Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Picato (ingenol mebutate) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - D06BX02

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPicato
Kodiċi ATCD06BX02
Sustanzaingenol mebutate
ManifatturLEO Laboratories Ltd.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Picato 150 mikrogramma/gramma ġell

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull gramma ta’ ġell fiha 150 µg ta’ ingenol mebutate. Kull stoċċ fih 70 µg ta’ ingenol mebutate f’0.47 g ta’ ġell.

Għal-lista sħiħa ta' eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Ġell.

Ġell ċar u bla kulur.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Picato hu indikat għall-kura kutanea ta’ keratożi mhux iperkeratotika u keratożi aktinika mhux ipertrofika f’adulti.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Keratożi aktinika fuq il-wiċċ u fuq il-qorriegħa fl-adulti

Stoċċ wieħed ta’ Picato 150 µg/g ġell (li fih 70 µg ta’ ingenol mebutate) għandu jiġi applikat darba kuljum fuq iż-żona affettwata għal 3 ijiem konsekuttivi.

L-aħjar effett terapewtiku jista’ jiġi evalwat madwar 8 ġimgħat wara l-kura.

Kors ripetut ta’ kura ta’ Picato jista’ jingħata jekk rispons inkomplet jiġi osservat f’eżami follow-up wara 8 ġimgħat jew jekk il-leżjonijiet li jkunu kklerjaw f’dan l-eżami jerġgħu jseħħu f’eżamijiet sussegwenti.

Popolazzjoni pedjatrika

M’hemm l-ebda użu rilevanti ta’ Picato fil-popolazzjoni pedjatrika.

Popolazzjoni anzjana

Ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament fid-doża (ara sezzjoni 5.1).

Pazjenti immunokompromessi

Data klinika fuq il-kura f’pazjenti immunokompromessi mhijiex disponibbli, iżda riskji sistemiċi mhumiex mistennija għax ingenol mebutate ma jiġix assorbit b’mod sistemiku.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-kontenut ta’ stoċċ wieħed jiksi żona ta’ kura ta’ 25 ċm2 (eż. 5 ċm x 5 ċm). L-istoċċ huwa għal użu ta’ darba biss u għandu jintrema wara li jintuża (ara sezzjoni 6.6).

Il-ġell mill-istoċċ għandu jingħafas fuq il-ponta ta’ saba’ u jindilek b’mod uniformi fuq iż-żona kollha tal-kura, u jitħalla jinxef għal 15-il minuta. Il-kontenut ta’ stoċċ wieħed għandu jintuża għal żona ta’ kura waħda ta’ 25 ċm2.

Biex jintuża darba biss.

Għal kura tal-għonq:

Jekk iktar minn nofs iż-żona tal-kura tkun tinsab fil-parti ta’ fuq tal-għonq, Picato 150 µg/g ġell għandu jintuża għall-pożoloġija tal-wiċċ u l-qorriegħa. Jekk iktar minn nofs iż-żona tal-kura tkun tinsab fil-parti t’isfel tal-għonq, Picato 500 µg/g ġell għandu jintuża għall-pożoloġija tat-tronk u l- estremitajiet.

Jekk iż-żona fuq il-wiċċ jew il-qorriegħa u żona oħra fuq it-tronk jew l-estremitajiet jiġu kkurati fl- istess ħin, allura l-pazjenti għandhom jingħataw parir biex jiżguraw li jużaw qawwiet adattati. Għandu jkun hemm kawtela biex ma jiġix applikat Picato 500 µg/g ġell fuq il-wiċċ jew il-qorriegħa għax dan jista’ jwassal għal inċidenza ogħla ta’ risponsi lokali tal-ġilda.

Il-pazjenti għandhom jingħataw il-parir li jaħslu jdejhom bis-sapun u bl-ilma, immedjatament wara li japplikaw Picato, u bejn applikazzjonijiet topiċi jekk żewġ żoni differenti jkunu jeħtieġu qawwiet differenti. Jekk ikunu sejrin jiġu kkurati l-idejn, it-tarf tas-saba’ biss li jintuża biex jiġi applikat il-ġell għandu jinħasel. Il-ħasil u l-mess taż-żona kkurata għandu jiġi evitat għal perjodu ta’ 6 sigħat wara l- applikazzjoni ta’ Picato. Wara dan il-perjodu, iż-żona kkurata tista’ tinħasel billi tuża sapuna ħafifa u ilma.

Picato m’għandux jiġi applikat immedjatament wara li wieħed jieħu doċċa jew inqas minn sagħtejn qabel l-irqad.

Iż-żona kkurata m’għandhiex titgħatta b’faxex okklużivi wara li Picato jiġi applikat.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis- sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Esponiment tal-għajnejn

Il-kuntatt mal-għajnejn jista’ jikkawża konġuntivite kimika u ħruq fil-kornea. Il-pazjenti għandhom jaħslu idejhom bir-reqqa wara li japplikaw il-ġell u wara kwalunkwe kuntatt maż-żona ttrattata, biex jevitaw trasferiment aċċidentali tal-ġell f’għajnejhom. Jekk iseħħ esponiment aċċidentali, l-għajnejn għandhom jinħaslu immedjatament b’ammonti kbar ta’ ilma, u l-pazjent għandu jfittex kura medika kemm jista’ jkun malajr. Disturbi fl-għajnejn bħal uġigħ fl-għajnejn, edema tal-kappell tal-għajn u edema periorbitali għandhom jiġu mistennija li jseħħu wara esponiment aċċidentali tal-għajnejn għal Picato (ara sezzjoni 4.8).

Inġestjoni

Picato m’għandux jinbela’. Jekk iseħħ inġestjoni aċċidentali, il-pazjent għandu jixrob ħafna ilma u jfittex kura medika.

Ġenerali

L-għoti ta’ Picato mhuwiex rakkomandat sakemm il-ġilda tkun fieqet mill-kura bi kwalunkwe prodott mediċinali jew kura kirurġika li jkunu intużaw qabel. Picato m’għandux jiġi applikat fuq feriti miftuħin jew ġilda li jkun fiha ġrieħi fejn il-barriera tal-ġilda tkun kompromessa.

Picato m’għandux jintuża qrib l-għajnejn, fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-imnifsejn, fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-widnejn jew fuq ix-xufftejn.

Risponsi lokali tal-ġilda

Risponsi lokali tal-ġilda bħal eritema, tqaxxir/tfarfir tal-ġilda, u qxur għandhom jiġu mistennija li jseħħu wara l-applikazzjoni fuq il-ġilda ta’ Picato (ara sezzjoni 4.8). Risponsi lokalizzati tal-ġilda huma temporanji u normalment iseħħu fi żmien jum mill-bidu tal-kura u jilħqu l-intensità massima tagħhom fi żmien ġimgħa wara li tintemm il-kura. Risponsi lokalizzati tal-ġilda normalment ifiequ fi żmien ġimagħtejn mill-bidu tal-kura meta jiġu kkurati żoni fuq il-wiċċ u l-qorriegħa, u fi żmien

4 ġimgħat mill-bidu tal-kura meta jiġu kkurati żoni fuq it-tronk u l-estremitajiet. L-effett tal-kura jista’ ma jiġix evalwat b’mod adegwat sakemm ir-risponsi lokali tal-ġilda jkunu fiequ.

Esponiment għax-xemx

Saru studji biex jiġu evalwati l-effetti ta’ irradjazzjoni bil-UV fuq il-ġilda wara applikazzjoni waħda jew applikazzjonijiet multipli ta’ ingenol mebutate ġell, 100 µg/g. Ingenol mebutate ġell ma wera l- ebda potenzjal għal irradjazzjoni tad-dawl jew effetti allerġiċi għad-dawl. Madankollu, minħaba n- natura tal-marda, esponiment eċċessiv għax-xemx (li jinkludi sunlamps u tanning beds) għandu jiġi evitat jew minimizzat.

Keratoacanthoma

Rapporti ta’ keratoacanthoma li sseħħ fiż-żona ta’ kura, fejn iż-żmien qabel ma jibda jidher l-effett ivarja minn ġimgħat għal xhur wara l-użu ta’ ingenol mebutate ġell, wasslu minn prova klinika ta’ wara l-awtorizzazzjoni (ara sezzjoni 5.1). Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa għandhom javżaw lill- pazjenti tagħhom sabiex jibqgħu viġilanti għall-iżvilupp ta’ leżjonijiet fiż-żona ta’ kura, u biex f’każ li dawn iseħħu jfittxu parir mediku minnufih.

Immaniġġjar ta’ keratożi aktinika

Leżjonijiet li jkunu klinikament atipiċi għal keratożi aktinika jew li jkun hemm suspett li huma tumur malinn, għandha ssirilhom bijopsija biex tiġi stabilita kura adattata.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma twettaq l-ebda studju ta’ interazzjoni. Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali assorbiti b’mod sistemiku huma kkunsidrati li mhumiex mistennija għax Picato ma jiġix assorbit b’mod sistemiku.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx data jew hemm data limitata dwar l-użu ta’ ingenol mebutate f’nisa tqal. Studji f’annimali wrew tossiċità embriju-fetali ħafifa (ara 5.3). Ir-riskji għall-bnedmin li jkunu qed jirċievu kura tal- ġilda b’ingenol mebutate mhumiex meqjusa probabbli li jseħħu għax Picato ma jiġix assorbit b’mod sistemiku. Bħala miżura ta’ prekawzjoni, hu preferibbli li l-użu ta’ Picato waqt tqala jiġi evitat.

Treddigħ

L-ebda effett fuq it-trabi tat-twelid li treddgħu ma hu mistenni għax Picato ma jiġix assorbit b’mod sistemiku. L-omm li tkun qed tredda’ għandha tingħata parir li kuntatt fiżiku bejnha u t-tarbija tat- twelid/tifel/tifla żgħira tagħha u ż-żona kkurata għandu jiġi evitat għal perjodu ta’ 6 sigħat wara l- applikazzjoni ta’ Picato.

Fertilità

Ma saru l-ebda studji dwar il-fertilità b’ingenol mebutate.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Picato m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

L-iktar reazzjonijiet avversi frekwenti li ġew irrapportati b’mod komuni kienu risponsi lokali tal-ġilda li jinkludu eritema, tqaxxir/il-ġilda titfarfar, qxur, nefħa, vesikulazzjoni/pustulazzjoni u erożjoni/ulċerazzjoni fis-sit tal-applikazzjoni ta’ ingenol mebutate ġell, ara tabella 1 għat-termini MedDRA. Wara l-applikazzjoni ta’ ingenol mebutate, il-biċċa l-kbira tal-pazjenti (>95%) kellhom rispons(i) lokali wieħed jew aktar tal-ġilda. Infezzjoni fis-sit tal-applikazzjoni ġiet irrappurtata meta l- wiċċ u l-qorriegħa ġew ikkurati.

Lista f’tabella ta’ reazzjonijiet avversi

Tabella 1 tirrifletti l-esponiment għal Picato 150 µg/g jew 500 µg/g f’499 pazjent b’keratożi aktinika kkurati f’erba’ studji ta’ fażi 3 ikkontrollati bi plaċebo, li fihom kellhom irreġistrati total ta’ 1002 pazjenti u rapporti ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Il-pazjenti rċivew kura fiż-żona (żona ta’ 25 ċm2) b’Picato f’konċentrazzjonijiet ta’ 150 µg/g jew 500 µg/g jew plaċebo darba kuljum għal 3 ijiem jew jumejn konsekuttivi rispettivament.

It-tabella hawn taħt tippreżenta reazzjonijiet avversi skont is-sistema tal-klassifika tal-organi MedDRA u l-post anatomiku.

Il-frekwenzi ġew definiti skont il-konvenzjoni li ġejja:

Komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000); rari ħafna (<1/10,000) u mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

F’kull kategorija ta’ frekwenza, ir-reazzjonijiet avversi qed jiġu ppreżentati f’ordni ta’ severità dejjem tonqos.

Tabella 1 Reazzjonijiet avversi skont is-Sistema tal-Klassifika tal-Organi fid-database MedDRA

 

Frekwenza

 

 

 

 

Sistema tal-Klassifika tal-

Wiċċ u qorriegħa

Tronk u estremitajiet

Organi

 

 

 

 

 

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

 

 

 

 

 

Ponot fis-sit tal-applikazzjoni

Komuni ħafna

Komuni ħafna

 

 

 

Infezzjoni fis-sit tal-

Komuni

 

applikazzjoni

 

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema immuni

 

 

 

 

 

Sensittività eċċessiva (li

Mhux komuni

Mhux komuni

tinkludi anġjoedema)

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

 

 

 

 

 

Uġigħ ta’ ras

Komuni

 

 

 

 

Disturbi fl-għajnejn*

 

 

 

 

 

Edema fil-kappell tal-għajn

Komuni

 

 

 

 

Edema periorbitali

Komuni

 

 

 

 

Konġuntivite kimika, ħruq tal-

Mhux komuni

Mhux komuni

kornea**

 

 

 

 

 

Uġigħ fl-għajnejn

Mhux komuni

 

 

 

 

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet

ta’ mnejn jingħata

 

 

 

 

Erożjoni fis-sit tal-applikazzjoni

Komuni ħafna

Komuni ħafna

 

 

 

Vexxikuli fis-sit tal-

Komuni ħafna

Komuni ħafna

applikazzjoni

 

 

 

 

 

Nefħa fis-sit tal-applikazzjoni

Komuni ħafna

Komuni ħafna

 

 

 

Qxur fis-sit tal-applikazzjoni

Komuni ħafna

Komuni ħafna

 

 

 

Skorċa fis-sit tal-applikazzjoni

Komuni ħafna

Komuni ħafna

 

 

 

Eritema fis-sit tal-applikazzjoni

Komuni ħafna

Komuni ħafna

 

 

 

Uġigħ fis-sit tal-

Komuni ħafna

Komuni

applikazzjoni***

 

 

 

 

 

Ħakk fis-sit tal-applikazzjoni

Komuni

Komuni

 

 

 

Irritazzjoni fis-sit tal-

Komuni

Komuni

applikazzjoni

 

 

 

 

 

Tnixxija fis-sit tal-applikazzjoni

Mhux komuni

 

 

 

 

Parestesija fis-sit tal-

Mhux komuni

Mhux komuni

applikazzjoni

 

 

 

 

 

Ulċera fis-sit tal-applikazzjoni

Mhux komuni

Mhux komuni

 

 

 

Tibdil fil-pigmentazzjoni fis-sit

Mhux komuni

Mhux komuni

tal-applikazzjoni

 

 

 

 

 

Sħana fis-sit tal-applikazzjoni

 

Mhux komuni

 

 

 

Ċikatriċi fis-sit tal-applikazzjoni

Rari

Rari

*: Nefħa fis-sit tal-applikazzjoni fuq il-wiċċ jew il-qorriegħa tista’ tersaq lejn iż-żona tal-għajn

**: Esponiment aċċidentali tal-għajnejn: Rapporti ta’ wara t-tqegħid fis-suq ta’ konġuntivite kimika u ħruq tal-kornea b’konnessjoni ma’ esponiment aċċidentali tal-għajnejn ġew riċevuti (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4 għall-prevenzjoni ta’ esponiment fl-għajnejn)

***: Jinkludi ħruq fis-sit tal-applikazzjoni.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

L-inċidenza ta’ risponsi lokali tal-ġilda li seħħew f’inċidenza ta’ >1% kemm fil-‘wiċċ/qorriegħa’ u fit- ‘tronk/estremitajiet’, rispettivament huma: eritema fis-sit tal-applikazzjoni (94% u 92%), qxur fis-sit tal-applikazzjoni (85% u 90%), skorċa fis-sit tal-applikazzjoni (80% u 74%), nefħa fis-sit tal- applikazzjoni (79% u 64%), vexxikuli fis-sit tal-applikazzjoni (13% u 20%), ponot fis-sit tal- applikazzjoni (43% u 23%) u erożjoni fis-sit tal-applikazzjoni (31% u 25%).

Risponsi lokali severi tal-ġilda seħħew b’inċidenza ta’ 29% fuq il-wiċċ u l-qorriegħa u b’inċidenza ta’ 17% fuq it-tronk u l-estremitajiet. L-inċidenza ta’ risponsi severi lokali tal-ġilda li seħħew b’inċidenza ta’ >1% kemm fil-‘wiċċ/qorriegħa’ u t-‘tronk/estremitajiet’, rispettivament huma: eritema fis-sit tal- applikazzjoni (24% u 15%), qxur fis-sit tal-applikazzjoni (9% u 8%), skorċa fis-sit tal-applikazzjoni (6% u 4%), nefħa fis-sit tal-applikazzjoni (5% u 3%), u ponot fis-sit tal-applikazzjoni (5% u 1%).

Follow-up għal tul twil ta’ żmien

Total ta’ 198 pazjent b’fejqan komplet f’jum 57 (184 ikkurati b’Picato u 14 ikkurati bi plaċebo) ġew segwiti għal 12-il xahar addizzjonali. Fi studju ieħor, 329 pazjent li ġew ikkurati inizjalment bi krijoterapija fuq il-wiċċ/qorriegħa, intgħażlu b’mod każwali wara tliet ġimgħat, jew għal Picato 150 µg/g (n=158) jew plaċebo (n=150) għal 3 ijiem fl-istess żona. 149 pazjent fil-grupp ta’ Picato u 140 fil-grupp tal-plaċebo ġew segwiti għal 12-il xahar. Fi studju li sar aktar tard, 450 pazjent ġew ikkurati inizjalment b’Picato 150 µg/g, minn dawn, 134 pazjent intgħażlu b’mod każwali għat-tieni kors b’Picato 150 µg/g, u l-pazjenti ġew segwiti għal sa 12-il xahar wara l-ewwel kura.

Dawn ir-riżultati ma bidlux il-profil tas-sigurtà ta’ Picato (ara sezzjoni 5.1).

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott

mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Doża eċċessiva ta’ Picato tista’ tirriżulta f’żieda fl-inċidenza ta’ risponsi lokali tal-ġilda. L- immaniġġjar ta’ doża eċċessiva għandu jikkonsisti minn kura ta’ sintomi kliniċi.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Antibijotiċi u mediċini kimoterapewtiċi għal użu dermatoloġiku, kimoterapewtiċi oħrajn, Kodiċi ATC: D06BX02.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Il-mekkaniżmu ta’ azzjoni ta’ ingenol mebutate għall-użu f’keratożi aktinika għad irid jiġi kkaratterizzat b’mod sħiħ. Mudelli in vivo u in vitro wrew mekkaniżmu doppju ta’ azzjoni għall-effetti ta’ ingenol mebutate: 1) induzzjoni tal-mewt taċ-ċelloli tal-leżjoni lokali u 2) il-promozzjoni ta’ rispons infjammatorju kkaratterizzat minn produzzjoni lokali ta’ cytokines u chemokines proinfjammatorji u infiltrazzjoni ta’ ċelloli immunokompetenti.

Effetti farmakodinamiċi

Ir-riżultati minn żewġ studji kliniċi fuq l-effetti bijoloġiċi ta’ ingenol mebutate urew li l-għoti topiku kkaġuna nekrożi epidermali u rispons infjammatorju profond kemm fl-epidermis kif ukoll fin-naħa ta’ fuq tad-dermis tal-ġilda kkurata, iddominati minn ċelluli T infiltranti, newtrofili u makrofaġi. In- nekrożi fid-dermis ġiet osservata b’mod rari.

Profili tal-espressjoni tal-ġeni tal-bijopsiji tal-ġilda miż-żoni kkurati jissuġġerixxu risponsi infjammatorji u rispons għal feriti, ħaġa li hija konsistenti mal-valutazzjonijiet tal-istoloġija. Eżami mhux invażiv tal-ġilda kkurata permezz ta’ mikroskopija konfokali ta’ riflettanza wera li t-

tibdil fil-ġilda kkaġunat minn ingenol mebutate kien riversibbli, b’normalizzazzjoni kważi għal kollox tal-parametri kollha mkejla f’jum 57 wara l-kura, ħaġa li hija appoġġjata wkoll minn riżultati kliniċi u studji fuq l-annimali.

Effikaċja klinika u sigurtà

L-effikaċja u s-sigurtà ta’ Picato 150 µg/g, applikat fuq il-wiċċ jew qorriegħa għal 3 ijiem konsekuttivi, ġiet studjata f’żewġ studji kliniċi, double-blind, ikkontrollati bi plaċebo, li kienu jinkludu 547 pazjent adulti. Bl-istess mod, l-effikaċja u s-sigurtà ta’ Picato 500 µg/g, applikat fuq it- tronk u l-estremitajiet għal jumejn konsekuttivi, ġiet studjata f’żewġ studji kliniċi, double-blind, ikkontrollati bi plaċebo, li kienu jinkludu 458 pazjent adulti. Il-pazjenti komplew fl-istudji għal perjodu follow-up ta’ 8 ġimgħat li matulu huma rritornaw għal osservazzjonijiet kliniċi u monitoraġġ dwar is-sigurtà. L-effikaċja, imkejla bħala r-rata ta’ fejqan komplet u parzjali, kif ukoll il-medjan ta’ tnaqqis perċentwali, ġiet evalwata f’jum 57 (ara t-tabella 2).

Il-pazjenti kellhom minn 4 sa 8 leżjonijiet ikkawżati minn keratożi aktinika klinikament tipiċi, viżibbli, diskreti, mhux iperkeratotiċi, mhux ipertrofiċi f’żona kontigwa ta’ kura ta’ 25 cm2 fuq il-wiċċ jew il-qorriegħa jew fuq it-tronk jew estremitajiet. F’kull jum ta’ dożaġġ skedat, il-ġell tal-istudju ġie applikat fuq iż-żona kollha tal-kura.

Ir-rata ta’ konformità kienet għolja, bi 98% tal-pazjenti temmew dawn l-istudji.

Il-pazjenti fl-istudju kellhom minn 34 sa 89 sena (medja ta’ 64 u 66 sena, rispettivament, għaż-żewġ qawwiet) u 94% kellhom tip I, II jew III ta’ ġilda Fitzpatrick.

F’jum 57, il-pazjenti kkurati b’Picato kellhom rati ogħla ta’ fejqan komplet u parzjali minn pazjenti li ġew ikkurati bil-ġell tal-plaċebo (p<0.001). Il-medjan ta’ tnaqqis perċentwali ta’ leżjonijiet ikkawżati

minn keratożi aktinika kien ogħla fil-grupp ikkurat b’ingenol mebutate meta mqabbel mal-grupp ikkurat bil-plaċebo (ara t-tabella 2).

Tabella 2 Rati ta’ individwi b’fejqan kompleta u parzjali u medjan ta’ tnaqqis perċentwali (%) ta’ leżjonijiet f’keratożi aktinika

 

Wiċċ u qorriegħa

Tronk u estremitajiet

 

Picato

Plaċebo

Picato

Plaċebo

 

150 µg/g

(n=270 )

500 µg/g

(n=232 )

 

(n=277 )

 

(n=226 )

 

Rata ta’ Fejqan Kompleta

42.2%d

3.7%

34.1%d

4.7%

 

 

 

 

 

Rata ta’ Fejqan Parzjalib (≥75%)

63.9% d

7.4%

49.1% d

6.9%

 

 

 

 

 

Tnaqqis Medjan f’%ċ

83%

0%

75%

0%

 

 

 

 

 

a Fejqan komplet ġie definit bħala l-proporzjon ta’ pazjenti mingħajr ebda (żero) leżjonijiet ikkawżati minn keratożi aktinika klinikament viżibbli fiż-żona tal-kura.

b Ir-rata ta’ fejqan parzjali ġiet definita bħala l-perċentwal ta’ pazjenti li fihom, 75% jew aktar tan-numru ta’ leżjonijiet ikkawżati minn keratożi aktinika fil-linja bażi, fiequ.

ċ Tnaqqis medjan f’perċentwali (%) f’leżjonijiet ikkawżati minn keratożi aktinika mqabbla mal-linja bażi. d p<0.001; imqabbla ma’ plaċebo permezz ta’ rigressjoni loġistika bil-kura, studju, u sit anatomiku.

Il-livell ta’ effikaċja varja bejn il-postijiet anatomiċi individwali. F’kull post, ir-rati ta’ fejqan sħiħ u parzjali kienu ogħla fil-grupp ikkurat b’ingenol mebutate meta mqabbla mal-grupp tal-plaċebo (ara tabella 3 u 4).

Tabella 3 Numru u perċentwali (95% CI) ta’ persuni li kisbu fejqan komplet u parzjali f’jum 57 skont il-post anatomiku fuq il-wiċċ u l-qorriegħa

 

Fejqan Komplet

Fejqan Parzjali (≥75%)

 

 

 

 

 

 

Picato 150 µg/g

Plaċebo

Picato 150 µg/g

Plaċebo

 

(n=277)

(n=270)

(n=277)

(n=270)

Wiċċ

104/220

9/220

157/220

18/220

47% (41-54%)

4% (2-8%)

71% (65-77%)

8% (5-13%)

 

 

 

 

 

 

Qorriegħa

13/57

1/50

20/57

2/50

23% (13-36%)

2% (0-11%)

35% (23-49%)

4% (1-14%)

 

 

 

 

 

 

Tabella 4 Numru u perċentwali (95% CI) ta’ persuni li kisbu fejqan komplet u parzjali f’jum 57 skont il-post anatomiku fuq it-tronk u l-estremitajiet

 

Fejqan komplet

 

Fejqan parzjali (≥75%)

 

 

 

 

 

 

Picato 500 µg/g

Plaċebo

Picato 500 µg/g

Plaċebo

 

(n=226)

(n=232)

(n=226)

(n=232)

Driegħ

49/142

7/149

75/142

11/149

35% (27-43%)

5%

(2-9%)

53% (44-61%)

7% (4-13%)

 

 

 

 

 

 

In-Naħa ta’

10/54

0/56

16/54

1/56

Wara tal-Id

19% (9-31%)

0%

(0-6%)

30% (18-44%)

2% (0-10%)

 

 

 

 

 

Sider

11/14

2/11

12/14

2/11

79% (49-95%)

18%

(2-52%)

86% (57-98%)

18% (2-52%)

 

 

 

 

 

 

Oħrajna

7/16

2/16

8/16

2/16

 

44% (20-70%)

13%

(2-38%)

50% (25-75%)

13% (2-38%)

aOħrajn li jinkludu l-ispallejn, id-dahar, ir-riġlejn.

Is-sigurtà tal-kura b’Picato 150 µg/g għal 3 ijiem jew kura b’Picato 500 µg/g għal jumejn, ġiet evalwata sa jum 57, il-maġġoranza tar-reazzjonijiet avversi rrappurtati u r-risponsi lokali tal-ġilda kienu minn ħfief sa moderati fl-intensità u kollha fiequ mingħajr ma reġgħu tfaċċaw.

Ġew osservati differenzi statistikament sinifikanti f’riżultati rrapportati mill-pazjenti favur pazjenti li kienu qed jirċievu Picato meta mqabbla ma’ dawk li kienu qed jirċievu ġell plaċebo. Punteġġi medji globali ogħla ta’ sodisfazzjon tal-pazjenti, li jindikaw livell ogħla ta’ sodisfazzjoni globali, ġew osservati fil-gruppi kkurati b’ingenol mebutate meta mqabbla mal-gruppo kkurati bi plaċebo (p<0.001) kif imkejla permezz tal-Kwestjonarju tas’ Sodisfazzjon bil-Kura għal Medikazzjoni (TSQM

– Treatment Satisfaction Questionnaire for Medication).

Effikaċja fit-tul

Tliet studji follow-up, prospettivi, osservazzjonali, fit-tul, li damu sena, twettqu biex jevalwaw l- effikaċja sostnuta skont ir-rikorrenza ta’ leżjonijiet ikkawżati minn keratożi aktinika fis-sit tal-kura, u s-sigurtà f’pazjenti li kienu rċivew kura b’Picato. Studju wieħed inkluda pazjenti kkurati b’Picato 150 µg/g fuq il-wiċċ jew qorriegħa għal 3 ijiem, u żewġ studji inkludew pazjenti kkurati b’Picato 500 µg/g fuq it-tronk jew estremitajiet għal jumejn. Dawk il-pazjenti biss li kisbu fejqan totali fiż- żona kkurata fit-tmiem tal-istudji ta’ fażi 3 (jum 57) kienu eliġibbli għal follow-up fit-tul. Il-pazjenti ġew segwiti kull 3 xhur għal 12-il xahar (ara t-tabella 5).

Tabella 5 Rata ta’ rikorrenza ta’ leżjonijiet ikkawżati minn keratożi aktinika

 

Picato

Picato

 

150 µg/g ġell

500 µg/g ġell

 

Wiċċ u qorriegħa

Tronk u estremitajiet

 

(n=108 )

(n=76c )

Rata ta’ Rikorrenza 12-il xahar

53.9% (44.6-63.7)

56.0% (45.1-67.6)

Stima KM (95% CI)a

 

 

Rata ta’ Rikorrenza Bbażata fuq il-

12.8% (19.1)

13.2% (23.0)

Leżjonijietb 12-il xahar

 

 

Medja (SD)

 

 

a Ir-rata ta’ rikorrenza hi l-istima KaplanMeier (KM) fid-data fil-mira tal-istudju tal-vista, espressa bħala perċentwal (95% CI). Ir-rikorrenza ġiet definita bħala kwalunkwe lezjoni kkawżata minn keratożi aktinika fiż-żona li kienet ikkurata qabel għal pazjenti li kisbu fejqan komplet f’jum 57 fl-istudji ta’ qabel ta’ fażi 3. b Ir-rata ta’ rikorrenza bbażata fuq il-leżjonijiet għal kull pazjent, definita bħala l-proporzjon tan-numru ta’ leżjonijiet ikkawżati minn keratożi aktinika wara 12-il xahar ipparagunat man-numru ta’ leżjonijiet fil-linja bażi fl-istudji ta’ qabel ta’ fażi 3.

ċ Minn dawn, 38 individwu ġew ikkurati fil-passat fi studju kkontrollat bi plaċebo ta’ fażi 3 u 38 individwu ġew ikkurati fil-passat fi studju mhux ikkontrollat ta’ fażi 3.

Riskju ta’ progressjoni għal karċinoma taċ-ċelloli skwamużi

Fit-tmien tal-istudju (jum 57), ir-rata ta’ karċinoma taċ-ċelloli skwamużi (SCC) irrapportata fiż-żona tal-kura kienet komparabbli f’pazjenti kkurati b’ingenol mebutate ġell (0.3%, 3 minn 1,165 pazjent) u f’pazjenti kkurati bi plaċebo (0.3%, 2 minn 632 pazjent) fi studji kliniċi dwar keratożi aktinika li saru b’ingenol mebutate ġell.

SCC fiż-żona tal-kura ma ġiet irrapportata fl-ebda pazjent (0 minn 184 pazjent li fil-passat ġew ikkurati b’ingenol mebutate ġell) fi tliet studji prospettivi, osservazzjonali ta’ follow-up fit-tul, li damu sena.

Esperjenza b’aktar minn kors wieħed ta’ kura

Fi studju double blind, ikkontrollat bi plaċebo, ingħataw sa żewġ korsijiet ta’ kura ta’ Picato 150 µg/g lil 450 pazjent b’4-8 AKs f’żona ta’ kura ta’ 25 cm2 fuq il-wiċċ jew il-qorriegħa. Pazjenti li fihom l- ewwel kors ta’ kura ma wassalx għal tneħħija kompleta tal-AKs kollha fiż-żona tal-kura wara 8 ġimgħat, intgħażlu b’mod każwali għal kors ieħor ta’ kura b’Picato jew plaċebo. Pazjenti li fihom l- ewwel kors ta’ kura wassal għal tneħħija kompleta ġew eżaminati wara 26 u 44 ġimgħa u ntgħażlu b’mod każwali għat-tieni kors ta’ kura jekk kellhom rikorrenza fiż-żona tal-kura. Fil-pazjenti kollha, l- evalwazzjoni tal-effikaċja kienet 8 ġimgħat wara l-għażla b’mod każwali. L-ewwel kors ta’ kura, mogħti open label, irriżulta f’rata ta’ tneħħija kompleta ta’ 62% (277/450). Ir-riżultati tal-kors ta’ kura b’għażla b’mod każwali u t-tieni kors ta’ kura, huma ppreżentati f’tabella 6.

Tabella 6 Tneħħija kompletaa miż-żona ta’ kura 8 ġimgħat wara l-għażla b’mod każwali u

Xahar 12

 

Żona ta’ kura rikalċitrantiċ

Żona ta’ kura rikorrentid

 

Picato

Plaċebo

Picato

Plaċebo

 

150 µg/g ġell

150 µg/g ġell

 

(n=49)

(n=20)

 

(n=92)

(n=42)

 

 

 

8 ġimgħat wara l-għażla b’mod

47% (43)

18% (9)

60% (25)

25% (5)

każwali

(p=0.001b)

(p=0.013b)

Xahar 12

18% (17)

4% (2)

31% (13)

15% (3)

(p=0.016b)

(p=0.10b)

a Ir-rata ta’ tneħħija kompleta hi definita bħala l-proporzjon ta’ pazjenti bl-ebda (żero) leżjonijiet ta’ keratożi aktinika viżibbli fiż-żona tal-kura.

b Test ta’ Cochran-Mantel-Haenszel ta’ ġell Picato 150 µg/g imqabbel mal-plaċebo aġġustat għall-post anatomiku (wiċċ/qorriegħa) u l-pajjiż.

ċ Pazjenti li fihom l-ewwel kors ta’ kura ma wassalx għat-tneħħija kompleta tal-AKs kollha fiż-żona tal-kura.

d Pazjenti li fihom l-ewwel kors ta’ kura wassal għat-tneħħija kompleta u li kellhom rikorrenza fiż-żona tal- kura jew f’ġimgħa 26 jew f’ġimgħa 44.

Keratożi Aktinika tal-Wiċċ u tal-Qorriegħa, l-użu sekwenzjali wara l-krijoterapija

Fi studju b’żewġ partijiet, 329 pazjent adult b’AK fuq il-wiċċ jew il-qorriegħa, intgħażlu b’mod każwali għall-kura bil-ġell Picato, 150 µg/g jew plaċebo 3 ġimgħat wara l-krijoterapija tal-leżjonijiet kollha viżibbli fiż-żona tal-kura. L-istudju rreġistra pazjenti b’4 sa 8 leżjonijiet AK klinikament tipiċi, viżibbli, diskreti, mhux ipertrofiċi u mhux iperkeratotiċi f’żona kontigwa ta’ kura ta’ 25 cm2.

Ħdax-il ġimgħa wara l-linja bażi, li jiġu 8 ġimgħat wara Picato ġel jew veikolu, ir-rata ta’ tneħħija kompleta kienet ta’ 61% fost il-pazjenti li ntgħażlu b’mod każwali għall-ġell Picato, u 49% fost pazjenti li ntgħażlu b’mod każwali għall-plaċebo. Wara 12-il xahar, ir-rati ta’ tneħħija kompleta f’dawn il-gruppi kienu ta’ 31% u 19% rispettivament. It-tnaqqis perċentwali tal-għadd AK fil-grupp ta’ Picato kien ta’ 83% wara 11-il ġimgħa u 57% wara 12-il xahar, fejn fil-grupp tal-plaċebo kien ta’ 78% wara 11-il ġimgħa u 42% wara 12-il xahar. L-għadd medju ta’ AKs fil-grupp ta’ Picato kien ta’ 5.7 fil-linja bażi, 0.8 f’ġimgħa 11, u 0.9 f’xahar 12, meta mqabbel ma’ 5.8, 1.0 u 1.2 fil-grupp tal- plaċebo f’dawn il-punti ta’ żmien.

Ir-riżultati tas-sigurtà mill-istudju kienu komparabbli mal-profil tas-sigurtà tal-ġell Picato, 150 µg/g bħala monoterapija.

Esperjenza bil-kura ta’ żona ikbar

Fi studju double-blind, ikkontrollat bi plaċebo, li sar biex jevalwa l-esponiment sistemiku, Picato 500 µg/g, minn 4 stoċċijiet, ġie applikat fuq żona kontigwa ta’ kura ta’ 100 cm2 kuljum għal jumejn konsekuttivi. Ir-riżultati ma wrew l-ebda assorbiment sistemiku.

Picato 500 µg/g ġie ttollerat tajjeb meta applikat fuq żona kontigwa ta’ kura ta’ 100 cm2 fuq it-tronk u l-estremitajiet.

Fi studju double-blind ikkontrollat bi plaċebo, fuq pazjenti b’AK fuq it-tronk u l-estremitajiet, ġie applikat prodott fil-fażi ta’ investigazzjoni b’ingenol mebutate ġell 600 µg/g darba kuljum, għal jumejn, tlitt ijiem jew erbat ijiem fuq erja tal-ġilda ta’ 250 cm2. Il-prova kienet tinkludi grupp kbir ta’ pazjenti li saritilhom ħsara kbira mix-xemx. 12 mill-163 individwu kkurati bi prodott fil-fażi ta’ investigazzjoni ta’ ingenol mebutate irrappurtaw 16-il każ ta’ tumur fil-ġilda fiż-żona ta’ kura (1 SCC, 1 marda ta’ Bowen u 14-il keratoacanthoma wara reviżjoni tal-patoloġija ċentralizzata) meta mqabbel ma’ 0/61 fil-grupp tal-plaċebo.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jigu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’Picato f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika f’keratożi aktinika (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

Popolazzjoni anzjana

Mill-1,165 pazjent ikkurati b’Picato fl-istudji kliniċi dwar keratożi aktinika li saru b’ingenol mebutate ġell, 656 pazjent (56%) kellhom 65 sena u aktar, filwaqt li 241 pazjent (21%) kellhom 75 sena u aktar. Ma ġiet osservata l-ebda differenza ġenerali fis-sigurtà jew fl-effikaċja bejn pazjenti iżgħar u dawk aktar anzjani.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-profil farmakokinetiku sistemiku ta’ ingenol mebutate u l-metaboliti tiegħu ma ġiex ikkaratterizzat fil-bnedmin minħabba n-nuqqas ta’ livelli kwantifikabbli fid-demm sħiħ wara l-għoti fuq il-ġilda.

Assorbiment

Ma ġie osservat l-ebda assorbiment sistemiku fi jew ’il fuq mil-limitu l-aktar baxx ta’osservazzjoni (0.1 ng/mL) meta Picato 500 µg/g minn 4 stoċċijiet ġie applikat fuq żona ta’ 100 cm2 fuq il-parti dorsali tad-driegħ mill-minkeb ’l isfel f’pazjenti b’keratożi aktinika darba kuljum għal jumejn konsekuttivi.

Riżultati in vitro juru li ingenol mebutate ma jinibixxix jew jinduċi isoformi umani ta’ ċitokrom P450.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti u effett tossiku fuq il-ġeni, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

L-istudji mhux kliniċi dwar is-sigurtà wrew li l-għoti fuq il-ġilda ta’ ingenol mebutate ġell hu ttollerat tajjeb bi kwalunkwe irritazzjoni tal-ġilda tkun riversibbli u riskju negliġibbli ta’ tossiċità sistemika meta jiġu osservati l-kundizzjonijiet rakkomandati tal-użu.

Fil-firien, ingenol mebutate ma ġiex assoċjat ma’ effetti ta’ żvilupp fetali f’dożi IV sa 5 µg/kg/kuljum (30 µg/m2/kuljum). Fil-fniek ma kien hemm l-ebda anormalitajiet maġġuri. Anormalitajiet fetali minuri jew varjanti ġew osservati f’feti ta’ fniek nisa kkurati f’dożi ta’ 1 µg/kg/kuljum

(12 µg/m2/kuljum).

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Isopropyl alcohol

Hydroxyethylcellulose

Citric acid monohydrate

Sodium citrate

Benzyl alcohol

Ilma ppurifikat

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C)

L-istoċċijiet għandhom jintremew wara li jinfetħu għall-ewwel darba.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Stoċċijiet laminati b’doża waħda b’saff intern ta’ Polyethylene b’Densità Għolja (HDPE) u aluminju bħala s-saff li jostakola. Għotjien tal-HDPE.

Picato 150 µg/g ġell hu disponibbli f’kartuna li jkun fiha 3 stoċċijiet b’0.47 g ta’ ġell kull wieħed.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

LEO Laboratories Ltd.

285 Cashel Road

Crumlin, Dublin 12

L-Irlanda

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/12/796/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 15 ta’ Novembru 2012

Data tal-aħħar tiġdid:

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Picato 500 mikrogramma/gramma ġell

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull gramma ta’ ġell fiha 500 µg ta’ ingenol mebutate. Kull stoċċ fih 235 µg ta’ ingenol mebutate f’0.47 g ta’ ġell.

Għal-lista sħiħa ta' eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Ġell.

Ġell ċar u bla kulur.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Picato hu indikat għall-kura kutanea ta’ keratożi mhux iperkeratotika u keratożi aktinika mhux ipertrofika fl-adulti.

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Keratożi aktinika fuq it-tronk u l-estremitajiet fl-adulti

Stoċċ wieħed ta’ Picato 500 µg/g ġell (li fih 235 µg ta’ ingenol mebutate) għandu jiġi applikat darba kuljum fuq iż-żona affettwata għal jumejn konsekuttivi.

L-aħjar effett terapewtiku jista’ jiġi evalwat madwar 8 ġimgħat wara l-kura.

Kors ripetut ta’ kura ta’ Picato jista’ jingħata jekk rispons inkomplet jiġi osservat f’eżami follow-up wara 8 ġimgħat jew jekk il-leżjonijiet li jkunu kklerjaw f’dan l-eżami jerġgħu jseħħu f’eżamijiet sussegwenti.

Popolazzjoni pedjatrika

M’hemm l-ebda użu rilevanti ta’ Picato fil-popolazzjoni pedjatrika.

Popolazzjoni anzjana

Ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament fid-doża (ara sezzjoni 5.1).

Pazjenti immunokompromessi

Data klinika fuq il-kura f’pazjenti immunokompromessi mhijiex disponibbli, iżda riskji sistemiċi mhumiex mistennija għax ingenol mebutate ma jiġix assorbit b’mod sistemiku.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-kontenut ta’ stoċċ wieħed jiksi żona ta’ kura ta’ 25 ċm2 (eż. 5 ċm x 5 ċm). L-istoċċ huwa għal użu ta’ darba biss u għandu jintrema wara li jintuża (ara sezzjoni 6.6).

Il-ġell mill-istoċċ għandu jingħafas fuq il-ponta ta’ saba’ u jindilek b’mod uniformi fuq iż-żona kollha tal-kura, u jitħalla jinxef għal 15-il minuta. Il-kontenut ta’ stoċċ wieħed għandu jintuża għal żona ta’ kura waħda ta’ 25 ċm2.

Biex jintuża darba biss.

Għal kura tal-għonq:

Jekk iktar minn nofs iż-żona tal-kura tkun tinsab fil-parti ta’ fuq tal-għonq, Picato 150 µg/g ġell għandu jintuża għall-pożoloġija tal-wiċċ u l-qorriegħa. Jekk iktar minn nofs iż-żona tal-kura tkun tinsab fil-parti t’isfel tal-għonq, Picato 500 µg/g ġell għandu jintuża għall-pożoloġija tat-tronk u l- estremitajiet.

Jekk iż-żona fuq il-wiċċ jew il-qorriegħa u żona oħra fuq it-tronk jew l-estremitajiet jiġu kkurati fl- istess ħin, allura l-pazjenti għandhom jingħataw parir biex jiżguraw li jużaw qawwiet adattati. Għandu jkun hemm kawtela biex ma jiġix applikat Picato 500 µg/g ġell fuq il-wiċċ jew il-qorriegħa għax dan jista’ jwassal għal inċidenza ogħla ta’ risponsi lokali tal-ġilda.

Il-pazjenti għandhom jingħataw il-parir li jaħslu jdejhom bis-sapun u bl-ilma, immedjatament wara li japplikaw Picato, u bejn applikazzjonijiet topiċi jekk żewġ żoni differenti jkunu jeħtieġu qawwiet differenti. Jekk ikunu sejrin jiġu kkurati l-idejn, it-tarf tas-saba’ biss li jintuża biex jiġi applikat il-ġell għandu jinħasel. Il-ħasil u l-mess taż-żona kkurata għandu jiġi evitat għal perjodu ta’ 6 sigħat wara l- applikazzjoni ta’ Picato. Wara dan il-perjodu, iż-żona kkurata tista’ tinħasel billi tuża sapuna ħafifa u ilma.

Picato m’għandux jiġi applikat immedjatament wara li wieħed jieħu doċċa jew inqas minn sagħtejn qabel l-irqad.

Iż-żona kkurata m’għandhiex titgħatta b’faxex okklużivi wara li Picato jiġi applikat.

4.3 Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis- sezzjoni 6.1.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Esponiment tal-għajnejn

Il-kuntatt mal-għajnejn jista’ jikkawża konġuntivite kimika u ħruq fil-kornea. Il-pazjenti għandhom jaħslu idejhom bir-reqqa wara li japplikaw il-ġell u wara kwalunkwe kuntatt maż-żona ttrattata, biex jevitaw trasferiment aċċidentali tal-ġell f’għajnejhom. Jekk iseħħ esponiment aċċidentali, l-għajnejn għandhom jinħaslu immedjatament b’ammonti kbar ta’ ilma, u l-pazjent għandu jfittex kura medika kemm jista’ jkun malajr. Disturbi fl-għajnejn bħal uġigħ fl-għajnejn, edema tal-kappell tal-għajn u edema periorbitali għandhom jiġu mistennija li jseħħu wara esponiment aċċidentali tal-għajnejn għal Picato (ara sezzjoni 4.8).

Inġestjoni

Picato m’għandux jinbela’. Jekk iseħħ inġestjoni aċċidentali, il-pazjent għandu jixrob ħafna ilma u jfittex kura medika.

Ġenerali

L-għoti ta’ Picato mhuwiex rakkomandat sakemm il-ġilda tkun fieqet mill-kura bi kwalunkwe prodott mediċinali jew kura kirurġika li jkunu intużaw qabel. Picato m’għandux jiġi applikat fuq feriti miftuħin jew ġilda li jkun fiha ġrieħi fejn il-barriera tal-ġilda tkun kompromessa.

Picato m’għandux jintuża qrib l-għajnejn, fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-imnifsejn, fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-widnejn jew fuq ix-xufftejn.

Risponsi lokali tal-ġilda

Risponsi lokali tal-ġilda bħal eritema, tqaxxir/tfarfir tal-ġilda, u qxur għandhom jiġu mistennija li jseħħu wara l-applikazzjoni fuq il-ġilda ta’ Picato (ara sezzjoni 4.8). Risponsi lokalizzati tal-ġilda huma temporanji u normalment iseħħu fi żmien jum mill-bidu tal-kura u jilħqu l-intensità massima tagħhom fi żmien ġimgħa wara li tintemm il-kura. Risponsi lokalizzati tal-ġilda normalment ifiequ fi żmien ġimagħtejn mill-bidu tal-kura meta jiġu kkurati żoni fuq il-wiċċ u l-qorriegħa, u fi żmien

4 ġimgħat mill-bidu tal-kura meta jiġu kkurati żoni fuq it-tronk u l-estremitajiet. L-effett tal-kura jista’ ma jiġix evalwat b’mod adegwat sakemm ir-risponsi lokali tal-ġilda jkunu fiequ.

Esponiment għax-xemx

Saru studji biex jiġu evalwati l-effetti ta’ irradjazzjoni bil-UV fuq il-ġilda wara applikazzjoni waħda jew applikazzjonijiet multipli ta’ ingenol mebutate ġell, 100 µg/g. Ingenol mebutate ġell ma wera l- ebda potenzjal għal irradjazzjoni tad-dawl jew effetti allerġiċi għad-dawl. Madankollu, minħaba n- natura tal-marda, esponiment eċċessiv għax-xemx (li jinkludi sunlamps u tanning beds) għandu jiġi evitat jew minimizzat.

Keratoacanthoma

Rapporti ta’ keratoacanthoma li sseħħ fiż-żona ta’ kura, fejn iż-żmien qabel ma jibda jidher l-effett ivarja minn ġimgħat għal xhur wara l-użu ta’ ingenol mebutate ġell, wasslu minn prova klinika ta’ wara l-awtorizzazzjoni (ara sezzjoni 5.1). Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa għandhom javżaw lill- pazjenti tagħhom sabiex jibqgħu viġilanti għall-iżvilupp ta’ leżjonijiet fiż-żona ta’ kura, u biex f’każ li dawn iseħħu jfittxu parir mediku minnufih.

Immaniġġjar ta’ keratożi aktinika

Leżjonijiet li jkunu klinikament atipiċi għal keratożi aktinika jew li jkun hemm suspett li huma tumur malinn, għandha ssirilhom bijopsija biex tiġi stabilita kura adattata.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma twettaq l-ebda studju ta’ interazzjoni. Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali assorbiti b’mod sistemiku huma kkunsidrati li mhumiex mistennija għax Picato ma jiġix assorbit b’mod sistemiku.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx data jew hemm data limitata dwar l-użu ta’ ingenol mebutate f’nisa tqal. Studji f’annimali wrew tossiċità embriju-fetali ħafifa (ara 5.3). Ir-riskji għall-bnedmin li jkunu qed jirċievu kura tal- ġilda b’ingenol mebutate mhumiex meqjusa probabbli li jseħħu għax Picato ma jiġix assorbit b’mod sistemiku. Bħala miżura ta’ prekawzjoni, hu preferibbli li l-użu ta’ Picato waqt tqala jiġi evitat.

Treddigħ

L-ebda effett fuq it-trabi tat-twelid li treddgħu ma hu mistenni għax Picato ma jiġix assorbit b’mod sistemiku. L-omm li tkun qed tredda’ għandha tingħata parir li kuntatt fiżiku bejnha u t-tarbija tat- twelid/tifel/tifla żgħira tagħha u ż-żona kkurata għandu jiġi evitat għal perjodu ta’ 6 sigħat wara l- applikazzjoni ta’ Picato.

Fertilità

Ma saru l-ebda studji dwar il-fertilità b’ingenol mebutate.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Picato m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

L-iktar reazzjonijiet avversi frekwenti li ġew irrapportati b’mod komuni kienu risponsi lokali tal-ġilda li jinkludu eritema, tqaxxir/il-ġilda titfarfar, qxur, nefħa, vesikulazzjoni/pustulazzjoni u erożjoni/ulċerazzjoni fis-sit tal-applikazzjoni ta’ ingenol mebutate ġell, ara tabella 1 għat-termini MedDRA. Wara l-applikazzjoni ta’ ingenol mebutate, il-biċċa l-kbira tal-pazjenti (>95%) kellhom rispons(i) lokali wieħed jew aktar tal-ġilda. Infezzjoni fis-sit tal-applikazzjoni ġiet irrappurtata meta l- wiċċ u l-qorriegħa ġew ikkurati.

Lista f’tabella ta’ reazzjonijiet avversi

Tabella 1 tirrifletti l-esponiment għal Picato 150 µg/g jew 500 µg/g f’499 pazjent b’keratożi aktinika kkurati f’erba’ studji ta’ fażi 3 ikkontrollati bi plaċebo, li fihom kellhom irreġistrati total ta’ 1002 pazjenti u rapporti ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Il-pazjenti rċivew kura fiż-żona (żona ta’ 25 ċm2) b’Picato f’konċentrazzjonijiet ta’ 150 µg/g jew 500 µg/g jew plaċebo darba kuljum għal 3 ijiem jew jumejn konsekuttivi rispettivament.

It-tabella hawn taħt tippreżenta reazzjonijiet avversi skont is-sistema tal-klassifika tal-organi MedDRA u l-post anatomiku.

Il-frekwenzi ġew definiti skont il-konvenzjoni li ġejja:

Komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000); rari ħafna (<1/10,000) u mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

F’kull kategorija ta’ frekwenza, ir-reazzjonijiet avversi qed jiġu ppreżentati f’ordni ta’ severità dejjem tonqos.

Tabella 1 Reazzjonijiet avversi skont is-Sistema tal-Klassifika tal-Organi fid-database MedDRA

 

Frekwenza

 

 

 

 

Sistema tal-Klassifika tal-

Wiċċ u qorriegħa

Tronk u estremitajiet

Organi

 

 

 

 

 

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

 

 

 

 

 

Ponot fis-sit tal-applikazzjoni

Komuni ħafna

Komuni ħafna

 

 

 

Infezzjoni fis-sit tal-

Komuni

 

applikazzjoni

 

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema immuni

 

 

 

 

 

Sensittività eċċessiva (li

Mhux komuni

Mhux komuni

tinkludi anġjoedema)

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

 

 

 

 

 

Uġigħ ta’ ras

Komuni

 

 

 

 

Disturbi fl-għajnejn*

 

 

 

 

 

Edema fil-kappell tal-għajn

Komuni

 

 

 

 

Edema periorbitali

Komuni

 

 

 

 

Konġuntivite kimika, ħruq tal-

Mhux komuni

Mhux komuni

kornea**

 

 

 

 

 

Uġigħ fl-għajnejn

Mhux komuni

 

 

 

 

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet

ta’ mnejn jingħata

 

 

 

 

Erożjoni fis-sit tal-applikazzjoni

Komuni ħafna

Komuni ħafna

 

 

 

Vexxikuli fis-sit tal-

Komuni ħafna

Komuni ħafna

applikazzjoni

 

 

 

 

 

Nefħa fis-sit tal-applikazzjoni

Komuni ħafna

Komuni ħafna

 

 

 

Qxur fis-sit tal-applikazzjoni

Komuni ħafna

Komuni ħafna

 

 

 

Skorċa fis-sit tal-applikazzjoni

Komuni ħafna

Komuni ħafna

 

 

 

Eritema fis-sit tal-applikazzjoni

Komuni ħafna

Komuni ħafna

 

 

 

Uġigħ fis-sit tal-

Komuni ħafna

Komuni

applikazzjoni***

 

 

 

 

 

Ħakk fis-sit tal-applikazzjoni

Komuni

Komuni

 

 

 

Irritazzjoni fis-sit tal-

Komuni

Komuni

applikazzjoni

 

 

 

 

 

Tnixxija fis-sit tal-applikazzjoni

Mhux komuni

 

 

 

 

Parestesija fis-sit tal-

Mhux komuni

Mhux komuni

applikazzjoni

 

 

 

 

 

Ulċera fis-sit tal-applikazzjoni

Mhux komuni

Mhux komuni

 

 

 

Tibdil fil-pigmentazzjoni fis-sit

Mhux komuni

Mhux komuni

tal-applikazzjoni

 

 

 

 

 

Sħana fis-sit tal-applikazzjoni

 

Mhux komuni

 

 

 

Ċikatriċi fis-sit tal-applikazzjoni

Rari

Rari

*: Nefħa fis-sit tal-applikazzjoni fuq il-wiċċ jew il-qorriegħa tista’ tersaq lejn iż-żona tal-għajn

**: Esponiment aċċidentali tal-għajnejn: Rapporti ta’ wara t-tqegħid fis-suq ta’ konġuntivite kimika u ħruq tal-kornea b’konnessjoni ma’ esponiment aċċidentali tal-għajnejn ġew riċevuti (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4 għall-prevenzjoni ta’ esponiment fl-għajnejn)

***: Jinkludi ħruq fis-sit tal-applikazzjoni.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

L-inċidenza ta’ risponsi lokali tal-ġilda li seħħew f’inċidenza ta’ >1% kemm fil-‘wiċċ/qorriegħa’ u fit- ‘tronk/estremitajiet’, rispettivament huma: eritema fis-sit tal-applikazzjoni (94% u 92%), qxur fis-sit tal-applikazzjoni (85% u 90%), skorċa fis-sit tal-applikazzjoni (80% u 74%), nefħa fis-sit tal- applikazzjoni (79% u 64%), vexxikuli fis-sit tal-applikazzjoni (13% u 20%), ponot fis-sit tal- applikazzjoni (43% u 23%) u erożjoni fis-sit tal-applikazzjoni (31% u 25%).

Risponsi lokali severi tal-ġilda seħħew b’inċidenza ta’ 29% fuq il-wiċċ u l-qorriegħa u b’inċidenza ta’ 17% fuq it-tronk u l-estremitajiet. L-inċidenza ta’ risponsi severi lokali tal-ġilda li seħħew b’inċidenza ta’ >1% kemm fil-‘wiċċ/qorriegħa’ u t-‘tronk/estremitajiet’, rispettivament huma: eritema fis-sit tal- applikazzjoni (24% u 15%), qxur fis-sit tal-applikazzjoni (9% u 8%), skorċa fis-sit tal-applikazzjoni (6% u 4%), nefħa fis-sit tal-applikazzjoni (5% u 3%), u ponot fis-sit tal-applikazzjoni (5% u 1%).

Follow-up għal tul twil ta’ żmien

Total ta’ 198 pazjent b’fejqan komplet f’jum 57 (184 ikkurati b’Picato u 14 ikkurati bi plaċebo) ġew segwiti għal 12-il xahar addizzjonali. Fi studju ieħor, 329 pazjent li ġew ikkurati inizjalment bi krijoterapija fuq il-wiċċ/qorriegħa, intgħażlu b’mod każwali wara tliet ġimgħat, jew għal Picato 150 µg/g (n=158) jew plaċebo (n=150) għal 3 ijiem fl-istess żona. 149 pazjent fil-grupp ta’ Picato u 140 fil-grupp tal-plaċebo ġew segwiti għal 12-il xahar. Fi studju li sar aktar tard, 450 pazjent ġew ikkurati inizjalment b’Picato 150 µg/g, minn dawn, 134 pazjent intgħażlu b’mod każwali għat-tieni kors b’Picato 150 µg/g, u l-pazjenti ġew segwiti għal sa 12-il xahar wara l-ewwel kura.

Dawn ir-riżultati ma bidlux il-profil tas-sigurtà ta’ Picato (ara sezzjoni 5.1).

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott

mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Doża eċċessiva ta’ Picato tista’ tirriżulta f’żieda fl-inċidenza ta’ risponsi lokali tal-ġilda. L- immaniġġjar ta’ doża eċċessiva għandu jikkonsisti minn kura ta’ sintomi kliniċi.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Antibijotiċi u mediċini kimoterapewtiċi għal użu dermatoloġiku, kimoterapewtiċi oħrajn, Kodiċi ATC: D06BX02.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Il-mekkaniżmu ta’ azzjoni ta’ ingenol mebutate għall-użu f’keratożi aktinika għad irid jiġi kkaratterizzat b’mod sħiħ. Mudelli in vivo u in vitro wrew mekkaniżmu doppju ta’ azzjoni għall-effetti ta’ ingenol mebutate: 1) induzzjoni tal-mewt taċ-ċelloli tal-leżjoni lokali u 2) il-promozzjoni ta’ rispons infjammatorju kkaratterizzat minn produzzjoni lokali ta’ cytokines u chemokines proinfjammatorji u infiltrazzjoni ta’ ċelloli immunokompetenti.

Effetti farmakodinamiċi

Ir-riżultati minn żewġ studji kliniċi fuq l-effetti bijoloġiċi ta’ ingenol mebutate urew li l-għoti topiku kkaġuna nekrożi epidermali u rispons infjammatorju profond kemm fl-epidermis kif ukoll fin-naħa ta’ fuq tad-dermis tal-ġilda kkurata, iddominati minn ċelluli T infiltranti, newtrofili u makrofaġi. In- nekrożi fid-dermis ġiet osservata b’mod rari.

Profili tal-espressjoni tal-ġeni tal-bijopsiji tal-ġilda miż-żoni kkurati jissuġġerixxu risponsi infjammatorji u rispons għal feriti, ħaġa li hija konsistenti mal-valutazzjonijiet tal-istoloġija. Eżami mhux invażiv tal-ġilda kkurata permezz ta’ mikroskopija konfokali ta’ riflettanza wera li t-

tibdil fil-ġilda kkaġunat minn ingenol mebutate kien riversibbli, b’normalizzazzjoni kważi għal kollox tal-parametri kollha mkejla f’jum 57 wara l-kura, ħaġa li hija appoġġjata wkoll minn riżultati kliniċi u studji fuq l-annimali.

Effikaċja klinika u sigurtà

L-effikaċja u s-sigurtà ta’ Picato 150 µg/g, applikat fuq il-wiċċ jew qorriegħa għal 3 ijiem konsekuttivi, ġiet studjata f’żewġ studji kliniċi, double-blind, ikkontrollati bi plaċebo, li kienu jinkludu 547 pazjent adulti. Bl-istess mod, l-effikaċja u s-sigurtà ta’ Picato 500 µg/g, applikat fuq it- tronk u l-estremitajiet għal jumejn konsekuttivi, ġiet studjata f’żewġ studji kliniċi, double-blind, ikkontrollati bi plaċebo, li kienu jinkludu 458 pazjent adulti. Il-pazjenti komplew fl-istudji għal perjodu follow-up ta’ 8 ġimgħat li matulu huma rritornaw għal osservazzjonijiet kliniċi u monitoraġġ dwar is-sigurtà. L-effikaċja, imkejla bħala r-rata ta’ fejqan komplet u parzjali, kif ukoll il-medjan ta’ tnaqqis perċentwali, ġiet evalwata f’jum 57 (ara t-tabella 2).

Il-pazjenti kellhom minn 4 sa 8 leżjonijiet ikkawżati minn keratożi aktinika klinikament tipiċi, viżibbli, diskreti, mhux iperkeratotiċi, mhux ipertrofiċi f’żona kontigwa ta’ kura ta’ 25 cm2 fuq il-wiċċ jew il-qorriegħa jew fuq it-tronk jew estremitajiet. F’kull jum ta’ dożaġġ skedat, il-ġell tal-istudju ġie applikat fuq iż-żona kollha tal-kura.

Ir-rata ta’ konformità kienet għolja, bi 98% tal-pazjenti temmew dawn l-istudji.

Il-pazjenti fl-istudju kellhom minn 34 sa 89 sena (medja ta’ 64 u 66 sena, rispettivament, għaż-żewġ qawwiet) u 94% kellhom tip I, II jew III ta’ ġilda Fitzpatrick.

F’jum 57, il-pazjenti kkurati b’Picato kellhom rati ogħla ta’ fejqan komplet u parzjali minn pazjenti li ġew ikkurati bil-ġell tal-plaċebo (p<0.001). Il-medjan ta’ tnaqqis perċentwali ta’ leżjonijiet ikkawżati

minn keratożi aktinika kien ogħla fil-grupp ikkurat b’ingenol mebutate meta mqabbel mal-grupp ikkurat bil-plaċebo (ara t-tabella 2).

Tabella 2 Rati ta’ individwi b’fejqan kompleta u parzjali u medjan ta’ tnaqqis perċentwali (%) ta’ leżjonijiet f’keratożi aktinika

 

Wiċċ u qorriegħa

Tronk u estremitajiet

 

Picato

Plaċebo

Picato

Plaċebo

 

150 µg/g

(n=270 )

500 µg/g

(n=232 )

 

(n=277 )

 

(n=226 )

 

Rata ta’ Fejqan Kompleta

42.2%d

3.7%

34.1%d

4.7%

 

 

 

 

 

Rata ta’ Fejqan Parzjalib (≥75%)

63.9% d

7.4%

49.1% d

6.9%

 

 

 

 

 

Tnaqqis Medjan f’%ċ

83%

0%

75%

0%

 

 

 

 

 

a Fejqan komplet ġie definit bħala l-proporzjon ta’ pazjenti mingħajr ebda (żero) leżjonijiet ikkawżati minn keratożi aktinika klinikament viżibbli fiż-żona tal-kura.

b Ir-rata ta’ fejqan parzjali ġiet definita bħala l-perċentwal ta’ pazjenti li fihom, 75% jew aktar tan-numru ta’ leżjonijiet ikkawżati minn keratożi aktinika fil-linja bażi, fiequ.

ċ Tnaqqis medjan f’perċentwali (%) f’leżjonijiet ikkawżati minn keratożi aktinika mqabbla mal-linja bażi. d p<0.001; imqabbla ma’ plaċebo permezz ta’ rigressjoni loġistika bil-kura, studju, u sit anatomiku.

Il-livell ta’ effikaċja varja bejn il-postijiet anatomiċi individwali. F’kull post, ir-rati ta’ fejqan sħiħ u parzjali kienu ogħla fil-grupp ikkurat b’ingenol mebutate meta mqabbla mal-grupp tal-plaċebo (ara tabella 3 u 4).

Tabella 3 Numru u perċentwali (95% CI) ta’ persuni li kisbu fejqan komplet u parzjali f’jum 57 skont il-post anatomiku fuq il-wiċċ u l-qorriegħa

 

Fejqan Komplet

Fejqan Parzjali (≥75%)

 

 

 

 

 

 

Picato 150 µg/g

Plaċebo

Picato 150 µg/g

Plaċebo

 

(n=277)

(n=270)

(n=277)

(n=270)

Wiċċ

104/220

9/220

157/220

18/220

47% (41-54%)

4% (2-8%)

71% (65-77%)

8% (5-13%)

 

 

 

 

 

 

Qorriegħa

13/57

1/50

20/57

2/50

23% (13-36%)

2% (0-11%)

35% (23-49%)

4% (1-14%)

 

 

 

 

 

 

Tabella 4 Numru u perċentwali (95% CI) ta’ persuni li kisbu fejqan komplet u parzjali f’jum 57 skont il-post anatomiku fuq it-tronk u l-estremitajiet

 

Fejqan komplet

 

Fejqan parzjali (≥75%)

 

 

 

 

 

 

Picato 500 µg/g

Plaċebo

Picato 500 µg/g

Plaċebo

 

(n=226)

(n=232)

(n=226)

(n=232)

Driegħ

49/142

7/149

75/142

11/149

35% (27-43%)

5%

(2-9%)

53% (44-61%)

7% (4-13%)

 

 

 

 

 

 

In-Naħa ta’

10/54

0/56

16/54

1/56

Wara tal-Id

19% (9-31%)

0%

(0-6%)

30% (18-44%)

2% (0-10%)

 

 

 

 

 

Sider

11/14

2/11

12/14

2/11

79% (49-95%)

18%

(2-52%)

86% (57-98%)

18% (2-52%)

 

 

 

 

 

 

Oħrajna

7/16

2/16

8/16

2/16

 

44% (20-70%)

13%

(2-38%)

50% (25-75%)

13% (2-38%)

aOħrajn li jinkludu l-ispallejn, id-dahar, ir-riġlejn.

Is-sigurtà tal-kura b’Picato 150 µg/g għal 3 ijiem jew kura b’Picato 500 µg/g għal jumejn, ġiet evalwata sa jum 57, il-maġġoranza tar-reazzjonijiet avversi rrappurtati u r-risponsi lokali tal-ġilda kienu minn ħfief sa moderati fl-intensità u kollha fiequ mingħajr ma reġgħu tfaċċaw.

Ġew osservati differenzi statistikament sinifikanti f’riżultati rrapportati mill-pazjenti favur pazjenti li kienu qed jirċievu Picato meta mqabbla ma’ dawk li kienu qed jirċievu ġell plaċebo. Punteġġi medji globali ogħla ta’ sodisfazzjon tal-pazjenti, li jindikaw livell ogħla ta’ sodisfazzjoni globali, ġew osservati fil-gruppi kkurati b’ingenol mebutate meta mqabbla mal-gruppo kkurati bi plaċebo (p<0.001) kif imkejla permezz tal-Kwestjonarju tas’ Sodisfazzjon bil-Kura għal Medikazzjoni (TSQM

– Treatment Satisfaction Questionnaire for Medication).

Effikaċja fit-tul

Tliet studji follow-up, prospettivi, osservazzjonali, fit-tul, li damu sena, twettqu biex jevalwaw l- effikaċja sostnuta skont ir-rikorrenza ta’ leżjonijiet ikkawżati minn keratożi aktinika fis-sit tal-kura, u s-sigurtà f’pazjenti li kienu rċivew kura b’Picato. Studju wieħed inkluda pazjenti kkurati b’Picato 150 µg/g fuq il-wiċċ jew qorriegħa għal 3 ijiem, u żewġ studji inkludew pazjenti kkurati b’Picato 500 µg/g fuq it-tronk jew estremitajiet għal jumejn. Dawk il-pazjenti biss li kisbu fejqan totali fiż- żona kkurata fit-tmiem tal-istudji ta’ fażi 3 (jum 57) kienu eliġibbli għal follow-up fit-tul. Il-pazjenti ġew segwiti kull 3 xhur għal 12-il xahar (ara t-tabella 5).

Tabella 5 Rata ta’ rikorrenza ta’ leżjonijiet ikkawżati minn keratożi aktinika

 

Picato

Picato

 

150 µg/g ġell

500 µg/g ġell

 

Wiċċ u qorriegħa

Tronk u estremitajiet

 

(n=108 )

(n=76c )

Rata ta’ Rikorrenza 12-il xahar

53.9% (44.6-63.7)

56.0% (45.1-67.6)

Stima KM (95% CI)a

 

 

Rata ta’ Rikorrenza Bbażata fuq il-

12.8% (19.1)

13.2% (23.0)

Leżjonijietb 12-il xahar

 

 

Medja (SD)

 

 

a Ir-rata ta’ rikorrenza hi l-istima KaplanMeier (KM) fid-data fil-mira tal-istudju tal-vista, espressa bħala perċentwal (95% CI). Ir-rikorrenza ġiet definita bħala kwalunkwe lezjoni kkawżata minn keratożi aktinika fiż-żona li kienet ikkurata qabel għal pazjenti li kisbu fejqan komplet f’jum 57 fl-istudji ta’ qabel ta’ fażi 3. b Ir-rata ta’ rikorrenza bbażata fuq il-leżjonijiet għal kull pazjent, definita bħala l-proporzjon tan-numru ta’ leżjonijiet ikkawżati minn keratożi aktinika wara 12-il xahar ipparagunat man-numru ta’ leżjonijiet fil-linja bażi fl-istudji ta’ qabel ta’ fażi 3.

ċ Minn dawn, 38 individwu ġew ikkurati fil-passat fi studju kkontrollat bi plaċebo ta’ fażi 3 u 38 individwu ġew ikkurati fil-passat fi studju mhux ikkontrollat ta’ fażi 3.

Riskju ta’ progressjoni għal karċinoma taċ-ċelloli skwamużi

Fit-tmien tal-istudju (jum 57), ir-rata ta’ karċinoma taċ-ċelloli skwamużi (SCC) irrapportata fiż-żona tal-kura kienet komparabbli f’pazjenti kkurati b’ingenol mebutate ġell (0.3%, 3 minn 1,165 pazjent) u f’pazjenti kkurati bi plaċebo (0.3%, 2 minn 632 pazjent) fi studji kliniċi dwar keratożi aktinika li saru b’ingenol mebutate ġell.

SCC fiż-żona tal-kura ma ġiet irrapportata fl-ebda pazjent (0 minn 184 pazjent li fil-passat ġew ikkurati b’ingenol mebutate ġell) fi tliet studji prospettivi, osservazzjonali ta’ follow-up fit-tul, li damu sena.

Esperjenza b’aktar minn kors wieħed ta’ kura

Fi studju double blind, ikkontrollat bi plaċebo, ingħataw sa żewġ korsijiet ta’ kura ta’ Picato 150 µg/g lil 450 pazjent b’4-8 AKs f’żona ta’ kura ta’ 25 cm2 fuq il-wiċċ jew il-qorriegħa. Pazjenti li fihom l- ewwel kors ta’ kura ma wassalx għal tneħħija kompleta tal-AKs kollha fiż-żona tal-kura wara 8 ġimgħat, intgħażlu b’mod każwali għal kors ieħor ta’ kura b’Picato jew plaċebo. Pazjenti li fihom l- ewwel kors ta’ kura wassal għal tneħħija kompleta ġew eżaminati wara 26 u 44 ġimgħa u ntgħażlu b’mod każwali għat-tieni kors ta’ kura jekk kellhom rikorrenza fiż-żona tal-kura. Fil-pazjenti kollha, l- evalwazzjoni tal-effikaċja kienet 8 ġimgħat wara l-għażla b’mod każwali. L-ewwel kors ta’ kura, mogħti open label, irriżulta f’rata ta’ tneħħija kompleta ta’ 62% (277/450). Ir-riżultati tal-kors ta’ kura b’għażla b’mod każwali u t-tieni kors ta’ kura, huma ppreżentati f’tabella 6.

Tabella 6 Tneħħija kompletaa miż-żona ta’ kura 8 ġimgħat wara l-għażla b’mod każwali u

Xahar 12

 

Żona ta’ kura rikalċitrantiċ

Żona ta’ kura rikorrentid

 

Picato

Plaċebo

Picato

Plaċebo

 

150 µg/g ġell

150 µg/g ġell

 

(n=49)

(n=20)

 

(n=92)

(n=42)

 

 

 

8 ġimgħat wara l-għażla b’mod

47% (43)

18% (9)

60% (25)

25% (5)

każwali

(p=0.001b)

(p=0.013b)

Xahar 12

18% (17)

4% (2)

31% (13)

15% (3)

(p=0.016b)

(p=0.10b)

a Ir-rata ta’ tneħħija kompleta hi definita bħala l-proporzjon ta’ pazjenti bl-ebda (żero) leżjonijiet ta’ keratożi aktinika viżibbli fiż-żona tal-kura.

b Test ta’ Cochran-Mantel-Haenszel ta’ ġell Picato 150 µg/g imqabbel mal-plaċebo aġġustat għall-post anatomiku (wiċċ/qorriegħa) u l-pajjiż.

ċ Pazjenti li fihom l-ewwel kors ta’ kura ma wassalx għat-tneħħija kompleta tal-AKs kollha fiż-żona tal-kura.

d Pazjenti li fihom l-ewwel kors ta’ kura wassal għat-tneħħija kompleta u li kellhom rikorrenza fiż-żona tal- kura jew f’ġimgħa 26 jew f’ġimgħa 44.

Keratożi Aktinika tal-Wiċċ u tal-Qorriegħa, l-użu sekwenzjali wara l-krijoterapija

Fi studju b’żewġ partijiet, 329 pazjent adult b’AK fuq il-wiċċ jew il-qorriegħa, intgħażlu b’mod każwali għall-kura bil-ġell Picato, 150 µg/g jew plaċebo 3 ġimgħat wara l-krijoterapija tal-leżjonijiet kollha viżibbli fiż-żona tal-kura. L-istudju rreġistra pazjenti b’4 sa 8 leżjonijiet AK klinikament tipiċi, viżibbli, diskreti, mhux ipertrofiċi u mhux iperkeratotiċi f’żona kontigwa ta’ kura ta’ 25 cm2.

Ħdax-il ġimgħa wara l-linja bażi, li jiġu 8 ġimgħat wara Picato ġel jew veikolu, ir-rata ta’ tneħħija kompleta kienet ta’ 61% fost il-pazjenti li ntgħażlu b’mod każwali għall-ġell Picato, u 49% fost pazjenti li ntgħażlu b’mod każwali għall-plaċebo. Wara 12-il xahar, ir-rati ta’ tneħħija kompleta f’dawn il-gruppi kienu ta’ 31% u 19% rispettivament. It-tnaqqis perċentwali tal-għadd AK fil-grupp ta’ Picato kien ta’ 83% wara 11-il ġimgħa u 57% wara 12-il xahar, fejn fil-grupp tal-plaċebo kien ta’ 78% wara 11-il ġimgħa u 42% wara 12-il xahar. L-għadd medju ta’ AKs fil-grupp ta’ Picato kien ta’ 5.7 fil-linja bażi, 0.8 f’ġimgħa 11, u 0.9 f’xahar 12, meta mqabbel ma’ 5.8, 1.0 u 1.2 fil-grupp tal- plaċebo f’dawn il-punti ta’ żmien.

Ir-riżultati tas-sigurtà mill-istudju kienu komparabbli mal-profil tas-sigurtà tal-ġell Picato, 150 µg/g bħala monoterapija.

Esperjenza bil-kura ta’ żona ikbar

Fi studju double-blind, ikkontrollat bi plaċebo, li sar biex jevalwa l-esponiment sistemiku, Picato 500 µg/g, minn 4 stoċċijiet, ġie applikat fuq żona kontigwa ta’ kura ta’ 100 cm2 kuljum għal jumejn konsekuttivi. Ir-riżultati ma wrew l-ebda assorbiment sistemiku.

Picato 500 µg/g ġie ttollerat tajjeb meta applikat fuq żona kontigwa ta’ kura ta’ 100 cm2 fuq it-tronk u l-estremitajiet.

Fi studju double-blind ikkontrollat bi plaċebo, fuq pazjenti b’AK fuq it-tronk u l-estremitajiet, ġie applikat prodott fil-fażi ta’ investigazzjoni b’ingenol mebutate ġell 600 µg/g darba kuljum, għal jumejn, tlitt ijiem jew erbat ijiem fuq erja tal-ġilda ta’ 250 cm2. Il-prova kienet tinkludi grupp kbir ta’ pazjenti li saritilhom ħsara kbira mix-xemx. 12 mill-163 individwu kkurati bi prodott fil-fażi ta’ investigazzjoni ta’ ingenol mebutate irrappurtaw 16-il każ ta’ tumur fil-ġilda fiż-żona ta’ kura (1 SCC, 1 marda ta’ Bowen u 14-il keratoacanthoma wara reviżjoni tal-patoloġija ċentralizzata) meta mqabbel ma’ 0/61 fil-grupp tal-plaċebo.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jigu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’Picato f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika f’keratożi aktinika (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku)

Popolazzjoni anzjana

Mill-1,165 pazjent ikkurati b’Picato fl-istudji kliniċi dwar keratożi aktinika li saru b’ingenol mebutate ġell, 656 pazjent (56%) kellhom 65 sena u aktar, filwaqt li 241 pazjent (21%) kellhom 75 sena u aktar. Ma ġiet osservata l-ebda differenza ġenerali fis-sigurtà jew fl-effikaċja bejn pazjenti iżgħar u dawk aktar anzjani.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Il-profil farmakokinetiku sistemiku ta’ ingenol mebutate u l-metaboliti tiegħu ma ġiex ikkaratterizzat fil-bnedmin minħabba n-nuqqas ta’ livelli kwantifikabbli fid-demm sħiħ wara l-għoti fuq il-ġilda.

Assorbiment

Ma ġie osservat l-ebda assorbiment sistemiku fi jew ’il fuq mil-limitu l-aktar baxx ta’osservazzjoni (0.1 ng/mL) meta Picato 500 µg/g minn 4 stoċċijiet ġie applikat fuq żona ta’ 100 cm2 fuq il-parti dorsali tad-driegħ mill-minkeb ’l isfel f’pazjenti b’keratożi aktinika darba kuljum għal jumejn konsekuttivi.

Riżultati in vitro juru li ingenol mebutate ma jinibixxix jew jinduċi isoformi umani ta’ ċitokrom P450.

5.3 Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti u effett tossiku fuq il-ġeni, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

L-istudji mhux kliniċi dwar is-sigurtà wrew li l-għoti fuq il-ġilda ta’ ingenol mebutate ġell hu ttollerat tajjeb bi kwalunkwe irritazzjoni tal-ġilda tkun riversibbli u riskju negliġibbli ta’ tossiċità sistemika meta jiġu osservati l-kundizzjonijiet rakkomandati tal-użu.

Fil-firien, ingenol mebutate ma ġiex assoċjat ma’ effetti ta’ żvilupp fetali f’dożi IV sa 5 µg/kg/kuljum (30 µg/m2/kuljum). Fil-fniek ma kien hemm l-ebda anormalitajiet maġġuri. Anormalitajiet fetali minuri jew varjanti ġew osservati f’feti ta’ fniek nisa kkurati f’dożi ta’ 1 µg/kg/kuljum

(12 µg/m2/kuljum).

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Isopropyl alcohol

Hydroxyethylcellulose

Citric acid monohydrate

Sodium citrate

Benzyl alcohol

Ilma ppurifikat

6.2 Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C)

L-istoċċijiet għandhom jintremew wara li jinfetħu għall-ewwel darba.

6.5 In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Stoċċijiet laminati b’doża waħda b’saff intern ta’ Polyethylene b’Densità Għolja (HDPE) u aluminju bħala s-saff li jostakola. Għotjien tal-HDPE.

Picato 500 µg/g ġell hu disponibbli f’kartuna li jkun fiha 2 stoċċijiet b’0.47 g ta’ ġell kull wieħed.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

LEO Laboratories Ltd.

285 Cashel Road

Crumlin, Dublin 12

L-Irlanda

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/12/796/002

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 15 ta’ Novembru, 2012

Data tal-aħħar tiġdid:

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati