Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Peyona (Nymusa) (caffeine citrate) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N06BC01

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPeyona (Nymusa)
Kodiċi ATCN06BC01
Sustanzacaffeine citrate
ManifatturChiesi Farmaceutici SpA

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Peyona 20 mg/ml soluzzjoni għall-infużjoni u soluzzjoni orali

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull ml fih 20 mg caffeine citrate (ekwivalenti għal 10 mg caffeine).

Kull ampulla ta’ 1 ml fiha 20 mg caffeine citrate (ekwivalenti għal 10 mg caffeine) Kull ampulla ta’ 3 ml fiha 60 mg caffeine citrate (ekwivalenti għal 30 mg caffeine).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-infużjoni.

Soluzzjoni orali.

Soluzzjoni milwiema, ċara u bla kulur f’pH=4.7.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kura ta’ apneja primarja fi trabi tat-twelid prematuri.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Kura b’caffeine citrate għandha tinbeda taħt is-superviżjoni ta’ tabib b’esperjenza fil-kura intensiva ta’ trabi tat-twelid. Il-kura għandha tingħata biss f’taqsima ta’ kura intensiva ta’ trabi tat-twelid fejn hemm disponibbli faċilitajiet xierqa għas-sorveljanza u l-monitoraġġ tal-pazjent.

Pożoloġija

Il-kors ta’ dożaġġ rrakkomandat fi trabi li ma kienux ikkurati minn qabel hija doża għolja tal-bidu ta’

20 mg caffeine citrate kull kg ta’ piz tal-ġisem mogħtija permezz ta’ infużjoni bil-mod fil-vini fuq medda ta’ 30 minuta, bl-użu ta’ pompa ta’ l-infużjoni b’siringa jew strument ieħor għall-infużjoni mkejla. Wara intervall ta’ 24 siegħa, jistgħu jingħataw dożi ta’ manteniment ta’ 5 mg kull kg ta’ piz tal-ġisem permezz ta’ infużjoni bil-mod fil-vini fuq medda ta’ 10 minuti kull 24 siegħa. Bħala alternattiva, dożi ta’ manteniment ta’ 5 mg kull kg ta’ piz tal-ġisem jistgħu jingħataw permezz ta’ għoti orali, bħal minn ġo tubu nażogastriku, kull 24 siegħa.

Id-doża għolja tal-bidu rrakkomandata u d-dożi ta’ manteniment ta’ caffeine citrate huma mniżżla fit- tabella li ġejja li tikklarifika ir-relazzjoni bejn il-volum ta’ l-injezzjoni u d-dożi mogħtija espressi bħala caffeine citrate.

Id-doża espressa bħala bażi ta’ caffeine hija nofs id-doża meta espressa bħala caffeine citrate (20 mg caffeine citrate huma ekwivalenti għal 10 mg ta’ caffeine bħala bażi).

 

Doża ta’caffeine

Doża ta’ caffeine

Rotta

Frekwenza

 

citrate (Volum)

citrate (mg/kg ta’ piz

 

 

 

 

tal-ġisem)

 

 

 

Doża għolja

1.0 ml/kg ta’ piz

20 mg/kg ta’ piz tal-

Infużjoni fil-vini

Darba

 

tal-bidu

tal-ġisem

ġisem

(fuq medda ta’ 30

 

 

 

 

 

minuta)

 

 

Doża ta’

0.25 ml/kg ta’ piz

5 mg/kg ta’ piz tal-

Infużjoni fil-vini (fuq

Kull 24

 

manteniment

tal-ġisem

ġisem

medda ta’ 10 minuti)

siegħa*

 

*

 

 

jew permezz ta’ għoti

 

*

 

 

 

orali

 

Tinbeda 24 siegħa wara d-doża għolja

tal-bidu

 

 

Fi trabi tat-twelid li twieldu qabel iż-żmien b’rispons kliniku mhux suffiċjenti għad-doża għolja tal-bidu, tista’ tingħata doża għolja oħra ta’ massimu ta’ 10-20 mg/kg wara 24 siegħa.

Dożi ogħla tal-manteniment ta’ 10 mg/kg ta’ piż tal-ġisem jistgħu jiġu kkunsidrati f’każ ta’ rispons insuffiċjenti, billi wieħed jikkunsidra l-potenzjal għal akkumulazzjoni ta’ kaffeina minħabba l-half-life twila fi trabi tat-twelid li twieldu qabel iż-żmien u l-kapaċità li tiżdied b’mod progressiv li l-kaffeina tiġi metabolizzata fir-rigward tal-età ta’ wara l-menstrwazzjoni (ara sezzjoni 5.2). Fejn ikun klinikament indikat, il-livelli ta’ kaffeina fil-plażma għandhom jiġu mmonitorjati. Id-dijanjosi ta’ apnea minħabba l- prematurità jista’ jkollha bżonn li tiġi kkunsidrata mill-ġdid jekk il-pazjenti ma jirrispondux b’mod adegwat għat-tieni doża għolja tal-bidu jew doża tal-manteniment ta’ 10 mg/kg/kuljum (ara sezzjoni 4.4).

Aġġustament fid-dożaġġ u monitoraġġ

F’każijiet ta’ rispons kliniku mhux komplut jew sinjali ta’ tossiċità jista’ jkun hemm bżonn li l- konċentrazzjonijiet ta’ caffeine fil-plażma jiġu monitorati perjodikament tul il-kura.

Barra dan, jista’ jkun hemm bżonn li d-dożi jiġu aġġustati skond il-ġudizzju mediku wara monitoraġġ ta’ rutina tal-konċentrazzjonijiet ta’ caffeine fil-plażma f’sitwazzjonijiet ta’ riskju bħal:

trabi prematuri ħafna (età ta’ ġestazzjoni ta’ < 28 ġimgħa u/jew piz tal-ġisem ta’ <1000 g) partikularment meta jkunu qed jirċievu nutrizzjoni parenterali

trabi b’indeboliment epatiku jew renali (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2)

trabi b’disturbi ta’ aċċessjonijiet

trabi b’mard tal-qalb magħruf u klinikament sinifikanti

trabi li rċevew għoti fl-istess waqt ta’ prodotti mediċinali magħrufa li jinterferixxu mal-metaboliżmu ta’ caffeine (ara sezzjoni 4.5)

trabi li l-ommijiet tagħhom jieħdu caffeine waqt li qed jipprovdu ħalib tas-sider għat-treddigħ.

Huwa rrakkomandat li l-livelli ta’ caffeine fil-linja bażi huma mkejjla fi:

trabi li l-ommijiet tagħhom setgħu ħadu kwantitajiet kbar ta’ caffeine qabel il-ħlas (ara sezzjoni 4.4)

trabi li kienu ikkurati minn qabel b’theophylline, li huwa metabolizzat għal caffeine.

Caffeine għandu half-life mtawwla fi trabi tat-twelid prematuri u hemm il-potenzjal ta’ akkumulazzjoni li jista’ jeħtieġ monitoraġġ tat-trabi kkurati għall-perijodu mtawwal (ara sezzjoni 5.2).

Kampjuni tad-demm għas-sorveljanza għandhom jittieħdu eżatt qabel id-doża li jmiss f’każ ta’ falliment terapewtiku u 2 sa 4 sigħat wara d-doża ta’ qabel meta jkun hemm suspett ta’ tossiċità.

Għalkemm firxa ta’ konċentrazzjonijiet terapewtiċi fil-plażma ta’ caffeine ma ġietx determinata fil- letteratura, fi studji, livelli ta’ caffeine assoċjati ma’ benefiċju kliniku varjaw minn 8 sa 30 mg/l u normalment ma tqajjmu l-ebda ħsibijiet ta’ sigurtà b’livelli fil-plażma taħt 50 mg/l.

Tul tal-kura

L-aħjar tul ta’ kura ma ġiex stabbilit. Fi studju multicentre, reċenti u kbir fuq trabi tat-twelid li twieldu qabel iż-żmien kien irrapportat perijodu medjan ta’ kura ta’ 37 ġurnata.

Fil-prattika klinika, il-kura ġeneralment titkompla sakemm it-tarbija tilħaq età post-menstrwali ta’ 37

ġimgħa, sa’ liema żmien apneja tal-prematurità normalment tfieq waħedha. Madankollu dan il-limitu jista’ jiġi rivedut skond il-ġudizzju kliniku f’każijiet individwali skond ir-rispons għall-kura, il-preżenza kontinwa ta’ episodji ta’ apneja minkejja l-kura, jew konsiderazzjonijiet kliniċi oħra. Huwa rrakkomandat li l-għoti ta’ caffeine citrate jitwaqqaf meta l-pazjent ikollu 5-7 ijiem mingħajr attakk sinifikanti ta’ apneja. Jekk il-pazjent kellu apneja rikorrenti, l-għoti ta’ caffeine citrate jista’ jerġa jinbeda b’doża ta’ manteniment jew b’nofs id-doża għolja tal-bidu, skond l-intervall ta’ żmien minn meta twaqqaf caffeine citrate sad-dehra mill-ġdid ta’ l-apneja.

Inħabba l-eliminazzjoni bil-mod ta’ caffeine f’din il-popolazzjoni ta’ pazjenti, mhux meħtieġ li d-doża titnaqqas bil-mod mal-waqfien tal-kura.

Peress li hemm riskju għall-okkorrenza mill-ġdid ta’ apneja wara l-waqfien tal-kura b’caffeine citrate l- monitoraġġ tal-pazjent għandu jitkompla għal madwar ġimgħa.

Indeboliment epatiku u renali

Hemm esperjenza limitata f’pazjenti b’indeboliment renali u epatiku. Fi studju dwar is-sigurtà li twettaq wara l-awtorizzazzjoni, il-frekwenza tar-reazzjonijiet avversi f’numru żgħir ta’ trabi prematuri ħafna b’indeboliment renali/epatiku deheret li kienet ogħla meta mqabbla ma’ trabi prematuri mingħajr indeboliment tal-organi (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8).

Fil-preżenza ta’ indeboliment renali, hemm potenzjal miżjud għall-akkumulazzjoni. Doża ta’ manteniment ta’ kuljum imnaqqsa ta’ caffeine citrate hija meħtieġa u d-doża għandha tiġi ggwidata mir-riżultati ta’ caffeine fil-plażma.

Fi trabi prematuri ħafna, it-tneħħija ta’ caffeine ma tiddependix fuq il-funzjoni epatika. Il-metaboliżmu ta’ caffeine fil-fwied jiżviluppa b’mod progressiv fil-ġimgħat ta’ wara t-twelid u għal trabi akbar, marda epatika tista’ tindika l-ħtieġa għal-monitoraġġ tal-livelli ta’ caffeine fil-plażma u tista’ teħtieġ aġġustamenti fid-doża (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Caffeine citrate jista’ jingħata permezz ta’ infużjoni fil-vini u mir-rotta orali. Il-prodott mediċinali m’għandux jingħata permezz ta’ injezzjoni fil-muskoli, taħt il-ġilda, ġot-teka jew ġol-peritonew.

Meta mogħti fil-vini, caffeine citrate għandu jingħata permezz ta’ infużjoni kkontrollata fil-vini, bl-użu ta’ pompa ta’ l-infużjoni b’siringa jew strument ieħor għall-infużjoni mkejla biss. Caffeine citrate jista’ jintuża mingħajr dilwazzjoni jew jista’ jiġi dilwit f’soluzzjonijiet għall-infużjoni sterili bħal glucose

50 mg/ml (5%), jew sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) jew calcium gluconate 100 mg/ml (10%) immedjatament wara li jinġibed mill-ampulla (ara sezzjoni 6.6).

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Apneja

Apneja tal-prematurità hija dijanjosi ta’ esklużjoni. Raġunijiet oħra ta’ apneja (eż., disturbi fis-sistema nervuża ċentrali, mard primarju tal-pulmun, anemija, sepsi, disturbi metaboliċi, anormalitajiet kardjovaskulari, jew apneja ostruttiva) għandhom jiġu esklużi jew ikkurati kif jixraq qabel tinbeda kura b’caffeine citrate. Falliment ta’ rispons għall-kura b’caffeine (jekk neċessarju ikkonfermat minn kejl tal- livelli fil-plażma) jista’ jkun indikazzjoni ta’ kawża oħra ta’ apneja.

Konsum ta’ caffeine

Fi trabi tat-twelid li twieldu lill-ommijiet li ħadu kwantitajiet kbar ta’ caffeine qabel il-ħlas, il- konċentrazzjonijiet fil-linja bażi ta’ caffeine fil-plażma għandhom jiġu mkejjla qabel tinbeda l-kura b’caffeine citrate, peress li caffeine jgħaddi faċilment mill-plaċenta għal ġewwa ċ-ċirkolazzjoni tal-fetu (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

Ommijiet li qed ireddgħu trabi tat-twelid kkurati b’caffeine citrate m’għandhomx jieħdu ikel u xorb li fih caffeine jew prodotti mediċinali li fihom caffeine (ara sezzjoni 4.6), peress li caffeine jiġi mneħħi fil-ħalib tas-sider (ara sezzjoni 5.2).

Theophylline

Fi trabi tat-twelid ikkurati minn qabel b’theophylline, il-konċentrazzjonijiet fil-linja bażi ta’ caffeine fil- plażma għandhom jiġu mkejjla qabel tinbeda l-kura b’caffeine citrate peress li trabi li twieldu qabel iż- żmien jimmetabolizzaw theophylline għal caffeine.

Aċċessjonijiet

Caffeine huwa stimulant tas-sistema nervuża ċentrali u kienu irrapportati aċċessjonijiet f’każijiet ta’ doża eċċessiva ta’ caffeine. Għandhu jkun hemm attenzjoni estrema jekk caffeine citrate jiġi wżat fi trabi tat- twelid b’disturbi ta’ aċċessjonijiet.

Reazzjonijiet kardjovaskulari

Fi studji ppublikati caffeine intwera li jżid ir-rata tal-qalb, it-tfigħ tal-ventriklu tax-xellug, u l-volum ta’ demm ippumpjat minn ventriklu wieħed. Għalhekk, caffeine citrate għandu jintuża b’attenzjoni fi trabi tat- twelid b’mard kardjovaskulari magħruf. Hemm evidenza li caffeine jikkawża takiarritmija f’individwi suxxettibli. Fi trabi tat-twelid din ħafna drabi hija takikardija sinus sempliċi. Jekk kien hemm xi disturbi mhux tas-soltu fir-ritmu fuq it-traċċa tal-kardjotokografija (CTG) qabel twieldet it-tarbija, caffeine citrate għandu jingħata b’attenzjoni.

Indeboliment renali u epatiku

Caffeine citrate għandu jingħata b’attenzjoni fi trabi tat-twelid li twieldu qabel iż-żmien b’indeboliment fil-funzjoni renali jew epatika. Fi studju dwar is-sigurtà li twettaq wara l-awtorizzazzjoni, il-frekwenza tar- reazzjonijiet avversi f’numru żgħir ta’ trabi prematuri ħafna b’indeboliment renali/epatiku deheret li kienet ogħla meta mqabbla ma’ trabi prematuri mingħajr indeboliment tal-organi (ara sezzjonijiet 4.2, 4.8 u 5.2).

Sabiex tkun evitata tossiċità f’din il-popolazzjoni, d-dożi għandhom jiġu aġġustati permezz ta’ monitoraġġ tal-konċentrazzjonijiet ta’ caffeine fil-plażma.

Enterokolite nekrotika

Enterokolite nekrotika hija kawża komuni ta’ morbidità u mortalità fi trabi tat-twelid li twieldu qabel iż-

żmien. Hemm rapporti ta’ assoċjazzjoni possibli bejn l-użu ta’ methylxanthines u l-iżvilupp ta’ enterokolite nekrotika. Madankollu, relazzjoni kawżali bejn l-użu ta’ caffeine jew ta’ methylxanthine oħra u enterokolite nekrotika ma ġietx stabbilita. Bħal kull tarbija li twieldet qabel iż-żmien, dawk ikkurati b’caffeine citrate għandhom jiġu monitorjati b’attenzjoni għall-iżvilupp ta’ enterokolite nekrotika (ara sezzjoni 4.8).

Caffeine citrate għandu jintuża b’attenzjoni fi trabi li jsofru minn rifluss gastro-esofagali, peress li l-kura tista’ taggrava din il-kundizzjoni.

Caffeine citrate jikkawża żjieda ġeneralizzata fil-metaboliżmu, li tista’ twassal fi ħtieġa akbar ta’ enerġija u nutrizzjoni waqt it-terapija.

Id-dijuresi u t-telf ta’ elettroliti indotta minn caffeine citrate tista teħtieġ korrezzjoni tad-disturbi tal- fluwidi u l-elettroliti.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Fi trabi tat-twelid li twieldu qabel iż-żmien isseħħ bidla bejn caffeine u theophylline. Dawn is-sustanzi attivi m’għandhomx jintużaw fl-istess waqt.

Iċ-ċitokromju P450 1A2 (CYP1A2) huwa l-enżima prinċipali involuta fil-metaboliżmu ta’ caffeine fil- bnedmin. Għalhekk, caffeine għandu l-potenzjal li jinteraġixxi ma’ sustanzi attivi li huma substrati għal CYP1A2, jinibixxu CYP1A2, jew jinduċu CYP1A2. Madankollu, l-metaboliżmu ta’ caffeine fi trabi tat- twelid li twieldu qabel iż-żmien huwa limitat minħabba s-sistemi ta’ enżimi epatiċi immaturi tagħhom.

Għalkemm hemm biss ftit tagħrif dwar l-interazzjonijiet ta’ caffeine ma sustanzi attivi oħra fi trabi tat- twelid li twieldu qabel iż-żmien, jista’ jkun hemm bżonn ta’ dożi aktar baxxi ta’ caffeine citrate wara l- għoti fl-istess waqt ta’ sustanzi attivi li huma rrapportati li jnaqqsu l-eliminazzjoni ta’ caffeine fl-adulti

(eż., cimetidine u ketoconazole) u jista’ jkun hemm bżonn ta’ dożi ogħla ta’ caffeine citrate wara l-għoti fl-istess waqt ta’ sustanzi attivi li jżidu l-eliminazzjoni ta’ caffeine (eż., phenobarbital u phenytoin). Meta jkun hemm dubju dwar l-interazzjonijiet possibli, għandhom jitkejjlu l-konċentrazzjonijiet ta’ caffeine fil- plażma.

Peress li tkabbir żejjed ta’ batterja fil-musrana huwa assoċjat ma’ l-iżvilupp ta’ enterokolite nekrotika, l- għoti ta’ caffeine citrate flimkien ma’ prodotti mediċinali li jissopprimu s-sekrezzjoni ta’ aċidu gastriku

(imblokkaturi antistamini tar-riċetturi H2 jew inibituri tal-pompi tal-protoni) teoretikament jista’ jżid ir- riskju ta’ enterokolite nekrotika (ara sezzjoni 4.4 u 4.8).

L-użu fl-istess waqt ta’ caffeine u doxapram jista’ jsaħħaħ l-effett stimolatorju tagħhom fuq is-sistema kardjo-respiratorja u s-sistema nervuża ċentrali. Jekk huwa rrakkomandat użu fl-istess waqt, ir-ritmu kardijaku u l-pressjoni tad-demm għandhom jiġu monitorati b’attenzjoni.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Fi studji fuq l-annimali, caffeine f’dożi għolja ntwera li huwa embrijotossiku u teratoġeniku. Dawn l- effetti mhux rilevanti fir-rigward ta’ għoti fuq perijodu qasir lill-popolazzjoni ta’ trabi li twieldu qabel iż- żmein (ara sezzjoni 5.3).

Treddigħ

Caffeine hu eliminat fil-ħalib tas-sider u jgħaddi faċilment mill-plaċenta għal ġewwa ċ-ċirkolazzjoni tal- fetu (ara sezzjoni 5.2).

Ommijiet li qed ireddgħu trabi tat-twelid ikkurati b’caffeine citrate m’għandhomx jieħdu ikel u xorb li fih caffeine jew prodotti mediċinali li fihom caffeine.

Fi trabi tat-twelid li twieldu lill-ommijiet li ħadu kwantitajiet kbar ta’ caffeine qabel il-ħlas, għandhom jiġu mkejjla l-konċentrazzjonijiet fil-linja bażi ta’ caffeine fil-plażma qabel tinbeda l-kura b’caffeine citrate (ara sezzjoni 4.4).

Fertilità

Effetti fuq il-ħila riproduttiva osservati fl-annimali mhumiex rilevanti għall-indikazzjoni tiegħu fit-trabi tat-twelid li twieldu qabel iż-żmien (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Mhux rilevanti.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Il-farmakoloġija u t-tossikoloġija magħrufa ta’ caffeine u methylxanthines oħra jbassru r-reazzjonijiet avversi probabbli ta’ caffeine citrate. Effetti deskritti jinkludu stimulazzjoni tas-sistema nervuża ċentrali (CNS) bħal konvulżjoni, irritabilità, aġitazzjoni u nervożiżmu, effetti kardijaċi bħal takikardija, arritmija, pressjoni għolja u żjieda fil-volum ta’ demm ippumpjat minn ventriklu wieħed, disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni bħal ipergliċemija. Dawn l-effetti huma relatati mad-doża u jistgħu jinħtieġu kejl tal-livelli fil-plażma u tnaqqis fid-doża.

Lista f’tabella ta’ reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi deskritti fil-letteratura ppublikata fuq perijodu qasir u twil u miksuba minn studju dwar is-sigurtà li twettaq wara l-awtorizzazzjoni li jistgħu jkunu assoċjati ma’ caffeine citrate huma mniżżla taħt skond is-Sistema tal-Klassifika tal-Organi u Terminu Ppreferut (MedDRA).

Il-frekwenza hija definita bħala: komuni ħafna (≥ 1/10), komuni (≥1/100 sa <1/10), mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100), rari (≥1/10,000 sa <1/1,000), rari ħafna (<1/10,000) u mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

Sistema tal-Klassifika tal-

Reazzjoni Avversa

Frekwenza

Organi

 

 

 

 

 

Infezzjonijiet u

Sepsi

Mhux magħrufa

infestazzjonijiet

 

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema immuni

Reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva

Rari

 

 

 

Disturbi fil-metaboliżmu u n-

Ipergliċemija

Komuni

nutrizzjoni

 

 

 

 

 

 

Ipogliċemija, nuqqas ta’ tkabbir,

Mhux magħrufa

 

intolleranza għall-ikel

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

Konvulżjoni

Mhux komuni

 

 

 

 

Irritabilità, nervożiżmu, aġitazzjoni,

Mhux magħrufa

 

ħsara fil-moħħ

 

 

 

 

Disturbi fil-widnejn u fis-

Telf tas-smigħ

Mhux magħrufa

sistema labirintika

 

 

 

 

 

Disturbi fil-qalb

Takikardija

Komuni

 

 

 

 

Arritmija

Mhux komuni

 

 

 

 

Żjieda fit-tfigħ tal-ventriklu tax-xellug u

Mhux magħrufa

 

żjieda fil-volum ta’ demm ippumpjat

 

 

minn ventriklu wieħed

 

 

 

 

Disturbi gastro-intestinali

Regurġitazzjoni, gastric aspirate

Mhux magħrufa

 

miżjud, enterokolite nekrotika

 

 

 

 

Disturbi ġenerali u

Flebite fis-sit ta’ l-infużjoni,

Komuni

kondizzjonijiet ta’ mnejn

infjammazzjoni fis-sit ta’ l-infużjoni

 

jingħata

 

 

 

 

 

Investigazzjonijiet

Żjieda fl-awrina, żjieda ta’ sodium u

Mhux magħrufa

 

calcium fl-awrina, tnaqqis fl-

 

 

emoglobina, thyroxine imnaqqas

 

 

 

 

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Enterokolite nekrotika hija kawża komuni ta’ morbidità u mortalità fi trabi tat-twelid prematuri. Hemm rapporti ta’ possibbiltà ta’ assoċjazzjoni bejn l-użu ta’ methylxanthines u l-iżvilupp ta’ enterokolite nekrotika. Madankollu, relazzjoni kawżali bejn l-użu ta’ caffeine jew methylxanthine oħra u enterokolite nekrotika ma ġietx stabbilita.

Fi studju double-blind ikkontrollat bil-plaċebo ta’ caffeine citrate f’85 tarbija li twieldu qabel iż-żmien

(ara sezzjoni 5.1), enterokolite nekrotika kienet iddijanjostikata fil-fażi mgħammda ta’ l-istudju f’żewġ trabi fuq kura attiva u f’tarbija fuq il-plaċebo, u fi tliet trabi fuq caffeine waqt il-fażi open-label ta’ l- istudju. Tlieta mit-trabi li żviluppaw enterokolite nekrotika waqt l-istudju mietu. Studju kbir u multicentre

(n=2006) li nvestiga ir-riżultat fit-tul ta’ trabi li twieldu qabel iż-żmien kkurati b’caffeine citrate (ara sezzjoni 5.1) ma weriex żjieda fil-frekwenza ta’ enterokolite nekrotika fil-grupp ta’ caffeine meta mqabbel mal-plaċebo. Bħal ma’ f’kull tarbija li twieldet qabel iż-żmien, dawk ikkurati b’caffeine citrate għandhom jiġu monitorati b’attenzjoni għall-iżvilupp ta’ enterokolite nekrotika (ara sezzjoni 4.4).

Kienu osservati ħsara fil-moħħ, konvulżjoni u telf tas-smigħ, iżda dawn kienu aktar frekwenti fil-grupp tal-plaċebo.

Waqt kura fit-tul caffeine jista’ jissopprimi s-sintesi ta’ erythropoietin u b’hekk inaqqas il-konċentrazzjoni ta’ l-emoglobina.

Tnaqqis temporanju ta’ thyroxine (T4) kien irreġistrat fi trabi fil-bidu tat-terapija iżda dan mhux sostnut b’terapija kontinwa.

Evidenza disponibbli ma tindika l-ebda reazzjonijiet avversi fit-tul ta’ terapija b’caffeine fi trabi tat-twelid rigward riżultat ta’ żvilupp newrali, nuqqas ta’ tkabbir jew fuq is-sistemi kardjovaskulari, gastro- intestinali jew endokrinali. Caffeine ma jidhirx li jaggrava ipoxja ċerebrali jew li jaggrava xi ħsara li tirriżulta, għalkemm il-possibilità ma tistax tiġi eskluża.

Popolazzjonijiet speċjali oħra

Fi studju dwar is-sigurtà li twettaq wara l-awtorizzazzjoni fuq 506 trabi prematuri kkurati b’Peyona, dejta dwar is-sigurtà kient miġbura dwar 31 tarbija prematura ħafna b’indeboliment renali/epatiku. Reazzjonijiet avversi dehru li huma aktar frekwenti f’dan is-sottogrupp b’indeboliment tal-organi milli fi trabi osservati oħra mingħajr indeboliment tal-organi. L-aktar irrappurtati kienu disturbi fil-qalb

(takikardija, inkluż każ wieħed ta’ arritmija).

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Wara doża eċċssiva, l-livelli ta’ caffeine fil-plażma ippublikati varjaw minn madwar 50 mg/l sa 350 mg/l.

Sintomi

Sinjali u sintomi rrapportati fil-letteratura wara doża eċċessiva ta’ caffeine fi trabi li twieldu qabel iż- żmien kienu jinkludu ipergliċemija, ipokalimja, rogħda ħafifa fl-estremitajiet, aġitazzjoni, ipertonija, opisthotonus, movimenti toniċi kloniċi, aċċessjonijiet, takiapneja, takikardija, rimettar, irritazzjoni gastrika, emorraġija gastro-intestinali, deni, nervożiżmu, żjieda tal-urea fid-demm u żjieda fl-għadd ta’ ċeulli bojod tad-demm, movimenti tax-xedaq u tax-xufftejn bla raġuni. Kien irrapportat każ wieħed ta’ doża eċċesiva b’caffeine ikkumplikat bl-iżvilupp ta’ emorraġija intraventrikulari u sequelae newroloġiċi fit-tul. Ma kienet irrapportata l-ebda mewt assoċjata ma’ doża eċċesiva ta’ caffeine fi trabi li twieldu qabel iż-żmien.

Ġestjoni

Kura ta’ doża eċċessiva ta’ caffeine hija primarjament sintomatika u ta’ sapport. Il-konċentrazzjonijiet fil- plażma ta’ potassium u glucose għandhom jiġu monitorati u ipokalimja u ipergliċemija għandhom jiġu kkoreġuti. Il-konċentrazzjonijiet ta’ caffeine fil-plażma intwerew li jonqsu wara trasfużjoni ta’ tibdil. Konvulżjonijiet jistgħu jiġu kkurati b’għoti fil-vini ta’ sustanzi kontra l-konvulżjonijiet (diazepam jew barbiturate bħal pentobarbital sodium jew phenobarbital).

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Psikoanalettiċi, derivati ta’ xanthine, Kodiċi ATC: N06BC01

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Caffeine huwa strutturalment relatat mal-methylxanthines theophylline u theobromine.

Ħafna mill-effetti tiegħu kienu attribbwiti għall-antagoniżmu tar-riċetturi adenosine, iż-żewġ sottotipi A1 u A2A, li ntwerew f’analiżi ta’ twaħħil mar-riċetturi u osservati f’konċentrazzjonijiet ta’ madwar dawk li ntlaħqu b’mod terapewtiku f’din l-indikazzjoni.

Effetti farmakodinamiċi

L-azzjoni prinċipali ta’ caffeine huwa bħala stimulant tas-CNS. Dan huwa l-bażi ta’ l-effett ta’ caffeine fl- apneja tal-prematurità, u għal dan kienu proposti bosta mekkaniżmi għall-azzjonijiet tiegħu inkluż: (1) stimulazzjoni taċ-ċentru respiratorju, (2) żjieda fil-ventilazzjoni ta’ kull minuta, (3) tnaqqis fil-limitu għal iperkapnija, (4) żjieda fir-rispons għal iperkapnija, (5) żjieda fit-ton tal-muskoli skeletriċi, (6) tnaqqis fl- għeja tad-dijaframma, (7) żjieda fir-rata metabolika, u (8) żjieda fil-konsum ta’ l-ossiġnu.

Effikaċja klinika u sigurtà

L-effikaċja klinika ta’ caffeine citrate kienet stmata fi studju multicentre, randomised u double-blind li qabbel caffeine citrate ma’ plaċebo f’85 tarbija li twieldu qabel iż-żmien (età ta’ ġestazzjoni ta’ 28 sa <33 ġimgħa) b’apneja tal-prematurità. It-trabi rċevew doża għolja tal-bidu ta’ 20 mg/kg caffeine citrate fil-vini. Wara doża ta’ manteniment ta’ kuljum ta’ 5 mg/kg caffeine citrate ingħatat fil-vini jew mill-ħalq (permezz

ta’ tubu ta’ l-ikel) sa 10-12-il ġurnata. Jekk l-apneja baqgħet bla ma ġiet ikkontrollata l-protokoll ippermetta li t-trabi jiġu “salvati” b’kura open-label ta’ caffeine citrate. F’dan il-każ, it-trabi rċevew it- tieni doża għolja tal-bidu ta’ 20 mg/kg caffeine citrate wara ġurnata ta’ kura 1 u qabel ġurnata ta’ kura 8. Kien hemm aktar ġranet mingħajr l-ebda apneja taħt kura b’caffeine citrate (3.0 ijiem, kontra 1.2 jiem għall-plaċebo; p=0.005); barra dan, kien hemm persentaġġ ogħla ta’ pazjenti bl-ebda apneja għal > 8 ijiem (caffeine 22% kontra plaċebo 0%).

Studju reċenti kbir ikkontrollat bil-plaċebo u multicentre (n=2006) investiga r-riżultati fuq perijodu qasir u fit-tul (18-21-il xahar) ta’ trabi prematuri kkurati b’caffeine citrate. Trabi li ntgħażlu b’mod każwali għal caffeine citrate, irċivew doża gġolja tal-bidu fil-vini ta’ 20 mg/kg, segwita minn doża tal-manteniment ta’ kuljum ta’ 5 mg/kg. Jekk l-apneji jippersistu, id-doża tal-manteniment ta’ kuljum tista’ tiżdied sa massimu ta’ 10 mg/kg ta’ caffeine citrate. Id-dożi tal-manteniment kienu aġġustati kull ġimgħa għal tibdil fil-piż tal-ġisem u jistgħu jingħataw mill-ħalq ġaladarba tarbija tkun ittollerat l-għoti tal-ikel permezz ta’ tubu tal- ikel. Terapija b’caffeine naqqset ir-rata ta’ displasja bronkopulmonari [odds ratio (95%CI) 0.63 (0.52 sa 0- 76)] u tejbet ir-rata ta’ sopravivenza mingħajr diżabilità fl-iżvilupp newrali [odds ratio (95%CI) 0.77 (0.64 sa 0.93)].

Id-daqs u d-direzzjoni ta’ l-effett ta’ caffeine fuq il-mewt u d-diżabilità kienu differenti skond il-grad ta’ sapport respiratorju li t-trabi kellhom bżonn fir-randomisation, u dan jindika aktar benefiċċju għat-trabi li kienu sapportjati [odds ratio (95%CI) għall-mewt u diżabilità, ara t-tabella taħt].

Mewt jew diżabilità skond is-sottogrupp ta’ sapport respiratorju mad-dħul fl-istudju

Sottogruppi

Odds ratio (95% CI)

L-ebda sapport

1.32 (0.81 sa 2.14)

Sapport mhux invażiv

0.73 (0.52 sa 1.03)

Tubu endotrakejali

0.73 (0.57 sa 0.94)

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Caffeine citrate jiddiżintegra faċilment f’soluzzjoni milwiema. Il-parti ta’ citrate tiġi metabolizzata malajr wara l-infużjoni jew l-inġestjoni.

Assorbiment

Il-bidu ta’ l-azzjoni ta’ caffeine minn caffeine citrate huwa fi żmien minuti mill-bidu ta’ l-infużjoni. Wara għoti orali ta’ 10 mg ta’ bażi ta’ caffeine/kg ta’ piż tal-ġisem lil trabi tat-twelid li twieldu qabel iż-żmien, il-konċentrazzjoni massima ta’ caffeine fil-plażma (Cmax) varjat minn 6 sa 10 mg/l u l-ħin medju sabiex tintlaħaq konċentrazzjoni massima (tmax) varjat minn 30 min sa 2 h. Il-vastità ta’ assorbiment mhux affettwata minn ħalib tat-trab iżda tmax tista’ tiġi mtawwla.

Distribuzzjoni

Caffeine huwa distribwit malajr ġewwa l-moħħ wara l-għoti ta’ caffeine citrate. Il-konċentrazzjonijiet ta’ caffeine fil-fluwidu ċerebrospinali ta’ trabi tat-twelid li twieldu qabel iż-żmien iqarreb il-livelli fil-plażma tagħhom. Il-volum medju ta’ distribuzzjoni (Vd) ta’ caffeine fit-trabi (0.8-0.9 l/kg) huwa kemmxejn ogħla minn dak fl-adulti (0.6 L/kg). Tagħrif dwar it-twaħħil mal-proteini fil-plażma mhux disponibbli għal trabi tat-twelid jew għal trabi. Fl-adulti, il-medja tat-twaħħil mal-proteini fil-plażma in vitro hija rrapportata li hija madwar 36%.

Caffeine jgħaddi malajr mill-plaċenta għal ġewwa ċ-ċirkolazzjoni tal-fetu u jiġi mneħħi fil-ħalib tas-sider.

Bijotrasformazzjoni

Il-metaboliżmu ta’ caffeine fi trabi tat-twelid li twieldu qabel iż-żmien huwa limitat ħafna minħabba s- sistemi immaturi ta’ l-enżimi epatiċi tagħhom u l-biċċa l-kbira tas-sustanza attiva hija eliminata fl-awrina. F’individwi akbar iċ-ċitokromju epatiku P450 1A2 (CYP1A2) huwa nvolut fil-bijotrasformazzjoni ta’ caffeine.

Inter-konversjoni bejn caffeine u theophylline kienet irrapportata fi trabi tat-twelid li twieldu qabel iż- żmien; livelli ta’ caffeine huma madwar 25% tal-livelli ta’ theophylline wara l-għoti ta’ theophylline u madwar 3-8% ta’ caffeine mogħti huwa mistenni li jinbidel f’theophylline.

Eliminazzjoni

Fi trabi żgħar, l-eliminazzjoni ta’ caffeine hija ħafna aktar bl-mod minn dik fl-adulti minħabba funżjoni epatika u/jew renali immatura. Fi trabi tat-twelid, it-tneħħija ta’ caffeine hija kważi kompletament permazz ta’ tneħħija renali . Il-half-life (t1/2) medja u l-frazzjoni mneħħija mhux mibdula fl-awrina (Ae) ta’ caffeine fit-trabi hija relata b’mod invers ma’ l-età ta’ ġestazzjoni / postmenstrwali. Fi trabi tat-twelid, t1/2 hija madwar 3-4 ijiem u Ae hija madwar 86% (fi żmien 6 ijiem). Ma’ l-età ta’ 9 xhur, il-metaboliżmu ta’

caffeine huwa madwar dak li jidher fl-adulti (t1/2 = 5 sigħat u Ae = 1%).

Ma sarux studji li eżaminaw il-farmakokinetika ta’ caffeine fi trabi tat-twelid b’insuffiċjenza epatika jew renali.

Fil-preżenza ta’ indeboliment renali sinifikanti, jekk jiġi kkunsidrat il-potenzjal miżjud għall- akkumulazzjoni, hija meħtieġa doża ta’ manteniment ta’ kuljum imnaqqsa u d-dożi għandhom jiġu ggwidati mill-kejl ta’ caffeine fid-demm. Fi trabi tat-twelid prematuri b’epatite kolestatika half-life ta’ eliminazzjoni ta’ caffeine mtawwla b’żjieda fil-livelli fil-plażma ’l fuq mil-limitu normali ta’ varjazzjoni instabet li tissuġġerixxi attenzjoni partikolari fid-dożaġġ ta’ dawn il-pazjenti (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4).

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji dwar l-effett tossiku minn dożi ripetuti ta’ caffeine ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin. Madankollu, f’dożi għolja kienu kkawżati konvulżjonijiet f’annimali gerriema. F’dożi terapewtiċi kienu kkawżati xi bidliet fl-imġieba f’firien tat-twelid, wisq probabbli bħala konsegwenza ta’ żjieda fl-espressjoni tar-riċettur ta’ adenosine li ppersistiet meta saru adulti. Caffeine intwera li m’għandux riskju mutaġeniku u onkoġeniku. Il-potenzjal u l-effett teratoġeniku fuq il-ħila riproduttiva osservata fl-annimali mhux rilevanti għall-indikazzjoni tiegħu fil-popolazzjoni ta’ trabi li twieldu qabel iż-żmien.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Citric acid monohydrate

Sodium citrate

Ilma għall-injezzjonijiet.

6.2Inkompatibbiltajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat jew jingħata flimkien, fl-istess pajp għal ġewwa l-vini ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

Wara li tinfetaħ l-ampulla, il-prodott mediċinali għandu jintuża immedjatament.

Il-kompatibilità kimika u fiżika tas-soluzzjoni dilwita ntweriet għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 25ºC u f’ temperatura ta’ 2-8ºC.

Mill-aspett mikrobijoloġiku, meta jingħata flimkien ma’ soluzzjonijiet għall-infużjoni l-prodott mediċinali għandu jintuża immedjatament wara dilwazzjoni permezz ta’ teknika asettika.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Ampulla ta’ 1 ml magħmula minn ħġieġ ċar tat-tip I

Ampulla ta’ 3 ml magħmula minn ħġieġ ċar tat-tip I

Daqs tal-pakkett ta’ 10 ampulli.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

Perezz li ma fihx preservattivi, teknika asettika għandha tiġi osservata bir-reqqa waqt l-immaniġġjar tal- prodott mediċinali.

Peyona għandu jiġi spezzjonat viżwalment għall-frak jew bidla fil-kulur qabel l-għoti. Ampulli li għandhom soluzzjoni li bidlet il-kulur jew frak li jidher għandhom jintremew.

Peyona jista’ jintuża mingħajr dilwazzjoni jew jista’ jiġi dilwit f’soluzzjonijiet sterili għall-infużjoni bħal glucose 50 mg/ml (5%) jew sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) jew calcium gluconate 100 mg/ml (10%) hekk kif jinġibed mill-ampulla.

Is-soluzzjoni dilwita għandha tkun ċara u bla kulur. Soluzzjonijiet parenterali mhux dilwiti u dilwiti għandhom jiġu spezzjonati viżwalment għall-frak jew bidla fil-kulur qabel l-għoti. Is-soluzzjoni m’għandhiex tintuża jekk ikun hemm bidla fil-kulur jew ikun fiha xi frak.

Għall-użu ta’ darba biss. Kull porzjon li ma jkunx intuża li jibqa’ fl-ampulla għandu jintrema. Porzjonijiet li ma jkunux intużaw m’għandhomx jinżammu għall-għoti aktar il-quddiem.

L-ebda ħtiġijiet speċjali għar-rimi.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

CHIESI FARMACEUTICI SpA

Via Palermo 26/A

43122 Parma

L-ITALJA

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/09/528/002 ampulli ta’ 1 ml

EU/1/09/528/001 ampulli ta’ 3 ml

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 02/07/2009

Data tal-aħħar tiġdid: 03/03/2014

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

{XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati