Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Qutenza (capsaicin) – Fuljett ta’ tagħrif - N01BX04

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaQutenza
Kodiċi ATCN01BX04
Sustanzacapsaicin
ManifatturGrunenthal GmbH

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għal min qed jagħmel użu minnu

Qutenza 179 mg stikk kutanju capsaicin

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

X’hemm f’dan il-fuljett:

1.X’inhu Qutenza u għal xiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel Qutenza jintuża

3.Kif għandek tuża Qutenza

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5.Kif taħżen Qutenza

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Qutenza u għal xiex jintuża

Qutenza għandu il-capsaicin u jappartjeni għal kategorija ta 'mediċini msejħa anestetiċi.

Qutenza huwa indikat għat-trattament ta’ wġigħ newropatiku periferiku f’pazjenti adulti jew waħdu jew f’kombinazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħrajn għall-uġigħ.

Qutenza jintuża biex itaffi l-uġigħ f’persuni li jkollhom uġigħ fin-nervituri minħabba ħsara fin- nervituri tal-ġilda. Il-ħsara lin-nervituri tal-ġilda tista’ sseħħ b’riżultat ta’ varjetà ta’ mard bħall-ħruq ta’ Sant’Antnin; infezzjoni mill-HIV, dijabete, , ċerti mediċini u kundizzjonijiet oħra. Tista’ tesperjenza tnaqqis fl-uġigħ bejn 1 u 3 ġimgħat wara t-trattament.

2. X’għandek tkun taf qabel Qutenza jintuża

Tużax Qutenza

jekk int allerġiku/a għal capsaicin, għall-bżar jaħraq jew għal xi sustanza oħra ta’ din il- mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6)

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża Qutenza

Tużax Qutenza fuq xi parti ta’ rasek jew ta’ wiċċek.

Tużax Qutenza fuq ġilda maqsuma jew feriti miftuħin.

Tmissx Qutenza jew materjali oħra li ġew f’kuntatt maż-żoni ttrattati billi dan jista’ jikkawża ħruq u tingiż. Tmissx għajnejk, ħalqek jew żoni sensittivi oħra għax jista' jikkawża irritazzjoni u uġigħ. Jekk tiġbed l-arja minn imnifsejk viċin l-istikk ta’ Qutenza jista’ jikkawża sogħla, irritazjoni fil-griżmejn jew għatis.

Hija normali li l-ġilda tniggżek jew issir ħamra jew taħarqek għal ftit żmien waqt u wara t-trattament b’Qutenza. Minħabba l-uġigħ, il-pressjoni tad-demm tiegħek tista’ togħla u għalhekk it-tabib tiegħek se jkejjillek il-pressjoni tad-demm tiegħek diversi drabi waqt it-trattament. Jekk tweġġa’ ħafna, it-tabib tiegħek japplika tkessiħ lokali jew jagħtik mediċina għall-uġigħ. Jekk tesperjenza uġigħ qawwi ħafna, għid lit-tabib biex ineħħilek l-istikk.

Ġeneralment bidliet żgħar għal żmien qasir fil-kapaċità li tħoss meta xi ħaġa taħraq jew taqta ġew meqjusa wara l-użu ta' kapsajċina.

Jekk tbati bil-pressjoni tad-demm instabbli jew mhux ikkontrollata tajjeb biżżejjed jew jekk kellek problemi b’qalbek, it-tabib tiegħek se jikkunsidra r-riskju ta’ effetti sekondarji fuq qalbek jew il- pressjoni tad-demm tiegħek minħabba l-istress potenzjali tal-proċedura qabel ma jagħtik trattament b’Qutenza.

Jekk tagħmel użu ta’ oppjojdi b’dożaġġ qawwi, tista’ ma tirrispondix għall-analġeżiċi oppjoidi orali meta jintużaw għal uġigħ akut waqt u wara l-proċedura tat-trattament. F’dan il-każ, it-tabib tiegħek juża miżuri oħrajn biex inaqqaslek l-uġigħ wara t-trattament b’Qutenza.

Tfal u adolexxenti

Qutenza mhuwiex rakkomandat għall-kura f’pazjenti ta’ taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Qutenza

Qutenza jaġixxi lokalment fuq il-ġilda tiegħek u mhuwiex mistenni li jkollu effett fuq mediċini oħrajn. Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Qutenza ma’ ikel u xorb

L-ikel u x-xorb mhumiex mistennija li jkollom effett fuq Qutenza għaliex dan jaġixxi lokalment fuq il- ġilda tiegħek.

Tqala u treddigħ

Qutenza għandu jintuża b’kawtela jekk int tqila jew jekk qiegħda tredda’. Jekk inti tqila jew qiegħda tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila, , jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

M’hemmx studji dwar l-effetti ta’ Qutenza fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni. Meta tuża Qutenza, ammonti żgħar ħafna biss tas-sustanza attiva jistgħu jkunu preżenti fid-demm tiegħek għal ħin qasir ħafna. Għalhekk, Qutenza mhuwiex probabbli li se jkollu xi effetti diretti fuq il-ħila tiegħek biex tikkonċentra jew il-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni.

Ġell għat-tindif għal Qutenza fih il-butylhydroxyanisole

Il-ġell għat-tindif għal Qutenza fih il-butylhydroxyanisole li jista’ jikkawża reazzjonijiet lokali tal- ġilda (eż. dermatite minn kuntatt), jew irritazzjoni tal-għajnejn u tal-membrani mukużi.

3.Kif għandek tuża Qutenza

Mhux aktar minn 4 stikek għandhom jintużaw fl-istess ħin.

Qutenza għandu jiġi applikat biss mit-tabib tiegħek jew minn infermier taħt is-superviżjoni tat-tabib tiegħek.

Qutenza qiegħed għall-użu fuq il-ġilda tiegħek.

It-tabib tiegħek se jimmarka l-iżjed partijiet li juġgħu fuq il-ġilda tiegħek b’pinna jew marker.

Qabel mal-istikks Qutenza jitpoġġew fuq il-ġilda, iż-żoni tat-trattament se jinħaslu bis-sapun u l-ilma u jitnixxfu. Ix-xagħar fiż-żoni tat-trattament se jinqata’.

Qabel ma jqiegħed l-istikks Qutenza fuq il-ġilda, it-tabib jew infermier tiegħek jista’ japplika ġell jew krema li traqqadlek il-post jew itik mediċina mill-ħalq kontra l-uġigħ biex tnaqqas it-tingiż potenzjali. Il-ġell jew krema għandhom jitneħħew qabel ma jiġi applikat Qutenza u l-ġilda għandha tiġi maħsula u mnixxfa sewwa.

It-tabib jew l-infermier tiegħek jistaw jilbsu l-ingwanti, u kultant jistgħu jilbsu maskla u nuċċali ta’ protezzjoni, meta jaqbdu l-istikks Qutenza. La għandek tieħu nifs u lanqas għandek tiġbed l-arja qrib l- istikks Qutenza billi dan jista’ jikkawża sogħla jew għatis.

Qutenza jista’ jinqata’ f’biċċiet iżgħar biex jaqbel maż-żona tat-trattament.. It-tabib jew l-infermier tiegħek se jaqla’ l-istikks wara 30 minuta jekk tkun qed tiġi ttrattat(a) għal uġigħ fin-nervituri ta’ saqajk jew wara 60 minuta jekk tkun qed tiġi ttrattat(a) għal uġigħ fin-nervituri fuq partijiet oħra ta’ ġismek. Tmissx l-istikk b’idejk billi dan jista’ jikkawżalek ħruq u tingiż.

Jista’ jieħu minn ġimgħa sa tlett ġimghat qabel tesperjenza serħan mill-uġigħ bil-Quetanza. Jekk wara dak iż-żmien xorta tkun għadek muġugħ(a) ħafna, jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek.

It-terapija b’Qutenza tista’ tiġi ripetuta f’intervalli ta’ 90 ġurnata, jekk ikun meħtieġ.

Tista’ tingħata mediċini kontra l-uġigħ biex teħodhom għall-uġigħ li tħoss minħabba t-terapija b’Qutenza.

Huwa komuni li l-ġilda tniggżek jew issir ħamra jew taħarqek waqt it-trattament b’Qutenza.

Jekk qed jiġu ttrattati saqajk, fuq l-istikks Qutenza tista’ tilbes kalzetti tat-tip li tużahom darba u tarmihom.

Xi drabi, it-tabib jew l-infermier tiegħek jista’ jagħmel faxxa fuq l-istikk ta’ Qutenza biex iżomm l- istikk sod fuq il-ġilda tiegħek.

Fit-tmiem tat-trattament b’Qutenza, it-tabib jew l-infermier tiegħek se jnaddaflek il-ġilda ttrattata b’ġell għat-tindif minn tubu pprovdut mal-kitt. Il-ġell għat-tindif se jitħalla fuq il-ġilda tiegħek għal minuta u mbagħad jintmesaħ sabiex jitneħħa kull fdal tal-mediċina li seta’ baqa’ fuq il-ġilda tiegħek wara t-trattament. Wara li jintmesaħ il-ġell għat-tindif, il-parti tinħasel b’mod delikat bis-sapun u l- ilma.

Tmissx għajnejk, ħalqek jew żoni sensittivi oħra. Jekk aċċidentalment tmiss l-istikk Qutenza jew il-

ġilda ttrattata qabel ma jiġi applikat il-ġell għat-tindif, dan jista’ jaħarqek jew iniggżek. Kellem lit- tabib tiegħek immedjatament.

Tippruvax taqla’ l-istikk int stess. It-tabib jew l-infermier se jneħħuh għalik.

Tiħux l-istikks Qutenza barra mill-klinika.

Tużax l-istikks Qutenza d-dar.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk Qutenza jintuża aktar milli suppost

Doża eċċessiva x'aktarx ma sseħħx. ,Madankollu jekk Qutenza jiġiapplikat ghal aktar ħin milli għandu tista' tesperjenza reazzjonijiet qawwija fis-sit tal-applikazzjoni bħal uġigħ, ħmura u ħakk.

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek mill-ewwel jekk jiġru dawn l-effetti:

Jekk tħoss qalbek tħabbat mgħaġġla ħafna, bil-mod ħafna jew qed tħabbat b’mod mhux normali o Mhux komuni: jistgħu jiġu affettwati sa 1 minn kull 100 persuna

Ħmura profonda fis-sit fejn l-istikk huwa applikat, nfafet / tnixxijal mil-ġilda, ġilda li jkollha

ħafna uġigħ meta tintmess, minfuħa, imxarrba jew tleqq. F'numru żgħir ta 'każijiet, dawn jistgħu jkunu sinjali ta' tieni grad ta’ ħruq u jeħtieġu attenzjoni urġenti.

o Mhux magħrufa: il- frekwenza ma tistax tiġi kkalkulata mill-informazzjoni eżistenti

Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok dawn l-effetti sekondarji jseħħu jew imorru ghall-agħr:

• Ħmura, uġigħ fiż-żona fejn jiġi applikat l-istikk li idum għal aktar minn ġurnata.

oEffett sekondarju komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuna

Ħakk, ħotob, infafet, nefħa, nixfa fiż-żona fejn jiġi applikat l-istikk, sensazzjoni ta’ ħruq, uġiegħ fid-dirgħajn u ir-riġlejn.

oEffett sekondarju komuni: jistgħu jiġu affettwati sa 1 minn kull 10 persuna

Tbenġil bħal b’daqqa ta’ frosta, sensazzjoni ta’ tingiż, infjammazzjoni tal-ġilda, żieda fis- sensittività, infjammazzjoni, reazzjoni tal-ġilda, irritazzjoni, tbenġil fiż-żona fejn jiġi applikat l-istikk.

oMhux komuni: jistgħu jiġu affettwati sa 1 minn kull 100 persuna

Tnaqqis fit-togħma, sensazzjonijiet mnaqqsa fir-riġlejn, , irritazzjoni fl-għajnejn, sogħla, irritazzjoni fil-griżmejn, dardir, ħakk, , spażmi fil-muskoli, ħruq ta’ Sant’ Antnin, nefħa fir- riġlejn.

oMhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna

Espożizzjoni aċċidentali (inkluż uġigħ fl-għajnejn, irritazzjoni fl-għajnejn u l-griżmejn u sogħla)

o Frekwenza mhux magħrufa: il- frekwenza ma tistax tiġi kkalkulata mill- informazzjoni eżistenti

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista 'wkoll tjirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta' rappurtar nazzjonali elenkati fl-Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji inti tista’ tgħin u tipprovdi aktar informazzjo ni dwar is-sigurtà ta' din il-mediċina.

5.Kif taħżen Qutenza

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Qutenza stikk kutanju: Aħżen ċatt fil-qartas u l-pakkett oriġinali. Aħżen f’temperatura taħt 25°C.

Ġell għat-tindif: Aħżen f’temperatura taħt 25°C.

Wara li tiftaħ il-qartas, Qutenza għandu jiġi applikat fi żmien sagħtejn.

Rimi ta’ stikks Qutenza użati u mhux użati

Dawn l-oġġetti jistgħu jniggżulek subgħajk jekk tmisshom. It-tabib jew l-infermier tiegħek se jpoġġihom f’borża tal-politilene qabel ma jarmihom mingħajr periklu. L-istikks Qutenza u l-materjali relatati mat-trattament għandhom jintremew b’mod xieraq.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Qutenza

Is-sustanza attiva hi capsaicin. Kull stikk ta’ 280 cm2 fih b’kollox 179 mg capsaicin jew 640 mikrogramma capsaicin għal kull cm2 tal-istikk (8% piż/piż).

Is-sustanzi l-oħra ta’ Qutenza stikk kutanju huma:

Matriċi:

adeżivi tas-silikon

diethylene glycol monoethyl ether (etere monoetiliku tal-glikole dijetileniku) żejt tas-silikon

etilċelluloża N50 (E462)

Saff ta’ protezzjoni:

kisja protettiva tal-poliester

inka tal-istampar li fiha l-Pigment Abjad 6

Saff protettiv li jista’ jitneħħa: kisja ta’ rilaxx tal-poliester

L-istikk Qutenza jiġi flimkien ma’ tubu ta’ ġell għat-tindif, li ma fih l-ebda sustanza attiva.

Il-ġell għat-tindif fih:

macrogol 300 carbomer ilma purifikat

sodium hydroxide (sodju idrossidu) (E524) disodium edetate (disodju edetat) butylhydroxyanisole (butilidrossianisol) (E320)

Id-dehra ta’ Qutenza u l-kontenuti tal-pakkett

Qutenza huwa stikk kutanju għall-użu fuq il-ġilda.

Kull stikk huwa 14 cm x 20 cm (280 cm2) u jikkonsisti minn naħa adeżiva li fiha s-sustanza attiva u saff ta’ protezzjoni bħala wiċċ ta’ barra. In-naħa adeżiva hija miksija b’kisja li titneħħa, trasparenti, maqtugħa djagonalment, mhux stampata, li terħi l-mediċina. Il-wiċċ ta’ barra tas-saff ta’ protezzjoni għandu mmarkat fuqu ‘capsaicin 8%’.

Kull kartuna ta’ Qutenza fiha qartas 1 jew 2 u tubu ta’ ġell għat-tindif (50 g). Jista’ jkun li mhux il- pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Grünenthal GmbH Zieglerstr. 6 52078 Aachen Il-Ġermanja

Manifattur

GP Grenzach Produktions GmbH (GP)

Emil-Barell-Strasse 7

D-79639 Grenzach-Wyhlen Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

S.A. Grünenthal N.V.

Astellas Pharma a/s

Lenneke Marelaan 8

Danija Tel: + 45 43 430355

1932 Sint-Stevens-Woluwe

 

België/Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: + 32 (0)2 290 52 00

 

beinfo@grunenthal.com

 

България

Luxembourg/Luxemburg

Астелас Фарма ЕООД

S.A. Grünenthal N.V.

Teл.: + 359 2 862 53 72

Lenneke Marelaan 8

 

1932 Sint-Stevens-Woluwe

 

België/Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: + 32 (0)2 290 52 00

 

beinfo@grunenthal.com

Česká republika

Magyarország

Astellas Pharma s.r.o.

Astellas Pharma Kft.

Tel: +420 236 080300

Tel.: + 36 1 577 8200

Danmark

Malta

Grünenthal Denmark ApS

E.J. Busuttil Ltd.

Tlf: +45 8888 3200

Tel: +356 21447184

Deutschland

Nederland

Grünenthal GmbH

Grünenthal B.V.

Zieglerstr. 6

De Corridor 21K

DE-52078 Aachen

NL-3621 ZA Breukelen

Tel: + 49 241 569-1111

Tel:+31 (0)30 6046370

service@grunenthal.com

info.nl@grunenthal.com

Eesti

Norge

Astellas Pharma a/s

Grünenthal Norway AS

Taani

Tlf: +47 22 99 60 54

Tel: + 45 43 430355

 

Ελλάδα

Österreich

Astellas Pharmaceuticals AEBE

Grünenthal GmbH

Τηλ: +30 210 8189900

Campus 21, Liebermannstraße A01/501

 

2345 Brunn am Gebirge

 

España

Polska

Grünenthal Pharma, S.A.

Astellas Pharma Sp.z.o.o.

C/Dr. Zamenhof, 36

Tel.: + 48 225451 111

E-28027 Madrid

 

Tel: +34 (91) 301 93 00

 

France

Portugal

Laboratoires Grünenthal SAS

Grünenthal, S.A.

Immeuble Eurêka

Alameda Fernão Lopes, 12-8.º A

19 rue Ernest Renan

P-1495 - 190 Algés

CS 90001

Tel: +351 / 214 72 63 00

F- 92024 Nanterre Cedex

 

Tél: + 33 (0)1 41 49 45 80

 

Hrvatska

România

Astellas d.o.o.

S.C.Astellas Pharma SRL

Tel: + 385 1 670 01 02

Tel: +40 (0)21 361 04 95/96/92

Ireland

Slovenija

Grünenthal Pharma Ltd

Astellas Pharma d.o.o..

4045 Kingswood Road,

Tel: +386 (0)14011400

Citywest Business Park

 

IRL – Citywest Co., Dublin

 

Tel: +44 (0)870 351 8960

 

medicalinformationie@grunenthal.com

 

Ísland

Slovenská republika

Grünenthal Denmark ApS

Astellas Pharma s.r.o.,

Danmörk

Tel: +421 2 4444 2157

Sími: +45 8888 3200

 

Italia

Suomi/Finland

Grünenthal Italia S.r.l.

Grünenthal Finland Oy

Tel: +39 02 4305 1

Puh/Tel: +358 9 50991

Κύπρος

Sverige

Astellas Pharmaceuticals AEBE

Grunenthal Sweden AB

Ελλάδα

Tel: +46 (0)8 643 40 60

Τηλ: +30 210 8189900

 

Latvija

United Kingdom

Astellas Pharma a/s

Grünenthal Ltd

Dānija

1 Stokenchurch Business Park

Tel: + 45 43 430355

Ibstone Road, HP14 3FE – UK

 

Tel: +44 (0)870 351 8960

 

medicalinformationuk@grunenthal.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar fi:

 

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-

Mediċini http://www.ema.europa.eu.

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku.

Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott (SPC) komplet huwa pprovdut ma dan il-fuljett.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati