Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Panretin (alitretinoin) – Fuljett ta’ tagħrif - L01XX22

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPanretin
Kodiċi ATCL01XX22
Sustanzaalitretinoin
ManifatturEisai Ltd

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNU

Panretin 0.1% ġell

Alitretinoin

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sintomi bhal tiegħek.

Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava, jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Panretin u għalxiex jintuża

2.Qabel ma tuża Panretin

3.Kif għandek tuża Panretin

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5.Kif taħżen Panretin

6.Aktar tagħrif

1.X’INHU PANRETIN U GĦALXIEX JINTUŻA

Panretin jappartjeni għall-grupp ta’ mediċini li huma marbuta mal-vitamina A u magħrufa bħala retinojdi.

Panretin jintuża f’pazjenti li għandhom sarkoma ta’ Kaposi (Kaposi’s sarcoma - KS) marbuta mal- AIDS u hu għall-kura ta’ leżjonijiet ta’ KS:

-li jkunu fuq il-ġilda biss;

-li ma rrispondewx għall-kura tiegħek kontra l-HIV;

-fejn il-ġilda jew il-leżjoni ma tkunx maqsuma;

-fejn il-ġilda tal-madwar ma tkunx minfuħa;

-jew jekk it-tabib tiegħek jaħseb li kuri oħrajn mhumiex adattati għalik.

Panretin ma jikkurax KS li tkun ġol-ġisem.

2. QABEL MA TUŻA PANRETIN

Tużax Panretin

-jekk inti allerġiku/a għal alitretinoin jew għal mediċini simili li fihom retinojdi.

-jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għas-sustanzi l-oħra ta’ Panretin

-jekk inti tqila

-jekk qed tredda’

-fuq leżjonijiet ta’ KS li jkunu qrib ta’ xi mard ieħor fil-ġilda

Oqgħod attent ħafna b’Panretin

-Panretin mhuwiex approvat għall-użu fi tfal u adolexxenti li għadhom m’għalqux it-18-il sena.

-Tapplikax il-ġell fuq jew qrib ta’ partijiet sensittivi ta’ ġismek bħall-għajnejn, l-imnifsejn, il- ħalq, ix-xufftejn, il-vaġina, il-ponta tal-pene, ir-rektum, jew l-anus.

-Tapplikax il-ġell fuq ġilda f’saħħitha madwar leżjoni ta’ KS. Panretin jista’ jikkawża irritazzjoni mhux mixtieqa jew ħmura fuq ġilda f’saħħitha.

-Tużax prodotti li jbiegħdu l-insetti minn fuq il-ġisem li fihom id-DEET (N,N-diethyl-m-toluamide) jew prodotti oħrajn li fihom id-DEET meta tkun qed tuża Panretin.

-Evita espożizzjoni fit-tul tal-parti kkurata għad-dawl tax-xemx jew għal xi dawl ultravjola (UV) ieħor (bħal-lampi li jintużaw biex wieħed jismar).

-Iż-żejt minerali jista’ jintuża bejn l-applikazzjonijiet ta’ Panretin biex jgħin fil-prevenzjoni ta’ nixfa eċċessiva tal-ġilda jew ħakk. Madankollu, iż-żejt minerali m’għandux jiġi applikat għal mill-anqas sagħtejn qabel jew wara l-applikazzjoni ta’ Panretin.

-Nisa li jista’ jkollhom it-tfal għandhom jużaw metodu effettiv ta’ kontraċezzjoni meta jkunu qed jużaw Panretin, u għal xahar wara li jkunu temmew il-kura.

Meta tuża mediċini oħra

Evita l-użu ta’ prodotti oħrajn fuq il-feriti ta’ KS li tkun ikkurajt bħal prodotti li jbiegħdu l-insetti minn fuq il-ġisem, li tuża fuq il-ġilda tiegħek.

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

Meta tuża Panretin ma’ l-ikel u max-xorb

Hu rakkomandat li m’għandekx tiekol aktar vitamina A fid-dieta tiegħek mill-ammont issuġġerit mit- tabib tiegħek.

Tqala

TUŻAX Panretin jekk inti tqila jew qed taħseb biex toħroġ tqila. It-tabib tiegħek jista’ jagħtik aktar informazzjoni. Għandek tuża metodu effettiv ta’ kontroll tat-twelid meta tkun qed tuża Panretin, u għal xahar wara li tkun temmejt il-kura.

Jekk qed tredda’

Treddax lit-tarbija tiegħek waqt li tkun qed tuża Panretin. Għandek toqgħod attenta biex ma tħallix lit- tarbija tiegħek tmiss ma’ partijiet tal-ġilda tiegħek li dan l-aħħar kienu kkurati b’Panretin.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Panretin x’aktarx li mhux ser jaffettwa l-ħila tiegħek li ssuq jew tħaddem il-magni.

3.KIF GĦANDEK TUŻA PANRETIN

Dejjem għandek tuża l-ġell ta’ Panretin eżatt skond il-parir tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Biex tiftħu għall-ewwel darba, uża l-parti ppuntata tal-għatu biex ittaqqab is-siġill ta’ sigurtà tal- metall.

Kif tapplika Panretin: Użu għall-ġilda (fuq il-ġilda) biss

Fil-bidu, applika Panretin darbtejn kuljum, darba filgħodu u darba filgħaxija. Wara dan, it-tabib tiegħek ser jiddeċiedi dwar kemm ta’ spiss għandek tapplika l-ġell, u dan ser ikun jiddependi fuq ir- rispons ta’ KS tiegħek u kwalunkwe effetti sekondarji.

Applika Panretin fuq il-leżjonijiet ta’ KS tiegħek billi tuża saba’ nadif. Poġġi kisja sostanzjali ta’ ġell fuq il-wiċċ kollu ta’ kull leżjoni li tkun tixtieq tikkura. M’hemmx bżonn togħrok il-ġell ġol-leżjoni. Għandek tevita li tapplika l-ġell fuq ġilda f’saħħitha madwar il-leżjoni. Li tapplika b’attenzjoni l-ġell fuq il-leżjoni ta’ KS biss ser jgħin biex inaqqas kwalunkwe irritazzjoni jew ħmura li jistgħu jseħħu. L- applikazzjoni tal-ġell kif suppost ser tħalli xi ġell jidher fuq il-wiċċ tal-leżjoni meta int tkun lest/a.

-Immedjatament wara l-applikazzjoni, imsaħ is-saba’ (swaba’) li tkun użajt biex tapplika l-ġell, u l-ġilda f’saħħitha li tkun missejt il-ġell magħha, b’tixu li tintrema wara li tintuża. Aħsel idejk bl- ilma u bis-sapun, u imsaħ il-ġilda f’saħħitha li tkun missejt il-ġell magħha.

-Ħalli l-ġell jinxef għal bejn tlieta u ħames minuti qabel ma tgħatti l-parti kkurata bi ħwejjeġ mhux issikkati. Tgħattix il-leżjonijiet ikkurati b’xi faxxa jew materjal ieħor.

-Sapuna ħafifa hi rakkomandata meta tkun qed tieħu banju jew doċċa.

-Jekk tħoss li l-effett ta’ Panretin hu qawwi jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Evita d-doċċi, l-banjijiet jew l-għawm għall mill-anqas tliet sigħat wara kull applikazzjoni.

-Evita li tħokk il-partijiet kkurati tal-ġilda.

-Panretin fih l-alkoħol. Żommu ’l bogħod min-nar.

It-tabib tiegħek ser jgħidlek kemm ser iddum il-kura tiegħek.

Taqtax qalbek jekk ma tarax titjib immedjat.

Jistgħu jgħaddu sa 12-il ġimgħa qabel ma tara xi titjib.

Twaqqafx il-kura mal-ewwel sinjal ta’ titjib.

Jista’ jkollok bżonn li tnaqqas in-numru ta’ applikazzjonijiet li tagħmel kuljum, jew li tieqaf tuża Panretin għal ftit żmien, jekk tiżviluppa xi effetti mhux mixtieqa fuq il-ġilda. Hu importanti li tkellem lit-tabib tiegħek, li ser jgħidlek x’għandek tagħmel.

Jekk tuża Panretin aktar milli suppost

Ma kien hemm l-ebda esperjenza ta’ doża eċċessiva ta’ Panretin.

Jekk tinsa tuża Panretin

Tapplikax doża doppja biex tpatti għad-dożi individwali li tkun insejt tieħu. Applika d-doża li jmiss fil-ħin regolari tagħha.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA’ JKOLLU

Bħal kull mediċina oħra, Panretin jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd. L-effetti sekondarji huma l-aktar probabbli li jidhru fis-sit fejn Panretin ikun ġie applikat, u normalment jibdew bħala ħmura. Bit-tkomplija tal-applikazzjoni ta’ Panretin, il-ħmura u l-irritazzjoni jistgħu jiżdiedu u tista’ tiżviluppa nefħa fis-sit tal-applikazzjoni. Jekk l-effetti sekondarji tiegħek jsiru skomdi wisq, b’intensità ta’ ħmura u irritazzjoni, nefħa, jew uġigħ, għandek titlob parir lit-tabib tiegħek dwar l-aġġustament tad-dożaġġ tal-kura tiegħek. Il-biċċa l-kbira tal-pazjenti jistgħu jkomplu jużaw Panretin billi jbiddlu n-numru ta’ drabi kuljum meta japplikawh. Xi kultant ikun meħtieġ li twaqqaf il-kura, it-tabib tiegħek ser jinfurmak dwar dan.

L-effetti sekondarji li ġejjin kienu osservati fuq il-ġilda fejn kien applikat Panretin:

Komuni ħafna (li jistgħu jseħħu f’aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti kkurati): Raxx, qxur li jitfarfar, irritazzjoni, ħmura

Qsim, skorċa, qoxra, ħruġ ta’ likwidu, tnixxija Uġigħ, ħruq, parti tenera li tuġgħa

Ħakk

Komuni (jistgħu jseħħu f’anqas minn 1 minn kull 10 pazjenti, iżda f’aktar minn 1 minn kull 100 pazjent ikkurat):

Qxur irqiq li jitfarfar, tqaxxir, ġilda xotta Nefħa, infjammazzjoni

Tingiż, tnemnim Ħruġ ta’ demm

Tibdil fil-kulur tal-ġilda Ulċera fil-ġilda

Mhux komuni (jistgħu jseħħu f’anqas minn 1 minn kull 100 pazjent, iżda f’aktar minn 1 minn kull 1000 pazjent ikkurat):

Infezzjoni Reazzjoni allerġika

Glandoli tal-limfa minfuħin Ġilda pallida

Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava, jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

5.KIF TAĦŻEN PANRETIN

Żommu fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

Tużax wara d-data ta’ skadenza li tidher fit-tarf tal-istoċċ. Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

Aħżen fil-kontenitur oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Żomm il-kontenitur magħluq sewwa. Dejjem uża l-għatu biex tagħlaq l-istoċċ sew wara kull darba li tkun użajtu.

Wara li jinfetaħ, użah fi żmien 90 jum.

Il-bokka tal-istoċċ ta’ Panretin hija miksija b’siġill ta’ sigurtà tal-metall. Jekk dan is-siġill ikun ittaqqab jew ma jkunx jidher meta tiftaħ l-istoċċ għall-ewwel darba, TUŻAHX u ħu l-prodott lura l- ispiżerija tiegħek.

Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni ta’ l-ambjent.

6. AKTAR TAGĦRIF

X’fih Panretin

-Is-sustanza attiva hi alitretinoin. 1 g ta’ ġel fih 1 mg ta’ alitretinoin

-Is-sustanzi l-oħra huma ethanol, macrogol 400, hydroxypropylcellulose, u butylhydroxytoluene.

Id-Dehra ta’ Panretin u l-kontenuti tal-pakkett

Panretin hu ġell isfar trasparenti. Panretin hu fornut fi stoċċ tal-aluminju ta’ 60 g għal użu multiplu, miksi bl-epoxy.

Kull kaxxa tal-kartun fiha stoċċ wieħed tal-ġell.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

Eisai Ltd.

Mosquito Way

Hatfield

Hertfordshire

AL10 9SN

Ir-Renju Unit

Manifattur

Eisai Manufacturing Limited

Mosquito Way

Hatfield

Hertfordshire

AL10 9SN

Ir-Renju Unit

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Eisai Europe Ltd.

Eisai Ltd.

Tél/Tel: + 32 (0)2 502 58 04

Tel: +44 (0) 845 676 1400

 

(Jungtinė Karalystė)

България

Luxembourg/Luxemburg

Eisai Ltd.

Eisai Europe Ltd.

Teл.: + 359 2 810 39 96

Tél/Tel: + 32 (0)2 502 58 04

 

(Belgique/Belgien)

Česká republika

Magyarország

Eisai GesmbH organizačni složka

Eisai Ltd.

Tel.: + 420 242 485 839

Tel: +44 (0) 845 676 1400

 

(Nagy-Britannia)

Danmark

Malta

Eisai AB

Eisai Ltd.

Tlf: + 46 (0) 8 501 01 600

Tel: +44 (0) 845 676 1400

(Sverige)

(Ir-Renju Unit)

Deutschland

Nederland

Eisai GmbH

Eisai B.V.

Tel: + 49 (0) 69 66 58 50

Tél/Tel: + 31 (0) 900 575 3340

Eesti

Norge

Eisai Ltd.

Eisai AB

Tel: +44 (0) 845 676 1400

Tlf: + 46 (0) 8 501 01 600

(Ühendkuningriik)

(Sverige)

Ελλάδα

Österreich

Arriani Pharmaceuticals S.A.

Eisai GesmbH

Τηλ: +30 210 668 3000

España

Polska

Eisai Farmacéutica, S.A.

Eisai Ltd.

Tel: + (34) 91 455 94 55

Tel: +44 (0) 845 676 1400

 

(Wielka Brytania)

France

Portugal

Eisai SAS

Eisai Farmacêutica, Unipessoal Lda

Tél: + (33) 1 47 67 00 05

Tel: + 351 214 875 540

Hrvatska

România

Eisai Ltd.

Eisai Ltd.

Tel: +44 (0) 845 676 1400

Tel: +40 21 301 7469

(Velika Britanija)

 

Ireland

Slovenija

Eisai Ltd.

Eisai Ltd.

Tel: +44 (0) 845 676 1400

Tel: +44 (0) 845 676 1400

(United Kingdom)

(Velika Britanija)

Ísland

Slovenská republika

Eisai AB

Eisai GesmbH organizačni složka

Sími: + 46 (0)8 501 01 600

Tel.: + 420 242 485 839

(Svíþjóð)

(Česká republika)

Italia

Suomi/Finland

SIGMA-TAU

Eisai AB

Tel: +39 06 91391

Puh/Tel: + 46 (0) 8 501 01 600

 

(Ruotsi)

Κύπρος

Sverige

Eisai Ltd.

Eisai AB

Τηλ: +44 (0) 845 676 1400

Tel: + 46 (0) 8 501 01 600

(Ηνωµένο Βασίλειο)

 

Latvija

United Kingdom

Eisai Ltd.

Eisai Ltd.

Tel: +44 (0) 845 676 1400

Tel: +44 (0) 845 676 1400

(Anglija)

 

Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar fi

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati