżatt kif jaħdem alitretinoin fis-sarkoma ta’ Kaposi mhux magħruf.

Kif ġie studjat Panretin?

Panretin tqabbel ma’ plaċebo (trattament finta) f’żewġ studji ta’ 12-il ġimgħa l-wieħed li involvew total ta’ 402 pażjenti li kienu qed ibatu mis-sarkoma ta’ Kaposi. Il-miżura ewlenija tal-effikaċja kienet in-

numru ta’ pazjenti li wrew reazzjoni għall-kura. Pazjent ġie kkunsidrat li wieġeb għall-kura jekk ille żjonijiet ikunu ċkienu fid-daqs jew iċċattjaw b’mod mhux ħażin skont it-tip ta’ leżjoni.

X’benefiċċji ta’ Panretin ħarġu minn dawn l-istudji?

Panretin kien iktar effettiv mill-plaċebo fil-kura tas-sarkoma ta’ Kaposi. Madwar 35% u 37% tal- pazjenti li ħadu Panretin wieġbu għall-kura meta mqabbla ma’ 18% u 7% tal-pazjenti li ħadu l-plaċebo.

X’inhuma r-riskji marbuta ma’ Panretin?

L-iktar effetti sekondarji komuni b’Panretin (li dehru f’iktar minn pazjent wieħed minn kull 10) huma raxx, ħakk (prurite), disturbi fil-ġilda (qsim tal-ġilda, trobbija ta’ qxur u skorċi fuq il-ġilda, ħruġ ta’ likwidu mill-ġilda) u wġigħ (ħruq, irritazzjoni). Għal-lista sħiħa ta’ effetti sekondarji rrapurtati minħabba l-użu tal-Panretin, ara l-Fuljett ta’ Tagħrif.

Panretin m’għandux jintuża minn persuni allerġiċi (ipersensittivi) għar-retinojdi b’mod ġenerali, għal alitretinoin, jew għal kwalunkwe mill-ingredjenti l-oħra. Panretin lanqas ma għandu jintuża f’nisa li huma tqal jew qed ireddgħu u ma għandux jintuża biex jikkura leżjonijiet li jinsabu qrib ta’ disturbi fil- ġilda oħra.

Għaliex ġie approvat Panretin?

Is-CHMP iddeċieda li l-benefiċċji taPanretin huma akbar mir-riskji tiegħu u rrakkomanda li jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

Aktar tagħrif dwar Panretin:

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fl-Unjoni Ewropea kollha għal Panretin fil-11 ta’ Ottubru 2000. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq huwa Eisai Ltd. L- awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq hija valida għal perjodu mhux limitat.

L-EPAR sħiħ għal Panretin jista’ jinstab hawnhekk. Għal aktar informazzjoni rigward il-kura b’Panretin, aqra l-fuljett ta' tagħrif (huwa parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar fi: 08-2010.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati