Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Quinsair (levofloxacin) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - J01MA12

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaQuinsair
Kodiċi ATCJ01MA12
Sustanzalevofloxacin
ManifatturHorizon Pharma Europe BV

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas- saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Quinsair 240 mg soluzzjoni għan-nebulizzatur

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull ml ta’ soluzzjoni għan-nebulizzatur fiha levofloxacin hemihydrate ekwivalenti għal 100 mg ta’ levofloxacin. Kull ampulla fiha 240 mg ta’ levofloxacin.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għan-nebulizzatur.

Soluzzjoni ċara ta’ kulur isfar ċar.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Quinsair hu indikat għall-immaniġġjar ta’ infezzjonijiet pulmonari kroniċi minħabba Pseudomonas aeruginosa f’pazjenti adulti b’fibrożi ċistika (cystic fibrosis, CF, ara sezzjoni 5.1).

Għandha tingħata konsiderazzjoni lill-gwida uffiċjali dwar l-użu adattat ta’ mediċini antibatteriċi.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Id-dożaġġ rakkomandat hu ta’ 240 mg (ampulla waħda) mogħti billi jinġibed man-nifs darbtejn kuljum (ara sezzjoni 5.2).

Quinsair jittieħed f’ċikli alternanti ta’ 28 jum fuq it-terapija segwiti minn 28 jum mingħajr terapija.

It-terapija ċiklika tista’ titkompla għat-tul ta’ żmien li t-tabib jikkunsidra li l-pazjent ikun qed jikseb benefiċċju kliniku.

Id-dożi għandhom jinġibdu man-nifs qrib kemm jista’ jkun ta’ intervall ta’ 12-il siegħa waħda mill-oħra.

Jekk tinqabeż doża, din għandha tittieħed hekk kif l-pazjent jiftakar, bil-patt li jitħalla intervall ta’ mill-inqas 8 sigħat qabel il-ġbid man-nifs tad-doża li jkun imiss. Il-pazjenti m’għandhomx jiġbdu man-nifs il-kontenut ta’ iktar minn ampulla waħda biex jikkumpensaw għad-doża maqbuża.

Jekk iseħħ bronkospażmu sintomatiku akut wara li jirċievu Quinsair, il-pazjenti jistgħu jibbenefikaw mill-użu ta’ bronkodilatur li jinġibed man-nifs li jaħdem għal ħin qasir mill-inqas 15-il minuta sa

4 sigħat qabel dożi sussegwenti (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8).

Pazjenti anzjani (≥ 65 sena)

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Quinsair f’pazjenti anzjani b’CF ma ġewx determinati s’issa.

Indeboliment tal-kliewi

M’hemmx bżonn li d-dożi jiġu aġġustati f’pazjenti b’indeboliment ħafif sa moderat tal-kliewi

(tneħħija stmata tal-kreatinina ta’ ≥ 20 ml/min bl-użu tal-formula ta’ Cockroft-Gault). Quinsair mhuwiex rakkomandat għall-użu f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi (tneħħija tal-kreatinina ta’ ˂ 20 ml/min).

Indeboliment tal-fwied

L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ (ara sezzjoni 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika (< 18-il sena)

Is-sigurta u l-effikaċja ta’ Quinsair fit-tfal minn età ta’ ˂ 18 snin ma ġewx determinati s’issa. Dejta disponibbli hi deskritta fis-sezzjoni 4.8, 5.1, 5.2 u 5.3 imma l-ebda rakkomandazzjoni dwar il- pożoloġija ma tista’ tingħata.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Għal biex jinġibed man-nifs.

Ġaladarba l-ampulla tinfetaħ, il-kontenut għandu jintuża immedjatament (ara sezzjoni 6.6).

Għal pazjenti li jkunu qed jieħdu terapiji multipli li jinġibdu man-nifs, is-sekwenza rakkomandata tal-għoti hi kif ġej:

1.Bronkodilaturi;

2.Dornase alfa;

3.Tekniki ta’ kklerjar tal-passaġġ tal-arja;

4.Quinsair;

5.Sterojdi li jinġibdu man-nifs.

Quinsair għandu jintuża biss mal-Sett tal-Idejn tan-Nebulizzatur Zirela (li jinkludi Zirela Aerosol Head) ipprovdut fil-pakkett ikkonnettjat ma’ eBase Controller jew eFlow rapid Control Unit (ara sezzjoni 6.6). L-Istruzzjonijiet tal-Manifattur għall-Użu tas-Sistema tan-Nebulizzatur Zirela għandhom jinqraw qabel l-ewwel użu ta’ Quinsair.

Studji in vitro li użaw is-Sistema tan-Nebulizzatur Zirela ma’ Quinsair urew il-karatteristiċi li ġejjin tal-forniment tal-mediċina: piż medjan tad-dijametru aerodinamiku (distribuzzjoni tad-daqs tal-qtar): 3.56 mikrometri (1.51 devjazzjoni standard ġeometrika); rata ta’ forniment tal-mediċina:

24.86 mg/minuta (4.05 devjazzjoni standard, SD) u total ta’ mediċina fornuta: 236.1 mg (7.1 SD). Is-Sistema tan-Nebulizzatur Zirela ntużat biex tagħti Quinsair fl-istudji kliniċi deskritti f’sezzjoni 5.1.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva, quinolones oħrajn jew għal kwalunkwe wieћed mill- eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

Storja medika ta’ disturbi fit-tendini muskolari assoċjati mal-għoti ta’ fluoroquinolone.

Epilessija.

Tqala.

Nisa li qed ireddgħu.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Reazzjonijiet minħabba sensittività eċċessiva

Levofloxacin jista’ jikkawża reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva serji u potenzjalment fatali (eż. li jinkludu anġjoedema u xokk anafilattiku).

Reazzjonijiet bullużi severi

Każijiet ta’ reazzjonijiet severi bullużi tal-ġilda bħas-sindrome ta’ Stevens-Johnson jew nekrolisi epidermali tossika ġew irrappurtati bl-għoti sistemiku ta’ levofloxacin (ara sezzjoni 4.8).

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Każijiet ta’ nekrożi tal-fwied sa insuffiċjenza fatali tal-fwied ġew irrappurtati b’levofloxacin mogħti sistematikament, l-aktar f’pazjenti b’mard sottostanti sever (eż. sepsis, ara sezzjoni 4.8). Il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex iwaqqfu l-kura u jikkuntattjaw lit-tabib tagħhom jekk jiżviluppaw sinjali u sintomi ta’ mard tal-fwied, bħal anoreksja, suffejra, awrina skura, ħakk jew sensittività fl-addome.

Titwil tal-intervall tal-QT

Għandu jkunu hemm kawtela meta tuża fluoroquinolones, li jinkludu levofloxacin, f’pazjenti b’fatturi ta’ riskju magħrufa għat-titwil tal-intervall tal-QT (ara sezzjonijiet 4.5, 4.8 u 4.9) bħal, pereżempju:

Sindrome konġenitali ta’ QT twil.

L-użu fl-istess ħin ta’ sustanzi attivi li huma magħrufa li jtawlu l-intervall tal-QT (eż. mediċini antiarritimiċi ta’ Klassi IA u III, antidepressanti triċikliċi, makrolidi, mediċini antipsikotiċi).

Żbilanċ mhux ikkoreġut tal-elettroliti (eż. ipokalemija, ipomanjesemija).

Mard kardijaku (eż. insuffiċjenza tal-qalb, infart mijokardjali, bradikardja).

Pazjenti anzjani u nisa jistgħu jkunu iktar sensittivi għal prodotti mediċinali li jtawlu l-QTc. Għalhekk, għandu jkun hemm kawtela meta tuża fluoroquinolones, li jinkludu levofloxacin, f’dawn il-popolazzjonijiet.

Pazjenti predisposti għal aċċessjonijiet

Quinolones jistgħu jbaxxu l-limitu ta’ aċċessjoni u jistgħu jikkawżaw aċċessjonijiet (ara sezzjoni 4.8). Levofloxacin hu kontraindikat f’pazjenti bi storja medika ta’ epilessija (ara sezzjoni 4.3) u, bħal quinolones oħrajn, għandu jintuża b’kawtela estrema f’pazjenti predisposti għal aċċessjonijiet jew li jkunu qed jieħdu kura fl-istess ħin b’sustanzi attivi li jbaxxu l-limitu ta’ aċċessjoni ċerebrali, bħal theophylline (ara sezzjoni 4.5).

Reazzjonijiet psikotiċi

Reazzjonijiet psikotiċi ġew irrappurtati f’pazjenti li jkunu qed jirċievu quinolones, li jinkludu levofloxacin. F’każijiet rari ħafna, dawn ipprogressaw għal ħsibijiet suwiċidali u mġiba li tkun ta’ periklu għal dak li jkun - xi kultant wara doża waħda biss ta’ levofloxacin (ara sezzjoni 4.8). Il-kawtela hi rakkomandata jekk levofloxacin jintuża f’pazjenti psikotiċi jew f’pazjenti bi storja medika ta’ mard psikjatriku.

Newropatija periferali

Newropatija periferali tas-sensi u newropatija sensorjali periferali tal-moviment ġew irrappurtati f’pazjenti li kienu qed jirċievu fluoroquinolones, li jinkludu levofloxacin, li jistgħu jiżviluppaw b’mod mgħaġġel (ara sezzjoni 4.8). Levofloxacin għandu jitwaqqaf jekk il-pazjent ikollu sintomi ta’ newropatija, sabiex jipprevjeni l-iżvilupp ta’ kundizzjoni irriversibbli.

Aggravament ta’ mijastenija gravis

Fluoroquinolones, li jinkludu levofloxacin, għandhom attività ta’ imblokk newromuskolari, u jistgħu jaggravaw dgħufija fil-muskoli f’pazjenti b’mijastenija gravis. Reazzjonijiet avversi wara t-tqegħid fis- suq, li jinkludu mwiet, u r-rekwiżiti għal appoġġ respiratorju, ġew assoċjati mal-użu ta’ fluoroquinolone f’pazjenti b’mijastenija gravis. Levofloxacin mhuwiex rakkomandat f’pazjenti bi storja medika magħrufa ta’ mijastenija gravis.

Tendinite

Tendinite u tiċrit tat-tendini, kultant bilaterali, jistgħu jseħħu fi żmien 48 siegħa mill-bidu tal-kura b’levofloxacin, u ġew irrappurtati sa diversi xhur wara t-twaqqif tal-kura. Ir-riskju ta’ tendinite u tiċrit tat-tendini jiżdied f’pazjenti li jkollhom iktar minn 60 sena, f’pazjenti li jirċievu dożi ta’ kuljum ta’

1000 mg u f’pazjenti li jużaw kortikosterojdi.

Tendinite ġiet irrappurtata f’pazjenti b’CF li kien qed jirċievu Quinsair bħala reazzjoni avversa mhux komuni matul il-provi kliniċi (ara sezzjoni 4.8).

Bronkospażmu

Il-bronkospażmu hi komplikazzjoni assoċjata ma’ terapiji ta’ ġbid man-nifs li jinkludu Quinsair (ara sezzjoni 4.8). Jekk iseħħ bronkospażmu sintomatiku akut wara li jirċievu l-kura, il-pazjenti jistgħu jibbenefikaw mill-użu ta’ bronkodilatur li jinġibed man-nifs li jaħdem għal ħin qasir qabel dożi sussegwenti (ara sezzjoni 4.2).

Emoptisi

L-użu ta’ prodotti mediċinali li jinġibdu man-nifs jista’ jinduċi azzjoni riflessa ta’ sogħla. L-għoti ta’ Quinsair f’pazjenti b’emoptisi klinikament sinifikanti għandu jsir biss jekk il-benefiċċji tal-kura jiġu kkunsidrati li jiżbqu r-riskji li jinduċu emorraġija addizzjonali.

Pazjenti b’defiċjenza ta’ glucose-6-phosphate dehydrogenase

Pazjenti b’difetti moħbija jew attwali fl-attività ta’ glucose-6-phosphate dehydrogenase jistgħu jkunu suxxettibbli għal reazzjonijiet emolitiċi meta jiġu kkurati b’mediċini antibatteriċi li jkun fihom quinolone. Għalhekk, jekk levofloxacin ikun irid jintuża f’dawn il-pazjenti, l-okkorrenza potenzjali ta’ emolisi għandha tiġi mmonitorjata.

Pazjenti kkurati b’antagonisti ta’ vitamina K

Minħabba ż-żidiet possibbli fit-testijiet tal-koagulazzjoni (PT/INR) u/jew fil-ħruġ ta’ demm f’pazjenti kkurati b’levofloxacin flimkien ma’ antagonist ta’ vitamina K (eż. warfarin), it-testijiet tal- koagulazzjoni għandhom jiġu mmonitorjati meta dawn is-sustanzi attivi jingħataw fl-istess ħin (ara sezzjoni 4.5).

Disgliċemija

Bħal fil-każ tal-quinolones kollha, ġew irrappurtati disturbi fil-glucose tad-demm, li jinkludu kemm ipogliċemija kif ukoll ipergliċemija, normalment f’pazjenti dijabetiċi li jirċievu kura fl-istess ħin b’mediċina ipoglikemika orali (eż. glibenclamide) jew b’insulina. F’pazjenti dijabetiċi, monitoraġġ bir-reqqa tal-glucose fid-demm hu rakkomandat (ara sezzjoni 4.8).

Mard assoċjat ma’ clostridium difficile

Dijarea, partikularment jekk tkun severa, persistenti u/jew bid-demm, matul jew wara l-kura b’levofloxacin (li tinkludu diversi ġimgħat wara l-kura), tista’ tkun sintomatika ta’ mard assoċjat ma’

Clostridium difficile (Clostrodium difficile associated disease, CDAD). CDAD tista’ tvarja fis-severità

tagħha minn ħafifa sa ta’ periklu għall-ħajja, bl-iktar forma severa li hi kolite psewdomembranuża.

Reżistenza għal levofloxacin, mediċini antibijotiċi oħrajn u mikroorganiżmi li jiżviluppaw minħabba l-kura

L-iżvilupp ta’ P. aeruginosa reżistenti għal fluoroquinolone u superinfezzjoni b’mikroorganiżmi li mhumiex suxxettibbli għal fluoroquinolone, jirrappreżenta riskji potenzjali assoċjati mal-użu ta’ Quinsair. Jekk isseħħ superinfezzjoni matul it-terapija, għandhom jittieħdu miżuri adattati.

Disturbi fil-vista

Jekk il-vista ssir indebolita jew jekk ikun hemm kwalunkwe effetti fuq l-għajnejn, speċjalista tal-għajnejn għandu jiġi kkonsultat immedjatament (ara sezzjonijiet 4.7 u 4.8).

Prevenzjoni ta’ fotosensitizzazzjoni

Fotosensitizzazzjoni ġiet irrappurtata b’levofloxacin (ara sezzjoni 4.8). Hu rakkomandat li l-pazjenti m’għandhomx jesponu lilhom infushom bla bżonn għal dawl qawwi tax-xemx jew għal raġġi UV artifiċjali (eż. bozza tax-xemx, solarium) matul l-kura u għal 48 siegħa wara t-twaqqif tal-kura sabiex jipprevjenu l-fotosensitizzazzjoni.

Interferenza ma’ testijiet tal-laboratorju

F’pazjenti kkurati b’levofloxacin, id-determinazzjoni ta’ opiates fl-awrina tista’ tagħti riżultati foloz pożittivi . Jista’ jkun meħtieġ li tikkonferma skrins pożittivi tal-opiates permezz ta’ metodi iktar speċifiċi.

Levofloxacin jista’ jinibixxi t-tkabbir ta’ Mycobacterium tuberculosis u, għalhekk, jista’ jagħti riżultati foloz negittivi fid-dijanjosi batterjoloġika ta’ tuberkulożi.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

L-effett ta’ prodotti mediċinali oħrajn fuq levofloxacin

Levofloxacin jitneħħa primarjament mhux mibdul fl-awrina u l-metaboliżmu hu minimu (ara sezzjoni 5.2). Għalhekk, interazzjonijiet ma’ inibituri jew indutturi ta’ CYP mhumiex mistennija.

Theophylline, fenbufen jew mediċini mhux sterojdi antinfjammatorji simili

Ma nstabu l-ebda interazzjonijiet farmakokinetiċi ta’ levofloxacin ma’ theophylline fi studju kliniku. Madankollu, jista’ jseħħ tnaqqis prominenti tal-limitu ta’ aċċessjoni ċerebrali meta quinolones jingħataw fl-istess ħin ma’ theophylline, mediċini mhux sterojdi antinfjammatorji, jew sustanzi oħrajn li jbaxxu l-limitu ta’ aċċessjoni. Il-konċentrazzjonijiet ta’ levofloxacin kienu madwar 13% ogħla fil-preżenza ta’ fenbufen milli meta ngħata waħdu.

Probenecid u cimetidine

It-tneħħija mill-kliewi ta’ levofloxacin tnaqqset minn cimetidine (24%) u probenecid (34%). Dan hu għax iż-żewġ sustanzi attivi huma kapaċi jimblukkaw it-tnixxija tubulari mill-kliewi ta’ levofloxacin. Madankollu, fid-dożi ttestjati fl-istudju, id-differenzi kinetiċi statistikament sinifikanti mhumiex probabbli li jkunu ta’ rilevanza klinika. Għandu jkunu hemm kawtela meta levofloxacin jingħata flimkien ma’ sustanzi attivi li jaffettwaw it-tnixxija tubulari mill-kliewi bħal probenecid u cimetidine, speċjalment f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi.

Informazzjoni rilevanti oħra

Studji farmakoloġiċi kliniċi wrew li l-farmakokinetika ta’ levofloxacin ma ġietx affettwata bi kwalunkwe mod klinikament rilevanti meta levofloxacin ingħata flimkien mas-sustanzi attivi li ġejjin: calcium carbonate, digoxin, glibenclamide u ranitidine.

L-effett ta’ levofloxacin fuq prodotti mediċinali oħrajn

Substrati ta’ CYP1A2

Fi studju dwar interazzjonijiet farmakokinetiċi, levofloxacin ma affettwax il-farmakokinetika ta’ theophylline (li hu substat sonda għal CYP1A2), u dan jindika li levofloxacin mhuwiex inibitur ta’

CYP1A2.

Substrati ta’ CYP2C9

Studju in vitro indika potenzjal baxx għal interazzjoni bejn levofloxacin u substrati ta’ CYP2C9.

Interazzjonijiet medjati mill-effetti fuq it-trasportaturi

Studji in vitro wrew li l-inibizzjoni tat-trasportaturi ewlenin assoċjati mad-dispożizzjoni tal-mediċina fil-kliewi (organic anion-transporting polypeptide-1B1 (OATP1B1), OATP1B3, organic anion transporter-1 (OAT1), OAT3 u organic cationic transporter-2 (OCT2)) f’esponimenti wara l-ġbid man-nifs ta’ 240 mg ta’ levofloxacin darbtejn kuljum hi baxxa.

Barra minn hekk, dejta klinika ma tissuġġerixxix interazzjoni ma’ substrati ta’ P-glikoproteina (P-gp) bħal digoxin.

Ciclosporin

Il-half-life ta’ ciclosporin żdiedet bi 33% meta ngħata flimkien ma’ levofloxacin.

Antagonisti ta’ vitamina K

Żieda fit-testijiet tal-koagulazzjoni (PT/INR) u/jew tal-ħruġ ta’ demm, li jista’ jkun sever, ġew irrappurtati f’pazjenti kkurati b’levofloxacin flimkien ma’ antagonist ta’ vitamina K (eż. warfarin). Għalhekk, it-testijiet tal-koagulazzjoni għandhom jiġu mmonitorjati f’pazjenti kkurati b’antagonisti ta’ vitamina K (ara sezzjoni 4.4).

Sustanzi attivi magħrufa li jtawlu l-intervall tal-QT

Levofloxacin, għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti li jkunu qed jirċievu sustanzi attivi magħrufa li jtawlu l-intervall tal-QT (eż. mediċini antiarritimiċi ta’ Klassi IA u III, antidepressanti triċikliċi, makrolidi, mediċini antipsikotiċi).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Hemm ammont limitat ta’ dejta mill-użu ta’ levofloxacin f’nisa tqal. Studji f’annimali b’levofloxacin ma urewx effetti diretti jew indiretti tossiċi fuq is-sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3).

Madankollu, fl-assenza ta’ dejta mill-bnedmin u r-riżultati tal-istudji kliniċi li jissuġġerixxu riskju ta’ ħsara minn fluoroquinolones lill-kartilaġni li jġorr il-piż fl-organiżmu li jkun qed jikber, l-użu ta’

Quinsair hu kontraindikat waqt it-tqala (ara sezzjonijiet 4.3 u 5.3).

Treddigħ

M’hemmx tagћrif biżżejjed dwar l-eliminazzjoni ta’ levofloxacin fil-ħalib tas-sider tal-bniedem; madankollu, fluoroquinolones oħrajn jiġu eliminati fil-ħalib tas-sider tal-bniedem.

Fl-assenza ta’ dejta mill-bnedmin u r-riżultati tal-istudji kliniċi li jissuġġerixxu riskju ta’ ħsara minn fluoroquinolones lill-kartilaġni li jġorr il-piż fl-organiżmu li jkun qed jikber, l-użu ta’ Quinsair hu kontraindikat waqt it-treddigħ (ara sezzjonijiet 4.3 u 5.3).

Fertilità

Levofloxacin ma kkawża l-ebda indeboliment tal-fertilità jew tal-prestazzjoni riproduttiva fil-firien (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Xi reazzjonijiet avversi (eż. għeja, astenja, disturbi viżwali, sturdament) jistgħu jindebbolixxu l-ħila tal-pazjent li jikkonċentra u jirreaġixxi. Pazjenti li jkollhom sintomi bħal dawn, għandhom jingħataw parir biex ma jsuqux u ma jużawx magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Is-sigurtà tad-doża rakkomandata ta’ Quinsair ġiet evalwata f’472 pazjent b’CF minn żewġ provi double-blind, b’ċiklu wieħed, ikkontrollati bi plaċebo, u minn studju b’komparatur attiv b’estensjoni mhux ikkontrollata mhux obbligatorja.

L-iktar reazzjonijiet avversi li ġew irrappurtati b’mod frekwenti kienu sogħla/sogħla produttiva (54%), indeboliment fis-sens tat-togħma (30%) u għeja/astenja (25%).

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi rrappurtati bi Quinsair

Ir-reazzjonijiet avversi b’mill-inqas possibbiltà raġonevoli ta’ relazzjoni kawżali ma’ Quinsair huma ppreżentati skont is-Sistema tal-Klassifika tal-Organi MedDRA. Ir-reazzjonijiet avversi tal-mediċina huma kklassifikati skont il-frekwenza, bl-aktar reazzjonijiet frekwenti elenkati l-ewwel. Il-kategoriji ta’ frekwenza huma definiti bl-użu tal-konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (≥ 1/10); komuni

(≥ 1/100 sa < 1/10); mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100); rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000); rari ħafna (< 1/10,000); mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

Sistema tal-

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

klassifika tal-organi

(≥ 1/10)

(≥ 1/100 sa

(≥ 1/1,000 sa

 

 

< 1/10)

< 1/100)

Infezzjonijiet u

 

Infezzjoni mikotika

Infezzjoni fungali orali

infestazzjonijiet

 

vulvovaġinali

 

Disturbi tad-demm

 

 

Anemija*,

u tas-sistema

 

 

Newtropenija

limfatika

 

 

 

Disturbi fis-sistema

 

 

Sensittività eċċessiva*

immuni

 

 

 

Disturbi fil-

Anoreksja*

 

 

metaboliżmu u n-

 

 

 

nutrizzjoni

 

 

 

Disturbi psikjatriċi

 

Nuqqas ta’ rqad*

Ansjetà*,

 

 

 

Depressjoni*

Disturbi fis-sistema

Indeboliment

Uġigħ ta’ ras,

Iposmija*,

nervuża

fis-sens tat-

Sturdament*

Ngħas*

 

togħma

 

 

Disturbi fl-għajnejn

 

 

Disturbi tal-vista*

Disturbi fil-widnejn

 

Żanżin fil-widnejn*

Telf ta’ smigħ*

u fis-sistema

 

 

 

labirintika

 

 

 

Disturbi fil-qalb

 

 

Takikardija*

Disturbi

Sogħla/sogħla

Disfonija

Bronkospażmu**,

respiratorji, toraċiċi

produttiva,

 

Reattività eċċessiva tal-bronki,

u medjastinali

Qtugħ ta’ nifs,

 

Disturb ta’ ostruzzjoni tal-

 

Tibdil fit-

 

passaġġ tan-nifs

 

tnixxijiet mill-

 

 

 

bronki (volum u

 

 

 

viskożità)*,

 

 

 

Emoptisi*

 

 

Disturbi gastro-

 

Dardir,

Dardir,

intestinali

 

Rimettar,

Dispepsija*,

 

 

Uġigħ addominali*,

Gass*

 

 

Dijarea*,

 

 

 

Stitikezza*

 

Disturbi fil-fwied u

 

 

Epatite*,

fil-marrara

 

 

Iperbilirubinemija*

Disturbi fil-ġilda u

 

Raxx

Urtikarja*,

fit-tessuti ta’ taħt il-

 

 

Ħakk*

ġilda

 

 

 

Disturbi muskolu-

 

Artralġja,

Tendinite,

skeletriċi u tat-

 

Mijalġja*

Kostokondrite,

tessuti konnettivi

 

 

Ebusija fil-ġogi

Disturbi fil-kliewi u

 

 

Insuffiċjenza tal-kliewi*

fis-sistema urinarja

 

 

 

Disturbi ġenerali u

Għeja/astenja,

Deni

 

kondizzjonijiet ta’

Tnaqqis fit-

 

 

mnejn jingħata:

tolleranza għall-

 

 

 

eżerċizzju

 

 

Investigazzjonijiet

Tnaqqis fil-

Żieda f’alanine

Test tal-funzjoni tal-fwied

 

piż**,

aminotransferase,

b’riżultat anormali,

 

Tnaqqis fil-

Żieda f’aspartate

Żieda f’alkaline phosphatase

 

volum ta’ arja

aminotransferase,

fid-demm*,

 

sfurzata waqt it-

Tnaqqis fit-test tal-

Titwil tal-QT fl-

 

teħid tan-nifs ’il

funzjoni pulmonari*,

elettrokardjogramm*,

 

barra*

Żieda u tnaqqis tal-

Żieda fl-għadd tal-eosinofili*,

 

 

glucose fid-demm*,

Tnaqqis fl-għadd tal-plejtlits*

 

 

Żieda fil-kreatinina

 

 

 

tad-demm*,

 

 

 

Ħsejjes anormali tan-

 

 

 

nifs*

 

* Każijiet avversi b’assoċjazzjoni inċerta ma’ Quinsair, iżda li huma magħrufa li huma assoċjati mal-għoti sistemiku ta’ levofloxacin, u/jew li huma b’mod raġonevoli assoċjati ma’ Quinsair u li ġew irrappurtati b’mod aktar frekwenti milli ma’ plaċebo fl-istudji kliniċi.

** Ara l-paragrafu t’hawn taħt għal dettalji addizzjonali.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi addizzjonali rrappurtati wara l-għoti sistemiku ta’ levofloxacin

Ir-reazzjonijiet avversi b’mill-inqas possibbiltà raġonevoli ta’ relazzjoni kawżali ma’ levofloxacin huma ppreżentati skont is-Sistema tal-Klassifika tal-Organi MedDRA. Ir-reazzjonijiet avversi tal-mediċina huma kklassifikati skont il-frekwenza, bl-aktar reazzjonijiet serji elenkati l-ewwel. Il-kategoriji ta’ frekwenza huma definiti bl-użu tal-konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (≥ 1/10); komuni (≥ 1/100 sa < 1/10); mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100); rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000); rari

ħafna (< 1/10,000); mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

Sistema tal-

Mhux komuni

Rari

Mhux magħrufa

klassifika tal-organi

(≥ 1/1,000 sa

(≥ 1/10,000 sa

(ma tistax tittieħed stima

 

< 1/100)

< 1/1,000)

mid-data disponibbli)

Disturbi tad-demm

 

 

Panċitopenija*,

u tas-sistema

 

 

Agranuloċitożi*,

limfatika

 

 

Anemija emolitika*

Disturbi fis-sistema

 

Anġjoedema

Xokk anafilattiku,

immuni

 

 

Xokk anafilattojdi

Disturbi fil-

 

 

Koma ipogliċemika

metaboliżmu u n-

 

 

 

nutrizzjoni

 

 

 

Disturbi psikjatriċi

Stat ta’

Reazzjonijiet

Disturbi psikotiċi b’imġiba li

 

konfużjoni,

psikotiċi (eż.

tipperikola lil dak li jkun li

 

Nervożità

alluċinazzjoni,

jinkludu l-formazzjoni ta’ ħsieb

 

 

paranojja),

biex jitwettaq suwiċidju jew

 

 

Aġitazzjoni,

tentattiv ta’ suwiċidju

 

 

Ħolm anormali,

 

 

 

Ħmar il-lejl

 

Disturbi fis-sistema

Rogħda

Konvulżjoni,

Newropatija sensorjali

nervuża

 

Parestesija

periferali,

 

 

 

Newropatija sensorjali

 

 

 

periferali tal-moviment,

 

 

 

Diskinesija,

 

 

 

Disturb extrapiramidali,

 

 

 

Sinkope,

 

 

 

Pressjoni tad-demm għolja

 

 

 

intrakranjali beninna

Disturbi fl-għajnejn

 

 

Telf temporanju tal-vista

Disturbi fil-widnejn

Mejt

 

 

u fis-sistema

 

 

 

labirintika

 

 

 

Disturbi fil-qalb

 

Palpitazzjoni

Takikardja ventrikulari,

 

 

 

Arritmija ventrikulari u torsade

 

 

 

de pointes

Disturbi vaskulari

 

Pressjoni baxxa

 

Disturbi

 

 

Pnewmonite allerġika

respiratorji, toraċiċi

 

 

 

u medjastinali

 

 

 

Disturbi fil-fwied u

 

 

Suffejra u feriti serji fil-fwied,

fil-marrara

 

 

li jinkludu każijiet ta’

 

 

 

insuffiċjenza akuta tal-fwied

 

 

 

fatali

 

Disturbi fil-ġilda u

Iperidrosi

 

Nekrolisi epidermali tossika,

 

fit-tessuti ta’ taħt il-

 

 

Sindrome ta’ Stevens-Johnson,

 

ġilda

 

 

Eritema multiforme,

 

 

 

 

Reazzjoni tas-sensittività għad-

 

 

 

 

dawl,

 

 

 

 

Vaskulite lewkoċitoklastika,

 

 

 

 

Stomatite

 

Disturbi muskolu-

 

Dgħufija fil-muskoli

Rabdomijolosi,

 

skeletriċi u tat-

 

 

Tiċrit tat-tendini,

 

tessuti konnettivi

 

 

Tiċrit tal-ligamenti,

 

 

 

 

Tiċrit tal-muskoli,

 

 

 

 

Artrite

 

Disturbi ġenerali u

 

 

Uġigħ (li jinkludi wġigħ fid-

 

kondizzjonijiet ta’

 

 

dahar, sider u fl-estremitajiet)

 

mnejn jingħata:

 

 

 

 

* Ara l-paragrafu t’hawn taħt għal dettalji addizzjonali.

 

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

 

Jekk isseħħ restrizzjoni sintomatika akuta tal-bronki wara li jirċievu Quinsair, il-pazjenti jistgħu jibbenefikaw mill-użu ta’ bronkodilatur li jinġibed man-nifs li jaħdem għal ħin qasir qabel dożi sussegwenti (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4).

Tnaqqis fil-piż ġie rrappurtat bħala avveniment avvers matul l-istudji kliniċi, iżda primarjament kien maħsub li hu marda aktar milli relatat mal-mediċina.

Reazzjonijiet avversi ematoloġiċi serji bħal panċitopenija, agranuloċitożi u anemija emolitika ġew irrappurtati wara l-għoti sistemiku ta’ levofloxacin. Ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza tagħhom mid-data disponibbli.

Popolazzjoni pedjatrika

Fil-provi kliniċi, 51 adolexxent b’CF (≥ 12 sa < 18-il sena) irċivew Quinsair 240 mg darbtejn kuljum, u 6 adolexxenti b’CF irċivew Quinsair 120 mg (n = 3) jew 240 mg (n = 3) darba kuljum. Barra minn hekk, 14-il tifel/tifla b’CF (≤ 6 sa < 12-il sena) u 13-il adolexxent b’CF (≤ 12 sa < 17-il sena) irċivew Quinsair 180 mg jew 240 mg darba kuljum għal 14-il jum. Ibbażat fuq din id-dejta limitata, ma jidhirx li hemm kwalunkwe differenza klinikament rilevanti fil-profil tas-sigurtà ta’ Quinsair f’dawn is- sottosetti tal-popolazzjoni pedjatriku meta mqabbla mal-adulti. Madankollu, żewġ każijiet ta’ artralġja ġew osservati fit-tfal fl-istudji kliniċi bi Quinsair u dejta fit-tul dwar is-sigurtà hi nieqsa speċjalment meta wieħed jikkunsidra l-effetti fuq il-kartilaġni osservati fl-annimali. (Ara sezzjonijiet 4.2 u 5.3.)

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

F’każ ta’ doża eċċessiva, kura sintomatika għandha tiġi implimentata. Il-pazjent għandu jiġi osservat u għandha tinżamm idratazzjoni adegwata. Għandu jsir monitoraġġ permezz ta’ ECG minħabba l-possibbiltà ta’ titwil fl-intervall tal-QT. Emodijalisi, li tinkludi dijalisi peritoneali u dijalisi peritoneali ambulatorja kontinwa (continuous ambulatory peritoneal dialysis, CAPD), mhumiex effettivi fit-tneħħija ta’ levofloxacin mill-ġisem. Ma jeżisti l-ebda antidot speċifiku.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: antibatteriċi għal użu sistemiku, fluoroquinolones Kodiċi ATC: J01MA12

Levofloxacin hu mediċina antibatterika tal-klassi fluoroquinolone u hu l-S(-)enantiomer tas-sustanza attiva raċemika ofloxacin.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Il-mekkaniżmu ta’ azzjoni ta’ levofloxacin u antimikrobjali fluoroquinolone oħrajn jinvolvi l-inibizzjoni ta’ enzimi batteriċi DNA gyrase u topoisomerase IV.

Relazzjoni PK/PD

Il-parametri assoċjati mal-effetti antibatteriċi ta’ levofloxacin huma l-proporzjonijiet tas-Cmax/MIC u AUC/MICs (Cmax = konċentrazzjoni massima fis-sit tal-infezzjoni, AUC = erja taħt il-kurva u MIC = konċentrazzjoni inibitorja minima).

Reżistenza

Ir-reżistenza għal levofloxacin fil-biċċa l-kbira tinkiseb permezz ta’ proċess pass pass minn mutazzjonijiet fis-sit fil-mira f’DNA gyrase u topoisomerase IV. Suxxetibilità mnaqqsa għal levofloxacin tista’ tirriżulta wkoll mill-akkwist ta’ proteini li jikkodifikaw plasmids li jipproteġu lil dawn il-miri mill-inibizzjoni. Permeabilità batterika mnaqqsa (komuni f’P. aeruginosa) u mekkaniżmi tal-effluss jistgħu wkoll jikkawżaw jew jikkontribwixxu għar-reżistenza.

Ġiet osservata reżistenza inkroċjata bejn levofloxacin u fluoroquinolones oħrajn.

Breakpoints

Breakpoints stabbiliti tas-suxxettibbilità għall-għoti sistemiku (orali jew ġol-vini) ta’ levofloxacin mhumiex applikabbli għal forniment permezz ta’ ġbid man-nifs.

Effikaċja klinika

L-effikaċja klinika ntweriet f’żewġ studji kkontrollati bi plaċebo, u studju wieħed b’komparatur attiv, li saru fuq 448 pazjent li ntgħażlu b’mod każwali biex jirċievu Quinsair 240 mg darbtejn kuljum.

Twettqu żewġ provi kliniċi li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, double-blind, b’ċiklu wieħed, ikkontrollati bi plaċebo (Studji 204 u 207) f’pazjenti b’CF infettati b’mod kroniku b’P. aeruginosa. Pazjenti adulti u adolexxenti (≥ 12 sa < 18-il sena u li jiżnu ≥ 30 kg) li kellhom perċentwali mbassra ta’ FEV1 bejn 25% u 85% ġew irreġistrati. Il-pazjenti kollha kienu wkoll irċivew minimu ta’ 3 korsijiet b’terapija antimikrobjali antipsewdomonali ta’ ġbid man-nifs fit-12-il xahar (Studju 204) jew 18-il xahar (Studju 207) ta’ qabel ma daħlu fl-istudju, iżda l-ebda terapija fit-28 jum immedjatament qabel ma daħlu fl-istudju. Flimkien mal-mediċina tal-istudju, il-pazjenti baqgħu fuq standard ta’ kura għal infezzjoni pulmonari kronika. Total ta’ 259 pazjent intgħażlu b’mod każwali għal Quinsair 240 mg darbtejn kuljum għal 28 jum (≤ 18-il sena, n = 226; ≤ 12 sa < 18-il sena, n = 33) u 147 intgħażlu b’mod każwali għal plaċebo (≤ 18-il sena, n = 127; ≤ 12 sa < 18-il sena, n = 20).

Dawn iż-żewġ studji kkontrollati bi plaċebo wrew li 28 jum tal-kura bi Quinsair 240 mg darbtejn kuljum irriżultaw f’titjib sinifikanti fil-bidla relattiva mil-linja bażi fil-perċentwali mbassra ta’ FEV1 meta mqabbel mal-plaċebo (ara Tabella 1).

Tabella 1: Bidla relattiva mil-linja bażi fil-perċentwali mbassra ta’ FEV1 sa Jum 28 fi studji kkontrllati bi plaċebo dwar l-effikaċja u s-sigurtà ta’ Quinsair f’pazjenti b’CF

Perċentwali mbassra ta’

 

Studji ta’ appoġġ

 

 

FEV1

Studju 207 (ITT)

Studju 204 (ITT) a

 

 

Plaċebo

Quinsair

Plaċebo

Quinsair

 

 

 

240 mg BID

 

240 mg BID

 

N = 110

N = 220

N = 37

N = 39

 

≥ 12 sa < 18-il sena, n

16 (14.5)

30 (13.6)

4 (10.8)

3 (7.7)

 

(%)

 

 

 

 

 

18-il sena, n (%)

94 (85.5)

190 (86.4)

33 (89.2)

36 (92.3)

 

Medja fil-linja bażi (SD)

56.32 (15.906)

56.53 (15.748)

52.4 (13.42)

48.8 (15.15)

 

Bidla relattiva mil-linja

1.24 (1.041)

3.66 (0.866)

-3.46 (2.828)

6.11 (2.929)

 

bażi sa Jum 28

 

 

 

 

 

Medja ta’ LS

 

 

 

 

 

Differenza fil-Kura

2.42 [0.53, 4.31];

9.57 [3.39, 15.75];

 

f’Jum 28 [95% CI] b

P = 0.012 ċ

P = 0.0026 ċ

 

CI = Intervall ta’ kunfidenza; FEV1 = volum ta’ arja sfurzata waqt it-teħid tan-nifs ’il barra f’ħin ta’ sekonda; ITT = intenzjoni li tikkura (il-pazjenti kollha magħżula b’mod każwali); P = valur P; SD =

devjazzjoni standard; SE = żball standard; ANCOVA = analiżi ta’ kovarjanza.

a ANCOVA b’termini għall-kura, reġjun, età (16 sa 18-il sena, > 18-il sena), u perċentwali mbassra fil-linja bażi ta’ FEV1 bħala quartiles. (Nota: Fi Studju 204, 38 pazjent addizzjonali ntgħażlu b’mod każwali biex jieħdu Quinsair 120 mg darba kuljum (18-il sena, n = 35; 16 sa < 18-il sena, n = 3) u 37 pazjent addizzjonali ntgħażlu b’mod każwali biex jieħdu Quinsair 240 mg darba kuljum (18-il sena, n = 34;

16 sa < 18-il sena, n = 3).)

b Differenza fil-Medja ta’ LS għal Quinsair nieqes il-plaċebo. c Ittestjat bl-użu ta’ alpha ta’ 0.05.

Studju 209 (Fażi Ewlenija) kien studju li fih l-individwi ntgħażlu b’mod każwali, open-label, grupp parallel, ikkontrollat b’mod attiv, ta’ noninferjorità, li qabbel Quinsair ma’ soluzzjoni ta’ tobramycin biex tinġibed man-nifs (TIS) fuq 3 ċikli ta’ kura. Kull ċiklu ta’ kura kien jinkludi 28 jum ta’ kura bi Quinsair 240 mg darbtejn kuljum jew TIS 300 mg darbtejn kuljum segwiti minn 28 jum mingħajr antibijotiċi li jinġibdu man-nifs. Pazjenti adulti u adolexxenti (≥ 12 sa < 18-il sena u li jiżnu ≥ 30 kg) li kellhom perċentwali mbassra ta’ FEV1 bejn 25% u 85% ġew irreġistrati. Il-pazjenti kollha kienu wkoll irċivew mill-inqas 3 korsijiet b’TIS fit-12-il xahar ta’ qabel ma daħlu fl-istudju, iżda l-ebda terapija fit- 28 jum immedjatament qabel ma daħlu fl-istudju. Flimkien mal-mediċina tal-istudju, il-pazjenti baqgħu fuq standard ta’ kura għal infezzjoni pulmonari kronika. Total ta’ 189 pazjent intgħażlu b’mod każwali biex jieħdu Quinsair 240 mg darbtejn kuljum (≤ 18-il sena, n = 170; ≤ 12 sa < 18-il sena,

n = 19) u 93 pazjent intgħażlu b’mod każwali biex jieħdu TIS (≤ 18-il sena, n = 84; ≤ 12 sa < 18-il sena, n = 9). Ir-riżultati miksuba għall-punti aħħarin ewlenin primarji u sekondarji huma pprovduti f’Tabella 2.

Tabella 2: Riżultati għall-punti aħħarin ewlenin primarji u sekondarji fl-istudju dwar is-sigurtà u l-effikaċja, ikkontrollat b’mod attiv, ta’ Quinsair f’pazjenti b’CF

 

Studju Importanti Ħafna - Studju 209 (Fażi Ewlenija; ITT)

Parametru

TIS

Quinsair

 

300 mg BID

240 mg BID

Differenza fil-Kura a

 

 

N = 93

N = 189

 

≥ 12 sa < 18-il sena, n (%)

9 (9.7)

19 (10.1)*

 

18-il sena, n (%)

84 (90.3)

170 (89.9)

 

Perċentwali mbassra ta’ FEV1

53.20 (15.700)

54.78 (17.022)

 

Medja fil-linja bażi (SD)

 

 

 

 

Punt aħħari primarju:

 

 

 

FEV1 Bidla relattiva minn

N = 93

N = 189

Medja ta’ LS [95% CI]:

Linja bażi sa Jum 28 ta’ Ċiklu 1

0.38 (1.262) b

2.24 (1.019) b

1.86 [-0.66, 4.39] ċ

Punti aħħarin sekondarji:

 

 

 

FEV1 Bidla relattiva minn

N = 84

N = 170

Medja ta’ LS [95% CI]:

Linja bażi sa Jum 28 ta’ Ċiklu 2

-0.62 (1.352) b

2.35 (1.025) b

2.96 [-0.03, 5.95]

FEV1 Bidla relattiva minn

N = 83

N = 166

Medja ta’ LS [95% CI]:

Linja bażi sa Jum 28 ta’ Ċiklu 3

-0.09 (1.385) b

1.98 (1.049) b

2.07 [-1.01, 5.15]

Dominju respiratorju tal-

 

 

 

Kwestjonarju dwar il-Fibrożi

 

 

Medja ta’ LS [95% CI]:

Ċistika - Rivedut (CFQ-R -

N = 91

N = 186

Cystic Fibrosis Questionnaire -

3.19 [0.05, 6.32]

-1.31 (1.576) b

1.88 (1.278) b

Revised)

P=0.046 e

Bidla minn

 

 

 

Linja bażi sa Jum 28 ta’ Ċiklu 1

 

 

 

 

 

 

Proporzjon ta’ periklu

Żmien medjan sal-għoti ta’

N = 93

N = 189

[95% CI] d:

antimikrobjali antipsewdomonali

110 jum

141 jum

0.73 [0.53, 1.01]

 

 

 

P = 0.040 e

 

 

 

Proporzjon ta’ periklu

Żmien medjan sa aggravament

N = 93

N = 189

[95% CI] d:

pulmonari

90.5 jum

131 jum

0.78 [0.57, 1.07]

 

 

 

P = 0.154 e

CI = Intervall ta’ kunfidenza; FEV1 = volum ta’ arja sfurzata waqt it-teħid tan-nifs ’il barra f’ħin ta’ sekonda;

ITT = intenzjoni li tikkura (il-pazjenti kollha magħżula b’mod każwali); P = valur P; SD = devjazzjoni standard; SE = żball standard; TIS = soluzzjoni ta’ tobramycin biex tinġibed man-nifs.

*Nota: Adolexxent wieħed li ntgħażel b’mod każwali biex jieħu Quinsair 240 mg darbtejn kuljum ma rċeviex il-mediċina tal-istudju.

aDifferenza fil-kura għal Quinsair nieqes TIS, jew Proporzjon ta’ periklu għal Quinsair/TIS.

bMedja ta’ LS (SE).

ċ In-noninferjorità ġiet ittestjata bl-użu ta’ marġni fiss ta’ noninferjorità, speċifikat minn qabel, ta’ 4% f’Jum 28 ta’ Ċiklu 1.

dL-istimi nkisbu minn mudell tar-rigressjoni tal-perikli proporzjonali ta’ Cox.

eIl-valur P ġie stabbilit billi ntuża log-rank test.

Il-pazjenti li temmew Studju 209 (Fażi Ewlenija) setgħu jkomplu f’Fażi ta’ Estensjoni mhux obbligatorja għal 3 ċikli addizzjonali (i.e. 28 jum ta’ kura bi Quinsair 240 mg darbtejn kuljum segwiti minn 28 jum mingħajr kura). Total ta’ 88 pazjent irċivew mill-inqas 1 doża ta’ Quinsair fi Studju 209 (Fażi ta’ Estensjoni), 32 minnhom kienu rċivew TIS u 56 minnhom kienu rċivew Quinsair fil-Fażi

Ewlenija. Matul il-Fażi ta’ Estensjoni, il-bidla fil-Medja ta’ LS għal perċentwali mbassra ta’ FEV1 varjat bejn 4.83% sa 1.46% fit-3 ċikli addizzjonali ta’ kura. Għas-sottogrupp ta’ pazjenti li rċivew TIS matul il-Fażi Ewlenija u qalbu għal Quinsair fil-Fażi ta’ Estensjoni, it-titjib fil-perċentwali mbassra ta’

FEV1 kien aktar notevoli fuq Quinsair milli fuq TIS (bidla fil-Medja ta’ LS fil-perċentwali mbassra f’FEV1 fuq TIS varjat bejn 0.97% sa 3.60% f’Ċikli 1 sa 3 u bejn 4.00% sa 6.91% f’Ċikli 4 sa 6 fuq

Quinsair). Għas-sottogrupp ta’ pazjenti li rċivew Quinsair matul il-Fażi Ewlenija u l-Fażi ta’ Estensjoni (i.e. Ċikli 1 sa 6), il-bidla fil-Medja ta’ LS fil-perċentwali mbassra f’ FEV1 varjat bejn 3.6% sa 4.6% ħlief f’Ċiklu 6, fejn kienet qrib il-linja bażi (-0.15%). Il-proporzjon ta’ pazjenti li rċivew

Quinsair fil-Fażi Ewlenija u l-Fażi ta’ Estensjoni ta’ Studju 209 b’ogħla livell ta’ iżolati ta’ levofloxacin MIC P. aeruginosa li kien jaqbeż 1 µg/ml kien simili fit-tmiem tal-kura matul Ċikli 1 u 3 fil-Fażi Ewlenija (76.6% sa 83.3%) u fit-tmien tal-kura matul Ċikli 4 sa 6 fil-Fażi ta’ Estensjoni (77.8% sa 87.5%).

Popolazzjoni pedjatrika

Fi Studji 204, 207 u 209, il-bidla relattiva fil-perċentwali mbassra ta’ FEV1 mil-linja bażi sat-tmiem tal-kura f’Ċiklu 1 kienet simili fil-kobor fil-51 adolexxent b’CF (≥ 12 sa < 18-il sena u jiżnu ≥ 30 kg) li kienu qed jirċievu Quinsair 240 mg darbtejn kuljum milli dik fl-adulti. L-effikaċja ma’ ġietx evalwata fl-14-il tifel u tifla b’CF (≥ 6 sa < 12-il sena) u 13-il adolexxent b’CF (≥ 12 sa < 17-il sena) li pparteċipaw fi Studju 206.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini iddifferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji bi Quinsair f’wieħed jew iktar settijiet tal-popolazzjoni pedjatrika f’pazjenti b’fibrożi ċistika b’infezzjoni/kolonizzazzjoni pulmonari b’P. aeruginosa {ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku}.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Il-konċentrazzjoni massima fil-plażma (Cmax) ta’ levofloxacin wara l-għoti permezz tal-ġbid man-nifs seħħet wara madwar nofs siegħa sa siegħa wara d-doża.

L-għoti ta’ dożi multipli ta’ Quinsair 240 mg darbtejn kuljum permezz tal-ġbid man-nifs jirriżulta fi tnaqqis tal-esponiment sistemiku għal levofloxacin ta’ madwar 50% milli dak osservat wara l-għoti sistemiku ta’ dożi komparabbli (ara Tabella 3). Madankollu, kien hemm varjabilità fl-esponimenti sistemiċi osservati, li jfisser li l-livelli ta’ levofloxacin fis-serum wara l-ġbid man-nifs ta’ Quinsair jistgħu xi kultant jaqgħu fil-medda ta’ livelli osservati wara l-għoti sistemiku ta’ dożi komparabbli.

Tabella 3: Paragun tal-medja (SD) tal-parametri farmakokinetiċi ta’ dożi multipli ta’ levofloxacin wara l-għoti ta’ Quinsair permezz tal-ġbid man-nifs lil pazjenti b’CF u wara għoti orali u ġol-vini ta’ levofloxacin lil voluntiera adulti b’saħħithom

Parametru

Quinsair

Levofloxacin sistemiku

 

 

 

 

 

 

240 mg Ġbid man-

500 mg Orali

500 mg IV

farmakokinetiku

nifs

QD*

QD*

 

 

BID

 

 

 

Cmax (μg/ml)

2.4

(1.0)

5.7 (1.4)

6.4

(0.8)

AUC(0-24) (µg•h/ml)

20.9

(12.5)

47.5 (6.7)

54.6

(11.1)

IV = ġol-vini; QD = quaque die (darba kuljum); BID = bis in die (darbtejn kuljum)

* Valur imbassar minn analiżi PK tal-popolazzjoni f’pazjenti b’CF ** Irġiel b’saħħithom li kellhom 18-53 sena

Konċentrazzjonijiet għoljin ta’ levofloxacin ġew osservati fl-isputum wara l-għoti ta’ dożaġġ ta’

Quinsair 240 mg darbtejn kuljum f’pazjenti b’CF. Il-medja tal-konċentrazzjonijiet fl-isputum wara d-doża kienu madwar 500-1900 µg/ml u kienu madwar 400-1700 darba ogħla minn dawk osservati fis-serum.

Distribuzzjoni

Madwar 30 sa 40% ta’ levofloxacin jeħel mal-proteini tas-serum. Il-medja tal-volum apparenti tad-distribuzzjoni ta’ levofloxacin fis-serum hu ta’ madwar 250 L wara l-ġbid man-nifs ta’ Quinsair 240 mg darbtejn kuljum.

Bijotrasformazzjoni

Levofloxacin jiġi metabolizzat f’ammont żgħir ħafna, bil-metaboliti li huma desmethyl-levofloxacin u levofloxacin N-oxide. Dawn il-metaboliti jammontaw għal ˂ 5% tad-doża wara l-għoti sistemiku, u jitneħħew fl-awrina. Levofloxacin hu stabbli b’mod stereokimiku u ma jgħaddix minn inverżjoni kirali.

Eliminazzjoni

Levofloxacin jiġi assorbit sistematikament wara l-ġbid man-nifs ta’ Quinsair, u jiġi eliminat b’mod simili bħal levofloxacin wara l-għoti sistemiku. Wara l-għoti orali u ġol-vini, levofloxacin jiġi eliminat relattivament bil-mod mill-plażma (t1/2: 6 sa 8 sigħat). Il-half-life ta’ levofloxacin wara l-ġbid man-nifs ta’ Quinsair hi ta’ madwar 5 sa 7 sigħat. L-eliminazzjoni sseħħ primarjament permezz tar-rotta renali (> 85% tad-doża wara l-għoti orali jew ġol-vini). Il-medja tat-tneħħija totali apparenti mill-ġisem ta’ levofloxacin wara l-għoti sistemiku ta’ doża waħda ta’ 500 mg kienet ta’ 175 +/- 29.2 ml/min. It-tneħħija apparenti (CL/F) ta’ levofloxacin wara l-ġbid man-nifs ta’ Quinsair 240 mg darbtejn kuljum hi ta’ 31.8 +/- 22.4 L/siegħa.

Linearità

Wara l-għoti sistemiku, levofloxacin jobdi farmakokinetika lineari fuq medda ta’ 50 sa 1000 mg.

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi

L-effetti ta’ indeboliment tal-kliewi fuq il-farmakokinetika ta’ levofloxacin mogħti permezz ta’ ġbid man-nifs ma ġewx studjati. Madankollu, ma ntużawx aġġustamenti fid-doża fl-istudji kliniċi ta’

Quinsair, u dan ippermetta l-inklużjoni ta’ pazjenti b’indeboliment ħafif sa moderat tal-kliewi (tneħħija stmata tal-kreatinina ta’ ≥ 20 ml/min bl-użu tal-formula ta’ Cockroft-Gault f’pazjenti adulti u ta’ ≥ 20 ml/min/1.73 m2 bl-użu tal-formula ta’ Bedside Schwartz f’pazjenti li kellhom < 18-il sena).

Studji li użaw l-għoti sistemiku ta’ levofloxacin juru li l-farmakokinetika ta’ levofloxacin tiġi affettwata minn indeboliment tal-kliewi; bi tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi (tneħħija stmata tal- kreatinina ta’ < 50 ml/min), l-eliminazzjoni mill-kliewi u t-tneħħija jonqsu, u l-half-life tal- eliminazzjoni tiżdied.

Għalhekk, id-dożi ta’ Quinsair m’hemmx bżonn li jiġu aġġustati f’pazjenti b’indeboliment ħafif sa moderat tal-kliewi. Madankollu, Quinsair mhuwiex rakkomandat għall-użu f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi (tneħħija tal-kreatinina ta’ ˂ 20 ml/min, ara sezzjoni 4.2).

Pazjenti b’indeboliment tal-fwied

Ma sarux studji farmakokinetiċi bi Quinsair f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied. Minħabba l-ammont

żgħir tal-metaboliżmu ta’ levofloxacin fil-fwied, il-farmakokinetika ta’ levofloxacin mhijiex mistennija li tiġi affettwata minn indeboliment tal-fwied.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurta u l-effikaċja ta’ Quinsair fit-tfal ta’ età ta’ ˂ 18-il sena ma ġewx determinati s’issa (ara sezzjoni 4.2).

Il-farmakokinetika ta’ levofloxacin wara l-ġbid man-nifs ta’ Quinsair 240 mg darbtejn kuljum ġew investigati f’pazjenti pedjatriċi b’CF li kellhom 12-il sena u aktar u li kienu jiżnu ≥ 30 kg. Mudell PK tal-popolazzjoni bbażat fuq ammont żgħir ta’ kampjuni stabbillixxa li l-konċentrazzjonijiet ta’ levofloxacin fis-serum kienu komparabbli bejn pazjenti pedjatriċi u adulti wara 28 jum ta’ kura. Konċentrazzjonijiet ogħla fl-isputum ġew osservati fl-adulti meta mqabbla ma’ pazjenti pedjatriċi fi Studju 207; konċentrazzjonijiet simili fl-isputum ġew osservati fl-adulti u f’pazjenti pedjatriċi fi

Studju 209.

Barra minn hekk, il-farmakokinetika ta’ dożi ta’ levofloxacin ibbażati fuq il-piż mogħtija permezz ta’ ġbid man-nifs darba kuljum għal 14-il jum f’pazjenti pedjatriċi b’CF (≤ 6 sa < 12-il sena, n = 14 u

≤ 12 sa < 17-il sena, n = 13) ġew evalwati fi Studju 206. Pazjenti li kienu jiżnu 22 sa 30 kg irċivew 180 mg ta’ levofloxacin/jum u pazjenti li kienu jiżnu > 30 kg irċivew 240 mg ta’ levofloxacin/jum. L- iskema bbażata fuq il-piż irriżultat f’esponiment PK konsistenti fis-serum u fl-isputum PK fil-meded kollha ta’ etajiet (7 sa 16-il sena) u piżijiet (22 sa 61 kg) osservati fl-istudju. L-esponimenti PK fis- serum kienu simili meta wieħed iqabbel tfal li kien qed jirċievu l-kors ibbażat fuq il-piż u adulti li kienu qed jirċievu Quinsair 240 mg darba kuljum. L-esponiment PK fis-serum fi tfal li kellhom minn 7 sa 16-il sena kien ta’ madwar terz tal-esponiment fl-adulti.

Pazjenti anzjani (≥ 65 sena)

Il-farmakokinetika ta’ levofloxacin mogħti permezz ta’ ġbid man-nifs ma ġietx studjata fl-anzjani. Wara l-għoti sistemiku, ma kien hemm l-ebda differenzi sinifikanti fil-farmakokinetika ta’ levofloxacin bejn individwi żgħar u anzjani ħlief dawk assoċjati ma’ tnaqqis fit-tneħħija tal-kreatinina minħabba mard relatat mal-età.

Sess tal-persuna

Riżultati minn analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni ma wrew l-ebda differenzi fl-esponiment sistemiku ta’ levofloxacin minħabba s-sess tal-persuna wara l-għoti ta’ Quinsair.

Razza

L-effetti tar-razza fuq il-farmakokinetika ta’ levofloxacin mogħti permezz ta’ ġbid man-nifs ma ġewx studjati. Wara l-għoti sistemiku, l-effett tar-razza fuq il-farmakokinetika ta’ levofloxacin ġie eżaminat permezz ta’ analiżi kovarjata li saret fuq dejta minn 72 individwu: 48 bojod u 24 mhux bojod.

It-tneħħija totali apparenti mill-ġisem kif ukoll il-volum apparenti tad-distribuzzjoni ma ġewx affettwati mir-razza tal-individwi.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn doża waħda, effett tossiku minn dożi ripetuti, riskju ta’ kanċer, effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva u l-iżvilupp, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

Intwera li fluoroquinolones jikkawżaw artropatija f’ġogi li jerfgħu l-piż ta’ annimali immaturi. Kif inhu komuni bi fluoroquinolones oħrajn, levofloxacin wera effetti fuq il-kartilaġni (infafet u kavitajiet) fil-firien u fi-klieb. Dawn is-sejbiet kienu aktar notevoli f’annimali żgħar.

Levofloxacin ma induċiex mutazzjonijiet fil-ġeni f’ċelluli batteriċi jew tal-mammiferi, iżda induċa aberrazzjonijiet tal-kromosomi fiċ-ċelluli tal-pulmun tal-ħamster Ċiniż in vitro. Dawn l-effetti jistgħu jiġu attribwiti għall-inibizzjoni ta’ topoisomerase II. In vivo it-testijiet (mikronukleju, sister chromatid exchange, sintesi mhix skedata tad-DNA, testijiet letali dominanti) ma wrew l-ebda potenzjal

ġenotossiku. Studji fuq il-ġrieden urew li levofloxacin għandu attività fototossika f’dożi għoljin ħafna biss. Levofloxacin ma wera l-ebda potenzjal ġenotossiku f’assaġġ tal-fotomutaġeniċità. Naqqas l-iżvilupp tat-tumuri fi studju dwar il-fotokarċinoġeneċità.

Levofloxacin ma kkawża l-ebda indeboliment fil-fertilità jew fil-prestazzjoni riproduttiva fil-firien, u l-uniku effett tiegħu fuq il-feti kienet il-maturazzjoni ttardjata b’riżultat ta’ tossiċità materna.

Studji mhux kliniċi li twettqu b’levofloxacin, ibbażati fuq studji konvenzjonali (respiratorji) li użaw ir- rotta tal-ġbid man-nifs ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn doża waħda u effett tossiku minn dożi ripetuti, ma juru l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Magnesium chloride hexahydrate

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbiltajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl. Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn l-ebda kundizzjoni ta’ temperatura speċjali għall-ħażna.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Ampulla

Ampulla ta’ 3 ml ta’ polyethylene b’densità baxxa.

Qartas

Laminat issiġillat tal-fojl qartas li fih 4 ampulli.

Kaxxa ta’ ġewwa

56 (14-il qartas ta’ 4) ampulla.

Kaxxa ta’ barra

Quinsair hu fornut bħala pakkett ta’ 28 jum. Dan jinkludi kaxxa ta’ ġewwa tal-kartun li jkun fiha

56 ampulla u Fuljett ta’ Tagħrif. Il-kaxxa tal-kartun ta’ barra fiha wkoll Sett tal-Idejn tan-Nebulizzatur Zirela ppakkjat fil-kaxxa tal-kartun tiegħu mal-Istruzzjonijiet tal-Użu tal-Manifattur.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

Biex jintuża darba biss. Ġaladarba ampulla tinfetaħ, il-kontenut għandu jintuża immedjatament. Kwalunkwe prodott mhux użat irid jintrema.

Quinsair jingħata permezz ta’ ġbid man-nifs fuq perjodu ta’ 5 minuti bl-użu ta’ Sett tal-Idejn tan- Nebulizzatur Zirela speċifiku u Zirela Aerosol Head ikkonnettjata ma’ eBase Controller jew eFlow rapid Control Unit (ara sezzjoni 4.2). Quinsair m’għandux jintuża ma’ kwalunkwe tip ieħor ta’ sett tal- idejn jew aerosol head.

Istruzzjonijiet bażiċi qed jingħataw hawn taħt. Istruzzjonijiet aktar dettaljati huma disponibbli fil-Fuljett ta’ Tagħrif u fl-Istruzzjonijiet tal-Użu tal-Manifattur tat-tagħmir.

Agħfas il-kontenut kollu ta’ ampulla waħda ġol-kontenitur tal-mediċina tas-Sett tal-Idejn tan-Nebulizzatur Zirela. Agħlaq il-kontenitur tal-mediċina billi tallineja t-tabs tal-għatu tal-mediċina mas-slotts tal-kontenitur. Agħfas ’l isfel u dawwar l-għatu lejn il-lemin sakemm tista’. Poġġi l-pazjent

bilqiegħda f’pożizzjoni rilassata u vertikali. Billi żżomm is-sett tal-idejn b’mod orizzontali, agħfas u żomm il-buttuna on/off fuq il-kontrollur għal ftit sekondi. Il-kontrollur se jagħmel ‘beep’ darba u d- dawl li juri l-istat se jinbidel għal aħdar. Wara ftit sekondi, ċpar tal-aerosol se jibda jnixxi ġol- kompartiment tal-aerosol tal-Sett tal-Idejn tan-Nebulizzatur Zirela. Billi żżomm is-sett tal-idejn b’mod orizzontali, poġġi l-biċċa tal-ħalq fil-ħalq tal-pazjent u aċċerta ruħek li xufftejn il-pazjent ikunu magħluqin madwarha. Itlob lill-pazjent biex jieħu n-nifs ’il ġewwa u ’l barra minn ġol-biċċa tal-ħalq sakemm il-kura tkun intemmet. Meta l-kura titlesta, il-kontrollur se jagħmel ‘beep’ darbtejn. Skonnettja l-kontrollur u żarma s-Sett tal-Idejn tan-Nebulizzatur Zirela biex tnaddfu u tiddiżinfettah.

Tpoġġix prodotti mediċinali oħrajn fis-Sett tal-Idejn tan-Nebulizzatur Zirela.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Horizon Pharma Europe B.V.

Naritaweg 165

1043 BW Amsterdam

Il-Pajjiżi l-Baxxi

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/14/973/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 26/03/2015

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati