Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Plenadren (hydrocortisone) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - H02AB09

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPlenadren
Kodiċi ATCH02AB09
Sustanzahydrocortisone
ManifatturShire Services BVBA

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Plenadren 5 mg pilloli li jerħu l-mediċina b’mod modifikat

Plenadren 20 mg pilloli li jerħu l-mediċina b’mod modifikat

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Plenadren 5 mg pilloli li jerħu l-mediċina b’mod modifikat

Kull pillola li terħi l-mediċina b’mod modifikat fiha 5 mg ta’ hydrocortisone.

Plenadren 20 mg pilloli li jerħu l-mediċina b’mod modifikat

Kull pillola li terħi l-mediċina b’mod modifikat fiha 20 mg ta’ hydrocortisone.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola li terħi l-mediċina b’mod modifikat.

Plenadren 5 mg pilloli li jerħu l-mediċina b’mod modifikat

Il-pilloli huma tondi (dijametru ta’ 8 mm), konvessi u roża.

Plenadren 20 mg pilloli li jerħu l-mediċina b’mod modifikat

Il-pilloli huma tondi (dijametru ta’ 8 mm), konvessi u bojod.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kura tal-insuffiċjenza renali fl-adulti.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Plenadren jingħata bħala terapija ta’ manteniment. Id-dożi ta’ sostituzzjoni li jittieħdu b’mod orali għandhom jiġu individwalizzati skont ir-rispons kliniku. Doża komuni ta’ manteniment hija ta’ 20 – 30 mg kuljum, li tingħata darba filgħodu. F’pazjenti li għad fadlilhom xi ftit produzzjoni ta’ kortisol endoġenu tista’ tkun biżżejjed doża aktar baxxa. L-ogħla doża ta’ manteniment li ġiet studjata hija ta’ 40 mg. Għandha tintuża l-aktar doża baxxa ta’ manteniment possibbli. F’sitwazzjonijiet fejn il-ġisem jiġi espost għal stress fiżiku u /jew mentali eċċessiv, il-pazjenti jistgħu jeħtieġu sostituzzjoni addizzjonali permezz ta’ pilloli ta’ hydrocortisone li jerħu l-mediċina b’mod immedjat speċjalment wara nofsinhar/filgħaxija, ara aktar fis-sezzjoni ‘Użu f’mard interkorrenti’ fejn hemm deskrizzjoni ta’ modi oħra ta’ kif iżżid id-doża ta’ hydrocortisone b’mod temporanju.

Bidla minn kura konvenzjonali bil-glukokortikojdi orali għal Plenadren

Meta l-pazjenti jaqilbu minn terapija ta’ sostituzzjoni konvenzjonali b’hydrocortisone mogħti tliet darbiet kuljum għal Plenadren, tista’ tingħata l-istess doża totali ta’ kuljum. Minħabba bijodisponibilità aktar baxxa tad-doża ta’ kuljum ta’ Plenadren meta mqabbla ma’ dik tal-pilloli konvenzjonali ta’ hydrocortisone mogħtija tliet darbiet kuljum (ara sezzjoni 5.2), ir-rispons kliniku għandu jiġi mmonitorjat u jista’ jkun hemm il-ħtieġa ta’ individwalizzazzjoni ulterjuri tad-doża. Għadha ma ġiex studjata sitwazzjoni fejn il-pazjenti jinqelbu minn pilloli ta’ hydrocortisone mogħtija darbtejn kuljum, cortisone acetate jew glukokortikojdi sintetiċi għal Plenadren, iżda huwa rrakkomandat li f’dawn il- każijiet, il-bidla għal Plenadren ssir f’doża li hija ekwivalenti għad-doża ta’ kuljum ta’ hydrocortisone; jista’ jkun hemm il-ħtieġa għal individwalizzazzjoni ulterjuri tad-doża.

Użu f’mard interkurrenti

Waqt mard interkurrenti, għandu jkun hemm għarfien tajjeb tar-riskju għall-iżvilupp tal-insuffiċjenza adrenali akuta.

F’sitwazzjonijiet gravi, hemm il-ħtieġa ta’ żieda immedjata fid-doża u l-għoti orali ta’ hydrocortisone għandu jiġi sostitwit permezz ta’ kura parenterali, preferibbilment ġol-vini. L-għoti ġol-vini ta’ hydrocortisone huwa ġġustifikat waqt episodji ta’ mard tranżitorju bħal infezzjonijiet severi, b’mod partikolari l-gastroenterite assoċjata ma’ rimettar u /jew dijarea, deni għoli ta’ kwalunkwe etjoloġija jew stress fiżiku estensiv, bħal pereżempju inċidenti serji u kirurġija taħt anestesija ġenerali, ara sezzjoni4.4.

F’sitwazzjonijiet inqas severi fejn ma hemmx il-ħtieġa għall-għoti ġol-vini ta’ hydrocortisone, pereżempju f’infezzjonijiet ta’ grad baxx, deni ta’ kwalunkwe etjoloġija u sitwazzjonijiet stressanti bħal proċeduri kirurġiċi minuri, id-doża orali normali ta’ sostituzzjoni ta’ kuljum għandha tiżdied b’mod temporanju; id-doża totali ta’ kuljum għandha tiżdied billi d-doża ta’ manteniment tingħata darbtejn jew tliet darbiet kuljum b’intervalli ta’ 8 ± 2 sigħat (żieda fin-numru ta’ għotjiet, u mhux iż-żieda tad-doża ta’ filgħodu). Dan ir-reġimen ġie ddokumentat f’aktar minn 300 episodju ta’ mard interkurrenti fil- programm tal-istudju kliniku. Fid-diskrezzjoni tat-tabib kuranti, jistgħu jingħataw pilloli ta’ hydrocortisone li jerħu l-mediċina b’mod immedjat minflok Plenadren jew jistgħu jiżdiedu mal-kura. Meta d-doża ta’ hydrocortisone tiżdied b’doża waħda f’okkażjoni ta’ darba, din iżżid l-espożizzjoni totali ta’ kortisol fil-plażma b’inqas milli proporzjonali, ara sezzjoni 5.2. Ladarba l-episodju tal-marda interkurrenti jgħaddi, il-pazjenti jistgħu jirritornaw għad-doża normali ta’ manteniment.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

Fil-każ ta’ piż baxx tal-ġisem relatat mal-età, huwa rrakkomandat li jsir monitoraġġ tar-rispons kliniku u jista’ jkun hemm il-ħtieġa li d-doża tiġi aġġustata għal doża aktar baxxa, ara sezzjoni 5.2.

Indeboliment renali

Ma hemmx il-ħtieġa għall-aġġustament tad-doża f’pazjenti bl-indeboliment renali ħafif sa moderat.

Fil-pazjenti bl-indeboliment renali sever huwa rrakkomandat li jsir monitoraġġ tar-rispons kliniku u jista’ jkun hemm il-ħtieġa li d-doża tiġi aġġustata, ara sezzjoni 5.2.

Indeboliment epatiku

Ma hemmx il-ħtieġa għall-aġġustament tad-doża f’indeboliment epatiku minn ħafif sa moderat. Fil- każ ta’ indeboliment epatiku sever, il-massa funzjonali tal-fwied tonqos u b’hekk il-kapaċità għall- metaboliżmu ta’ hydrocortisone. Għalhekk, huwa rrakkomandat li jsir monitoraġġ tar-rispons kliniku u jista’ jkun hemm il-ħtieġa li d-doża tiġi aġġustata, ara sezzjoni 5.2.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u effikaċja ta’ Plenadren fit-tfal/adolexxenti taħt it-18-il sena ma ġewx determinati s’issa. Ma hemm l-ebda dejta disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-pazjenti għandhom jingħataw struzzjonijiet biex jieħdu Plenadren orali ma’ tazza ilma meta jqumu mill-inqas nofs siegħa qabel ma jieklu, preferibbilment waqt li jkunu f’pożizzjoni wieqfa u bejn is- 6.00am u t-8.00am ta’ filgħodu. Il-pillola għandha tinbela’ sħiħa; il-pilloli ma għandhomx jinqasmu, jintmagħdu jew jitgħaffġu. Jekk hemm il-ħtieġa ta’ aktar minn għotja waħda kuljum id-doża ta’ filgħodu għandha tingħata kif ordnat, u d-dożi addizzjonali li jingħataw aktar tard matul il-ġurnata jistgħu jingħataw bi jew mingħajr l-ikel.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Insuffiċjenza adrenali akuta

Insuffiċjenza adrenali akuta tista’ tiżviluppa f’pazjenti b’insuffiċjenza adrenali magħrufa li huma fuq id-dożi inadegwati ta’ kuljum jew f’sitwazzjonijiet bi ħtieġa miżjuda għal cortisol. Ġew irrappurtati avvenimenti f’pazjenti kkurati bi Plenadren. Kriżi adrenali tista’ tiżviluppa f’pazjenti b’insuffiċjenza adrenali akuta. Għalhekk, il-pazjenti għandhom jingħataw parir dwar is-sinjali u s- sintomi ta’ insuffiċjenza adrenali akuta u dwar kriżi adrenali, u l-ħtieġa li jfittxu attenzjoni medika immedjata.

Waqt kriżi adrenali parenterali, għandha tingħata preferibbilment permezz ta’ għoti ġol-vini ta’ hydrocortisone f’dożi għoljin, flimkien ma’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni għall- infużjoni, skont il-linji-gwida kurrenti tal-kura.

Infezzjonijiet konkomitanti

Waqt mard tranżitorju bħal f’infezzjoni ta’ grad baxx, deni ta’ kwalunkwe etjoloġija, sitwazzjonijiet stressanti bħal proċeduri kirurġiċi minuri, id-doża ta’ sostituzzjoni ta’ kuljum għandha tiżdied temporanjament, ara sezzjoni 4.2, ‘Użu f’mard interkurrenti’. Il-pazjent għandu jiġi nfurmat sew dwar kif għandu jaġixxi f’dawn is-sitwazzjonijiet u għandu jiġi avżat ukoll biex ifittex għajnuna medika minnufih jekk ikun hemm deterjorazzjoni akuta; speċjalment fil-każ ta’ gastroenterite, rimettar u/jew dijarea li jwasslu għal telf ta’ likwidi u melħ, kif ukoll għal assorbiment inadegwat ta’ hydrocortisone orali.

Pazjenti b’insuffiċjenza adrenali u infezzjoni retrovirali konkomitanti, bħall-HIV, jeħtieġu aġġustament bir-reqqa tad-doża minħabba l-potenzjal ta’ interazzjoni ma’ prodotti mediċinali antiretrovirali u żieda fid-doża ta’ hydrocortisone minħabba l-infezzjoni.

Rapporti xjentifiċi ma jappoġġjawx l-effetti immunosuppressivi ta’ hydrocortisone f’dożi li ntużaw għal terapija ta’ sostituzzjoni f’pazjenti b’insuffiċjenza adrenali. Għalhekk, ma hemmx raġuni biex wieħed jemmen li d-dożi ta’ sostituzzjoni ta’ hydrocortisone sejrin jaggravaw kwalunkwe infezzjoni sistemika jew jaggravaw l-eżitu ta’ tali infezzjoni. Barra minn hekk, ma hemmx raġuni biex wieħed jemmen li d-dożi ta’ hydrocortisone, użati fit-terapija ta’ sostituzzjoni fl-insuffiċjenza adrenali jistgħu jnaqqsu r-rispons għall-vaċċini u jzidu r-riskju ta’ infezzjonijiet ġeneralizzati bil-vaċċini ħajjin.

Mard tat-tbattil gastriku u ta’ motilità

Pilloli li jerħu l-mediċna b’mod modifikat mhumiex irrakkomandati f’pazjenti b’żieda fil-motilità gastro-intestinali, jiġifieri dijarea kronika, minħabba r-riskju ta’ espożizzjoni indebolita għal kortisol. Ma hemm l-ebda dejta fuq pazjenti b’mard/disturb ikkonfermat ta’ dewmien fit-tbattil gastriku jew ta’ motilità mnaqqsa. Ir-rispons kliniku għandu jiġi mmonitorjat f’pazjenti b’dawn il-kundizzjonijiet.

L-użu ta’ dożi ta’ hydrocortisone li huma ogħla min-normal

Dożi għoljin (supra-fiżjoloġiċi) ta’ hydrocortisone jistgħu jikkawżaw elevazzjoni tal-pressjoni tad- demm, u retenzjoni tal-melħ u l-ilma, u żieda fl-eskrezzjoni tal-potassju. Kura fit-tul b’dożi ta’ hydrocortisone ogħla minn dawk fiżjoloġiċi tista’ twassal għal fatturi kliniċi li jixbħu lis-sindromu ta’ Cushing b’żieda fl-adipożità, obeżità addominali, pressjoni għolja u dijabete, u b’hekk twassal għal żieda fir-riskju ta’ morbidità kardjovaskulari u mwiet.

Ix-xjuħija u indiċi baxx tal-massa tal-ġisem huma fatturi magħrufa ta’ riskju għal reazzjonijiet avversi komuni ta’ dożi farmakoloġiċi tal-glukokortikojdi bħall-osteoporożi, it-traqqiq tal-ġilda, id-dijabete mellitus, l-ipertensjoni u żieda fis-suxxettibilita għall-infezzjonijiet.

Il-glukokortikojdi kollha jżidu l-eskrezzjoni tal-kalċju u jnaqqsu r-rata ta’ rimudellar tal-għadam. Il- pazjenti bl-insuffiċjenza adrenali li qegħdin fuq terapija ta’ sostituzzjoni fit-tul bil-glukokortikojdi, instabu li kellhom tnaqqis fid-densità tal-minerali fl-għadam.

L-użu fit-tul ta’ dożi għoljin ta’ glukokortikojdi jista’ jwassal għal katarretti subkapsulari posterjuri, u glawkoma b’possibbiltà ta’ ħsara lin-nervituri ottiċi. Effetti bħal dawn ma ġewx irrapportati f’pazjenti

li kienu qegħdin jirċievu terapija ta’ sostituzzjoni bil-glukokortikojdi f’dożi użati fl-insuffiċjenza adrenali.

Reazzjonijiet psikjatriċi avversi jistgħu jseħħu bil-glukokortikojdi sistemiċi. Dan jista’ jseħħ fil-bidu tal-kura u waqt l-aġġustamenti tad-doża. Ir-riskji jistgħu jkunu ogħla meta jingħataw dożi għoljin. Ħafna mir-reazzjonijiet jgħibu wara tnaqqis tad-doża, għalkemm jista’ jkun hemm il-ħtieġa ta’ kura speċifika.

Il-funzjoni tat-tirojde

Pazjenti b’insuffiċjenza adrenali għandhom jiġu mmonitorjati għal disfunzjoni tat-tirojde minħabba li kemm l-ipotirojdiżmu kif ukoll l-ipertirojdiżmu jistgħu jinfluwenzaw b’mod notevoli l-espożizzjoni għall-hydrocortisone mogħti.

Ħafna drabi l-kura tal-insuffiċjenza adrenali primarja teħtieġ iż-żieda ta’ mineralokortikojdi.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

L-interazzjonijiet ta’ hydrocortisone elenkati hawn taħt ġew irrapportati wara dożi terapewtiċi ta’ glukokortikojdi.

Indutturi qawwijin ta’ CYP 3A4 bħal phenytoin, rifabutin, carbamazepine, barbiturates, rifampicin, St John’s wort u indutturi inqas qawwijin bħal prodotti mediċinali antiretrovirali efavirenz u nevirapine jistgħu iżidu t-tneħħija metabolika ta’ kortisol, inaqqsu l-half-life terminali u b’hekk inaqqsu ż-żieda fil-varjazzjonijiet u l-livelli ta’ kortisol li jkunu qegħdin jiċċirkolaw (minħabba half-life terminali iqsar). Dan jista’ jeħtieġ aġġustament tad-doża ta’ hydrocortisone.

Inibituri qawwijin ta’ CYP 3A4 bħal ketoconazole, itraconazole, posaconazole, voriconazole erythromycin, telithromycin, clarithromycin, ritonavir u l-meraq tal-grejpfruit jistgħu jinibixxu l- metaboliżmu ta’ hydrocortisone, u b’hekk iżidu l-livelli fid-demm. Waqt kura profilattika fit-tul bi kwalunkwe wieħed mill-antibijotiċi, għandu jiġi kkunsidrat li jsir aġġustament tad-doża ta’ hydrocortisone.

L-effetti tal-kortikosterojdi jistgħu jitnaqqsu għal 3-4 ijiem wara l-kura b’mifepristone.

Ir-rispons kliniku għandu jiġi mmonitorjat f’pazjenti li jingħataw prodotti mediċinali li jaffettwaw it- tbattil u l-motilità gastrika, ara sezzjoni 4.4.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Plenadren jista’ jintuża waqt it-tqala. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li t-terapija ta’ sostituzzjoni b’hydrocortisone f’nisa tqal b’insuffiċjenza adrenali hija assoċjata ma’ eżitu avvers fl-omm u/jew fil- fetu. L-insuffiċjenza adrenali waqt it-tqala li mhijiex ikkurata hija assoċjata ma’ eżitu dgħajjef kemm fl-omm kif ukoll fil-fetu, għalhekk huwa importanti li l-kura titkompla waqt it-tqala.

Studji riproduttivi fl-annimali wrew li l-glukokortikojdi jistgħu jikkawżaw abnormalitajiet tal-fetu u tossiċità riproduttiva ara sezzjoni 5.3.

Id-doża ta’ hydrocortisone għandha tiġi mmonitorjata bir-reqqa waqt it-tqala f’nisa bl-insuffiċjenza adrenali. Huwa rrakkomandat li d-dożaġġ issir skont ir-rispons kliniku individwali.

Treddigħ

Hydrocortisone jiġi eliminat mal-ħalib tal-omm. Plenadren jista’ jintuża waqt it-treddigħ. Mhuwiex probabbli li d-dożi ta’ hydrocortisone użati fit-terapija ta’ sostituzzjoni jkollhom xi impatt klinikament sinifikanti fuq it-tarbija. It-trabi ta’ ommijiet li kienu qegħdin jieħdu dożi għoljin ta’ glukokortikojdi sistemiċi għal perjodi twal jistgħu jkunu f’riskju ta’ trażżin adrenali.

Fertilità

Pazjenti bl-insuffiċjenza adrenali ntwerew li għandhom parità mnaqqsa, li x’aktarx hija minħabba l- marda prinċipali, iżda ma hemm l-ebda indikazzjoni li hydrocortisone f’dożi f’terapija ta’ sostituzzjoni sejjer jaffettwa l-fertilità.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Plenadren għandu effett żgħir fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Ġew irrapportati għejja u episodji ta’ sturdament li jgħaddi malajr.

L-insuffiċjenza adrenali li mhijiex ikkurata u b’sostituzzjoni insuffiċjenti tista’ taffettwa l-ħila biex issuq u tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Hydrocortisone jingħata bħala terapija ta’ sostituzzjoni bil-għan li jreġġa’ lura l-livelli normali ta’ kortisol. Għalhekk il-profil ta’ reazzjonijiet avversi fil-kura tal-insuffiċjenza adrenali mhuwiex komparabbli ma’ dak f’kundizzjonijiet oħra li jeħtieġu dożi ħafna ogħla ta’ glukokortikojdi parenterali jew orali.

B’mod ġenerali, fi studju fuq 12-il ġimgħa, il-frekwenza u t-tip ta’ reazzjonijiet avversi kienu simili għall-pilloli ta’ Plenadren li jerħu l-mediċina b’mod modifikat mogħtija darba kuljum u l-pilloli ta’ hydrocortisone mogħtija tliet darbiet kuljum. Kien hemm żieda inizjali fil-frekwenza ta’ reazzjonijiet avversi f’madwar pazjent wieħed minn kull ħamsa, li kienu osservati sa tmien ġimgħat wara li qalbu għall-ewwel darba minn pilloli konvenzjonali ta’ hydrocortisone mogħtija tliet darbiet kuljum għall- pilloli li jerħu l-mediċina b’mod modifikat mogħtija darba kuljum. Madanakollu, dawn ir-reazzjonijiet avversi (uġigħ addominali, dijarea, nawseja u għejja) huma ħfief jew moderati, temporanji, għal żmien qasir iżda jistgħu jeħtieġu aġġustament tad-doża jew prodotti mediċinali konkomitanti addizzjonali, ara sezzjoni 4.2. L-għejja ġiet irrapportata bħala komuni ħafna.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Total ta’ 80 pazjent (173 pazjenti-snin ta’ dejta) irċevew kura b’hydrocortisone li jerħi b’mod modifikat fi studji kliniċi. Ir-reazzjonijiet avversi minn dawn l-istudji u minn sorveljanza ta’ wara t- tqegħid fis-suq huma elenkati hawn isfel skont is-sistema tal-klassifika tal-organi u l-frekwenza kif

ġejjin:

Komuni ħafna (≥1/10); Komuni (≥1/100 sa <1/10).

Sistema tal-Klassifika

Frekwenza tar-reazzjonijiet avversi

tal-Organi MedDRA

Komuni ħafna

Komuni

Disturbi fis-sistema

Sturdament

 

nervuża

Uġigħ ta’ ras

 

Disturbi gastro-

Dijarea

Uġigħ addominali ta’ fuq

intestinali

 

Dardir

Disturbi fil-ġilda u fit-

 

Prurite

tessuti ta’ taħt il-ġilda

 

Raxx

Disturbi muskolu-

 

Artralġja

skeletriċi u tat-tessuti

 

 

konnettivi

 

 

Disturbi ġenerali u

Għejja

 

kondizzjonijiet ta'

 

 

mnejn jingħata

 

 

Barra minn hekk, ir-reazzjonijiet avversi segwenti ġew irrapportati għal prodotti mediċinali oħra li fihom hydrocortisone għal indikazzjonijiet oħra għajr it-terapija ta’ sostituzzjoni fl-insuffiċjenza adrenali f’dożi ogħla (il-frekwenzi mhumiex magħrufa).

Disturbi fis-sistema immuni

Attivazzjoni ta’ infezzjoni (tuberkulożi, infezzjonijiet fungali u virali li jinkludu l-ħerpes).

Disturbi fis-sistema endokrinarja

Induzzjoni ta’ intolleranza għall-glukożju jew tad-dijabete mellitus.

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Retenzjoni tas-sodju u tal-ilma u tendenza għall-edema, ipertensjoni, ipokalemija.

Disturbi psikjatriċi

Ewforija u psikożi, insomnja.

Disturbi fl-għajnejn

Żieda fil-pressjoni intraokulari u katarretti.

Disturbi gastro-intestinali

Dispepsja u deterjorazzjoni ta’ ulċera gastrika eżistenti.

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Sintomi bħal dawk ta’ Cushing, strija, ekkimosi, akne u tkabbir eċċessiv ta’ xagħar fuq il-wiċċ, indeboliment fil-fejqan tal-feriti.

Disturbi muskolu-skeletriċi u tat-tessuti konnettivi

Osteoporożi bi fratturi spontanji.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Rapporti ta’ tossiċità akuta u/jew ta’ mwiet wara doża eċċessiva b’hydrocortisone huma rari. Ma hemm l-ebda antidotu disponibbli. Is-sintomi jistgħu jvarjaw minn eċitament /tqanqil għal manija jew psikożi. Is-sinjali jinkludu pressjoni tad-demm għolja, livelli elevati ta’ glukożju fil-plażma u ipokalemija.

Probabbilment il-kura mhijiex indikata għal reazzjonijiet minħabba avvelenament kroniku sakemm il- pazjent ma għandux kundizzjoni li tirrendih/a abnormalment suxxettibbli għall-effetti ħżiena ta’ hydrocortisone. F’dan il-każ, għandha tinbeda kura tas-sintomi kif meħtieġa.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Kortikosterojdi għall-użu sistemiku, glukokortikojdi. Kodiċi ATC:

H02AB09.

Azzjoni farmakodinamika

Hydrocortisone huwa glukokortikojdi u l-forma sintetika ta’ kortisol prodott b’mod endoġenu. Il- glukokortikojdi huma sterojdi importanti għall-metaboliżmu intermedjarju, għall-funzjoni immuni, it- tessut muskuloskeletali u konnettiv u għall-moħħ. Kortisol huwa l-glukokortikojdi ewlieni mnixxi mill-kortiċi adrenali.

Il-glukokortikojdi li jseħħu b’mod naturali (hydrocortisone u kortisol), li wkoll għandhom karatteristiċi li jżommu l-melħ, jintużaw bħala terapija ta’ sostituzzjoni fl-insuffiċjenza adrenali. Jintużaw ukoll għall-effetti anti-infjammatorji potenti tagħhom f’disturbi ta’ bosta sistemi tal-organi.

Il-glukokortikojdi jikkawżaw effetti metaboliċi qawwija u varji. Barra minn hekk jimmodifikaw ir- rispons immuni tal-ġisem għal stimuli differenti.

Effikaċja klinika

L-istudju pivotali kien prova randomizzata, multi-ċentrika crossover fuq żewġ perjodi ta’ 12-il ġimgħa fuq 64 pazjent bl-insuffiċjenza adrenali primarja, li 11 minnhom kellhom id-dijabete mellitus u 11 minnhom kellhom l-ipertensjoni konkomitanti. L-istudju qabbel il-pilloli li jerħu l-mediċina b’mod modifikat mogħtija darba kuljum ma’ pilloli konvenzjonali mogħtija tliet darbiet kuljum bl-użu tal- istess doża ta’ kuljum ta’ hydrocortisone (20 għal 40 mg).

Meta mqabbla mal-pilloli konvenzjonali mogħtija tliet darbiet kuljum, il-pilloli li jerħu l-mediċina b’mod modifikat mogħtija darba kuljum wasslu għal żieda fl-espożizzjoni għal kortisol matul l-ewwel erba’ sigħat wara li ttieħdu filgħodu iżda naqqsu l-espożizzjoni ta’ tard wara nofsinhar/filgħaxija u matul il-perjodu ta’ 24 siegħa (Figura 1).

Figura 1. Il-konċentrazzjoni medja ta’ kortisol osservata kontra l-ħin tal-arloġġ wara doża singola u dożi multipli f’pazjenti bl-insuffiċjenza adrenali primarja (n=62) wara l-għoti orali ta’ Plenadren mogħti darba kuljum u hydrocortisone mogħti tliet darbiet kuljum.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Wara l-għoti orali, hydrocortisone jiġi assorbit sew u b’mod rapidu mill-passaġġ gastro-intestinali u ġie rrapportat li l-assorbiment kien ta’ aktar minn 95% għal doża orali (pilloli) ta’ 20 mg. Skont is- sistema ta’ klassifikazzjoni bijofarmaċewtika (BCS) hydrocortisone huwa sustanza attiva ta’ klassi II b’permeabilità intestinali għolja u b’rata baxxa ta’ dissoluzzjoni, speċjalment f’dożi ogħla. Il-pillola li terħi l-mediċina b’mod modifikat għandha kisja ta’ barra li terħi l-mediċina b’mod immedjat u parti ċentrali li terħi l-mediċina b’mod estiż. Il-parti li terħi l-mediċina b’mod immedjat tipprovdi bidu malajr tal-assorbiment u l-parti li terħi l-mediċina b’mod estiż tagħti profil aktar estiż ta’ kortisol fil- plażma. Il-bijodiponibilità (AUC0-24h) hija 20% aktar baxxa bil-pillola li terħi l-mediċina b’mod modifikat meta mqabbla mal-istess doża ta’ kuljum ta’ hydrocortisone mogħti bħala pilloli konvenzjonali tliet darbiet kuljum. Meta d-doża orali tiżdied l-espożizzjoni totali ta’ kortisol fil- plażma żdiedet b’mod inqas milli proporzjonali. L-espożizzjoni żdiedet bi tliet darbiet meta d-doża ta’ hydrocortisone li jerħi l-mediċina b’mod modifikat żdiedet minn 5 mg għal 20 mg.

Ir-rata ta’ assorbiment ta’ hydrocortisone naqset wara t-teħid tal-ikel li wasslet għal dewmien fil-ħin għall-konċentrazzjoni massima fil-plażma minn medja ta’ inqas minn siegħa għal aktar minn

2.5 sigħat. Min-naħa l-oħra, l-ammont ta’ assorbiment u l-bijodisponibilità kienu ta’ madwar

30% ogħla għall-pillola ta’ 20 mg wara t-teħid mal-ikel meta mqabbla ma’ sawm u ma kienx hemm nuqqas ta’ assorbiment jew dumping tad-doża.

Distribuzzjoni

Fil-plażma, kortisol jintrabat ma’ globulina li tintrabat mal-kortikosterojdi (CBG, msejħa wkoll transcortin) u mal-albumina. Ir-rabta hija ta’ madwar 90%.

Eliminazzjoni

Ġie rrapportat li l-half-life terminali tal-pilloli ta’ hydrocortisone kien ta’ madwar 1.5 sigħat wara dożi orali u fil-vini. Il-half-life terminali ta’ kortisol wara l-għoti ta’ Plenadren kien ta’ madwar 3 sigħat u l- formulazzjoni kienet terħi l-mediċina b’mod ikkontrollat. Dan il-half-life terminali huwa simili għall- farmakokinetika ta’ kortisol endoġenu li t-tnixxija tiegħu hija wkoll ikkontrollata.

Hydrocortisone (kortisol) huwa mediċina lipofilika li hija kompletament eliminata permezz tal- metaboliżmu bi tneħħija baxxa u b’hekk bi proporzjonijiet baxxi ta’estrazzjoni intestinali u epatiċi.

Hydrocortisone jiġi kompletament eliminat permezz tal-metaboliżmu permezz tal-enzimi 11ßHSD tat- tip 1 u tat-tip 2 u CYP 3A4 fil-fwied u fit-tessut periferali. CYP 3A4 huwa nvolut fit-tneħħija ta’ kortisol permezz tal-formazzjoni ta’ 6β-hydroxycortisol li jiġi eliminat fl-awrina. It-trasport ta’ kortisol bejn il-membrani huwa mistenni li primarjament jiġi medjat permezz ta’ diffużjoni passiva u b’hekk it-tneħħija renali u biljari hija negliġibbli.

Popolazzjonijiet speċjali

Indeboliment renali

Ammont żgħir ta’ kortisol jiġi eliminat fl-awrina mhux mibdul (<0.5% tal-produzzjoni ta’ kuljum), li jfisser li kortisol jiġi kompletament eliminat permezz tal-metaboliżmu. Minħabba li l-indeboliment renali sever jista’ jaffettwa l-prodotti mediċinali li jiġu kompletament eliminati permezz tal- metaboliżmu, jista’ jkun hemm il-bżonn ta’ aġġustament tad-doża.

Indeboliment epatiku

Ma sar l-ebda studju fuq pazjenti bl-indeboliment epatiku, madankollu, id-dejta dwar hydrocortisone fil-letteratura tappoġġa l-fatt li m’hemmx il-ħtieġa ta’ aġġustament tad-doża fl-indeboliment epatiku

ħafif sa moderat. Fil-każ tal-indeboliment epatiku sever, il-massa tal-fwied funzjonali tonqos u b’hekk il-kapaċità għall-metaboliżmu ta’ hydrocortisone. Dan jista’ jeħtieġ individwalizzazzjoni tad-doża.

Popolazzjoni pedjatrika

Ma hemm l-ebda dejta farmakokinetika disponibbli fuq it-tfal u l-adolexxenti.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Esperimenti fuq l-annimali wrew li l-espożizzjoni prenatali għal dożi għoljin ħafna ta’ glukokortikojdi tista’ twassal għal malformazzjonijiet (palat mixquq, malformazzjonijiet skeletali). Studji fuq l- annimali wrew ukoll li l-espożizzjoni prenatali għal dożi għolja ta’ glukokortikojdi (iżda anqas mid- dożi teratoġeniċi) tista’ tkun assoċjata ma’ żieda fir-riskju ta’ ritardazzjoni ta’ tkabbir fil-ġuf, mard kardjovaskulari fil-ħajja adulta u tibdil permanenti fid-densità tar-riċettur tal- glukokortikojdi, turnover tan-newrotrażmettituri u fl-imġieba.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Qalba tal-pillola

Hypromellose

Mikrokristallina, ċelluloża

Lamtu, preġelatinizzat (qamħirrun)

Silika kollojdali, anidruża

Stearate tal-manjeżju

Plenadren 5 mg pilloli li jerħu l-mediċina b’mod modifikat

Kisja tal-pillola

Macrogol (3350)

Polyvinyl alcohol

Talc

Titanium dioxide (E171)

Iron oxide red (E172)

Iron oxide yellow (E 172)

Iron oxide black (E172)

Plenadren 20 mg pilloli li jerħu l-mediċina b’mod modifikat

Kisja tal-pillola

Macrogol (3350)

Polyvinyl alcohol

Talc

Titanium dioxide (E171)

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Fliexken tal-HDPE b’għatu bil-kamin PP li fihom 50 pillola li jerħu l-mediċina b’mod modifikat.

Kartuna li fiha 1 flixkun b’50 pillola li jerħu l-mediċina b’mod modifikat.

Pakketti multipli li fihom 100 (2x50), 150 (3x50) u 300 (6x50) pillola li jerħu l-mediċina b’mod modifikat (2, 3 u 6 fliexken li fihom 50 pillola li jerħu l-mediċina b’mod modifikat).

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Shire Services BVBA

Rue Montoyer 47

B - 1000 Brussels

Il-Belġju

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Plenadren 5 mg pilloli li jerħu l-mediċina b’mod modifikat

EU/1/11/715/002

EU/1/11/715/006

EU/1/11/715/007

EU/1/11/715/008

Plenadren 20 mg pilloli li jerħu l-mediċina b’mod modifikat

EU/1/11/715/002

EU/1/11/715/006

EU/1/11/715/007

EU/1/11/715/008

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 3 ta’ Novembru, 2011

Data tal-aħħar tiġdid: 8 ta’ Awwissu 2016

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati