Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Qtern (saxagliptin / dapagliflozin propanediol...) – Fuljett ta’ tagħrif - A10BD21

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaQtern
Kodiċi ATCA10BD21
Sustanzasaxagliptin / dapagliflozin propanediol monohydrate
ManifatturAstra Zeneca AB

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Qtern 5 mg/10 mg pilloli miksijin-b'rita saxagliptin/dapagliflozin

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Qtern u gћalxiex jintuża

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Qtern

3.Kif għandek tieħu Qtern

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Qtern

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Qtern u gћalxiex jintuża

Qtern fih is-sustanzi attivi saxagliptin u dapagliflozin. Kull wieħed huwa parti mill-grupp ta' mediċini li jissejħu "anti-dijabetiċi li jittieħdu mill-ħalq".

-Din il-mediċina tittieħed mill-ħalq għad-dijabate.

-Din il-mediċina hija użata jekk id-dijabete tiegħek ma tistax tiġi kkontrollata b'mediċini li jittieħdu mill-ħalq oħrajn li tad-dijabete, flimkien mad-dieta u l-eżerċizzju.

Qtern huwa użat għal tip ta' dijabete li tissejjaħ "dijabete mellitus tat-tip 2" f'pazjenti adulti (fl-etajiet ta' 18-il sena jew akbar). "Dijabete mellitus tat-tip 2" hija tip ta' dijabete li normalment tibda meta inti għandek aktar żmien. Jekk għandek dijabete tat-tip 2, il-frixa tiegħek ma tagħmilx biżżejjed insulina jew ġismek mhuwiex kapaċi juża sew l-insulina li jipproduċi. Dan iwassal għal livell għoli ta' zokkor fid-demm tiegħek. Iż-żewġ sustanzi attivi fi Qtern jaħdmu b’modi differenti billi jgħinuk tikkontrolla l-livell ta' zokkor fid-demm tiegħek u jneħħu z-zokkor żejjed minn ġismek permezz tal-awrina tiegħek.

Huwa importanti li tkompli ssegwi l-pariri dwar dieta u eżerċizzju mogħtija lilek mit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Qtern

Tiħux Qtern:

-jekk inti allerġiku għal saxagliptin, dapagliflozin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

-jekk kellek reazzjoni allerġika serja għal kwalunkwe mediċina oħra simili (pereżempju inibituri DPP-4 bħal sitagliptin, linagliptin, alogliptin, jew inibituri SGLT-2 bħal canagliflozin, empagliflozin) li inti tieħu sabiex tikkontrolla z-zokkor fid-demm tiegħek.

Tiħux Qtern jekk kwaunkwe minn dan ta' hawn fuq japplika għalik. Jekk mintix ċert, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar, jew l-infermier tiegħek qabel ma tieħu Qtern.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar, jew l-infermier tiegħek qabel ma tieħu Qtern, u waqt il-kura:

-jekk għandek "dijabete tat-tip 1" – (it-tip li normalment tibda meta tkun għadek żgħir, u ġismek ma jipproduċi l-ebda insulina).

-jekk għandek jew kellek marda tal-frixa.

-jekk għandek problemi moderati sa severi tal-kliewi.

-jekk għandek kundizzjono li tnaqqaslek il-ħila ta’ ġismek sabiex jiġġieled l-infezzjonijiet, bħal marda tal-AIDS jew minn mediċini li tista' tieħu wara trapjant tal-organi.

-jekk għandek problema moderata jew severa tal-fwied.

-jekk tħoss telf fil-piż f’qasir żmien, tħossok ma tiflaħx jew tkun ma tiflaħx, uġigħ fl-istonku, għatx eċċessiv, nifs mgħaġġel u fil-fond, konfużjoni, ngħas jew għejja mhux tas-soltu, riħa ħelwa fin-nifs tiegħek, togħma ħelwa jew metallika f’ħalqek jew riħa differenti minn tas-soltu tal-awrina jew l-għaraq tiegħek għamel kuntatt ma’ tabib jew mal-eqreb sptar minnufih. Dawn is-sintomi jistgħu jkunu sinjal ta’ “ketoaċidożi dijabetika” – problema li jista’ jkollok bid- dijabete minħabba żieda fil-livelli ta’ “korpi ketone” fl-awrina jew fid-demm tiegħek, li jirriżultaw fit-testijiet. Ir-riskju li tiżviluppa ketoaċidożi dijabetika jista’ jiżdied b’sawm fit-tul, konsum eċċessiv tal-alkoħol, deidrazzjoni, tnaqqis f’daqqa fid-doża tal-insulina, jew ħtieġa ogħla ta’ insulina minħabba kirurġija maġġuri jew mard serju.

-jekk għandek jew kellek reazzjoni serja ta’ sensittività eċċessiva jew hemm suspett.

-jekk għandek storja ta' mard serju tal-qalb.

-jekk tbati minn insuffiċjenza tal-qalb jew jekk kellek fatturi oħra ta' riskju għall-iżvilupp tal- insuffiċjenza tal-qalb bħal problemi bil-kliewi tiegħek. It-tabib tiegħek jista' jagħtik parir dwar is-sinjal u s-sintomi tal-insuffiċjenza tal-qalb. Is-sintomi jistgħu jinkludu, imma mhumiex limitati għal, żieda fil-qtugħ ta' nifs, żieda malajr fil-piż u nefħa tas-saqajn (edema pedali). Għandek tkellem lit-tabib, lill-ispiżjar, jew lill-infermier tiegħek immedjatament jekk qed tesperjenza kwalunkwe minn dawn is-sintomi.

-jekk qed tieħu mediċini sabiex ibaxxu l-pressjoni tad-demm tiegħek (li jnaqqsu l-pressjoni għolja) u għandek storja ta' pressjoni baxxa (ipotensjoni). Tingħata aktar informazzjoni hawn taħt f'Mediċini oħra u Qtern.

-jekk għandek livelli għoljin ħafna ta' glucose fid-demm tiegħek li jistgħu jġibuk deidrat (titlef wisq fluwidi tal-ġisem). Is-sinjali possibbli tad-deidrazzjoni huma elenkati fil-parti ta' fuq tas- sezzjoni 4, 'Effetti sekondarji possibbli'. Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tibda tieħu Qtern jekk għandek kwalunkwe minn dawn is-sinjali.

-jekk għandek jew qed tiżviluppa n-nawżja (tħossok imdardar), rimettar jew deni jew jekk mintix kapaċi tiekol jew tixrob. Dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jikkawżaw deidrazzjoni. It-tabib tiegħek jista' jistaqsik sabiex twaqqaf Qtern sakemm tfieq sabiex tipprevjeni d-deidrazzjoni.

-jekk ta' spiss ikollok infezzjonijiet fl-apparat tal-awrina jew għandek infezzjoni serja fl-apparat tal-awrina, inkluż urosepsis jew pjelonefrite, li jistgħu jikkawżaw deni u/jew tertir, sensazzjoni ta’ ħruq meta tagħmel l-ilma (tagħmel l-awrina), demm fl-awrina, uġigħ f’dahrek jew ġenbejk. Għandek tkellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek minnufih jekk tesperjenza xi wħud minn dawn is-sintomi.

-jekk għandek 75 sena jew aktar.

-jekk qed tieħu mediċina sabiex tbaxxi z-zokkor fid-demm tiegħek, bħall-insulina jew sulphonylureas.

-jekk qed tieħu kwalunkwe mediċina oħra għad-dijabete li fiha "pioglitazone".

-jekk għandek żieda fl-ammont ta' ċelloli ħomor tad-demm fid-demm tiegħek, li jidhru fit- testijiet.

Jekk xi waħda minn dawn ta' hawn fuq japplikaw għalik (jew mintix ċert), kellem lit-tabib, lill- ispiżjar, jew l-infermier tiegħek qabel ma tieħu Qtern.

Leżjonijiet dijabetiċi tal-ġilda (ħsara fil-ġilda bħal selħiet jew ulċeri) huma komplikazzjoni komuni tad-dijabete. Ir-raxx ġie osservat kemm b'saxagliptin u dapagliflozin meta mogħtija separatament (ara sezzjoni 4). Int konsiljat li ssegwi r-rakkomandazzjonijiet għall-kura tal-ġilda u s-saqajn li jingħatawlek mit-tabib jew l-infermier tiegħek.

Funzjoni tal-kliewi

Il-kliewi tiegħek għandhom jiġu ċċekkjati qabel ma tibda tieħu u waqt li qed tieħu din il-mediċina.

Testijiet tal-awrina

Minħabba l-mod kif jaħdem Qtern, l-awrina tiegħek se tittestja pożittiva għaz-zokkor waqt li qed tieħu din il-mediċina.

Tfal u adolexxenti

Qtern mhuwiex rakkomandat għat-tfal u l-adolexxenti taħt it-18-il sena, peress li ma ġiex studjat f'dawn il-pazjenti.

Mediċini oħra u Qtern

Għid lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Speċjalment kellem lit-tabib tiegħek:

-jekk qed tieħu mediċina użata sabiex iżżid l-ammont tal-ilma li tneħħi mill-ġisem (dijuretika). It-tabib tiegħek jista' jistaqsik sabiex tieqaf tieħu Qtern. Is-sinjali possibbli li qed titlef wisq fluwidi minn ġismek huma elenkati fil-parti ta' fuq tas-sezzjoni 4 'Effetti sekondarji possibbli'.

-jekk qed tuża mediċini li fihom kwalunkwe minn dawn is-sustanzi attivi li ġejjin:

-Carbamazepine, phenobarbital jew phenytoin. Dawn jistgħu jkunu użati sabiex jikkontrollaw l-aċċessjonijiet jew uġigħ kroniku.

-Dexamethasone – mediċina sterojde. Dan jista' jintuża sabiex jikkura l-infjammazzjoni f'partijiet tal-ġisem u organi differenti.

-Rifampicin. Dan huwa antibijotiku użat sabiex jikkura l-infezzjonijiet bħat-tuberkulożi.

-Ketoconazole. Dan jista' jkun użat sabiex jikkura l-infezzjonijiet fungali.

-Diltiazem. Din hija mediċina użata sabiex tikkura l-anġina (uġigħ fis-sider) u tbaxxi l-

pressjoni fid-demm.

Jekk xi waħda minn dawn ta' hawn fuq japplikaw għalik (jew mintix ċert), kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Qtern.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Qtern mhuwiex rakkomandat waqt it- tqala u t-tabib tiegħek ser jitolbok sabiex tieqaf tieħu din il-mediċina jekk tinqabad tqila. Kellem lit- tabib tiegħek dwar l-aħjar mod sabiex tikkontrolla z-zokkor fid-demm tiegħek waqt li inti tqila.

Ma għandekx tieħu Qtern jekk qed tredda'. Mhuwiex magħruf jekk din il-mediċina tgħaddix fil-ħalib tas-sider tal-omm. Kellem lit-tabib tiegħek jekk tixtieq tredda’ jew qiegħda tredda’ qabel ma tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Qtern mhuwiex mistenni li jaffettwa l-ħila tiegħek sabiex issuq karozza jew tuża kwalunkwe għodda jew magna. Jekk qed tħossok stordut waqt li qed tieħu Qtern, issuqx jew tħaddimx għodda jew magni. It-teħid ta' din il-mediċina jista' jikkawża livelli ta' zokkor fid-demm sabiex jinżlu wisq baxx (ipogliċemija), li jistgħu jikkawżaw sintomi bħar-rogħda, għaraq u tibdil fil-viżta, u tista' taffetwa l- ħila tiegħek biex issuq u tħaddem il-magni.

Qtern fih il-lactose

Qtern fih il-lactose (zokkor tal-ħalib). Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi zokkrijiet, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il-mediċina.

3.Kif għandek tieħu Qtern

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, mal-ispiżjar jew mal-infermier tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kemm għandek tieħu

-Id-doża rakkomandata hija ta' pillola waħda kuljum.

Meta tieħu din il-mediċina

-Ibla l-pillola sħiħa b'nofs tazza ilma.

-Tista' tieħu l-pillola mal-ikel jew le.

-Tista' tieħu l-pillola fi kwalunkwe ħin tal-jum. Madankollu, ipprova ħudha fl-istess ħin kull jum. Dan ser jgħinek tiftakar teħodha.

It-tabib tiegħek jista' jordnalek mediċini oħrajn sabiex tnaqqas l-ammont ta’ zokkor fid-demm tiegħek. Ftakar sabiex tieħu l-mediċina(i) l-oħrajn kif qallek it-tabib tiegħek. Dan ser jgħinek tikseb l-aħjar riżultati għal saħħtek.

Dieta u eżerċizzju

Sabiex tikkontrolla d-dijabete tiegħek, xorta waħda għandek tibqa' għaddej bid-dieta u l-eżerċizzju, anke meta qed tieħu din il-mediċina. Huwa importanti li tkompli ssegwi l-pariri dwar id-dieta u l- eżerċizzju mit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. B'mod partikolari, jekk qed issegwi dieta ta' kontroll tal-piż għad-dijabete, kompli segwiha waqt li qed tieħu Qtern.

Jekk tieħu Qtern aktar milli suppost

Jekk tieħu aktar pilloli Qtern milli suppost, kellem tabib jew mur sal-isptar immedjatament. Ħu l- pakkett tal-mediċina miegħek.

Jekk tinsa tieħu Qtern

X'għandek tagħmel meta tinsa tieħu pillola.

-Jekk għaddew anqas minn 12-il siegħa minn meta kellek tieħu d-doża tiegħek, ħu doża ta' Qtern meta tiftakar. Imbagħad ħu d-doża li jmiss fil-ħin tas-soltu.

-Jekk għaddew aktar minn 12-il siegħa minn meta kellek tieħu d-doża tiegħek, aqbeż id-doża li tkun insejt. Imbagħad ħu d-doża li jmiss fil-ħin tas-soltu.

-M’għandekx tieħu doża doppja ta' Qtern biex tpatti għal doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Qtern

Tiqafx tieħu Qtern qabel ma tkellem lit-tabib tiegħek l-ewwel. Iz-zokkor fid-demm tiegħek jista' jiżdied mingħajr din il-mediċina.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Xi sintomi jeħtieġu attenzjoni medika immedjata:

Ieqaf ħu Qtern u kellem tabib minnufih jekk tinnota kwalunkwe minn dawn l-effetti sekondarji serji bħal:

-Sintomi ta' reazzjoni allerġika serja li rarament jidhru, (jistgħu jaffetwaw sa persuna 1 minn kull 1,000) li jistgħu jinkludu:

-Raxx

-Dbabar ħomor minfuħa fil-ġilda tiegħek (ħorriqija)

-Nefħa fil-wiċċ, xufftejn, ilsien, u griżmejn li tista' tikkawża diffikultà meta tieħu n-nifs jew tibla'.

It-tabib tiegħek jista' jordnalek mediċina sabiex tikkura r-reazzjoni allerġika tiegħek u mediċina differenti għad-dijabete tiegħek.

-Pankreatite, mhux komuni li tidher (tista' taffetwa sa persuna 1 minn kull 100): uġigħ sever u persistenti addominali (madwar l-istonku) li jista' jilħaq sa dahrek, kif ukoll dardir u rimettar, peress li dawn jistgħu jkunu sinjal ta' frixa fjammata.

-Deidrazzjoni (telf ta' fluwidu żejjed minn ġismek), mhux komuni li tidher (tista' taffetwa sa persuna 1 minn kull 100).

Dawn huma sinjali ta' deidrazzjoni:

-ħalq xott jew iwaħħal, tħossok bil-għatx

-tħossok bi ngħas ħafna jew għajjien

-tagħmel ftit jew xejn ilma (awrina)

-qalb tħabbat mgħaġġel.

-Infezzjoni fl-apparat tal-awrina, komuni li tidher (tista' taffetwa sa persuna 1 minn kull 10). Dawn huma sinjali ta' infezzjoni severa tal-apparat tal-awrina:

-deni u/jew tertir

-sensazzjoni ta' ħruq meta qed tagħmel l-ilma (awrina)

-uġigħ f'dahrek jew ġenbejk

Għalkemm mhux komuni, jekk tara d-demm fl-awrina tiegħek, kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.

-Livelli baxxi ta' zokkor fid-demm (ipogliċemija), komuni ħafna li tidher (tista' taffetwa aktar

minn persuna 1 minn kull 10) jekk jintuża ma' mediċini oħra tad-dijabete magħrufa li jikkawżaw l-ipogliċemija.

Dawn huma s-sinjali ta' zokkor baxx fid-demm:

-rogħda, għaraq, tħossok anzjuż ħafna, qalb tħabbat mgħaġġel

-tħossok bil-ġuħ, uġigħ ta' ras, tibdil fil-viżta

-bidla fil-burdata tiegħek jew tħossok konfuż.

It-tabib tiegħek ser jgħidlek kif għandek tikkura l-livelli baxxi ta' zokkor fid-demm u x'għandek tagħmel jekk ikollok kwalunkwe minn dawn is-sinjali ta' hawn fuq.

Ketoaċidozi dijabetika, rarament tidher (tista’ taffetwa sa persuna waħda minn kull 1,000) Dawn huma s-sinjali ta’ ketoaċidożi dijabetika (ara wkoll sezzjoni 2 Twissijiet u prekawzjonijiet):

-żieda fil-livelli ta’ “korpi ketone” fl-awrina jew fid-demm tiegħek

-telf fil-piż f’qasir żmien

-tħossok ma tiflaħx jew tkun ma tiflaħx

-uġigħ fl-istonku

-għatx eċċessiv

-nifs mgħaġġel u fil-fond

-konfużjoni

-ngħas jew għejja mhux tas-soltu

-riħa ħelwa fin-nifs tiegħek, togħma ħelwa jew metallika f’ħalqek jew riħa differenti minn tas- soltu tal-awrina jew l-għaraq tiegħek.

Dan jista’ jseħħ irrispettivament mil-livell ta’ glucose fid-demm. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf il-kura tiegħek bi Qtern b’mod temporanju jew permanenti.

Ieqaf ħu Qtern u kellem tabib jew infermier minnufih jekk tinnota kwalunkwe minn dawn l-effetti sekondarji serji ta' hawn fuq.

Effetti sekondarji oħra meta tieħu Qtern waħdu jew f'kombinament ma' metformin: Komuni

-infezzjoni ġenitali (traxx) tal-pene jew vaġina tiegħek (is-sinjali jistgħu jinkludu irritazzjoni, ħakk, tnixxija mhux tas-soltu jew riħa)

-uġigħ fid-dahar

-tagħmel aktar ilma (awrina) mis-soltu jew ikollok bżonn tagħmel aktar ilma ta' spiss

-bidliet fl-ammont ta' kolesterol jew xaħmijiet fid-demm tiegħek, (murija fit-testijiet)

-bidliet fl-ammont ta' ċelloli ħomor tad-demm fid-demm tiegħek, (murija fit-testijiet)

-sturdament

-għejja

-uġigħ fl-istonku

-uġigħ sever fil-ġogi (artralġja)

-infezzjoni fil-parti ta' fuq tas-sider jew pulmun

-infezzjoni tas-sinuses b'sensazzjoni ta' uġigħ u nefħa wara ħaddejk u għajnejk (sinusite)

-imnieħer jew gerżuma fjammati (nasofarinġite) (is-sinjali ta' dan jistgħu jinkludu riħ jew uġigħ fil-ġriżmejn)

-uġigħ fl-istonku jew indiġestjoni (dispepsja)

-dardir

-dijarea

-stonku jew imsaren fjammati ġeneralment ikkawżati minn infezzjoni (gastroenterite)

-uġigħ ta' ras, uġigħ fil-muskoli (mijalġja)

-rimettar, fjammazzjoni tal-istonku (gastrite)

-bidliet fit-testijiet fil-laboratorju (pereżempju tnaqqis fl-eliminazzjoni tal-krejatinina fil-kliewi jew żieda fl-ematokrit)

-raxx

Mhux komuni

-għatx

-tqum mir-raqda bil-lejl biex tagħmel l-awrina

-nixfa fil-ħalq

-tnaqqis fil-piż

-bidliet fit-testijiet tad-demm fil-laboratorju (pereżempju tnaqqis tal-krejatinina fid-demm jew żieda fl-urea jew livell għoli ta' triglycerides (magħruf bħala ipertrigliċeridemija)

-tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi

-raxx tal-ġilda li jista' jinkludi ponot minfuħa, irritazzjoni fil-ġilda, jew ħakk mhux pjaċevoli

-diffikultajiet biex ikollok jew iżżomm erezzjoni (disfunzjoni erettili).

-infezzjoni fungali

-reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva

-ħakk fiż-żona ġenitali (prurite ġenitali jew prurite vulvovaġinali) jew skumdità waqt li qed tagħmel l-awrina.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Qtern

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara "JIS". Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X'fih Qtern

-Is-sustanzi attivi huma saxagliptin u dapagliflozin.

Kull pillola fiha saxagliptin hydrochloride ekwivalenti għal 5 mg saxagliptin u dapagliflozin propanediol monohydrate ekwivalenti għal 10 mg dapagliflozin.

-Is-sustanzi l-oħra huma:

-qalba tal-pillola: microcrystalline cellulose (E460i), croscarmellose sodium (E468), anhydrous lactose (ara sezzjoni 2 ‘Qtern fih il-lactose’), magnesium stearate (E470b), silica tat-tip dentali (E551).

-kisja tar-rita: polyvinyl alcohol (E1203), macrogol 3350, titanium dioxide (E171), talc (E553b), yellow iron oxide (E172), red iron oxide (E172).

-linka ta' stampar: shellac, indigo carmine aluminium lake (E132).

Kif jidher Qtern u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli Qtern tal-5 mg/10 mg miksijin b’rita huma kannella ċar għal kannella, tondi u mżaqqa miż- żewġ naħat, b'tondjatura ta' 0.8 cm, pilloli miksijin b'rita, b'"5/10" stampata fuq naħa waħda, u "1122" stampata fuq in-naħa l-oħra, b'linka blu.

Il-pilloli Qtern tal-5 mg/10 mg huma disponibbli f'folji tal-aluminju f'daqsijiet tal-pakketti ta’ 14, 28 jew 98 pillola miksija b’rita f'folji b'kalendarju u 30 pillola miksija b’rita f'folja.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq fil-pajjiż tiegħek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

AstraZeneca AB

SE-151 85 Södertälje

L-Isvezja

Manifattur

AstraZeneca AB

Gärtunavägen

SE-151 85 Södertälje

L-Isvezja

AstraZeneca UK Limited

Silk Road Business Park

Macclesfield

Cheshire SK10 2NA

Ir-Renju Unit

AstraZeneca GmbH

Tinsdaler Weg 183

22880 Wedel

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

AstraZeneca S.A./N.V.

UAB AstraZeneca Lietuva

Tel: +32 2 370 48 11

Tel: +370 5 2660550

България

Luxembourg/Luxemburg

АстраЗенека България ЕООД

AstraZeneca S.A./N.V.

Тел.: +359 2 4455000

Tél/Tel: +32 2 370 48 11

Česká republika

Magyarország

AstraZeneca Czech Republic s.r.o.

AstraZeneca Kft.

Tel: +420 222 807 111

Tel.: +36 1 883 6500

Danmark

Malta

AstraZeneca A/S

Associated Drug Co. Ltd

Tlf: +45 43 66 64 62

Tel: +356 2277 8000

Deutschland

Nederland

AstraZeneca GmbH

AstraZeneca BV

Tel: +49 41 03 7080

Tel: +31 79 363 2222

Eesti

Norge

AstraZeneca

AstraZeneca AS

Tel: +372 6549 600

Tlf: +47 21 00 64 00

Ελλάδα

Österreich

AstraZeneca A.E.

AstraZeneca Österreich GmbH

Τηλ: +30 2 106871500

Tel: +43 1 711 31 0

España

Polska

AstraZeneca Farmacéutica Spain, S.A.

AstraZeneca Pharma Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 91 301 91 00

Tel.: +48 22 245 73 00

Franza

Il-Portugall

AstraZeneca

AstraZeneca Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tél: +33 1 41 29 40 00

Tel: +351 21 434 61 00

Hrvatska

România

AstraZeneca d.o.o.

AstraZeneca Pharma SRL

Tel: +385 1 4628 000

Tel: +40 21 317 60 41

L-Irlanda

Slovenija

AstraZeneca Pharmaceuticals (Ireland) Ltd

AstraZeneca UK Limited

Tel: +353 1609 7100

Tel: +386 1 51 35 600

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

AstraZeneca AB, o.z.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 5737 7777

Italia

Suomi/Finland

AstraZeneca S.p.A.

AstraZeneca Oy

Tel: +39 02 9801 1

Puh/Tel: +358 10 23 010

Κύπρος

Sverige

Αλέκτωρ Φαρµακευτική Λτδ

AstraZeneca AB

Τηλ: +357 22490305

Tel: +46 8 553 26 000

Latvija

Ir-Renju Unit

SIA AstraZeneca Latvija

AstraZeneca UK Ltd

Tel: +371 67377100

Tel: +44 1582 836 836

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f'

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati