Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Pemetrexed Hospira UK Limited (pemetrexed ditromethamine) – Fuljett ta’ tagħrif - L01BA04

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPemetrexed Hospira UK Limited
Kodiċi ATCL01BA04
Sustanzapemetrexed ditromethamine
ManifatturHospira UK Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Pemetrexed Hospira UK Limited 100 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni Pemetrexed Hospira UK Limited 500 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni Pemetrexed Hospira UK Limited 1,000 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni pemetrexed

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Pemetrexed Hospira UK Limited u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Pemetrexed Hospira UK Limited

3.Kif għandek tuża Pemetrexed Hospira UK Limited

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Pemetrexed Hospira UK Limited

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Pemetrexed Hospira UK Limited u gћalxiex jintuża

Pemetrexed Hospira UK Limited hija mediċina li tintuża fil-kura tal-kanċer.

Pemetrexed Hospira UK Limited tingħata flimkien ma’ cisplatin, mediċina oħra ta’ kontra l-kanċer, bħala kura għal mesoteljoma plewrali malinna, tip ta’ kanċer li jaffettwa r-rita tal-pulmun, lil pazjenti li jkunu għadhom ma ngħatawx kimoterapija.

Pemetrexed Hospira UK Limited jintuża wkoll, flimkien ma’ cisplatin, fil-kura inizjali ta’ pazjenti b’kanċer tal-pulmun fi stadju avvanzat.

Pemetrexed Hospira UK Limited jista’ jiġi mogħti lilek jekk għandek kanċer tal-pulmun fi stat avvanzat, jekk il-marda tiegħek irrispondiet għall-kura jew jekk ma tantx kien hemm tibdil wara l- ewwel kimoterapija.

Pemetrexed Hospira UK Limited jintuża wkoll fil-kura ta’ pazjenti bi stadju avvanzat tal-kanċer tal- pulmun fejn il-marda nfirxet iżjed wara li tkun intużat kimoterapija inizjali oħra.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Pemetrexed Hospira UK Limited

Tużax Pemetrexed Hospira UK Limited

jekk inti allerġiku għal canagliflozin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-

sezzjoni 6)

-jekk qiegħda tredda’, trid twaqqaf it-treddigħ waqt il-kura bi Pemetrexed Hospira UK Limited.

-jekk ħadt dan l-aħħar jew dalwaqt ser tieħu tilqima kontra d-deni l-isfar.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tal-isptar qabel ma tirċievi Pemetrexed Hospira UK Limited.

Jekk bħalissa għandek jew fil-passat kellek xi problemi fil-kliewi, kellem lit-tabib tiegħek jew lill-ispiżjar fl-isptar għaliex jista’ jkun li ma tkunx tista’ tieħu Pemetrexed Hospira UK Limited.

Qabel kull infużjoni ser jitteħdulek kampjuni tad-demm tiegħek biex jiġi evalwat jekk għandekx funzjoni suffiċjenti tal-kliewi u tal-fwied u jekk għandekx biżżejjed ċelluli tad-demm biex tingħata Pemetrexed Hospira UK Limited. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jbiddel id-doża jew jistenna ftit ieħor biex jagħtik il-kura skont il-kundizzjoni ġenerali tiegħek u jekk l-għadd taċ-ċelluli tad-demm tiegħek ikun baxx wisq. Jekk tkun qed tingħata cisplatin ukoll, it-tabib tiegħek ser jara li tkun idratat sew u li tingħata kura xierqa kontra r-rimettar qabel u wara li tingħata cisplatin.

Jekk kellek jew se jkollok kura permezz tar-radjazzjoni, jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek għax meta tieħu Pemetrexed Hospira UK Limited kmieni jew tard fil-kura jista’ jkollok reazzjoni għar- radjazzjoni.

Jekk dan l-aħħar ħadt xi tilqim, jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek għax hemm il-possibbiltà li dan jikkawża xi effetti ħżiena meta tieħu Pemetrexed Hospira UK Limited.

Jekk għandek mard tal-qalb jew passat mediku ta’ mard tal-qalb, jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek akkumulazzjoni ta’ fluwidu madwar il-pulmun tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jneħħilek dak il-fluwidu qabel ma jagħtik Pemetrexed Hospira UK Limited.

Tfal u adolexxenti

M’hemm ebda użu rilevanti ta’ pemetrexed fil-popolazzjoni pedjatrika.

Mediċini oħra u Pemetrexed Hospira UK Limited

Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu xi mediċini għall-uġigħ jew għall- infjammazzjoni (nefħa), bħal mediċini msejjħa “mediċini antinfjammatorji li mhumiex sterojdi” (NSAIDs), fosthom mediċini li jinxtraw mingħajr riċetta tat-tabib (bħal ibuprofen). Hemm ħafna tipi ta’ NSAIDs b’tul ta’ żmien ta’ attività differenti. It-tabib tiegħek jgħidlek liema mediċini tista’ tieħu u meta tista’ teħodhom skont id-data ta’ meta tkun ippjanata l-infużjoni tiegħek ta’ pemetrexed u/jew l-istat tal-funzjoni tal-kliewi tiegħek. Jekk għandek xi dubju, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk xi mediċini li għandek humiex NSAIDs.

Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

Tqala

Jekk inti tqila, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, għid lit-tabib tiegħek. L-użu ta’ pemetrexed għandu jiġi evitat waqt it-tqala. It-tabib tiegħek jiddiskuti miegħek dwar ir-riskju potenzjali li tieħu pemetrexed waqt it-tqala. In-nisa għandhom jużaw kontraċezzjoni effettiva waqt il- kura bi pemetrexed.

Treddigħ

Jekk qiegħda tredda’, għid lit-tabib tiegħek. It-treddigħ għandu jitwaqqaf waqt il-kura bi pemetrexed.

Fertilità

L-irġiel għandhom jingħataw parir biex ma jsirux missirijiet matul u sa 6 xhur wara l-kura bi pemetrexed u għalhekk għandhom jużaw kontraċezzjoni effettiva waqt il-kura bi pemetrexed u sa 6 xhur wara. Jekk tixtieq li ssir missier waqt il-kura jew fis-sitt xhur ta’ wara li tkun ħadt il-kura, ħu parir mingħand it-tabib tiegħek jew l-ispiżjar tiegħek. Jista’ jkun li tkun trid tieħu parir dwar il-ħażna ta’ sperma qabel ma tibda l-kura.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Tista’ tħossok għajjien bi Pemetrexed Hospira UK Limited. Oqgħod attent meta ssuq jew tħaddem magni.

3.Kif għandek tuża Pemetrexed Hospira UK Limited

Id-doża ta’ Pemetrexed Hospira UK Limited hi ta’ 500 milligramma għal kull metru kwadru tal-erja tas-superfiċje tal-ġisem tiegħek. Jitkejjillek it-tul u jitteħidlek il-piż biex tinħadem l-erja tas-superfiċje tal-ġisem tiegħek. It-tabib tiegħek juża din l-erja tas-superfiċje tal-ġisem biex jaħdimlek id-doża korretta. Din id-doża tista’ tiġi aġġustata, jew il-kura tista’ tiġi ittardjata skont l-għadd taċ-ċelluli tad- demm tiegħek u l-kundizzjoni ġenerali tiegħek. Qabel ma jingħatalek, it-trab ta’ Pemetrexed Hospira UK Limited jiġi mħallat ma’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ ilma għall-injezzjonijiet u ta’ 5% glukożju, mill-ispiżjar tal-isptar, infermier jew tabib.

Pemetrexed Hospira UK Limited ser jingħatalek dejjem b’infużjoni f’waħda mill-vini tiegħek. L- infużjoni ddum madwar 10 minuti.

Użu flimkien ma’ cisplatin

It-tabib jew spiżjar tal-isptar ser jaħdem id-doża li għandek bżonn skont it-tul u l-piż tiegħek. Cisplatin ukoll jingħata b’infużjoni f’waħda mill-vini tiegħek, u jingħata madwar 30 minuta wara li tkun spiċċat l-infużjoni ta’ Pemetrexed Hospira UK Limited. L-infużjoni ta’ cisplatin tieħu madwar sagħtejn.

Ġeneralment l-infużjoni tingħatalek darba kull 3 ġimgħat.

Mediċini oħra:

Kortikosterojdi: it-tabib tiegħek jordnalek pilloli tal-isterojdi (ekwivalenti għal 4 milligrammi ta’ dexamethasone darbtejn kuljum) li jkollok bżonn tieħu l-ġurnata ta’ qabel, dakinhar u l-ġurnata ta’ wara l-kura bi Pemetrexed Hospira UK Limited. Din il-mediċina tingħatalek sabiex titnaqqas il- frekwenza u s-severità ta’ reazzjonijiet fil-ġilda li jista’ jkollok waqt il-kura tiegħek kontra l-kanċer.

Supplimentazzjoni b’vitamini: it-tabib tiegħek ser jordnalek folic acid (vitamina) orali jew xi prodott multivitaminiku li fih folic acid (350 sa 1000 mikrogramma) li trid tieħu darba kuljum waqt it-trattament b’Pemetrexed Hospira UK Limited. Trid tieħu mill-inqas 5 dożi matul is-sebat ijiem ta’ qabel l-ewwel doża ta’ Pemetrexed Hospira UK Limited. Trid tkompli tieħu folic acid għal 21 ġurnata wara l-aħħar doża ta’ Pemetrexed Hospira UK Limited. Tingħatalek ukoll injezzjoni ta’ vitamina B12 (1,000 mikrogramma) fil-ġimgħa ta’ qabel li tingħata Pemetrexed Hospira UK Limited u mbagħad madwar kull 9 ġimgħat (li jikkorrispondu għal 3 korsijiet ta’ kura bi Pemetrexed Hospira UK Limited). Il-vitamina B12 u folic acid jingħatawlek sabiex jitnaqqsu l-effetti tossiċi possibbli tal-kura kontra l-kanċer.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, jew lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Għandek minnufih tgħid lit-tabib tiegħek jekk tinnota xi ħaġa minn dawn li ġejjin:

Deni jew infezzjoni (komuni): jekk għandek temperatura ta’ 38ºC jew aktar, għarqan jew għandek sinjali oħra ta’ infezzjoni (peress li jista’ jkollok inqas ċelluli bojod tad-demm min-normal, li huwa komuni ħafna). L-infezzjoni (sepsis) tista’ tkun serja u tista’ twassal għall-mewt.

Jekk tibda tħoss uġigħ f’sidrek (komuni) jew ikollok il-qalb tħabbat b’rata mgħaġġla (mhux komuni).

Jekk tħoss uġigħ, ħmura, nefħa jew ġrieħi f’ħalqek (komuni ħafna).

Reazzjoni allerġika: jekk tiżviluppa raxx fil-ġilda (komuni ħafna) / sensazzjoni ta’ ħruq jew tingiż (komuni), jew deni (komuni). B’mod rari, ir-reazzjonijiet tal-ġilda jistgħu jkunu serji u jwasslu għall-mewt. Għamel kuntatt mat-tabib tiegħek jekk ikollok raxx sever jew ħakk jew jkollok ħafna nfafet (Is-sindromu ta’ Stevens-Johnson jew nekroliżi epidermali tossika).

Jekk tħossok għajjien f’daqqa waħda, tħossok li ġej xi ħass ħażin, tispiċċa bla nifs faċilment, jew jekk tidher pallidu (peress li jista’ jkollok inqas emoglobina min-normal, li huwa komuni ħafna).

Jekk ikollok telf ta’ demm mill-ħanek, mill-imnieħer jew mill-ħalq jew telf ta’ demm li ma jistax jieqaf, awrina li għandha kulur ħamrani jew jagħti fir-roża, ikollok tbenġil li mhux mistenni (peress li jista’ jkollok inqas plejtlits fid-demm min-normal, li huwa komuni ħafna).

Jekk f’daqqa waħda tħossok qed/a taqta’ nifsek, uġigħ qawwi f’sidrek jew sogħla b’katarru li jkun fih id-demm (mhux komuni) (tista’ tindika xi ċappa demm fis-sistema vaskulari tal-pulmun)

Effetti sekondarji bi pemetrexed jistgħu jinkludu:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 f’kull 10)

Ammont baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm

Livell baxx ta’ emoglobina (anemija)

Għadd baxx ta’ plejtlits

Dijarea

Rimettar

Uġigħ, ħmura, nefħa u ġrieħi f’ħalqek

Dardir

Nuqqas ta’ aptit

Għeja (ħedla)

Raxx fil-ġilda

Twaqqigħ ta’ xagħar

Stitikezza

Telf ta’ sensazzjoni

Kliewi: testijiet tad-demm anormali

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’kull 10)

Reazzjoni allerġika: raxx tal-ġilda/ sensazzjoni ta’ tingiż jew ħruq

Infezzjoni li tinkludi s-sepsis

Deni

Deidrazzjoni.

Insuffiċjenza tal-kliewi

Irritazzjoni tal-ġilda u ħakk

Uġigħ fis-sider

Dgħufija fil-muskoli

Konġunktivite (għajn infjammata)

Taqlib fl-istonku

Uġigħ fl-addome

Tibdil fit-togħma

Fwied: testijiet tad-demm anormali

Għajnejn idemmgħu

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

Insuffiċjenza tal-kliewi akuta Tħabbit tal-qalb b’rata mgħaġġla

Bi pemetrexed/terapija ta’ radjazzjoni kien hemm ukoll infjammazzjoni tar-rita tal-esofagu (passaġġ tal-ikel)

Kolite (infjammazzjoni tar-rita tal-musrana l-kbira u li fl-istess ħin jista’ jkun hemm ukoll fsada intestinali jew rettali)

Pulmonite interstizjali (il-boroż ta’ l-arja ġewwa ‘l pulmun irabbu qoxra)

Edema (fluwidu żejjed fit-tessuti tal-ġisem li jikkawża nefħa). Xi pazjenti kellhom attakk tal-qalb, attakk ta’ puplesija jew "attakk żgħir ta’ puplesija" meta rċevew pemetrexed, ħafna drabi meta dan ħaduh flimkien ma’ terapija oħra, ta’ kontra l-kanċer.

Panċitopenja- flimkien ma’ għadd baxx ġenerali taċ-ċelluli bojod, taċ-ċelluli ħomor u tal-plejtlits Dawk il-pazjenti li huma wkoll ikkurati permezz tar-radjazzjoni kemm qabel, kif ukoll waqt jew wara

l-kura tagħhom b’pemetrexed, jista’ jkollhom pulmonite kawża ta’ radjazzjoni ( il-boroż tal-arja ġewwa ‘l pulmun irabbu qoxra minħabba t-terapija bir-radjazzjoni)

Ġew irrapportati, uġigħ fl-estremitajiet, temperatura baxxa u tibdil fil-kulur. Ċapep tad-demm fis-sistema vaskulari tal-pulmun (emboliżmu pulmunarju)

Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000)

Jerġa’ jidher l-effett tar-radjazzjoni (raxx tal-ġilda bħal meta tinħaraq b’mod sever minħabba tixmix żejjed), li jista’ jseħħ fuq ġilda li tkun ġiet esposta qabel għar-radjoterapija, minn ġranet sa snin wara li tkun saret ir-radjazzjoni.

Kundizzjonijiet bullożi (mard tal-ġilda b’ħafna nfafet)- li jinkludu s-sindromu ta’ Stevens-Johnson u Nekrożi epidermali tossika

Anemija emolitika (anemija minħabba li jinqerdu ċ-ċelluli ħomor tad-demm) Epatite (infjammazzjoni tal-fwied)

Xokk anafilattiku (reazzjoni allerġika severa)

Mhux magħruf: il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli

Nefħa fir-riġlejn b’uġigħ u ħmura

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Pemetrexed Hospira UK Limited

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Pemetrexed Hospira UK Limited 100 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni Aħżen Il-kunjett ta’ 100 mg f’temperatura taħt 30°C.

Pemetrexed Hospira UK Limited 500 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni Il-kunjett ta’ 500 mg m’għandux bżonn ħażna speċjali.

Pemetrexed Hospira UK Limited 1,000 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni Il-kunjett ta’ 1,000 mg m’għandux bżonn ħażna speċjali.

Soluzzjonijiet Rikostitwiti u ta’ Infużjoni: Meta ppreparati kif suppost, l-istabbilità kimika u fiżika ta’ waqt l-użu ġiet ippruvata għal 24 siegħa f’temperatura ta’ friġġ (2°C sa 8°C) u f’25°C.

Mil-lat mikrobijoliġiku, il-prodott għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament, iż-żminijiet ta’ ħażna waqt l-użu u l-kundizzjonijiet ta’ qabel l-użu huma r-responsabbiltà ta’ min qed juża l-prodott u m’għandhomx ikunu itwal minn 24 siegħa f’temperaturi ta’ bejn 2°C u 8°C.

Is-soluzzjoni rikostitwita hija ċara u tvarja fil-kulur minn mingħajr kulur għal safra jew ħadra-safranija mingħajr ma taffettwa b’mod avvers il-kwalità tal-prodott. Mediċini parenterali għandhom jiġu spezzjonati viżwalment għal frak u tibdil fil-kulur qabel ma jingħataw. Jekk jinstab il-frak, m’għandekx tagħti.

Din il-mediċina għandha tintuża darba biss: kull fdal ta’ soluzzjoni li ma jkunx intuża għandu jintrema kif jitlob ir-rekwiżit lokali.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Pemetrexed Hospira UK Limited

Is-sustanza attiva hija pemetrexed.

Pemetrexed Hospira UK Limited 100 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni: Kull kunjett fih 100 milligramma ta’ pemetrexed (bħala pemetrexed ditromethamine).

Pemetrexed Hospira UK Limited 500 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni: Kull kunjett fih 500 milligramma ta’ pemetrexed (bħala pemetrexed ditromethamine).

Pemetrexed Hospira UK Limited 1,000 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni: Kull kunjett fih 1,000 milligramma ta’ pemetrexed (bħala pemetrexed ditromethamine).

Wara r-rikostituzzjoni, is-soluzzjoni jkun fiha 25 mg/ml ta’ pemetrexed. Qabel ma tingħata, ikun hemm bżonn ta’ iżjed dilwazzjoni mill-persuna inkarigata li tipprovdi l-kura.

Is-sustanza mhux attiva l-oħra hi mannitol.

Kif jidher Pemetrexed Hospira UK Limited u l-kontenut tal-pakkett

Pemetrexed Hospira UK Limited huwa trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni ġo kunjett tal-ħġieġ. Huwa trab lijofilizzat bejn abjad u isfar ċar jew isfar ħadrani.

Kull pakkett fih kunjett wieħed tal-ħġieġ ta’ 100 mg, 500 mg jew 1,000 mg pemetrexed ).

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u Manifattur

Hospira UK Limited

Horizon

Honey Lane

Hurley

Maidenhead

SL6 6RJ

Ir-Renju Unit

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

AT

BE / LU / NL

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H

Pfizer S.A. / N.V.

Tel: +43 (0)1521 15-

Tél/Tel: +32 2 554 62 11

BG / EL / MT / PL / RO / UK

CY

Hospira UK Ltd

Pharmaceutical Trading Co Ltd

Tel: + 44 (0) 1628 515500

Tel: 24656165

CZ

DE

Pfizer, spol. s.r.o.

Pfizer Pharma PFE GmbH

Tel: +420-283-004-111

Tel: + 49 (0) 800 8535555

DK

EE

Pfizer ApS

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal

Tlf: + 45 44 20 11 00

Tel: +372 666 7500

ES

FI

Pfizer GEP, S.L.

Pfizer PFE Finland Oy

Tel: + 34 91 490 99 00

Puh/Tel: +358 (0)9 430 040

FR

HR

Pfizer PFE France

Pfizer Croatia d.o.o.

Tél: + 33 (0) 1 58 07 34 40

Tel: +358 1 3908 777

HU

IE

Pfizer Kft.

Hospira Ireland Sales Limited

Tel: + 36 1 488 37

Tel: 1800 633 363 (toll free)

 

+44 (0) 1304 616161

IS

IT

Icepharma hf.

Pfizer Italia Srl

Sími: +354 540 8000

Tel: +39 06 33 18 21

LV

LT

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje

Tel.: + 371 670 35 775

Tel. + 370 52 51 4000

NO

PT

Pfizer AS

Hospira Portugal Lda

Tlf: +47 67 52 61 00

Tel: + 351 21 423 55 00

SE

SI

Pfizer AB

Pfizer Luxembourg SARL

Tel: +46 (0)8 550 520 00

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja

 

farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

SK

Tel: +386 (0)1 52 11 400

 

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka

 

Tel: +421–2–3355 5500

 

Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’{xahar SSSS}.

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:

Istruzzjonijiet għall-użu, l-immaniġġar u rimi

1.Uża teknika asettika matul ir-rikostituzzjoni u għal iżjed dilwazzjoni ta’ pemetrexed għall-għoti ta’ l-infużjoni fil-vini.

2.Ikkalkula d-doża u n-numru ta’ kunjetti ta’ Pemetrexed Hospira UK Limited li hemm bżonn. Kull kunjett fih ammont żejjed ta’ pemetrexed sabiex jiffaċilita l-għoti tal-ammont miktub fuq it-tikketta.

3. Pemetrexed Hospira UK Limited għandu jiġi rrikostitwit biss b’ilma sterili għall-injezzjonijiet.

Pemetrexed Hospira UK Limited kunjett ta’ 100 mg:

Irrikostitwixxi kull kunjett ta’ 100 mg b’4.2 ml ta’ ilma sterili għall-injezzjonijiet, li jirriżulta f’soluzzjoni li jkollha 25 mg/ml pemetrexed.

Pemetrexed Hospira UK Limited kunjett ta’ 500 mg: Irrikostitwixxi kull kunjett ta’ 500 mg b’20 ml ta’ ilma sterili għall-injezzjonijiet, li jirriżulta f’soluzzjoni li jkollha 25 mg/ml pemetrexed.

Pemetrexed Hospira UK Limited kunjett ta’ 1,000 mg: Irrikostitwixxi kull kunjett ta’ 1,000 mg b’40 ml ta’ ilma sterili għall-injezzjonijiet, li jirriżulta f’soluzzjoni li jkollha 25 mg/ml pemetrexed.

Dawwar bil-mod kull kunjett sakemm it-trab ikun inħall kompletament. Is-soluzzjoni li tirriżulta hija ċara u tvarja minn bla kulur sa kulur safrani jew safrani fl-aħdar mingħajr ma tiġi affettwata b’mod negattiv il-kwalità tal-prodott. Il-pH tas-soluzzjoni rikostitwita hi bejn 5.7 u 7.7. Ikun meħtieġ iżjed dilwizzjoni.

4.Pemetrexed Hospira UK Limited irid jerġa’ jiġi dilwit biss b’soluzzjoni ta’ 5% glukożju, mingħajr preservattiv. Il-volum xieraq tas-soluzzjoni rikostitwita ta’ pemetrexed irid jerġa’ jiġi dilwit sa 100 ml b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 5% glukożju, mingħajr preservattiv, u jingħata bħala infużjoni fil-vini għal 10 minuti.

5.Soluzzjonijiet ta’ infużjoni ta’ pemetrexed ippreparati kif indikat hawn fuq huma kompatibbli ma’ settijiet għall-għoti u boroż tal-infużjoni miksija bil-polyvinyl chloride u b’inforra tal-polyolefin. Pemetrexed mhux kompatibbli ma’ diluwenti li fihom il-kalċju, li jinkludu l-injezzjoni ta’ lactated Ringer u l-injezzjoni ta’ Ringer.

6.Qabel ma jingħataw, prodotti mediċinali parenterali għandhom jiġu eżaminati viżwalment għal preżenza ta’ xi frak u telf ta’ kulur. Tinjettax jekk jiġi osservat xi frak.

7.Soluzzjonijiet ta’ pemetrexed għandhom jintużaw darba biss.

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali

Prekawzjonijiet fil-preparazzjoni u l-amministrazzjoni: L-immaniġġar u l-preparazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ infużjoni ta’ pemetrexed għandhom isiru b’attenzjoni kif isir b’sustanzi oħra kontra l-kanċer u potenzjalment tossiċi. Hu rrakkomandat li jintużaw l-ingwanti. F’każ li s-soluzzjoni ta’ pemetrexed tiġi f’kuntatt mal-ġilda, aħsel sew il-ġilda bis-sapun u bl-ilma immedjatament. Jekk soluzzjonijiet ta’ pemetrexed jiġu f’kuntatt mar-riti mukużi, laħlaħ sew bl-ilma. Pemetrexed mhuwiex visikant. M’hemmx antidotu speċifiku għall-estravażjoni ta’ pemetrexed. Ġew irrapportati xi każijiet ta’ estravażjoni ta’ pemetrexed, li ma ġewx meqjusa bħala serji mill-investigatur. L-estravażjoni għandha tiġi kontrollata permezz tal-prattika lokali standardizzata kif issir b’sustanzi oħra li mhumiex visikanti.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati